Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XX1115(01)

    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat- 22 ta’ April 2014 fir-rigward ta’ abbozz ta’ deċiżjoni relatata ma’ Il-każ M.6905 INEOS/Solvay/JV — Relatur: L-Estonja

    ĠU C 407, 15.11.2014, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 407/5


    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta’ April 2014 fir-rigward ta’ abbozz ta’ deċiżjoni relatata ma’ Il-każ M.6905 INEOS/Solvay/JV

    Relatur: L-Estonja

    2014/C 407/04

    1.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

    2.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-UE skont it-tifsira tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

    3.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodott u s-swieq ġeografiċi rilevanti kif iddikjarati fl-abbozz tad-deċiżjoni.

    4.

    B’mod partikolari, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li:

    L-S-PVC tal-materja prima, inklużi l-valuri K kollha iżda esklużi l-HIS-PVC u kopolimeri oħra, jikkostitwixxi s-suq tal-prodott rilevanti.

    l-ambitu ġeografiku tas-suq għall-S-PVC tal-Materja Prima hija iżgħar miż-ŻEE kollha u wiesa’ daqs NWE jew l-iktar l-iktar NWE +.

    5.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata mhux probaabbli li twassal għal effetti orizzontali li jwasslu għal impediment sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva fis-swieq affettwati li ġejjin: (i) butadjen, (ii) raffinat1, (iii) klorin, (iv) soda kawstiku, (v) VCM, (vi) aċidu idrokloriku, (vii) E-PVC, (viii) kloridu metilin, (ix) kloroform.

    6.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata mhux probabbli li twassal għal effetti vertikali li jwasslu għal impediment sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva fis-swieq affettwati li ġejjin: (i) propilen u allil klorid, (ii) klorin u EDC, (iii) klorin u teknoloġiji tal-produzzjoni tal-klorin, (iv) klorin u elecctrocoating, (v) melħ u soda kawstiku, (vi) melħ u sodju ipoklorit, (vii) teknoloġiji tal-produzzjoni tal-klorin u soda kawstiku, (viii) teknoloġiji tal-produzzjoni tal-klorin u sodju ipoklorit, (ix) electrocoating u soda kawstiku, (x) electrocoating u sodju ipoklorit, (xi) teknoloġiji tal-EDC u l-EDC/VCM, (xii) EDC u VCM, (xiii) teknoloġiji VCM u EDC/VCM, (xiv) katalisti tal-EDC u EDC, (xv) E-PVC u VCM, (xvi) teknoloġiji tal-S-PVC u S-PVC, (xvii) S-PVC u addittivi tal-PVC, (xviii) E-PVC u addittivi tal-PVC, (xix) S-PVC u komposti tal-S-PVC, (xx) tetraklorid tal-karbonju u perkloroetilen, (xxi) tetraklorid tal-karbonju u HFC-365mfc.

    7.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tneħħi l-aktar restrizzjoni kompetittiva sinifikanti tal-INEOS fis-suq tal-S-PVC tal-Materja Prima tal-NWE u tgħaqqad flimkien l-attivitajiet tal-ewwel u t-tieni fornituri, u toħloq mexxej ċar tas-suq b’ishma tas-suq ta’ aktar minn 50 % u distakk sinifikanti fuq fornituri S-PVC oħra.

    8.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata, kif oriġinarjament proposta mill-partijiet notifikanti, aktarx li twassal għal effetti orizzontali mhux koordinati li jxekklu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-NWE (jew fl-aħjar każ NWE+) għall-S-PVC tal-materja prima.

    9.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata, kif oriġinarjament proposta mill-partijiet notifikanti, aktarx li twassal għal effetti orizzontali mhux koordinati li jxekklu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-Benelux għas-sodju ipoklorit.

    10.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-partijiet notifikanti fit-13 ta’ April 2014 jindirizzaw it-tħassib rigward il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni fis-swieq għall-S-PVC tal-materja prima u s-sodju ipoklorit.

    11.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, bil-kundizzjoni ta’ konformità sħiħa mal-impenji finali offruti mill-partijiet notifikanti fit-13 ta’ April 2014, it-tranżazzjoni nnotifikata x’aktarx mhijiex se tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu.

    12.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata trid għalhekk tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.


    Top