This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015PC0010
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the European Fund for Strategic Investments and amending Regulations (EU) No 1291/2013 and (EU) No 1316/2013
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013
/* COM/2015/010 final - 2015/0009 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 /* COM/2015/010 final - 2015/0009 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Bħala
konsegwenza tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, il-livell ta' investiment
fl-UE naqas b'madwar 15 % mill-massimu tiegħu fl-2007. Il-livell
kurrenti huwa ħafna inqas minn dak li kienu jimplikaw ix-xejriet
storiċi u – fin-nuqqas ta' azzjoni – il-projezzjonijiet jindikaw effett
rebound parzjali biss matul is-snin li ġejjin. Bħala riżultat
ta' dan qed jixxekklu l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi,
it-tkabbir fuq terminu twil u l-kompetittività. Din il-lakuna fl-investiment
qed tippreżenta riskji biex jintlaħqu l-miri stabbiliti
mill-Istrateġija Ewropa 2020. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea
fil-Linji Gwida Politiċi tiegħu għall-Kummissjoni 2014-2019 għaldaqstant
identifika din il-kwistjoni bħala sfida politika kruċjali, l-istess
kif għamel il-Kunsill Ewropew fit-18 ta' Diċembru 2014 (EUCO
237/14) kif ukoll is-Samit tal-Mexxejja tal-Grupp tal-Għoxrin
fil-15-16 ta' Novembru 2014. Inċertezza
ġenerali dwar il-qagħda ekonomika, livelli għoljin ta' dejn
pubbliku u privat f'partijiet tal-ekonomija tal-UE u l-impatt tagħhom fuq
ir-riskju tal-kreditu jillimitaw il-lok għall-immanuvrar. Madankollu,
jeżistu livelli sinifikanti ta' tfaddil u livelli għolja ta'
likwidità finanzjarja. Barra minn hekk, stħarriġ aktar reċenti
immexxi b'mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ewropew
tal-Investiment u l-Istati Membri tal-UE kkonferma li għad hemm għadd
sinifikanti tal-proġetti ta' investiment vijabbli mhux iffinanzjati. Fuq dan l-isfond,
fil-Komunikazzjoni tagħha "Pjan ta' Investiment
għall-Ewropa", ippubblikat fis-26 ta' Novembru 2014,
il-Kummissjoni pproponiet inizjattiva fil-livell tal-UE biex tindirizza din
il-kwistjoni. Il-Pjan huwa bbażat fuq tliet approċċi li
jsaħħu lil xulxin. L-ewwel, il-mobilizzazzjoni ta' mill-inqas
EUR 315-il biljun f'investiment addizzjonali matul it-tliet snin li
ġejjin, li jimmassimizza l-impatt tar-riżorsi pubbliċi u
jillibera l-investiment privat. It-tieni, inizjattivi mmirati sabiex ikun żgurat
li din iż-żieda fl-investiment tkun tissodisfa l-ħtiġijiet
tal-ekonomija reali. U t-tielet, miżuri biex jipprovdu għal
prevedibbiltà regolatorja akbar u biex iwarrbu l-ostakoli
għall-investiment, biex b'hekk l-Ewropa ssir aktar attraenti u
għaldaqstant jiġi mmultiplikat l-impatt tal-Pjan. Il-proposta
toħloq il-qafas legali neċessarju u tipprovdi l-allokazzjonijiet
baġitarji għall-ewwel żewġ approċċi tal-Pjan
fil-qafas tal-ordni ġuridiku tal-UE. Ladarba r-regolament propost
jiġi adottat, jiġi implimentat b'mod konġunt mill-Kummissjoni u
mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), bħala sħab
strateġiċi, bl-objettiv ċar li jimmobilizzaw lill-partijiet
ikkonċernati fil-livelli kollha. Rigward it-tielet approċċ
tal-Pjan ta' Investiment li jikkonċerna l-ambjent regolatorju u
t-tneħħija tal-ostakoli għall-investiment, il-Kummissjoni
stabbiliet l-ewwel sett ta' azzjonijiet fil-Programm ta' Ħidma
tagħha, adottat fis-16 ta' Diċembru 2014 (COM(2014)
910). Il-Kummissjoni se taħdem ukoll flimkien mal-Istituzzjonijiet
l-oħra tal-UE u mal-Istati Membri fil-kuntest tas-Semestru Ewropew sa fejn
jikkonċerna dawn il-kwistjonijiet. Minħabba
r-rwol kruċjali li għandhom l-intrapriżi żgħar u ta'
daqs medju (SMEs) fl-ekonomija tal-UE, speċjalment f'dak li huwa
l-ħolqien tal-impjiegi, huma se jkunu benefiċjarju ewlieni
tas-sostenn mogħti b'ambitu ta' din il-proposta. F'dan il-qasam
ukoll, id-disinn u l-karatteristiċi ta' dawn il-mekkaniżmi huma
bbażati fuq esperjenza eżistenti fir-rigward ta' strumenti
finanzjarji innovattivi mħaddma b'mod konġunt bejn l-UE u l-Grupp
tal-BEI. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Il-President Juncker ippreżenta l-Pjan
ta' Investiment lill-Parlament Ewropew fis-26 ta' Novembru. Barra
minn hekk, il-Pjan ta' Investiment ġie approvat mill-Kunsill Ewropew
tat-18 ta' Diċembru 2014. Il-Kunsill Ewropew stieden ukoll
lil-leġiżlaturi tal-UE biex sa Ġunju jaqblu fuq it-test legali
meħtieġ, biex b'hekk l-investimenti l-ġodda jkunu jistgħu
jiġu attivati sa minn nofs l-2015. Il-kunċetti legali, ekonomiċi u
finanzjarji li jirfdu din il-proposta ġew diskussi b'mod estensiv
mal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment u b'mod informali ma'
rappreżentanti tas-settur pubbliku u privat. Partijiet ikkonċernati
mis-settur privat enfasizzaw b'mod partikolari l-importanza ta' kriterji ta'
kwalità robusta u ta' selezzjoni indipendenti ta' proġetti li jistgħu
jiġu appoġġati mill-Pjan. B'mod aktar speċifiku, kien
rakkomandat li l-proġetti għandhom ikunu (1) ekonomikament vijabbli
bl-appoġġ tal-inizjattiva, (2) maturi biżżejjed biex
jiġu evalwati fuq bażi globali jew lokali, (3) ta' valur miżjud
Ewropew u konsistenti mal-prijoritajiet tal-politika tal-UE (bħal,
ngħidu aħna, il-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima,
l-Istrateġija Ewropa 2020 u prijoritajiet strateġiċi
oħra tal-UE fit-terminu twil). Barra minn hekk, il-proġetti ma
għandhomx ikunu limitati għal proġetti transfruntieri (bħal
fil-każ tal-proġetti TENT-T u TEN-E). Il-Kummissjoni wkoll kisbet għarfien
importanti mill-involviment tagħha fit-Task Force Speċjali dwar
l-Investiment fl-UE. L-objettiv ġenerali tat-Task Force kien li tipprovdi
ħarsa ġenerali lejn ix-xejriet u l-ħtiġijiet ewlenin
tal-investiment; tanalizza l-ostakoli u l-konġestjonijiet prinċipali
għall-investiment; tipproponi soluzzjonijiet prattiċi għal dawk
l-ostakoli u konġestjonijiet; tidentifika investimenti
strateġiċi b'valur miżjud tal-UE li huma fattibbli fit-terminu
qasir; u tagħmel rakkomandazzjonijiet għall-iżvilupp ta' sensiela
ta' proġetti kredibbli u trasparenti għat-terminu medju u fit-tul.
Dan ix-xogħol ġie kkunsidrat għall-proposta kurrenti. Ir-rapport finali tat-Task Force huwa disponibbli fuq il-websajt
segwenti: http://ec.europa.eu/priorities/jobs-growth-investment/plan/docs/special-task-force-report-on-investment-in-the-eu_en.pdf 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA Il-bażijiet ġuridiċi għal
din il-proposta huma l-Artikoli 172, 173, 175(3) u l-Artikolu 182(1)
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. din il-proposta tistipula
l-qafas legali meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-ewwel
żewġ approċċi tal-"Pjan ta' Investiment
għall-Ewropa". B'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà
u l-proporzjonalità stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni
Ewropea, l-objettivi tal-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu b'mod
suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għaldaqstant
jintlaħqu aħjar mill-UE. Minħabba d-disparitajiet li jezistu
fil-kapaċità fiskali tal-Istati Membri biex jaġixxu, azzjoni
fil-livell tal-Unjoni tista' tikseb aħjar l-objettivi segwiti,
minħabba l-iskala u l-effetti tagħha. B'mod aktar speċifiku,
l-inizjattiva se tipprovdi għal ekonomiji ta' skala fl-użu ta'
strumenti finanzjarji innovattivi billi jiġi katalizzat investiment privat
fl-UE kollha u jsir l-aħjar użu mill-Istituzzjonijiet Ewropej u
l-kompetenzi u l-għarfien tagħhom għal dak il-għan.
L-effett multiplikatur u l-impatt fil-post għaldaqstant se jkun ħafna
akbar minn dak milħuq minn inizjattiva ta' investiment fi Stat Membru
waħdu jew Grupp ta' Stati Membri. Is-Suq Uniku tal-Unjoni, flimkien
mal-fatt li mhu se jkun hemm l-ebda allokazzjoni għal proġett li hu
speċifiku għal pajjiż jew għal settur, se jipprovdu attrativa
akbar għall-investituri u inqas riskji aggregati. Il-proposta ma tmurx lil
hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi segwiti. 3.1. Il-ħolqien
ta' Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi u l-Istabbiliment
ta' Ċentru Ewropew ta' Konsulenza Finanzjarju (l-Artikoli 1-3) L-Artikolu 1 tal-proposta jawtorizza
lill-Kummissjoni biex tikkonkludi mal-BEI ftehim dwar l-istabbiliment
tal-"Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi" (FEIS)
biex jappoġġa l-investimenti fl-Unjoni u jiżgura li jiżdied
l-aċċess għall-finanzjament għal kumpaniji li b'aktar minn
3000 impjegat, b'attenzjoni partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u
ta' daqs medju, billi jagħti lill-BEI il-kapaċità ta' ġarr ta'
riskju. L-Artikolu 2 tal-proposta jistabbilixxi li din il-garanzija tal-UE
trid tiġi allokata lil operazzjonijiet ta' investiment speċifiċi
ta' finanzjament mill-BEI permezz tal-FEIS. L-użu tal-garanzija tal-UE lill-FEIS
għandu jkun suġġett għall-istrutturi ta' governanza
ddeterminati fiha. Notevolment, il-FEIS ikollu Bord ta' Tmexxija
(l-Artikolu 3), li jiddetermina l-orjentament strateġiku,
l-allokazzjoni strateġika tal-assi u l-politiki u l-proċeduri
operattivi, inkluż il-politika ta' investiment ta' proġetti li jista'
jkollhom is-sostenn tal-FEIS u l-profil ta' riskju tal-FEIS. Kumitat
tal-Investiment, li jikkonsisti minn professjonisti indipendenti, ikun
responsabbli biex jeżamina operazzjonijiet potenzjali u japprova
l-appoġġ għal operazzjonijiet irrispettivament mill- post fejn
jinsab il-proġett ikkonċernat. Il-Membri tal-Bord ta' Tmexxija jinħatru
mill-kontributuri tal-kapaċita tal-ġarr tar-riskju
bis-saħħa tal-vot proporzjonata għad-daqs
tal-kontribuzzjonijiet. Sakemm l-uniċi kontributuri għall-FEIS ikunu
l-Unjoni u l-BEI, l-għadd ta' membri u voti fil-Bord ta' Tmexxija jkun
allokat abbażi tad-daqs rispettiv tal-kontribuzzjonijiet fil-forma ta'
flus jew garanziji u d-deċiżjonijiet kollha jittieħdu permezz
tal-kunsens.. Meta partijiet oħra jaċċedu
għall-Ftehim tal-FEIS, l-għadd ta' membri u voti fil-Bord ta'
Tmexxija jkun allokat abbażi tad-daqs rispettiv tal-kontribuzzjonijiet
mill-kontributuri fil-forma ta' flus jew garanziji. L-għadd ta' membri u
voti tal-Kummissjoni u l-BEI, jiġi kkalkulat mill-ġdid skont dan.
Il-Bord ta' Tmexxija jfittex li jieħu d-deċiżjonijiet permezz
ta' kunsens. Jekk il-Bord ta' Tmexxija ma jkunx jista' jiddeċiedi permezz
ta' kunsens fi żmien skadenza stabbilita mill-President, il-Bord ta'
Tmexxija jiddeċiedi abbażi ta' maġġoranza sempliċi.
Ebda deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija ma tiġi adottata jekk
il-Kummissjoni jew il-BEI jivvotaw kontriha. Il-Membri tal-Kumitat tal-Investiment ikunu
jikkonsistu minn sitt esperti tas-suq indipendenti u Direttur Amministrattiv.
Id-Direttur Amministrattiv ikun assistit minn Deputat Direttur Amministrattiv.
Id-Direttur Amministrattiv iħejji u jmexxi l-laqgħat tal-Kumitat
tal-Investiment. Id-deċiżjonijiet fiż-żewġ naħat
jittieħdu minn maġġoranza sempliċi, iżda fil-Bord ta'
Tmexxija, wieħed ifittex il-kunsens. Il-proġetti se
jintgħażlu fuq il-meriti tagħhom, mingħajr kwalunkwe
allokazzjoni settorjali jew ġeografika prestabbilita sabiex jiġi
massimizzat il-valur miżjud tal-Fond. Il-FEIS se jkollu wkoll
il-possibbiltà li jiffinanzja flimkien mal-Istati Membri u l-investituri
privati pjattaformi ta' investiment fil-livell nazzjonali, reġjonali jew
settorjali. Apparti dispożizzjonijiet
speċifiċi oħra li jirregolaw il-ħolqien, l-attivitajiet u
l-governanza tal-FEIS, il-Ftehim FEIS jistabbilixxi wkoll Ċentru Ewropew
ta' Konsulenza Finanzjarja (EIAH, l-Artikolu 2(2)). Filwaqt li jibni fuq
servizzi ta' konsulenza tal-BEI u tal-Kummissjoni, l-EIAH jipprovdi
appoġġ ta' konsulenza għall-identifikazzjoni, il-preparazzjoni u
l-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment u jaġixxi bħala
ċentru uniku ta' konsulenza teknika (inklużi kwistjonijiet legali)
għall-finanzjament ta’ proġetti fl-UE. Dan ikun jinkludi
appoġġ dwar l-użu tal-assistenza teknika għall-istrutturar
ta' proġetti, l-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi, u
l-użu ta' sħubiji pubbliċi-privati. 3.2. L-għoti
ta' Garanzija tal-UE u l-Istabbiliment ta' Fond ta' Garanzija tal-UE
(l-Artikoli 4-8) L-Artikolu 4 tal-proposta joħloq
garanzija inizjali tal-UE ta' EUR 16-il biljun għal operazzjonijiet ta'
finanzjament u investiment. B'konformità mal-Artikolu 5, dawk
l-operazzjonijiet jeħtieġ isostnu l-iżvilupp tal-infrastruttura;
jew investiment fl-edukazzjoni, is-saħħa, ir-riċerka,
l-iżvilupp, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u
l-innovazzjoni; jew l-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza
fl-enerġija; jew proġetti ta' infrastruttura fl-oqsma
tar-riżorsi naturali, l-iżvilupp urban u l-qasam soċjali; jew
SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja inkluż billi jiġi pprovdut
finanzjament tar-riskju għall-kapital operatorju. Is-sostenn jista'
jiġi pprovdut direttament mill-BEI jew permezz tal-Fond Ewropew
tal-Investiment. Dawk l-istituzzjonijiet se jipprovdu finanzjament bi grad
għoli ta' assorbiment tar-riskju finanzjarju (ekwità, kważi ekwità,
eċċ) biex b'hekk jippermetti l-investiment parallel ta' investituri
mis-settur privat. Sabiex ikun żgurat li l-eżekuzzjoni
tal-baġit tal-UE ssir kif suppost anke jekk il-garanzija tissejjaħ,
l-Artikolu 8 jistabbilixxi fond ta' garanzija (il-Fond). L-esperjenza dwar
in-natura tal-investimenti li għandhom jiġu appoġġati
mill-FEIS tindika li proporzjon ta' 50 % bejn il-pagamenti mill-baġit
tal-Unjoni u l-obbligi ta' garanzija totali tal-Unjoni jkunu adegwati.
Fl-istatiċità, din il-mira ta' 50 % se tiġi ssodisfata mill-baġit
tal-UE, mill-ammonti dovuti lill-Unjoni mill-investimenti, minn ammonti
riċevuti minn kredituri inadempjenti u mir-redditi fuq ir-riżorsi
tal-fondi ta' garanzija investiti. Madankollu, għal perjodu inizjali, se
jiġu pprovduti EUR 89 biljun permezz ta' pagamenti
mill-baġit biss. Mill-2016 'l hinn, dawn il-pagamenti mill-baġit
gradwalment se jibnu d-dotazzjoni tal-Fond u sal-2020 għandhom jilħqu
total akkumulat tal-EUR 8 biljun. Minkejja dan, għandu jkun hemm
sejħiet fuq il-garanzija tal-UE, huwa xieraq li s-sorsi alternattivi
tal-fond ta' garanzija jkunu kkunsidrati wkoll fil-kalkolu tal-livel mira
sabiex jiġi limitat l-impatt potenzjali fuq il-baġit tal-UE. Din
il-konsiderazzjoni fil-kalkolu se tkun limitata għall-ammont tal-garanzija
tal-UE li tkun issejħet. Sabiex tipprovdi kosteffiċjenza massima,
il-Kummissjoni jkollha r-responsabbiltà li tinvesti dawk ir-riżorsi. Barra
minn hekk, wara l-2018 il-Kummissjoni tkun awtorizzata, permezz ta' att
delegat, li tbiddel l-ammont fil-mira tal-Fond b'10 %. Dan għandu
jippermetti lill-Kummissjoni li tibni fuq l-esperjenza prattika li akkwistat u
ma jippermettix ħela bla bżonn ta' baġit, filwaqt li
jiżgura l-protezzjoni kontinwa tiegħu. bl-eċċezzjoni ta' telf possibbli fuq
l-ekwità, fejn il-BEI jista' jiddeċiedi li jagħmel talba għal
garanzija immedjata, it-talbiet għal garanzija għandhom
iseħħu darba fis-sena biss wara li l-profitti u t-telf kollha li
jirriżultaw minn operazzjonijiet pendenti jkunu nġiebu
għall-valur nett. Jekk il-garanzija tissejjaħ, il-volum
tal-garanzija jitnaqqas għal taħt dak oriġinali ta'
EUR 16-il biljun. Madankollu, dħul futur dovut lill-Unjoni minn
attivitajiet tal-FEIS għandu jitħalla jdaħħal
mill-ġdid il-garanzija tal-UE sa dan l-ammont oriġinali. 3.3. Tiġi
stabbilita Sensiela tal-Proġetti ta' Investiment Ewropej (l-Artikolu 9) Kif sikwit irrimarkaw il-partijiet
konċernati, ostakolu għal livelli akbar ta' investiment fl-UE huwa
n-nuqqas ta' għarfien dwar proġetti li jinsabu għaddejjin jew
futuri fl-Unjoni. Flimkien max-xogħol tal-FEIS il-proposta tipprevedi
wkoll il-ħolqien ta' sensiela ta' proġetti ta' investiment Ewropej
bħala mezz biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar
proġetti potenzjali tkun trasparenti u disponibbli għall-investituri. 3.4. Rappurtar,
Obbligu ta' Rendikont, Evalwazzjoni u Analiżi tal-Operazzjonijiet tal-FEIS
(l-Artikoli 10-12) Minħabba l-użu tal-garanzija tal-UE
mill-BEI, huwa xieraq li l-BEI jirrapporta fuq bażi regolari
lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet
imwettqa koperti mill-garanzija tal-UE. L-Artikolu 12 jistipula għadd ta'
evalwazzjonijiet regolari mill-BEI u l-Kummissjoni biex jiżguraw li FEIS,
il-garanzija tal-UE u l-funzjonament tal-fond ta' garanzija jkunu qed jiġu
utilizzati kif suppost. Ir-responsabbiltà lil-Parlament Ewropew hija ta'
importanza partikolari f'dan il-kuntest. 3.5. Dispożizzjonijiet
Ġenerali (l-Artikoli 13-17) Huwa xieraq li jkunu applikabbli għadd
ta' regoli ġenerali fil-kuntest tal-użu tal-garanzija tal-UE
mill-BEI. L-Artikolu 13 jistabbilixxi li informazzjoni relatata
mal-attivitajiet regolati mill-garanzija tal-UE tkun disponibbli
għall-pubbliku. L-Artikolu 14 u l-Atikolu 15 jirrigwardaw
il-kompetenzi tal-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF rispettivament, u
l-Artikolu 16 jeskludi ċerti tipi ta' attivitajiet. Fl-aħħar
nett, l-Artikolu 17 jawtorizza lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati
sakont il-proċedura rilevanti. 3.6. Emendi
(l-Artikoli 18-19) L-Artikoli 18 u 19 jipprevedu
r-riallokazzjoni tal-apporoprjazzjonijiet oeprazzjonali mill-Programm
Orizzont 2020 (ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013) u l-Faċilità
Nikkollegaw l-Ewropa (UE) Nru 1316/2013). 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-garanzija tal-UE pprovdiet għal
ammonti tal-FEIS sa EUR 16-il biljun u hija kompletament disponibbli
mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Sabiex l-eżekuzzjoni
tal-baġit tal-UE ssir kif suppost minkejja sejħiet potenzjali
għall-garanzija, sal-2020 jinħoloq u huwa previst fond ta' garanzija
li jammonta għal 50 % tal-obbligi ta' garanzija totali tal-UE.
Il-pagamenti fil-fond ta' garanzija se jammontaw għal EUR 500 miljun fl-2016,
EUR 1 biljun fl-2017, EUR 2 biljuni fl-2018. Il-pagamenti
fl-2019 u fl-2020 ta' EUR 2,5 biljuni kull wieħed se jiddependu fuq
li l-ammont fil-mira tal-fond ta' garanzija jinżamm mhux mibdul fil-livell
ta' 50 % wara l-2018. L-approprjazzjonijiet ta' impenn se jammontaw
għal EUR 1,35 biljun fl-2015, EUR 2,03 biljun fl-2016,
EUR 2,641biljun fl-2017 u EUR 1,979 biljun fl-2018. Il-finanzjament
progressiv tal-fond ta’ garanzija ma għandux joħloq riskji
għall-Baġit tal-UE matul l-ewwel snin, peress li s-sejħiet
possibbli tal-garanzija relatati mat-telf imġarrab se jimmaterjalizzaw
biss fl-andament taż-żmien. Bħalma huwa l-każ fl-attivitajiet
kurrenti tal-BEI, il-benefiċjarji se jintalbu jħallsu l-ispejjeż
tal-operazzjonijiet tal-BEI taħt il-FEIS. L-użu tal-garanzija
mill-BEI u l-investiment tar-riżorsi tal-fond ta' garanzija għandhom
irendu dħul nett pożittiv. Id-dħul tal-FEIS se jinqasam pro
rata bejn il-kontributuri tal-kapaċità tal-ġarr tar-riskju.
Jista' jintuża l-eċċess tad-dotazzjoni biex jirrestawra l-garanzija
tal-UE għall-ammont oriġinali. Madankollu, żewġ azzjonijiet se
joħolqu kosti għall-BEI li għalihom il-benenfiċjarji ma
jistgħux jintalbu jħallsu: 1. Iċ-Ċentru Ewropew ta'
Konsulenza Finanzjarja, maħluq b'konformità mal-Artikolu 2(2) ta' din
il-proposta, se jkun primarjament iffinanzjat minn pakketti eżistenti
għall-assistenza teknika tal-BEI taħt programmi eżistenti tal-UE
(il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Orizzont 2020...). Madankollu,
finanzjament addizzjonali sa massimu ta' EUR 20 miljun fis-sena
(EUR 10 miljun fl-2015) jista' jkun meħtieġ u se jiġi
bbaġitjat skont id-Dikjarazzjoni Finanzjarja mehmuża ma' din
il-proposta. Kwalunkwe kost potenzjali għas-sett ta' proġetti se jkun
kopert ukoll. 2. [Il-BEI se jġarrab spejjeż
amministrattivi biex iżid il-finanzjament tiegħu permezz tal-FEI
għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Abbażi
tas-suppożizzjonijiet kurrenti dwar it-tip ta' strumenti u r-rapidità
tal-iffirmar għal operazzjonijiet ġodda, dan se jkun
jeħtieġ li jitħallsu tariffi li jammontaw għal total
akkumulat ta' EUR 105 miljun, li madwar EUR 48 miljun
minnhom jitħallsu sal-2020. Minħabba l-possibbiltà ta' pagament
pospost – sakemm id-dħul riċevut ikun jista' jintuża għal
dan il-għan – dawn il-pagamenti għad mhumiex ibbaġitjati
iżda huma biss deskritti fl-anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja. L-ispejjeż għall-BEI li ma jkunux
ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarji jew imnaqqsa
mir-remunerazzjoni tal-garanzija mogħtija mill-UE jistgħu jiġu
rkuprati mill-garanzija tal-UE, f'limitu kumulattiv li jikkorrispondi għal
1 % tal-ammont pendenti tagħha. L-approprjazzjonijiet operattivi
meħtieġa minn din il-proposta jridu jiġu kompletament
iffinanzjati fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020.
EUR 6 biljun għandhom jiġu allokati fl-intestatura 1A, EUR
2,11 biljun se jiġu ffinanzjati permezz tal-użu tal-Marġini
Mhux Allokat inkluż il-Marġini Globali għall-Impenji. Filwaqt li
l-finanzjament permezz ta' għotja mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa
u Orizzont 2020 se jonqos, l-effett multiplikatur iġġenerat mill-FEIS
se jippermetti għal żieda ġenerali sinifikanti ta' investiment
fl-oqsma ta' politika koperti miż-żewġ programmi eżistenti. 5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI Il-pakkett finanzjarju ta' din il-proposta ma
jinkludix espliċitament il-kontibuzzjonijiet mill-Istati Membri jew minn
partijiet terzi għal xi struttura li joħloq. Madankollu, l-Artikolu
1(2) espliċitament jippermetti lill-partijiet interessati jingħaqdu
mal-ftehim tal-FEIS permezz ta' kontribuzzjonijiet kapitali mal-Fond. Jekk Stati Membri jiddeċiedu li
jagħmlu kontribuzzjonijiet lill-FEIS, il-Kummissjoni indikat li se
tieħu poizzjoni favorevoli lejn tali kontribuzzjonijiet fil-kuntest
tal-valutazzjoni tagħha tal-finanzi pubbliċi skont
l-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u
r-Regolament (KE) Nru 1467/1997. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
("Nagħmlu l-aħjar użu tal-flessibbiltà fl-ambitu tar-regoli
eżistenti dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir") tat-13 ta' Jannar 2015
jistipula l-kunsiderazzjonijiet speċifiċi applikabbli f'dan
ix-xenarju. 2015/0009 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti
Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE)
Nru 1316/2013 IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 172,
173, u l-Artikolu 175(3) u l-Artikolu 182(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjonijiet tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni, B'konformità mal-proċedura
leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Il-kriżi ekonomika u
finanzjarja wasslet biex jitbaxxa l-livell tal-investimenti fl-Unjoni.
L-investiment naqas b'madwar 15 % minn meta laħaq il-massimu
tiegħu fl-2007. L-Unjoni tbati b'mod partikolari minn nuqqas ta'
investiment bħala konsegwenza tal-inċertezza tas-suq rigward il-futur
ekonomiku u l-limiti fiskali fuq l-Istati Membri. Dan in-nuqqas ta' investiment
idewwem l-irkupru ekonomiku u għandu impatt negattiv fuq il-ħolqien
tal-impjiegi, il-prospetti ta' tkabbir fit-terminu twil u l-kompetittività. (2) Hija meħtieġa
azzjoni komprensiva biex jitreġġa' lura ċ-ċirku
vizzjuż li ħoloq in-nuqqas ta' investiment. Riformi strutturali u
responsabbiltà fiskali huma prekundizzjonijiet neċessarji biex jiġi
stimulat l-invetiment. Flimkien ma' impetu mġedded għall-finanzjament
tal-investiment, dawn il-prekundizzjonijiet jistgħu jagħtu kontribut
biex jiġi stabbilit ċirku virtuż, fejn proġetti ta'
investiment jgħinu biex jagħtu appoġġ lill-impjiegi u
lid-domanda u jwasslu għal żieda sostenibbli fil-potenzjal
tat-tkabbir. (3) Il-G20, permezz tal-Inizjattiva
għall-Infrastruttura Globali, irrikonoxxa l-importanza tal-investiment
biex tingħata spinta lid-domanda u jiżdiedu l-produttività u
t-tkabbir u ħa l-impenn li joħloq klima li tiffaċilita livelli
ogħla ta' investiment. (4) Matul il-kriżi ekonomika
u finanzjarja, l-Unjoni għamlet sforzi biex tippromwovi t-tkabbir, b'mod
partikolari permezz ta' inizjattivi stipulati fl-istrateġija Ewropa 2020
li stabbilew approċċ għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli
u inklużiv. Il-Bank Ewropew tal-Investiment ("BEI")
saħħaħ ukoll ir-rwol tiegħu biex iħajjar u jippromwovi
l-investiment fl-Unjoni, in parti permezz ta' żieda fil-kapital
f'Jannar 2013. Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri sabiex ikun
żgurat li l-ħtiġijiet tal-investiment tal-Unjoni jiġu
indirizzati u li l-likwidità disponibbli fis-suq tintuża b'mod
effiċjenti u tiġi indirizzata lejn il-finanzjament ta' proġetti
ta' investiment vijabbli. (5) Fil-15
ta' Lulju 2014, il-President elett tal-Kummissjoni Ewropea ta' dak
iż-żmien ippreżenta sett ta' Linji Gwida Politiċi
għall-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew. Dawn il-Linji Gwida
sejħu għall-mobilizzazzjoni ta' "sa EUR 300 biljun
f'investiment pubbliku u privat addizzjonali fl-ekonomija reali matul it-tliet
snin li ġejjin" biex jiġi stimulat l-investiment bil-għan
li jinħolqu l-impjiegi. (6) Fis-26 ta' Novembru 2014,
il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni bit-titolu "Pjan ta'
Investiment għall-Ewropa"[1]
li jipprevedi il-ħolqien ta' Fond Ewropew għall-Investmenti
Strateġiċi ("FEIS"), sensiela trasparenti ta' proġetti
ta' investiment fil-livell Ewropew, il-ħolqien ta' ċentru ta'
konsulenza (Ċentru Ewropew ta' Konsulenza Finanzjarja – European
Investment Advisory Hub - EIAH ) u aġenda ambizzjuża biex
jitneħħew l-ostakoli għall-investiment u jiġi kkompletat is-Suq
Uniku. (7) Fit-18 ta' Diċembru 2014
il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li "t-trawwim tal-investiment u l-indirizzar
tal-falliment tas-suq fl-Ewropa huma sfidi politiċi ewlenin" u li
"l-fokus il-ġdid fuq l-investiment, flimkien mal-impenn tal-Istati
Membri biex jintensifikaw ir-riformi strutturali u biex ifittxu konsolidazzjoni
fiskali li tiffavorixxi t-tkabbir, ser jipprovdi l-bażi għat-tkabbir
u l-impjiegi fl-Ewropa u jappella għall-istabbiliment ta' Fond Ewropew
għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) fil-Grupp tal-BEI bil-għan
li jiġu mobilizzati EUR 315-il biljun f'investimenti ġodda bejn
l-2015 u l-2017". (8) Il-FEIS huwa parti minn
approċċ komprensiv sabiex jindirizza l-inċertezza rigward
l-investimenti pubbliċi u privati. L-istrateġija għandha tliet
pilastri ewlenin: l-immobilizzar tal-finanzjament għall-investiment, li
l-investimenti jitwasslu fl-ekonomija reali u li jitjieb l-ambjent
tal-investimenti fl-Unjoni. (9) L-ambjent tal-investiment
fl-Unjoni għandu jitjieb billi jitneħħew l-ostakoli
għall-investiment, jissaħħaħ is-Suq Uniku u titjieb
il-prevedibbiltà regolatorja. Ix-xogħol tal-FEIS, u l-investimenti madwar
l-Ewropa ġeneralment għandhom jibbenefikaw minn dan ix-xogħol
ta' akkumpanjament. (10) L-għan tal-FEIS
għandu jkun li jgħin biex jissolvew id-diffikultajiet
fil-finanzjament u l-implimentazzjoni ta' investimenti produttivi fl-Unjoni u
jiżgura li jkun hemm aktar aċċess għall-finanzjament. Huwa
maħsub li aċċess akbar għall-finanzjament għandu jkun
ta' benefiċċju partikolari għal intrapriżi żgħar
u ta' daqs medju. Huwa wkoll xieraq li l-benefiċċju ta' tali
aċċess akbar jiġi estiż għall-finanzjament ta'
kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, li huma kumpaniji li għandhom sa 3000
impjegat. Jekk jingħelbu d-diffikultajiet kurrenti fl-Ewropa rigward
l-investiment għandu jingħata kontribut għat-tisħiħ
tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni. (11) Il-FEIS għandu
jappoġġa investimenti strateġiċi b'valur miżjud
ekonomiku għoli li jagħti kontribut biex jintlaħqu l-objettivi
ta' politika tal-Unjoni. (12) Ħafna intrapriżi
żgħar u ta' daqs medju, kif ukoll kumpaniji b'kapitalizzazzjoni
medja, madwar l-Unjoni għandhom bżonn ta' għajnuna biex jattiraw
finanzjament tas-suq l-aktar rigward investimenti li jġorru grad ogħla
ta' riskju. Il-FEIS għandu jgħin lil dawn in-negozji biex
jegħlbu n-nuqqas ta' kapital billi jippermetti lill-BEI u lill-Fond
Ewropew tal-Investiment (FEI) biex jipprovdu injezzjonijiet ta' ekwità diretti
jew indiretti, kif ukoll jipprovdu garanziji għal self ta' titolizzazzjoni
ta' kwalità għolja, u prodotti oħra li huma mogħtija fis-segiwtu
tal-objettivi tal-FEIS. (13) Il-FEIS għandu jiġi
stabbilit fil-BEI sabiex jibbenefika mill-esperjenza u r-rekord tajjeb
tiegħu u sabiex l-operazzjonijiet tiegħu jibda jkollhom impatt
pożittiv malajr kemm jista' jkun. Ix-xogħol tal-FEIS dwar
il-provvediment ta' finanzjament għal intrapriża żgħar u
ta' daqs medju u ta' kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja għandu jiġi
indirizzat permezz tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) sabiex jibbenefika
mill-esperjenza tiegħu f'dawn l-attivitajiet. (14) Il-FEIS għandu jimmira
lejn dawk il-proġetti li għandhom valur soċjali u ekonomiku
għoli. B'mod partikolari, il-FEIS għandu jimmira lejn proġetti
li jippromwovu l-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir fit-terminu twil u
l-kompetittività. Il-FEIS għandu jappoġġa firxa wiesgħa ta'
prodotti finanzjarji, inkluż l-ekwità, id-dejn jew il-garanziji, li
l-aħjar jakkomodaw il-ħtiġijiet tal-proġett individwali.
Din il-firxa wiesgħa ta' prodotti għandha tippermetti lill-FEIS jadatta
għall-bżonnijiet tas-suq filwaqt li jinkoraġġixxi
l-investiment privat fil-proġetti. Il-FEIS ma għandux ikun sostitut
għall-finanzjament tas-suq privat iżda għandu minflok ikun
katalist tal-finanzi tas-suq billi jindirizza l-fallimenti tas-suq sabiex
jiżgura l-aktar użu effikaċi u strateġiku tal-fondi
pubbliċi. Ir-rekwiżit għal konsistenza mal-prinċipji
tal-għajnuna mill-Istat għandu jagħti kontribut għal tali
użu effikaċi u strateġiku. (15) Il-FEIS għandu jimmira
proġetti li għandhom profil tar-riskji u l-gwadanji ogħla minn
strumenti eżistenti tal-BEI u tal-Unjoni sabiex jiżgura
addizzjonalità fuq operazzjonijiet eżistenti. Il-FEIS għandu
jiffinanzja proġetti madwar l-Unjoni, inkluż fil-pajjiżi
bl-aktar impatt tal-kriżi finanzjarja. Il-FEIS għandu jintuża
biss meta ma jkunx disponibbli finanzjament minn sorsi oħra fuq termini
reġonevoli. (16) Il-FEIS għandu jimmira
lejn investimenti li huma mistennija li jkunu vijabbli ekonomikament u
teknikament, li jistgħu jirrikjedu grad ta' riskju xieraq, filwaqt li
xorta waħda jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-finanzjament tal-FEIS. (17) Id-deċiżjonijiet
dwar l-użu tas-sostenn tal-FEIS għall-infrastruttura u
l-proġetti akbar b'kapitalizzazzjoni medja għandhom isiru minn
Kumitat tal-Investiment. Il-Kumitat tal-Investiment għandu jkun
magħmul minn esperti indipendenti li jkollhom għarfien u esperjenza
fl-oqsma tal-proġetti ta' investiment. Il-Kumitat tal-Investiment
għandu jkun responsabbli lejn Bord ta' Tmexxija tal-FEIS li għandu
jissorvelja t-twettiq tal-objettivi tal-FEIS. Sabiex jibbenefika b'mod
effikaċi mill-esperjenza tal-FEI, il-FEIS għandu jappoġġa
l-finanzjament lill-FEI biex il-FEI ikun jista' jidħol għal
proġetti individwali fl-oqsma tal-intrapriżi żgħar u ta'
daqs medju u ta' kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja. (18) L-Unjoni għandha
tipprovdi garanzija għall-ammont ta'
EUR 16 000 000 000 sabiex il-FEIS ikun jista'
jappoġġa l-investimenti. Meta tiġi pprovduta fuq bażi ta'
portafoll, il-kopertura tal-garanzija għandha tkun limitata skont it-tip
ta' strument, bħal dejn, ekwità jew garanziji, bħala perċentwal
tal-volum tal-portafoll ta' impenji pendenti. Huwa mistenni li meta l-garanzija
tkun ikkombinata ma' EUR 5 000 000 000 li għandhom
jiġu pprovduti mill-BEI, is-sostenn tal-FEIS għandu
jiġġenera EUR 60 800 000 000 f'investiment
addizzjonali mill-BEI u l-FEI. Dawn is-EUR 60 800 000 000
appoġġati mill-FEIS huma mistennija jiġġeneraw total ta'
EUR 315 000 000 000 f'investiment fl-Unjoni fil-perjodu
mill-2015 sal-2017. Bħala sostenn għal operazzjonijiet ġodda hemm
disponibbli garanziji li huma marbuta ma' proġetti li jintemmu
mingħajr talba għal garanzija. (19) Sabiex ikun hemm aktar
żidiet fir-riżorsi tiegħu, il-parteċipazzjoni fil-FEIS
għandha tkun miftuħa għal partijiet terzi, inklużi l-Istati
Membri, banek promozzjonali nazzjonali jew aġenziji pubbliċi bi
sjieda jew kontroll tal-Istati Membri, entitajiet mis-settur privat u
entitajiet barra mill-Unjoni soġġett għall-kunsens
mill-kontributuri eżistenti. Partijiet terzi jistgħu jikkontribwixxu
b'mod dirett lill-FEIS jew jieħdu sehem fl-istruttura ta' governanza
tal-FEIS. (20) Fil-livell tal-proġetti,
partijiet terzi jistgħu jikkofinanzjaw flimkien mal-FEIS fuq il-bażi
ta' proġetti individwali jew ta' pjattaformi ta' investiment relatati ma'
setturi speċifiċi ġeografiċi jew tematiċi. (21) Sakemm il-kriterji ta'
eliġibbiltà jkunu ssodisfati kollha, l-Istati Membri jistgħu
jużaw il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej sabiex
jikkontribwixxu għall-finanzjament ta' proġetti eliġibbli li
għandom is-sostenn tal-garanzija tal-UE. Il-flessibbiltà ta' dan
l-approċċ għandha timmassimizza l-potenzjal li tattira
investituri lejn l-oqsma ta' investiment fil-mira tal-FEIS. (22) Skont it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, investimenti ta' infrastruttura u proġetti
li għandhom l-appoġġ tal-FEIS għandhom ikunu konsistenti
mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għal dan il-għan,
il-Kummissjoni ħabbret li se tifformula sett ta' prinċipji ewlenin,
għall-fini ta' valutazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat, li
proġett ikollu jissodisfa sabiex ikun eliġibbli għal sostenn
mill-FEIS. Jekk proġett jissodisfa dawn il-kriterji u jirċievi
sostenn mill-FEIS, il-Kummissjoni ħabbret li kwalunkwe sostenn
komplimentari nazzjonali, se jiġi vvalutat skont valutazzjoni dwar
l-għajnuna mill-Istat issimplifikata u aċċellerata li permezz
tagħha l-unika kwistjoni addizzjonali li tkun trid tiġi vverifikata
mill-Kummissjoni hija l-proporzjonalità tas-sostenn pubbliku (nuqqas ta'
kumpens żejjed). Il-Kummissjoni ħabbret ukoll li se tipprovdi gwida
ulterjuri dwar is-sett ta' prinċipji ewlenin bil-għan li tiżgura
użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. (23) Minħabba
l-ħtieġa għal azzjoni urġenti fl-Unjoni, il-BEI u l-FEI
setgħu ffinanzjaw proġetti addizzjonali, barra mill-profil normali
tagħhom, matul l-2015 qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan
ir-Regolament. Sabiex jiġi massimizzat il-benefiċċju
tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, għandu jkun possibbli li
tali proġetti addizzjonali jkunu inklużi fl-ambitu tal-kopertura
tal-garanzija tal-UE fil-każ li jkunu jissodisfaw il-kriterji sostantivi
stipulati f'dan ir-Regolament. (24) L-operazzjonijiet ta’
finanzjament u investiment tal-BEI għandhom ikomplu jiġu ġestiti
skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri
ta’ kontroll xierqa u miżuri mittieħda biex tiġi evitata
l-evażjoni fiskali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri
rilevanti li jikkonċernaw l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi
(OLAF) u l-Qorti tal-Awdituri, inkluż il-ftehim Tripartitiku bejn
il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri u l-Bank Ewropew tal-Investiment. (25) Il-BEI għandu regolarment
jevalwa l-attivitajiet appoġġati mill-FEIS bil-għan li jivvaluta
r-relevanza, il-prestazzjoni u l-impatt tagħhom u jidentifika aspetti li
jistgħu jtejbu attivitajiet futuri. Tali evalwazzjonijiet għandhom
jikkontribwixxu għall-obbligu ta' rendikont u l-analiżi
tas-sostenibbiltà. (26) B'mod parallel
mal-operazjjonijiet ta' finanzjament se jitmexxa permezz tal-FEIS, għandu
jinħoloq Ċentru Ewropew ta' Konsulenza Finanzjarja (EIAH). Il-FEIS
għandu jipprovdi appoġġ imsaħħaħ
għall-iżvilupp u t-tħejjija ta' proġetti madwar l-Unjoni,
billi jibni fuq il-kompetenzi tal-Kummissjoni, il-BEI, il-banek promozzjonali
nazzjonali u l-awtorità maniġerjali tal-Fondi Strutturali u ta'
Investiment Ewropej. Dan għandu jistabbilixxi punt uniku ta' dħul
għal mistoqsijiet li jirrigwardaw l-assistenza teknika għal
investimenti fl-Unjoni. (27) Sabiex ikunu koperti r-riskji
relatati mal-garanzija tal-UE lill-BEI, għandu jiġi stabbilit fond
ta' garanzija. Il-fond ta' garanzija għandu jkun kostitwit minn pagament
gradwali mill-baġit tal-Unjoni. Il-fond ta' garanzija għandu
sussegwentement jirċievi wkoll dħul u ripagamenti minn proġetti
li jibbenefikaw minn sostenn tal-FEIS u minn ammonti rkuprati minn debituri
f'kontumaċja fejn il-fond ta' garanzija jkun diġà onora l-garanzija
lill-BEI. (28) Il-fond ta' garanzija huwa
maħsub li jipprovdi bafer ta' likwidità għall-baġit tal-Unjoni
kontra telf imġarrab mill-FEIS fil-segwitu tal-objettivi tiegħu.
L-esperjenza dwar in-natura tal-investimenti li għandhom jiġu
appoġġati mill-FEIS tindika li proporzjon ta' 50 % bejn
il-pagamenti mill-baġit tal-Unjoni u l-obbligi ta' garanzija totali
tal-Unjoni ikunu adegwati. (29) Sabiex jiffinanzjaw b'mod
parzjali l-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni, il-pakketti disponibbli
tal-Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
2014-2020, previsti mir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[2],
u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, previsti mir-Regolament (UE)
Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[3], għandhom
jitnaqqsu. Dawk il-programmi jaqdu għanijiet li mhumiex replikati
mill-FEIS. Madankollu, it-tnaqqis taż-żewġ programmi biex
jiġi ffinanzjat il-fond ta' garanzija huwa mistenni li jiżgura
investiment akbar f'ċerti oqsma tal-mandati rispettivi tagħhom milli
jkun possibbli permezz tal-programmi eżistenti tagħhom. Il-FEIS
għandu jkun kapaċi jingrana l-garanzija tal-UE sabiex jimmultiplika
l-effett finanzjarju f'dawk l-oqsma ta' riċerka, żvilupp u
innovazzjoni u trasport, telekomunikazzjonijiet u infrastruttura
tal-enerġija mqabbla magħhom jekk ir-riżorsi jkunu ntefqu
permezz ta' għotjiet fil-programmi ppjanati ta' Orizzont 2020 u
l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Għaldaqstant, huwa xieraq li parti
mill-finanzjament li huwa previst bħalissa għal dawk il-programmi
jiġi reindirizzat għall-benefiċċju tal-FEIS. (30) Minħabba n-natura
tal-kostituzzjoni tagħhom, la l-garanzija tal-BEI u lanqas il-fond ta'
garanzija ma huma "strumenti finanzjarji" skont it-tifsira
tar-Regolament (UE) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[4]. (31) Fl-Unjoni, hemm għadd
sinifikanti ta' proġetti potenzjalment vijabbli li mhumiex qed jiġu
ffinanzjati minħabba nuqqas ta' ċertezza u trasparenza rigward tali
proġetti. Ħafna drabi, dan huwa minħabba li investituri privati
mhumiex konxji tal-proġetti jew ma għandhomx informazzjoni
biżżejjed biex jagħmlu valutazzjoni tar-riskji tal-investiment.
Il-Kummissjoni u l-BEI, bl-appoġġ mill-Istati Membri, għandhom
jippromwovu l-ħolqien ta' sett ta' proġetti ta' investiment
trasparenti kurrenti u futuri fl-Unjoni li huma adattati
għall-investiment. Dan is-"sett ta' proġetti" għandu
jiżgura li l-informazzjoni rigward proġetti ta' investiment tkun
disponibbli għall-pubbliku fuq bażi regolari u strutturat sabiex ikun
żgurat li l-investituri jkollhom informazzjoni affidabbli li fuqha
jibbażaw id-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom. (32) L-Istati Membri bdew wkoll
ħidma fil-livell nazzjonali dwar l-istabbiliment u l-promozzjoni ta' settijiet
ta' proġetti għal proġetti ta' importanza nazzjonali.
L-informazzjoni mħejjija mill-Kummissjoni u mill-BEI għandha
tipprovdi rabtiet mas-settijiet ta' proġetti nazzjonali li jakkumpanjaw. (33) Minkejja li l-proġetti
identifikati fis-sett ta' proġetti jistgħu jintużaw mill-BEI
fl-identifikazzjoni u l-għażla tal-proġetti appoġġati
mill-FEIS, is-sett ta' proġetti għandu jkun aktar wiesa' fl-ambitu
ta' identifikazzjoni ta' proġetti madwar l-Unjoni. Dan l-ambitu jinkludi
proġetti li huma kapaċi jiġu ffinanzjati kompletament mis-settur
privat jew bl-assistenza ta' strumenti oħra disponibbli fil-livell Ewropew
jew nazzjonali. Il-FEIS għandu jkun jista' jappoġġa
proġetti ta' finanzjament u investiment identifikati mis-sett ta' proġetti,
iżda ma għandux ikun hemm awtomatiċità bejn l-inklużjoni
fuq il-lista u l-aċċess għal sostenn tal-FEIS u l-FEIS
jingħata bid-diskrezzjoni li jagħżel u jappoġġa
proġetti li ma jkunux inklużi fil-lista. (34) Sabiex ikun hemm l-obbligu ta'
rendikont liċ-ċittadini Ewropej, il-BEI għandu b'mod regolari
jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-FEIS. (35) Sabiex tkun żgurata
kopertura xierqa tal-obbligi tal-garanzija tal-UE u sabiex tkun żgurata
d-disponibbiltà kontinwata tal-garanzija tal-UE, għandha tingħata
lill-Kummissjoni s-setgħa li jiġu adottati atti b'konformità
mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
fir-rigward tal-aġġustament tal-ammonti li jridu jitħallsu
mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jiġi emendat l-Anness I
skont dan. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq
konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta’ tħejjija tagħha,
inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti delegati,
il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha
u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (36) Minħabba li l-objettivi
ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu appoġġati
investimenti fl-Unjoni u li jiġi żgurat aktar aċċess
għall-finanzjament lil kumpaniji li għandhom sa 3000 impjegat, ma
jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba
d-disparitajiet fil-kapaċità fiskali tagħhom li jaġixxu
iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti,
jintlaħqu fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont
il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat
dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif
stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li
huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: dwar il-Fond Ewropew
għall-Investimenti Strateġiċi Artikolu 1
Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi 1. Il-Kummissjoni tikkonkludi
ftehim mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) dwar l-istabbiliment ta' Fond
Ewropew għal Investimenti Strateġiċi ("FEIS"). L-għan tal-FEIS ikun li jappoġġa
investimenti fl-Unjoni u li jiżgura aktar aċċess
għall-finanzjament lil kumpaniji li għandhom sa 3000 impjegat,
b'attenzjoni partikolari fuq intrapriżi żgħar u ta' daqs medju,
permezz tal-forniment ta' kapaċità tal-ġarr ta' riskju lill-BEI
("Ftehim tal-FEIS"). 2. Il-Ftehim tal-FEIS ikun
miftuħ għall-Istati Membri tal-adeżjoni. Bil-kundizzjoni li jkun
hemm l-approvazzjoni ta' kontributuri eżistenti, il-Ftehim tal-FEIS ikun
miftuħ ukoll għall-adeżjoni ta' partijiet terzi, inklużi
l-banek promozzjonali nazzjonali jew l-aġenziji pubbliċi bi sjieda
jew kontroll tal-Istati Membri, u l-entitajiet tas-settur privat. Artikolu 2
Termini tal-Ftehim dwar il-FEIS 1. Il-Ftehim tal-FEIS ikun jinkludi,
b'mod partikolari, dan li ġej: (a)
dispożizzjonijiet li jirregolaw it-twaqqif ta'
FEIS bħala faċilità ta' garanzija distinta, identifikabbli b'mod
ċar u trasparenti u kont separat ġestit mill-BEI; (b)
l-ammont u t-termini tal-kontribuzzjoni finanzjarja
li jiġu pprovduti mill-BEI permezz tal-FEIS; (c)
it-termini tal-finanzjament li jiġu pprovduti
mill-BEI permezz tal-FEIS lill-Fond Ewropew tal-Investiment ("FEI"); (d)
l-arranġamenti ta' governanza rigward il-FEIS,
b'konformità mal-Artikolu 3 mingħajr ħsara għall-Istatut
tal-Bank Ewropew tal-Investiment; (e)
regoli dettaljati dwar id-dispożizzjoni ta'
garanzija tal-UE, skont l-Artikolu 7, inkluż il-kopertura limitata
tal-portafolji ta' ċerti tipi ta' strumenti, talbiet għall-garanzija
tal-UE, li – bl-eċċezzjoni ta' telf possibbli fuq l-ekwità -
isiru biss darba fis-sena wara li l-profitti u t-telf mill-operazzjonijiet
ikunu nġiebu għall-valur nett, u r-remunerazzjoni tagħha u
r-rekwiżit li r-remunerazzjoni għat-teħid ta' riskju tkun allokata
fost il-kontributuri fi proporzjon mas-sehem ta' riskju rispettiv tagħhom; (f)
dispożizzjonijiet u proċeduri relatati
mal-irkupru tal-pretensjonijiet; (g)
rekwiżiti li jirregolaw l-użu
tal-garanzija tal-UE, inkluż bi skadenzi speċifiċi u indikaturi
ta' prestazzjoni ewlenin; (h)
dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament
meħtieġ għall-EIAH skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2; (i)
dispożizzjonijiet li jirregolaw il-mod kif
partijiet terzi jistgħu jikkoinvestu mal-operazzjonijiet ta' finanzjament
u investiment tal-BEI bl-appoġġ tal-FEIS; (j)
il-modalitajiet tal-kopertura tal-garanzija tal-UE.
Il-Ftehim tal-FEIS ikun jipprevedi distinzjoni
ċara bejn l-operazzjonijiet li jitwettqu bl-appoġġ tal-FEIS u
operazzjonijiet oħrajn tal-BEI. Il-Ftehim tal-FEIS ikun jipprevedi li
l-attivitajiet tal-FEIS imwettqa mill-FEI ikunu rregolati mill-korpi li
jirregolaw il-FEI. Il-Ftehim tal-FEIS ikun jipprevedi li
r-remunerazzjoni attribwibbli lill-Unjoni minn operazzjonijiet li għandhom
l-appoġġ tal-FEIS tkun ipprovduta wara li jitnaqqsu l-pagamenti
dovuti għat-talbiet tal-garanzija tal-UE u, sussegwentement, il-kosti
skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 u skont l-Artikolu 5(3).
2. Il-Ftehim tal-FEIS ikun
jipprevedi l-ħolqien ta' Ċentru Ewropew għall-Konsulenza
Finanzjarja ("EIAH") fil-BEI. L-EIAH ikollu bħala l-objettiv
tiegħu li jibni fuq is-servizzi ta' konsulenza eżistenti tal-BEI u
tal-Kummissjoni sabiex jipprovdi appoġġ ta' konsulenza
għall-identifikazzjoni ta' proġetti ta' investiment u jaġixxi
bħala ċentru uniku ta' konsulenza teknika għall-finanzjament ta'
proġetti fl-Unjoni. Dan ikun jinkludi appoġġ dwar l-użu
tal-assistenza teknika għall-istrutturar tal-proġetti, l-użu ta'
sħubiji pubbliċi-privati u konsulenza, kif xieraq, dwar kwistjonijiet
rilevanti ta' leġiżlazzjoni tal-UE. Biex jikseb dak l-objettiv, l-EIAH jagħmel
użu mill-kompetenzi tal-BEI, tal-Kummissjoni, tal-banek promozzjonali
nazzjonali u tal-awtoritajiet maniġerjali tal-Fondi Strutturali u ta'
Investiment Ewropej. L-EIAH ikun parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni sa
massimu ta' EUR 20 000 000 kull sena matul il-perjodu li
jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2020
għas-servizzi addizzjonali previsti mill-EIAH apparti l-assistenza teknika
eżistenti tal-BEI. Għas-snin ta' wara l-2020 il-kontribuzzjoni
finanzjarja mill-Unjoni tkun direttament marbuta mad-dizpożizzjonijiet
inklużi fl-oqfsa finanzjarji pluriennali futuri. 3. L-Istati Membri li jsiru
partijiet għall-Ftehim tal-FEIS ikunu jistgħu jipprovdu
l-kontribuzzjoni tagħhom, b'mod partikolari, fil-forma ta' flus jew ta'
garanzija aċċettabbli għall-BEI. Partijiet terzi oħra jkunu
jistgħu jipprovdu l-kontribuzzjoni tagħhom fi flus biss. Artikolu 3
Governanza tal-FEIS 1. Il-Ftehim tal-FEIS ikun
jipprevedi li l-FEIS ikun irregolat minn Bord ta' Tmexxija, li jiddetermina
l-orjentazzjoni strateġika, l-allokazzjoni strateġika tal-assi u
l-politiki u l-proċeduri operattivi, inkluż il-politika ta'
investiment ta' proġetti li jista' jkollhom is-sostenn tal-FEIS u l-profil
ta' riskju tal-FEIS, b'konformità mal-objettivi fl-ambitu tal-Artikolu 5(2).
Il-Bord ta' Tmexxija jeleġġi wieħed mill-membri tiegħu biex
ikun President tal-Bord. 2. Sakemm l-uniċi
kontributuri għall-FEIS ikunu l-Unjoni u l-BEI, l-għadd ta' membri u
voti fil-Bord ta' Tmexxija jkun allokat abbażi tad-daqs rispettiv
tal-kontribuzzjonijiet fil-forma ta' flus jew garanziji. Il-Bord ta'
Tmexxija jieħu d-deċiżjonijiet permezz ta' kunsens. 3. Meta partijiet oħra
jaċċedu għall-Ftehim tal-FEIS skont l-Artikolu 1(2),
l-għadd ta' membri u voti fil-Bord ta' Tmexxija jkun allokat abbażi
tad-daqs rispettiv tal-kontribuzzjonijiet mill-kontributuri fil-forma ta' flus
jew garanziji. L-għadd ta' membri u voti tal-Kummissjoni u l-BEI, skont
il-paragrafu 2, jiġi rikalkulat skont dan. Il-Bord ta'
Tmexxija jfittex li jieħu d-deċiżjonijiet permezz ta' kunsens.
Jekk il-Bord ta' Tmexxija ma jkunx jista' jiddeċiedi permezz ta' kunsens
fi żmien skadenza stabbilita mill-President, il-Bord ta' Tmexxija
jiddeċiedi abbażi ta' maġġoranza sempliċi. Ebda
deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija ma tiġi adottata jekk
il-Kummissjoni jew il-BEI jivvotaw kontriha. 4. Il-Ftehim tal-FEIS ikun
jipprevedi li l-FEIS ikollu Direttur Amministrattiv, li jkun responsabbli
għall-ġestjoni ta' kuljum tal-FEIS u għat-tħejjija u
t-tmexxija tal-laqgħat tal-Kumitat tal-Investimenti msemmi
fil-paragrafu 5. Id-Direttur Amministrattiv ikun assistit minn Deputat
Direttur Amministrattiv. Id-Direttur Amministrattiv jirrapporta kull tliet
xhur dwar l-attivitajiet tal-FEIS lill-Bord ta' Tmexxija. Id-Direttur Amministrattiv u d-Deputat Direttur
Amminsitrattiv jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta konġunta
tal-Kummissjoni u tal-BEI għal terminu fiss ta' tliet snin li
jiġġedded. 5. Il-Ftehim tal-FEIS ikun
jipprevedi li l-FEIS ikollu Kumitat tal-Investimenti, li jkun responsabbli biex
jeżamina operazzjonijiet potenzjali skont il-politiki ta' investiment
tal-FEIS u japprova s-sostenn tal-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet
skont l-Artikolu 5, irrispettivament mill-post fejn jinsabu. Il-Kumitat tal-Investimenti ikun kompost minn sitt
esperti indipendenti u d-Direttur Amministrattiv. L-esperti indipendenti
jkollhom livell għoli ta' esperjenza rilevanti rigward is-suq
fil-finanzjament tal-proġetti u jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija
għal perjodu fiss ta' tliet snin li jiġġedded. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Investiment
jittieħdu b'maġġoranza sempliċi. KAPITOLU II - Il-Garanzija u l-Fond
ta' Garanzija tal-UE Artikolu 4
Garanzija tal-UE L-Unjoni tipprovdi garanzija lill-BEI
għall-operazzjonijiet ta' finanzjament jew investiment li jitwettqu
fl-Unjoni li tkun koperta minn dan ir-Regolament ("Garanzija
tal-UE"). Fr-rigward ta' strumenti msemmija fl-Artikolu 6
il-garanzija tal-UE tingħata bħala garanzija fuq talba. Artikolu 5
Rekwiżiti għall-użu tal-garanzija tal-UE 1. L-għoti ta' garanzija
tal-UE jkun suġġett għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim
tal-FEIS. 2. Il-garanzija tal-UE
tingħata għal operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI
li jkunu approvati mill-Kumitat tal-Investiment imsemmi fl-Artikolu 3(5)
jew finanzjament lill-FEI sabiex iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament u
investiment tal-FEI skont l-Artikolu 7(2). L-operazzjonijiet
ikkonċernati jkunu konsistenti mal-politiki tal-Unjoni u jkunu
jappoġġaw kwalunkwe wieħed mill-objettivi ġenerali li
ġejjin: (a)
l-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluż
fl-oqsma tat-trasport, b'mod partikolari fiċ-ċentri industrijali;
l-enerġija, b'mod partikolari l-interkonnessjonijiet tal-enerġija; u
l-infrastruttura diġitali; (b)
l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ,
is-saħħa, ir-riċerka, l-iżvilupp, it-teknoloġiji
tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-innovazzjoni; (c)
l-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli u
l-effiċjenza fl-enerġija u r-riżorsi; (d)
proġetti ta' infrastruttura fl-oqsma
tar-riżorsi naturali, l-iżvilupp urban u l-qasam soċjali; (e)
il-provvediment ta' sostenn finanzjarju lil kumpaniji
msemmijin fl-Artikolu 1(1), inkluż il-finanzjament tar-riskju
tal-kapital operatorju. Barra minn hekk, il-garanzija tal-UE tingħata
għas-sostenn ta' pjattaformi dedikati ta' investiment u banek
promozzjonali nazzjonali, permezz tal-BEI, li jinvestu f'operazzjonijiet li
jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. F'dak il-każ, il-Bord
ta' Tmexxija jispeċifika l-politiki rigward il-pjattaformi ta' investiment
li jkunu eliġibbli. 3. B'konformità
mal-Artikolu 17 tal-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment,
il-benefiċjarji se jintalbu jħallsu l-operazzjonijiet tal-BEI biex
ikopru l-ispejjeż relatati mal-FEIS. Mingħajr ħsara
għas-subparagrafi 2 u 3, ebda nefqa amministrattiva jew kwalunkwe
tariffa oħra tal-BEI għal attivitajiet ta' finanzjament u investiment
immexxija mill-BEI skont dan ir-Regolament ma jiġu koperti mill-baġit
tal-Unjoni. Il-BEI jista' jitlob
il-garanzija tal-UE, skont l-Artikolu 2(1)(e), f'limitu massimu kumulat li
jikkorrispondi għal 1 % tat-total pendenti tal-obbligi tal-garanzija
tal-UE biex ikopri l-ispejjeż li filwaqt li jkunu ġew
iċċarġjati lill-benefiċjarji tal-operazzjonijiet ta'
finanzjament, ma jkunux ġew irkuprati. It-tariffi tal-BEI, jekk
il-BEI jipprovdi finanzjament lill-FEI f'isem il-FEIS li huwa
appoġġat mill-garanzija tal-UE skont
l-Artikolu 7(2) jistgħu jiġu koperti mill-baġit
tal-Unjoni. 4. Sakemm il-kriterji ta'
eliġibbiltà jkunu ssodisfati kollha, l-Istati Membri jistgħu
jużaw il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej sabiex jikkontribwixxu
għall-finanzjament ta' proġetti eliġibbli li jkun qed jinvesti
fihom il-BEI bis-sostenn tal-garanzija tal-UE. Artikolu 6
Strumenti Eliġibbli Għall-finijiet tal-Artikolu 5(2),
il-BEI juża l-Garanzija tal-UE għall-kopertura tar-riskji għal
strumenti bħala regola abbażi tal-portafoll. Strumenti individwali eliġibbli
għall-kopertura jew portafolji jistgħu jkunu magħmula minn dawn
l-Istrumenti: (a)
self, garanziji, kontrogaranziji, strumenti tas-suq
tal-kapital, jew kwalunkwe forma oħra ta' finanzjament jew strument
għat-tisħiħ fil-kreditu, investiment ta' ekwità jew kważi
ekwità tal-BEI. Dawn l-Istrumenti jingħataw, jinkisbu jew
jinħarġu għall-benefiċċju tal-operazzjonijiet li
twettaq l-Unjoni, inkluż operazzjonijiet transfruntieri bejn Stat Membru u
pajjiż terz, b'konformità ma' dan ir-Regolament u fejn il-finanzjament
tal-BEI ikun ingħata skont ftehim iffirmat li ma jkunx għadu skada
jew ġie kkanċellat; (b)
Il-finanzjament tal-BEI lill-FEI li jippermettilu
jidħol għal self, garanziji, kontrogaranziji, jew kwalunkwe forma
oħra ta' strument ta' tisħiħ fil-kreditu, strumenti tas-suq
tal-kapital jew investimenti ta’ ekwità jew kważi Dawn l-Istrumenti
jingħataw, jinkisbu jew jinħarġu għall-benefiċċju
tal-operazzjonijiet li twettaq l-Unjoni, b'konformità ma' dan ir-Regolament u
fejn il-finanzjament tal-FEI ikun ingħata skont ftehim iffirmat li ma
jkunx għadu skada jew ġie kkanċellat; Artikolu 7
Kopertura u kondizzjonijiet tal-garanzija tal-UE 1. Il-garanzija tal-UE lill-BEI
tkun għall-ammont ta' EUR 16 000 000 000, li minnhom
ammont massimu ta' EUR 2 500 000 000 jista' jiġi
allokat għall-finanzjament tal-BEI lill-FEI b'konformità
mal-paragrafu 2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(9),
il-pagamenti aggregati mill-Unjoni fl-ambitu tal-garanzija lill-BEI ma
jaqbżux l-ammont tal-garanzija. 2. Il-kopertura tal-garanzija
fuq tip partikolari ta' portafoll ta' strument, imsemmija fl-Artikolu 6,
tiġi ddeterminata mir-riskju ta' dak il-portafoll. Il-garanzija tal-UE
tkun eliġibbli biex tipprovdi jew garanziji tal-ewwel telf fuq
il-bażi ta' portafoll jew garanzija sħiħa. Il-garanzija tal-UE
tista' tingħata pari passu ma' kontributuri oħrajn. Fejn il-BEI jipprovdi finanzjament lill-FEI sabiex
dan iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI,
il-garanzija tal-UE tipprovdi għal garanzija sħiħa fuq
il-finanzjament tal-BEI sakemm il-BEI jipprovdi ammont indaqs ta' finanzjament
mingħajr garanzija tal-UE. L-ammont kopert mill-garanzija tal-UE ma jkunx
jaqbeż iż-EUR 2 500 000 000. 3. Meta l-BEI jitlob
il-garanzija tal-UE skont il-Ftehim tal-FEIS, l-Unjoni tħallas mat-talba
skont it-termini tal-Ftehim. 4. Meta l-Unjoni tagħmel
pagament fl-ambitu tal-garanzija tal-UE, il-BEI jsegwi l-irkupru tat-talbiet
għall-ammonti mħallsa u jirrimborża lill-Unjoni mis-somom li
jirkupra. Artikolu 8
Fond ta' garanzija tal-UE 1. Fond ta' garanzija tal-UE
("fond ta' garanzija") jiġi stabbilit li minnu l-BEI
jitħallas fil-każ ta' talba mill-garanzija tal-UE. 2. Il-fond ta' garanzija
jiġi fornut minn: (a)
pagamenti mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, (b)
redditi fuq ir-riżorsi tal-fond ta' garanzija
investiti, (c)
ammonti rkuprati minn debituri f'kontumaċja
skont il-proċedura ta' rkupru stabbilita fil-Ftehim tal-FEIS kif previst fl-Artikolu 2(1)(f), (d)
kwalunkwe pagamenti oħra riċevuti
mill-Unjoni skont il-Ftehim tal-FEIS. 3. Kontribuzzjonijiet lill-fond
ta' garanzija previsti fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2 ikunu
jikkostitwixxu dħul assenjat intern skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament
(UE) Nru 966/2012. 4. Ir-riżorsi tal-fond ta'
garanzija previsti fil-paragrafu 2 ikunu ġestiti b'mod dirett
mill-Kummissjoni u investiti skont il-prinċipju tal-amministrazzjoni
finanzjarja tajba u jsegwi regola prudenzjali xierqa. 5. Kontribuzzjonijiet
għall-fond ta' garanzija msemmijin fil-paragrafu 2 jintużaw biex
jintlaħaq livell xieraq li jirrifletti t-total tal-obbligi ta' garanzija
tal-UE ("ammont fil-mira"). L-ammont fil-mira ikun stabbilit
għal 50 % tal-obbligi ta' garanzija totali tal-UE. L-ammont fil-mira jintlaħaq inizjalment permezz tal-ħlas
gradwali ta' riżorsi msemmijin fil-paragrafu 2(a). Jekk ikun hemm talbiet
għall-garanzija matul il-kostituzzjoni inizjali tal-fond ta' garanzija,
il-kontribuzzjonijiet għall-fond ta' garanzija previsti fil-punti (b), (c)
u (d) tal-paragrafu 2 iservu wkoll biex jikkontribwixxu biex jintlaħaq
l-ammont fil-mira sa ammont ugwali għat-talbiet fuq il-garanzija. 6. Sal-31 ta' Diċmbru 2018,
u kull sena wara, il-Kummissjoni tagħmel analiżi tal-adegwatezza tal-livell
tal-fond ta' garanzija billi tikkunsidra kwalunkwe tnaqqis tar-riżorsi li
jirriżulta mill-attivazzjoni tal-garanzija u mill-valutazzjoni tal-BEI
ppreżentata skont l-Artikolu 10(3). Il-Kummissjoni tkun awtorizzata li tadotta atti
delegati skont l-Artikolu 17 li jaġġusta l-ammont fil-mira
previst fil-paragrafu 5 b'massimu ta' 10 % sabiex ikun jirrifletti
aħjar ir-riskju potenzjali tal-garanzija tal-UE li tkun qed tintalab. 7. Wara li fis-sena n
isir l-aġġustament tal-ammont fil-mira jew issir valutazzjoni dwar
l-adegwatezza tal-livell tal-fond ta' garanzija skont l-analiżi prevista
fil-paragrafu 6: (a)
kwalunkwe eċċess jitħallas fi
tranżazzjoni waħda lil intestatura speċjali fid-dikjarazzjoni
tad-dħul fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-sena n+1, (b)
kwalunkwe rikostituzzjoni tal-fond ta' garanzija
titħallas fis-segment annwali fuq perjodu massimu ta' tliet snin li jibdew
mis-sena n+1. 8. Mill-1 ta' Jannar 2019,
jekk bħala riżultat tat-talbiet għall-garanzija, il-livell
tal-fond ta' garanzija jaqa' taħt il-50 % tal-ammont fil-mira,
il-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar x'miżuri
eċċezzjonali jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġi
rikostitwit. 9. Wara li
ssir talba għall-garanzija tal-UE, id-dotazzjonijiet lill-garanzija
previsti fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2 'il fuq mill-ammont
fil-mira, jintużaw biex jirrikostitwixxu l-garanzija tal-UE sal-ammont
inizjali tagħha. KAPITOLU III - Sett ta' proġetti
ta' investiment Ewropej Artikolu 9
KAPITOLU III - Sett ta' proġetti ta' investiment Ewropej 1. Il-Kummissjoni u l-BEI,
bl-appoġġ mill-Istati Membri, jippromwovu l-ħolqien ta' sett ta'
proġetti ta' investiment trasparenti kurrenti u potenzjalment futuri
fl-Unjoni. Is-sett ta' proġetti huwa mingħajr ħsara
għall-proġetti finali magħżula għal sostenn skont
l-Artikolu 3(5). 2. Il-Kummissjoni u l-BEI
jiżviluppaw, jaġġornaw u jqassmu, fuq bażi regolari u
strutturata, informazzjoni dwar investimenti kurrenti u futuri li jagħtu
kontribut sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika tal-UE. 3. L-Istati Membri jiżviluppaw,
jaġġornaw u jqassmu, fuq bażi regolari u strutturata,
informazzjoni dwar investiment kurrenti u futur fit-territorju tagħhom. KAPITOLU IV- Rappurtar, obbligu ta'
rendikont u evalwazzjoni Artikolu 10
Rapportar u kontabilità 1. Il-BEI, f'kooperazzjoni
mal-FEI, kif xieraq, jirrapporta kull sitt xhur lill-Kummissjoni dwar
l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI fl-ambitu ta' dan
ir-Regolament. Ir-rapport ikun jinkludi valutazzjoni tal-konformità
mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u l-indikaturi ewlenin
tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 2(1)(g). Ir-rapport ikun jinkludi wkoll
dejta statistika, finanzjarja u ta' kontabilità dwar kull operazzjoni ta'
finanzjament u investiment tal-BEI u fuq bażi aggregata. 2. Barra minn hekk, il-BEI,
f'kooperazzjoni mal-FEI kif xieraq, jirrapporta kull sena lill-Parlament
Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment
tal-BEI. Ir-rapport jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u
jkun jinkludi: (a)
valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u
investiment tal-BEI fil-livell operattiv, settorjali u reġjonali u
l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament, flimkien ma' valutazzjoni
tal-allokazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI
bejn l-objettivi fl-Artikolu 5(2); (b)
valutazzjoni tal-valur miżjud,
il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tas-settur privat, il-prestazzjonijiet
stmati u reali, ir-riżultati u l-impatt tal-operazzjonijiet ta'
finanzjament u investiment tal-BEI fuq bażi aggregata; (c)
valutazzjoni tal-benefiċċju finanzjarju
ttrasferit lill-benefiċjarji tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI
fuq bażi aggregata; (d)
valutazzjoni tal-kwalità tal-operazzjonijiet ta'
finanzjament u investiment tal-BEI. (e)
informazzjoni dettaljata dwar talbiet għall-garanzija
tal-UE; (f)
ir-rapporti finanzjarji tal-FEIS. 3. Għall-għanijiet ta'
kontabilità u r-rapportar tal-Kummissjoni dwar ir-riskji koperti mill-garanzija
tal-UE u l-ġestjoni tal-fond ta' garanzija, il-BEI, f'kooperazzjoni
mal-FEI kif xieraq, kull sena jipprovdu lill-Kummissjoni: (a)
il-valutazzjoni tar-riskju u l-informazzjoni dwar
il-gradazzjoni tal-BEI u tal-FEI fir-rigward tal-operazzjonijiet ta'
finanzjament u investiment tal-BEI; (b)
l-obbligu finanzjarju pendenti għall-UE
rigward il-garanziji pprovduti għall-operazzjonijiet ta' finanzjament u
investiment tal-BEI disaggregati skont operazzjonijiet individwali; (c)
il-profitt jew telf totali li jirriżulta
mill-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI fl-ambitu
tal-portafolji pprovduti mill-Ftehim tal-FEIS skont l-Artikolu 2(1)(e). 4. Il-BEI jipprovdi
lill-Kummissjoni fuq talba kwalunkwe informazzjoni addizzjonali
meħtieġa biex il-Kummissjoni twettaq l-obbligi tagħha rigward
dan ir-Regolament. 5. Il-BEI u l-FEI kif xieraq,
jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 bi spejjeż
tagħhom. 6. Sat-30 ta’ Ġunju
ta' kull sena l-Kummissjoni tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u
l-Qorti tal-Awdituri rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-fond ta' garanzija
u dwar il-ġestjoni tiegħu matul is-sena kalendarja preċedenti. Artikolu 11
Obbligu ta' rendikont 1. Fuq talba tal-Parlament
Ewropew, id-direttur Amministrattiv jipparteċipa f'seduta ta' smigħ
tal-Parlament Ewropew dwar il-prestazzjoni tal-FEIS. 2. Id-Direttur Amministrattiv
iwieġeb bil-fomm jew bil-miktub għal mistoqsijiet indirizzati
lill-FEIS mill-Parlament Ewropew, fi kwalunkwe każ fi żmien
ħames ġimgħat minn meta tasal il-mistqosija. 3. Fuq talba tal-Parlament
Ewropew, il-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni
ta' dan ir-Regolament. Artikolu 12
Evalwazzjoni u Analiżi 1. Mhux aktar tard minn [PO
jinserixxi d-data: 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan
ir-Regolament] il-BEI jevalwa l-funzjonament tal-FEIS. Il-Kummissjoni
tippreżenta l-evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew,
lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; Mhux aktar tard minn [PO jinserixxi d-data:
18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]
il-Kummissjoni tevalwa l-fond ta' garanzija tal-UE u l-funzjonament tal-fond
ta' garanzija, inkluż l-użu ta' dotazzjonijiet skont
l-Artikolu 8(9). Il-Kummissjoni tippreżenta l-evalwazzjoni
tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 2. Sat
30 ta' Ġunju 2018 u kull tliet snin wara: (a)
il-BEI jippubblika rapport komprensiv dwar
il-funzjonament tal-FEIS; (b)
il-Kummissjoni tippubblika rapport komprensiv dwar
l-użu tal-garanzija tal-UE u l-funzjonament tal-fond ta’ garanzija. 3. Il-BEI, f'kooperazzjoni
mal-FEI, kif xieraq, jikkontribwixxi u jipprovdi l-informazzjoni
meħtieġa għall-evalwazzjoni u r-rapport tal-Kummissjoni skont
il-paragrafi 1 u 2 rispettivament. 4. Il-BEI u l-FEI fuq bażi
regolari jipprovdu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni
r-rapporti indipendenti ta' evalwazzjoni kollha tagħhom li jivvalutaw
ir-riżultati prattiċi miksuba mill-attivitajiet speċifiċi
tal-BEI skont dan ir-Regolament. 5. Mhux aktar tard minn [PO
jdaħħal id-data ta' tliet snin wara d-dħul fis-seħħ
ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni tippreżenta rapport
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan
ir-Regolament, akkumpanjat bi proposti rilevanti. KAPITOLU V-Dispożizzjonijiet
Ġenerali Artikolu 13
Trasparenza u divulgazzjoni pubblika ta' informazzjoni B'konformità mal-politiki tiegħu stess
dwar it-trasparenza għall-aċċess ta' dokumenti u informazzjoni,
il-BEI jippubblika fuq il-websajt tiegħu informazzjoni rigward
l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment kollha tal-BEI u kif dawn
jikkontribwixxu għall-objettivi ġenerali msemmijin
fl-Artikolu 5(2). Artikolu 14
Il-verifika esterna tal-Qorti tal-Awdituri Il-garanzija tal-UE u l-ħlasijiet u
l-irkupri fl-ambitu tagħha li jkunu attribwibbli għall-baġit
ġenerali tal-Unjoni ikunu vverifikati mill-Qorti tal-Awdituri. Artikolu 15
Miżuri kontra l-frodi 1. Il-BEI jinnotifika lill-OLAF
minnufih u jagħtih l-informazzjoni meħtieġa meta, fi kwalunkwe
stadju tat-tħejjija, l-implimentazzjoni jew l-għeluq
tal-operazzjonijiet soġġetti għall-garanzija tal-UE, ikollu
raġunijiet biex jissuspetta li jeżisti każ potenzjali ta’ frodi,
korruzzjoni, ħasil ta' flus jew xi attività illegali oħra li tista'
taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. 2. L-OLAF jista' jwettaq
investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post,
f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti
fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill([5]),
ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96([6]) u r-Regolament
tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95([7])
sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea,
bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni,
ħasil ta' flus jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa
l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' kwalunkwe operazzjoni
appoġġata mill-garanzija tal-UE. L-OLAF jista' jittrażmetti
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati l-informazzjoni
li tinkiseb matul l-investigazzjonijiet. Fejn tali attivitajiet illegali jiġu
ppruvati, il-BEI jidħol għal sforzi ta' rkupru fir-rigward
tal-operazzjonijiet tiegħu li huma appoġġati mill-garanzija
tal-UE. 3. Il-ftehimiet ta' finanzjament
iffirmati rigward l-operazzjonijiet appoġġati fl-ambitu ta' dan
ir-Regolament ikunu jinkludu klawsoli li jippermettu l-esklużjoni
mill-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI u, jekk hemm bżonn,
miżuri ta' rkupru xierqa f'każijiet ta' frodi, korruzzjoni jew
attività illegali oħra b'konformità mal-Fethim tal-FEIS, il-politiki
tal-BEI u rekwiżiti regolatorji applikabbli. Id-deċiżjoni dwar
jekk tiġix applikata esklużjoni mill-operazzjoni ta' finanzjament u
investiment tal-BEI tittieħed b'konformità mal-ftehim ta' finanzjament jew
investiment rilevanti. Artikolu 16
Attivitajiet esklużi u ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx 1. Fl-operazzjonijiet ta'
finanzjament tiegħu, il-BEI ma jittollera l-ebda attività li titwettaq
għal finijiet illegali, inkluż il-ħasil tal-flus,
il-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni
tat-taxxa, il-korruzzjoni, u l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji
tal-Unjoni. B'mod partikolari l-BEI ma jipparteċipax f'xi operazzjoni ta'
finanzjament jew investiment permezz ta' veikolu li jkun jinsab
f'ġuriżdizzjoni li ma tikkooperax, skont il-politiki tiegħu lejn
ġuriżdizzjonijiet regolamentati b'mod dgħajfa jew li ma jikkooperawx
abbażi ta' politiki tal-Unjoni, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni
Ekonomika u l-Iżvilupp jew it-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja. 2. Fl-operazzjonijiet ta'
finanzjament tiegħu, il-BEI japplika l-prinċipji u l-istandards
stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema
finanzjarja għall-fini tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament
tat-terroriżmu, inkluż ir-rekwiżit li jittieħdu miżuri
raġonevoli biex jiġu identifikati s-sidien li jibbenefikaw, fejn
applikabbli. Artikolu 17
Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa li tadotta
atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett
għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa li jkunu
adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(6) hija kkonferita fuq
il-Kummissjoni għal perjodu ta' tliet snin mid-data tad-dħul
fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tfassal rapport
fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel
it-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin. Id-delega ta’ setgħa tiġi
estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi,
ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw
għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’
kull perjodu. 3. Id-delega ta' setgħa
msemmija fl-Artikolu 8(6) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin
mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm
id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din
issir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata
fih. Din ma tkun taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà
fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat,
il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont
l-Artikolu 8(6) jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix
espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi
żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u
l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u
l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin
joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fuq
l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. KAPITOLU VI - Emendi Artikolu 18
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 huwa b’dan
emendat kif ġej: (1) Fl-Artikolu 6,
il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej: 1. Il-pakkett finanzjarju
għall-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 huwa stabbilit għal
EUR 74 328,3 miljun fil-prezzijiet attwali, li minnhom massimu ta'
EUR 71 966,9 miljun ikunu allokati għal attivitajiet taħt
it-Titolu XIX TFUE. L-approprjazzjonijiet annwali jiġu
awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas
finanzjarju pluriennali. 2. L-ammont għall-attivitajiet
taħt it-Titolu XIX TFUE jitqassam fost il-prijoritajiet stipulati
fl-Artikolu 5(2) ta' dan ir-Regolament kif ġej: (a) Xjenza eċċellenti, EUR 23
897,0 miljun fil-prezzijiet attwali; (b) Tmexxija industrijali, EUR 16
430,5 miljun fil-prezzijiet attwali; (c) Sfidi tas-soċjetà, EUR 28
560,7 miljun fil-prezzijiet attwali. L-ammont kumplessiv massimu
għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-Orizzont 2020
għall-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 5(3) u
għall-azzjonijiet diretti mhux nukleari tal-JRC ikunu kif ġej: it-tixrid tal-eċċellenza u
ż-żieda fil-parteċipazzjoni, EUR 782,3 miljun
fil-prezzijiet attwali; Xjenza ma' u għas-soċjetà,
EUR 443,8 miljun fil-prezzijiet attwali; Azzjonijiet diretti mhux nukleari tal-JRC,
EUR 1 852,6 miljun fil-prezzijiet attwali. It-tqassim indikattiv għall-prijoritajiet
u l-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 5(2) u (3) huwa
stipulat fl-Anness II. 3. L-EIT jiġi ffinanzjat permezz
ta’ kontribuzzjoni massima mill-Orizzont 2020 ta’
EUR 2 361,4 miljun fil-prezzijiet attwali kif stipulat
fl-Anness II. (2) L-Anness II jinbidel bit-test
fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Artikolu 19
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 Fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru
1316/2013, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: 1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni
tal-FNE għall-perjodu 2014 sa 2020 hu stabbilit għal
EUR 29 942 259 000 (*) fil-prezzijiet attwali. L-ammont
jitqassam kif ġej: (a) is-settur tat-trasport EUR
23 550 582 000, li minnhom EUR 11 305 500 000
jiġu ttrasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jintefqu f’konformità
ma’ dan ir-Regolament esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli
għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni; (b) is-settur tat-telekomunikazzjoni EUR
1 041 602 000; (c) is-settur tal-enerġija
EUR 5 350 075 000. Dawn l-ammonti
huma mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta'
flessibbiltà previst fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom)
Nru 1311/2013(*). Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru
1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju
pluriennali għas-snin 2014-20 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884). Kapitolu V – Id-dispożizzjonijiet
tranżitorji u finali Artikolu 20
Dispożizzjoni tranżitorja Operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment
iffirmati mill-BEI jew il-FEI, matul il-perjodu
mill-1 ta' Jannar 2015 sal-konklużjoni tal-Ftehim dwar
il-FEIS, jistgħu jiġu ppreżentati mill-BEI jew il-FEI
lill-Kummissjoni għal kopertura fl-ambitu tal-garanzija tal-UE. Il-Kummissjoni tivvaluta dawn
l-operazzjonijiet u, fejn ikunu konformi mar-rekwiżiti sostantivi
stipulati fl-Artikolu 5 u fil-Ftehim dwar il-FEIS, tiddeċiedi li
l-kopertura tal-garanzija tal-UE tkun testendi għalihom. Artikolu 21
Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Strasburgu, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
fl-istruttura tal-ABM/ABB 1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva 1.4. Objettiv(i) 1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.6. Durata u impatt finanzjarju 1.7. Metodu/metodi ta’ mmaniġġjar previst(i) 2. MIŻURI TA’
MANIĠMENT 2.1. Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar 2.2. Sistema ta’ maniġment u kontroll 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u
irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u
l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Stima tal-impatt fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
minn partijiet terzi 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva Proposta
għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fond Ewropew
għal Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE)
Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 1.2. Qasam/Oqsma ta’ politika
kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[8]
Qasam
politiku: L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Attività
tal-ABB: Operazzjonijiet u strumenti finanzjarji Għall-Attivitajiet
tal-ABB fid-detall, irreferi għat-Taqsima 3.2 Qasam
politiku: Mobbiltà uTrasport Qasam
politiku: Netwerks ta' komunikazzjoni, kontenut u teknoloġija Qasam
politiku: L-Enerġija 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni
ġdida ¨Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi
proġett pilota/azzjoni preparatorja[9] ¨Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni
eżistenti X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni
ridirezzjonata lejn azzjoni ġdida 1.4. Objettiv(i) 1.4.1. L-obbjettiv(i)
strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva: Is-sostenn ta' investimenti li jsaħħu
t-tkabbir b'konformità mal-prijoritajiet baġitarji tal-Unjoni,
speċjalment fl-oqsma tal-: 1) Infrastruttura strateġika
(Investimenti fit-teknoloġija diġitali u fl-enerġija
b'konformità mal-politiki tal-UE) 2) Infrastruttura tat-trasport
fiċ-ċentri industrijali, fl-edukazzjoni, ir-riċerka u
l-innovazzjoni 3) Investimenti li jagħtu spinta
lill-impjiegi, b'mod partikolari permezz ta' finanzjament tal-SMEs u
miżuri għall-impjiegi taż-żgħażagħ 1.4.2. L-objettiv(i)
speċifiku/ċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i Għan speċifiku Nru 1 Żieda
fl-għadd u l-volum ta' operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment
tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) f'oqsma prijoritarji Għan speċifiku Nru 2 Żieda
fil-volum ta' finanzjament mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) għal
impriżi żgħar u ta' daqs medju Għan speċifiku Nru 3 Il-ħolqien
ta' Ċentru Ewropew ta' Konsulenza Finanzjarja Attività/attivitajiet konċernata/i ABM/ABB ECFIN:
Operazzjonijiet u strumenti finanzjarji 1.4.3. Riżultat(i) mistenni(ja)
u l-impatt Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. L-inizjattiva
għandha tippermetti lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew
tal-Investiment iwettqu operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment fl-oqsma
msemmijin f'1.4.1 b'volum ta' finanzjament akbar u, fil-każ tal-BEI, bi
proġetti aktar riskjużi iżda xorta waħda vijabbli. Għandu
jiġi ġġenerat effett multiplikatur permezz tal-provvediment ta'
garanzija tal-UE għall-BEI, sabiex kull Euro tal-garanzija tal-UE
taħt din l-inizjattiva jiġġenera EUR 15-il investiti
fil-proġetti. Għaldaqstant,
l-inizjattiva għandha tgħin timmobilizza finanzjament għal
proġetti ta' mill-inqas EUR 315-il biljun sal-2020. Dan għandu
jgħin biex ġeneralment jiġġenera investimenti fl-Unjoni u
għaldaqstant tkabbir u impjiegi potenzjali u reali. 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati
u tal-impatt Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. L-għan
hu li jiżdiedu l-investimenti fl-oqsma strateġiċi kif elenkati
f'1.4.1. F'dak
il-kuntest, se jiġu applikati l-indikaturi li ġejjin: -
L-għadd ta' proġetti/SMEs li rċevew finanzjament mingħand
il-BEI/FEI taħt l-inizjattiva. -
l-effett multiplikatur medju milħuq. L-effett multiplikatur mistenni huwa
ta' madwar 15 f’termini tal-garanzija tal-UE meta mqabbel mal-investiment
totali ġġenerat għall-proġetti appoġġati taħt
l-inizjattiva u t-termini tat-tranżazzjonijiet. -
Il-volum kumulattiv tal-finanzjament iġġenerat għal
proġetti appoġġati Il-monitoraġġ
tar-riżultati se jkun ibbażat fuq ir-rapportar mill-BEI u
r-riċerka tas-suq. 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Valur miżjud
tal-involviment tal-UE L-inizjattiva
se tipprovdi għal ekonomiji ta' skala fl-użu ta' strumenti
finanzjarji innovattivi billi jiġi katalizzat investiment privat fl-Unjoni
kollha u jsir l-aħjar użu mill-Istituzzjonijiet Ewropej u l-kompetenzi
u l-għarfien tagħhom għal dak il-għan. Il-fatt li fl-Unjoni
ma jeżistux limiti ġeografiċi se jagħmilha aktar attraenti
u inqas riskjuż għall-aggregat ta' proġetti appoġġati
milli kien ikun possibbli fi Stati Membri individwali. 1.5.2. Tagħlimiet minn
esperjenzi simili fil-passat Il-Kummissjoni
kisbet esperjenza prezzjuża bi strumenti ta' finanzjament innovattivi,
l-aktar bil-Fażi Pilota tal-Inizjattiva tal-Bond tal-Proġetti u
l-użu ta' strumenti finanzjarji eżistenti UE-BEI bħalma huma
dawk żviluppati taħt il-COSME, Orizzont 2020 jew l-Inizjattiva Bond
tal-Proġetti. 1.5.3. Il-kumpatibbiltà u
s-sinerġija possibbli ma' strumenti adattati oħra L-inizjattiva
hija kompatibbli għal kollox ma' programmi eżistenti taħt
l-Intestatura 1a, l-aktar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa,
Orizzont 2020 u COSME. Se
jiġu sfruttati sinerġiji billi jsir użu mill-kompetenzi
eżistenti tal-Kummissjoni fil-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji u
l-esperjenza miksuba taħt l-istrumenti finanzjarji UE-BEI. 1.6. Tul ta' żmien u impatt
finanzjarju ¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta'
żmien limitat –
¨ Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sa
[JJ/XX]SSSS –
¨ Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS X Il-proposta/inizjattiva b'tul
taż-żmien mhux limitat –
Implimentazzjoni b'perjodu ta' bidu mill-SSSS
sal-SSSS, –
u wara tħaddim fuq skala sħiħa. 1.7. Metodu/metodi ta’
mmaniġġjar previst(i)[10] X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni –
X mid-dipartimenti tagħha, inkluż
mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; –
¨ mill-aġenziji eżekuttivi ¨ Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri
¨ Ġestjoni indiretta permezz tad-delega
tal-kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil: –
¨ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom; –
¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom
(iridu jiġu speċifikati); –
¨ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment; –
¨ korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju; –
¨ korpi tad-dritt pubbliku; –
¨ korpi rregolati mid-dritt privat b'missjoni ta’ servizz pubbliku sa
fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati; –
¨ korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati
bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji
finanzjarji adegwati; –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi
fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku
rilevanti. – Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed
ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima
“Kummenti”. Kummenti Il-Fond ta'
Garanzija se jkun taħt il-ġestjoni diretta tal-Kumissjoni. 2. MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Regoli dwar
il-monitoraġġ u r-rapportar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. Skont
l-Artikolu 10 tal-proposta, il-BEI, f'kooperazzjoni mal-FEI kif xieraq,
jirrapporta kull sitt xhur lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament
u investiment tal-BEI. Barra minn hekk, il-BEI, f'kooperazzjoni mal-FEI kif
xieraq, jirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar
l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI.
Sat-30 ta’ Ġunju ta' kull sena l-Kummissjoni hi
meħtieġa tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Qorti
tal-Awdituri rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-Fond ta' Garanzija u dwar
il-ġestjoni tiegħu fis-sena ta’ qabel. Skont
l-Artikolu 12 tal-proposta, il-BEI jevalwa l-funzjonament tal-Fond Ewropew
għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u jipprovdi l-evalwazzjoni
tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Barra minn
hekk, il-Kummissjoni tevalwa l-użu tal-garanzija tal-UE u l-funzjonament
tal-Fond ta' Garanzija u tipprovdiha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Rapport komprensiv tal-funzjonament tal-FEIS huwa meħtieġ
sat-30 ta' Ġunju 2018 u wara dan kull tliet snin, kif ukoll
rapport komprensiv dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u l-funzjonament
tal-Fond ta' Garanzija. 2.1.1. Sistema ta’ maniġment u
kontroll L-Artikolu
14 tal-proposta jistabbilixxi li l-garanzija tal-UE u l-pagamenti u l-irkupri
fl-ambitu tagħha li jkunu attribwibbli għall-baġit ġenerali
tal-Unjoni jiġu vverifikati mill-Qorti tal-Awdituri. L-operazzjonijiet
ta’ finanzjament u investiment tal-BEI se jiġu ġestiti mill-BEI skont
ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta’
verifika, kontroll u monitoraġġ xierqa. Kif previst fl-Istatut
tal-BEI, il-Kumitat tal-Verifika tal-BEI, li huwa sostnut minn awdituri
esterni, huwa responsabbli li jivverifika r-regolarità tal-operazzjonijiet u
l-kontijiet tal-BEI. Il-kontijiet tal-BEI jiġu approvati kull sena
mill-Bord tal-Gvernaturi tiegħu. Barra
minn hekk, il-Bord tad-Diretturi tal-BEI, fejn il-Kummissjoni hija
rrapreżentata minn Direttur u minn Direttur li jalterna, japprova kull
operazzjoni ta’ investiment u finanzjament tal-BEI u jimmonitorizza li l-BEI
jkun ġestit skont l-Istatut tiegħu u skont id-direttivi ġenerali
stabbiliti mill-Bord tal-Gvernaturi. Il-ftehim
bejn it-tliet partijiet eżistenti bejn il-Kummissjoni, il-Qorti
tal-Awdituri u l-BEI ta’ Ottubru 2003 jagħti d-dettalji tar-regoli,
li skonthom, il-Qorti tal-Awdituri għandha twettaq il-verifiki tagħha
fuq l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI taħt il-garanzija tal-UE. 2.1.2. Riskju/i identifikat(i) L-operazzjonijiet
ta' finanzjament u investiment tal-BEI koperti mill-garanzija tal-Unjoni
jġorru riskju finanzjarju mhux negliġibbli. Il-probabbiltà li
l-garanzija tintalab hija tanġibbli. Madankollu, huwa stmat li l-Fond ta'
Garanzija jipprovdi l-protezzjoni meħtieġa għall-baġit
tal-UE. Il-proġetti nfushom jistgħu jkunu suġġetti
għal dewmien fl-implimentazzjoni u eċċessività fil-kosti. Anke
jekk abbażi ta' suppożizzjonijiet konservattivi, il-kosteffiċjenza
tal-inizjattiva tista' ssofri minn nuqqas ta' tixrid fis-suq tal-istrumenti u
tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq maż-żmien li jnaqqsu l-effett
multiplikatur maħsub. Skont
l-Artikolu 8(4) tal-proposta, ir-riżorsi tal-Fond ta' Garanzija jridu
jiġu investiti. Dawk l-investimenti se jġorru riskju ta' investiment
(eż. riskju tas-suq u l-kreditu) u xi riskju operazzjonali. 2.1.3. Tagħrif li
jikkonċerna s-sistema ta’ kontroll intern Il-FEIS
se jkun irregolat minn Bord ta' Tmexxija, li jiddetermina l-orjentazzjoni
strateġika, l-allokazzjoni strateġika tal-assi u l-politiki u
l-proċeduri operattivi, inkluż il-politika ta' investiment ta'
proġetti li jista' jkollhom is-sostenn tal-FEIS u l-profil ta' riskju
tal-FEIS. Id-deċiżjonijiet
dwar l-użu tas-sostenn tal-FEIS għall-infrastruttura u
l-proġetti akbar b'kapitalizzazzjoni medja għandhom isiru minn
Kumitat tal-Investiment. Il-Kumitat tal-Investiment għandu jkun
magħmul minn esperti indipendenti li għandhom l-għarfien u
l-esperjenza fl-oqsma tal-proġetti ta' investiment u se jkunu jwieġbu
lill-Bord ta' Tmexxija, li jissorvelja t-twettiq tal-objettivi tal-FEIS. Ikun
hemm ukoll Direttur Amministrattiv responsabbli għall-ġestjoni ta'
kuljum tal-FEIS u t-tħejjijiet tal-laqgħa tal-Kumitat
tal-Investiment. Id-Direttur Amministrattiv ikun iwieġeb direttament
lill-Bord ta' Tmexxija u jirrapporta kull tliet xhur dwar l-attivitajiet
tal-FEIS lill-Bord Superviżorju. Id-Direttur Amministrattiv jinħatar
mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta konġunta tal-BEI għal terminu fiss
ta' tliet snin li jiġġedded. Il-Kummissjoni
tamministra l-assi tal-Fond ta' Garanzija skont ir-Regolament u skont ir-regoli
u proċeduri interni fis-seħħ tagħha. 2.2. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Speċifika
l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti. L-Artikolu 15
tal-proposta jikkjarifika l-kompetenza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra
l-Frodi (OLAF) sabiex jinvestiga operazzjonijiet appoġġati minn din
l-inizjattiva. B'konformità mad-Deċiżjoni tas-27 ta' Lulju 2004
tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI rigward il-kooperazzjoni tal-BEI mal-OLAF,
il-Bank stabbilixxa regoli speċifiċi għal kooperazzjoni mal-OLAF
b'konnessjoni ma' każijiet possibbli ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe
attività illegali oħra li hija ta' detriment għall-interessi
finanzjarji tal-Komunitajiet. Lil
hinn minn dan, huma applikabbli r-regoli u l-proċeduri tal-BEI.
Notevolment dawn jinkludu l-Proċeduri ta' Investigazzjoni interni tal-BEI
approvati mill-Kumitat ta' Tmexxija tal-BEI f'Marzu 2013. Barra minn hekk,
f'Settembru 2013, il-BEI adotta l-"Politika dwar il-prevenzjoni u
l-iskoraġġiment ta’ mġiba pprojbita f’attivitajiet tal-Bank
Ewropew tal-Investiment" (Politika tal-BEI kontra l-Frodi). 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas
finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati · Għal linji baġitarji eżistenti, irreferi
għal-Taqsima 3.2 · Linji baġitarji ġodda mitluba Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju
pluriennali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni || Diff./mhux-diff[11]. || mill-pajjiżi tal-EFTA[12] || mill-pajjiżi kandidati[13] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju 1a || 01.0404 – Garanzija għall-FEIS || Diff. || LE || LE || LE || LE 1a || 01 03 01.0405 – Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija tal-FEIS || Diff. || LE || LE || LE || LE 1a || 01.0406 – Ċentru Ewropew ta' Konsulenza Finanzjarja || Diff. || LE || LE || LE || LE 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa EUR Miljuni (sa tliet punti deċimali) Sorsi ta' finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total IL-FAĊILITÀ NIKKOLLEGAW L-EWROPA, li minnha || 790 || 770 || 770 || 970 || || || 3300 06.020101 – It-tneħħija tar-restrinġiment, it-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja, l-għaqda fejn hemm il-lakuni u t-titjib tat-taqsimiet transfruntieri 06.020102 – Żgurar ta’ trasport sostenibbli u effiċjenti 06.020103 – Ottimizzar tal-integrazzjoni u l-interkonnessjoni tal-modi tat-trasport u t-titjib tal-interoperabilità || 560.3 34.9 104.8 || 520.3 32.4 97.3 || 480.3 29.9 89.8 || 600.3 37.4 112.3 || || || 2161.2 134.6 404.2 09.0303 – Promozzjoni tal-interoperabbiltà, il-varar sostenibbli, l-operat u t-tiġdid tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali trans-Ewropej, kif ukoll il-koordinazzjoni fil-livell Ewropew || || || 50 || 50 || || || 100 32.020101 – Aktar integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija u l-interoperabbiltà bejn in-netwerks tal-elettriku u tal-gass fuq il-fruntieri 32.020102 - Titjib tas-sigurtà tal-Unjoni fil-provvista tal-enerġija 32.020103 - Kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u l-ħarsien tal-ambjent || 30 30 30 || 40 40 40 || 40 40 40 || 56.7 56.6 56.7 || || || 166.7 166.6 166.7 ORIZZONT 2020, li minnhom || 70 || 860 || 871 || 479 || 150 || 270 || 2700 02.040201 – Rwol ta' tmexxija fl-ispazju 02.040203 – Żieda fl-innovazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) 02.040301 – Il-ksib ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u l-forniment sostenibbli ta' materja prima 02.040302 – It-trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri || 11 1.8 3.7 7.5 || 29.9 2.1 7.0 25 || 27.9 6.1 7 25 || 11.6 6.5 17.5 10.4 || || || 80.4 16.5 35.2 67.9 05.090301 – Il-garanzija ta' fornimenti suffiċjenti ta' ikel sikur u ta' kwalità għolja u prodotti oħra bijo. || || 30 || 37 || 33 || || || 100 06.030301 – Il-ksib ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, li tirrispetta l-ambjent, sikura u assjematika || || 37 || 37 || 26 || || || 100 08.020101 – It-tisħiħ ulterjuri tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien fil-Kunsill Ewropew tar-Riċerka 08.020103 – It-tisħiħ tar-riċerka Ewropea fl-infrastrutturi, inklużi l-infrastrutturi elettroniċi 08.020201 - Rwol ta' tmexxija fin-nanoteknoloġiji, materjali avvanzati, bijoteknoloġija u manifatturar u proċessar avvanzati 08.020203 – Żieda fl-innovazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) 08.020301 – Titjib fis-saħħa u l-benesseri tul il-ħajja 08.020302 – L-iżgurar ta' biżżejjed provvisti ta' ikel sikur, tajjeb għas-saħħa u ta' kwalità għolja u prodotti b'bażi bijoloġika oħrajn. 08.020303 - It-tiswir ta' tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija affidabbli, sostenibbli u kompetittiva 08.020304 - Il-ksib ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, li tirrispetta l-ambjent, sikura u assjematika 08.020305 – Il-ksib ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u l-forniment sostenibbli ta' materja prima 08.020306 – It-trawwim ta' soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflettivi 08.0204 – It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni 08.0206 – Xjenza ma' u għas-soċjetà; || || 91.3 17.7 38.3 3.4 51.3 8.5 30.9 12.5 28.1 10.7 9.3 5.1 || 91.0 17.6 38.5 3.4 43.3 10.7 31.2 17.6 27.9 10.6 10.1 5.1 || 14.2 3.9 10.0 0.8 11.9 3.3 6.5 4.2 5.8 2.3 2.0 1.1 || 0.5 8.8 32.6 1.7 26.8 12.6 14.7 26.9 13.0 5.3 4.6 2.6 || 24.2 15.4 49.6 3.0 47.6 18.2 25.9 41.4 22.8 9.3 8.1 4.5 || 221.2 63.3 169.1 12.3 180.9 53.2 109.1 102.4 97.7 38.3 34.2 18.4 09.040101 – It-tisħiħ tar-riċerka f'teknoloġiji futuri u emerġenti 09.040102 – It-tisħiħ tar-riċerka fl-infrastruttura, inkluża l-infrastruttura elettronika 09.040201 – It-tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni 09.040301 – Titjib fis-saħħa u l-benesseri tul il-ħajja 09.040302 - It-trawwim ta' soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflettivi 09.040303 – It-trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri || || 35 15.9 120.3 19.2 6.1 7.4 || 45.4 15.3 114.8 15.5 5.8 7.1 || 37.4 10.4 71.7 13.6 3.9 4.9 || || || 117.9 41.6 306.8 48.3 15.9 19.5 10.0201 - Orizzont 2020 — Sostenn xjentifiku u tekniku għall-politiki tal-Unjoni misjuq mill-klijenti || 11 || 12 || 13 || 14 || || || 50 15.030101 - azzjonijiet Marie Curie — il-ġenerazzjoni, l-iżvilupp u t-trasferiment ta' ħiliet ġodda, għarfien u innovazzjoni 15.0305 - Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija – l-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni || 25 || 30 136 || 60 107 || 70 22 || -30 30 || -30 30 || 100 350 32.040301 – It-tiswir ta' tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija affidabbli, sostenibbli u kompetittiva || 10 || 40 || 40 || 60 || || || 150 IR-RIPROGRAMMAZZJONI TAL-ITER MATUL L-2015 – 2020 08.040102 01 –Il-kostruzzjoni, l-operat u l-isfruttament tal-faċilitajiet ITER – L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER – Fużjoni għall-Enerġija (l-F4E) || 490 || || || -70 || -150 || -270 || - Marġini mhux allokata (inkluż il-Marġini Globali għall-Impenji) || || 400 || 1000 || 600 || || || 2000 Sorsi ta' finanzjament totali għall-proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija tal-FEIS || 1350 || 2030 || 2641 || 1979 || || || 8000 Il-Finanzjament taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza Finanzjarja – 08.040102 –Il-kostruzzjoni, l-operat u l-isfruttament tal-faċilitajiet ITER – L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER – Fużjoni għall-Enerġija (l-F4E) || 10 || || || -10 || || || - Il-Finanzjament taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza Finanzjarja – Marġini mhux allokata || || 20 || 20 || 30 || 20 || 20 || 110 KONTRIBUZZJONI TOTALI LILL-FEIS || 1360 || 2050 || 2661 || 1 999 || 20 || 20 || 8110 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq
in-nefqa EUR Miljuni (sa tliet punti deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 1A || Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi DĠ: ECFIN || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || 01.0405 || Impenji || (1) || 1350 || 2030 || 2641 || 1979 || 0 || 0 || 8000 Pagamenti || (2) || 0 || 500 || 1000 || 2000 || 2250 || 2250 || 8000 01.0406 || Impenji || (1a) || 10 || 20 || 20 || 20 || 20 || 20 || 110 Pagamenti || (2 a) || 10 || 20 || 20 || 20 || 20 || 20 || 110 Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[14] || || || || || || || Numru tal-linja tal-baġit || || (3) || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ ECFIN || Impenji || =1+1a +3 || 1360 || 2050 || 2661 || 1999 || 20 || 20 || 8110 Pagamenti || =2+2a +3 || 10 || 520 || 1020 || 2020 || 2270 || 2270 || 8110 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 1360 || 2050 || 2661 || 1999 || 20 || 20 || 8110 Pagamenti || (5) || 10 || 520 || 1020 || 2020 || 2270 || 2270 || 8110 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURA 1A tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 1360 || 2050 || 2661 || 1999 || 20 || 20 || 8110* Pagamenti || =5+ 6 || 10 || 520 || 1020 || 2020 || 2270 || 2270 || 8110* *NB: Aproprjazzjonijiet addizzjonali
jistgħu jkunu meħtieġa kif speċifikat fl-anness ta' din
id-Dikjarazzjoni Fnanzjarja. Jekk
iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta /
inizjattiva: TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || Pagamenti || (5) || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURI minn 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || "Nefqa amministrattiva" EUR Miljuni (sa tliet punti deċimali) || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL DĠ: ECFIN || Riżorsi umani || 0.264 || 0.528 || 0.792 || 0.924 || 0.924 || 1.056 || 4.488 Nefqa amministrattiva oħra || 0.36 || 0.725 || 0.495 || 0.615 || 0.4 || 0.42 || 3.015 TOTAL tad-DĠ ECFIN || || 0.624 || 1.253 || 1.287 || 1.539 || 1.324 || 1.476 || 7.503 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 55 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0.624 || 1.253 || 1.287 || 1.539 || 1.324 || 1.476 || 7.503 EUR Miljuni (sa tliet punti deċimali) || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 1360.624 || 2051.253 || 2662.287 || 2000.539 || 21.324 || 21.476 || 8117.503 Pagamenti || 10.624 || 521.253 || 1021.287 || 2021.539 || 2271.324 || 2271.476 || 8117.503 3.2.2. Stima tal-impatt fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta'
approprjazzjonijiet operazzjonali. –
X Il-proposta/l-inizjattiva tirrikejdi l-użu
ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet ta' impenn f’miljuni ta’ Euro (sa
tliet punti deċimali) Indika objettivi u prestazzjonijiet ò || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL || || Tip[15] || Spiża Medja || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Nru totali || Spiża totali || Għanijiet speċifiċi Nru 1: Żieda fl-għadd u l-volum ta' operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI f'oqsma prijoritarji u 2 Żieda fil-volum ta' finanzjament mill-FEI għal impriżi żgħar u ta' daqs medju || || || || || 1350 || || 2030 || || 2641 || || 1979 || || || || || || 8000 || Nru 3: il-ħolqien ta' ċentru ewropew ta' konsulenza finanzjarja || || || || || 10 || || 20 || || 20 || || 20 || || 20 || || 20 || || 110 || KOST TOTALI || || 1360 || || 2050 || || 2661 || || 1999 || || 20 || || 20 || || 8110 || 3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet
ta' natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta'
approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva –
X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ
l-użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn
taħt: EUR Miljuni (sa
tliet punti deċimali) || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || Riżorsi umani || 0.264 || 0.528 || 0.792 || 0.924 || 0.924 || 1.056 || 4.488 Nefqa amministrattiva oħra || 0.36 || 0.725 || 0.495 || 0.615 || 0.4 || 0.42 || 3.015 Barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali Riżorsi umani tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.624 || 1.253 || 1.287 || 1.539 || 1.324 || 1.476 || 7.503 Barra INTESTATURA 5[16] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || Riżorsi umani || || || || || || || Infiq ieħor ta' natura amministrattiva || || || || || || || Subtotal barra INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || TOTAL || 0.624 || 1.253 || 1.287 || 1.539 || 1.324 || 1.476 || 7.503 L-approprjazzjonijiet
meħtieġa għar-riżorsi umani u spejjeż oħrajn ta’
natura amministrattiva se jiġu ssodisfati minn approprjazzjonijiet
mid-DĠ li diġà huma assenjati lill-immaniġġjar tal-azzjoni
u/jew kienu riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk neċessarju,
ma’ xi allokazzjoni addizjonali li tista’ tkun mogħtija lid-DĠ ta’
ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl
tal-limitazzjonijiet tal-baġit. 3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta'
riżorsi umani –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
riżorsi umani. –
X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ
l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: Stima li trid tingħata f’unitajiet
ekwivalenti għal full time || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Postijiet tal-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanji) || || || || XX 01 01 01 (il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 2 || 4 || 6 || 7 || 7 || 8 || XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || Persunal estern (Ekwivalenti għal unità Full-Time: FTE)[17] || || XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-‘envelopp globali’) || || || || || || || XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 04 ss [18] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || || - fid-delegazzjonijiet || || || || || || || XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta) || || || || || || || Linji tal-baġit oħrajn (speċifika) || || || || || || || TOTAL || 2 || 4 || 6 || 7 || 7 || 8 XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu
tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
mitluba għandhom jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun
assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġew riallokati
fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni
addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jimmaniġġja skont
il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti
baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u persunal temporanju || · Immaniġġar ta' assi: immaniġġar tal-portafoll, analiżi kwantitattiva, kif ukoll ħidma analitika ta' appoġġ għar-riskju; · Funzjoni ta' sostenn relatata mal-immaniġġar dirett, l-aktar l-immaniġġjar tar-riskju u l-funzjonijiet ta' pagamenti tal-middle office; · Immaniġġar, rappurtar u segwitu tal-garanziji (sensiela ta' proġetti); · Rapportar finanzjarju/attivitajiet ta' kontabilità u rapportar; Persunal estern || 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali attwali –
X Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli
mal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti. –
¨ Il-proposta/inizjattiva ser teħtieġ programmar
mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega liema programmar mill-ġdid huwa
meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji
kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. […] –
¨ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument
ta' flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega x'inhu meħtieġ, filwaqt li
tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u
l-ammonti korrispondenti. […] 3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix
kofinanzjament minn partijiet terzi. –
¨ Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn
taħt: Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti
deċimali) || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || || 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
–
X Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda
impatt finanzjarju fuq id-dħul. –
¨ Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: –
¨ fuq ir-riżorsi proprji –
¨ fuq dħul mixxellanju EUR Miljuni
(sa tliet punti deċimali) Linja ta' dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti || Impatt fuq il-proposta/inizjattiva[19] Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) Artikolu …………. || || || || || || || || Għal dħul
mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/linji tan-nefqa tal-baġit
affettwat(i). […] Speċifika l-metodu
għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. […] Anness
mad- Dikjarazzjoni
Finanzjarja Leġiżlattiva mal- Proposta
għal REGOLAMENT
TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar
il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi Skont l-Artikolu 8(2) tal-Proposta,
id-dħul mir-riżorsi fil-Fond ta' Garanzija u l-Fond Ewropew
għall-Investimenti Strateġiċi jiġi allokat lill-Fond ta'
Garanzija. L-obbligazzjonijiet ta’ pagament li
ġejjin jitħallsu mid-dħul imsemmi. Madankollu, fil-każ li
dawk ir-riżorsi ma jkunux suffiċjenti biex jiġu ssodisfati dawk
l-obbligazzjonijiet, jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. Għaldaqstant,
dawn jistgħu jżidu l-approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn
kif indikat f'din id-Dikjarazzjoni Finanzjarja. EUR miljuni || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total Żieda fl-Assistenza mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) || 11.5 || 3.6 || 5.7 || 6.8 || 9.0 || 11.7 || 48.3* *NB: Tariffi
amminsitrattivi li għandhom jitħallsu lill-FEI mill-BEI meta
jaġixxi taħt il-garanzija tal-UE. Lil hinn mill-2020, huma mistennija
spejjeż ulterjuri ta' madwar EUR 57 miljun. Iċ-ċifri
huma bbażati fuq suppożizzjonijiet dwar it-taħlita tal-prodott
tal-FEI u suppożizzjonijiet fil-mument meta qed tinkiteb din il-Proposta
iżda jistgħu jkunu suġġetti għal modifiki kbar fi
stadju aktar tard. [1] Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill,
lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bit-titolu
"Pjan ta' Investiment għall-Ewropa". COM(2014) 903 finali [2] Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi
Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
(2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE
(ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104). [3] Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità
Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u
jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU
L 348, 20.12.2013, p. 129). [4] Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar
ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali
tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom)
Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1). [5] Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet
immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li
jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru
1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248,
18.9.2013, p. 1). [6] Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96
tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post
imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji
tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292,
15.11.1996, p. 2). [7] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95
tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji
tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1). [8] ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività;
ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività. [9] Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament
Finanzjarju. [10] Id-dettalji tal-metodi ta' maniġment u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [11] Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. =
Approprjazzjonijiet mhux differenzjati [12] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [13] Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli,
il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [14] L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva
b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew ta'
azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka
indiretta, riċerka diretta. [15] Prestazzjonijiet huma prodotti u servizzi li għandhom
jiġu forniti (eż.: għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati,
għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija eċċ) [16] L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva
b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew ta'
azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka
indiretta, riċerka diretta. [17] AC= Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END=
Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED= Esperti
Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet. [18] Sublimitu massimu, għall-persunal estern kopert
mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji "BA"). [19] Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji
doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu
ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 %
għal spejjeż ta’ ġbir. Anness I Anness II Tqassim
tal-baġit It-tqassim
indikattiv għall-Orizzont 2020 huwa kif ġej: || EUR miljun fil-prezzijiet attwali I Xjenza eċċellenti, li minnha: || 23 897,0 1. Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (KER) || 12 873,6 2. Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET) || 2 578,1 3. Azzjonijiet Marie Curie || 6 062,3 4. Infrastrutturi tar-riċerka || 2 383,1 II Tmexxija industrijali, li minnha: || 16 430,5 1. Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali (*), (****) || 13 000,7 2. Aċċess għall-finanzjament ta’ riskju (**) || 2 842,3 3. Innovazzjoni fl-SMEs (***) || 587,4 III Sfidi tas-soċjetà, li minnhom (****) || 28 560,7 1. Saħħa, tibdil demografiku u benesseri || 7 242,6 2. Is-sigurtà alimentari, l-agrikoltura u l-forestrija sostenibbli, ir-riċerka tal-baħar, marittima u tal-ilmijiet interni, u l-bijoekonomija || 3 698,2 3. Enerġija sikura, nadifa u effiċjenti || 5 672,1 4. Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat || 6 137,0 5. Azzjoni klimatika, ambjent, effiċjenza tar-riżorsi u l-materja prima || 2 948,3 6. L-Ewropa f'dinja li qed tinbidel – Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi || 1 255,2 7. Soċjetajiet siguri - Il-protezzjoni tal-libertà u s-sigurtà tal-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha || 1 607,3 IV It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni || 782,3 V Xjenza ma' u għas-soċjetà; || 443,8 VI Azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (ĊKR) || 1 852,6 VII L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) || 2 361,4 TOTAL || 74 328,3 (*) Inkluż
EUR 7 404 miljun għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u
l-Komunikazzjoni (ICT) li minnhom EUR 1 539 miljun
għall-fotonika u l-mikro- u nanoelettronika,
EUR 3 716 miljun għal nanoteknoloġiji, materjali avvanzati
u manifattura u pproċessar avvanzati, EUR 498 miljun għall-bijoteknoloġija
u EUR 1 399 miljun għall-ispazju. B’riżultat,
EUR 5 753 miljun ser ikunu disponibbli biex jappoġġaw
Teknoloġiji Essenzjali Abilitanti. (**) Madwar
EUR 959 miljun ta’ dan l-ammont jistgħu jmorru
għall-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Pjan tat-Teknoloġija
Enerġetika Strateġika (Pjan SET). Madwar terz minnhom jistgħu
jmorru għall-SMEs. (***) Fil-mira
li jiġi allokat minimu ta' 20 % mill-baġits totali kombinati
għall-objettiv speċifiku 'Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u
industrijali' u l-prijorità 'Sfidi tas-Soċjetà' għall-SMEs, minimu
ta' 5 % ta' dawk il-baġits kombinati inizjalment ser jiġi
allokat lill-istrument iddedikat tal-SMEs. Minimu ta' 7 % tal-baġits
totali tal-objettiv speċifiku 'Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u
industrijali' u l-prijorità 'Sfidi tas-Soċjetà' ser jiġi allokat
lill-istrument iddedikat tal-SMEs fuq medja tat-tul ta' żmien tal-Orizzont
2020. (****)
L-azzjonijiet pilota tal-Azzjoni Rapida għall-Innovazzjoni (FTI) ser
jiġu ffinanzjati mill-objettiv speċifiku 'Tmexxija
fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali' u mill-objettivi
speċifiċi rilevanti tal-prijorità 'Sfidi tas-soċjetà'.
Għadd suffiċjenti ta' proġetti ser jitnedew sabiex tkun tista'
ssir evalwazzjoni totali tal-azzjonijiet pilota tal-FTI. “