This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0724
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on harmonised indices of consumer prices and repealing Regulation (EC) No 2494/95
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2494/95
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2494/95
/* COM/2014/0724 final - 2014/0346 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 /* COM/2014/0724 final - 2014/0346 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-Kummissjoni
Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew jeżiġu li l-miżuri
tal-inflazzjoni fl-UE jkunu armonizzati sabiex ikun żgurat il-funzjonament
tajjeb tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari biex tiġi implimentata
politika monetarja effettiva. L-indiċijiet
armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur huma essenzjali biex jiġu
vvalutati u jitkejlu l-affarijiet li ġejjin: ·
il-konverġenza f’termini tal-istabbiltà
tal-prezzijiet fl-UE; u ·
ir-riżultati tal-politika monetarja
taż-żona tal-euro f’termini tal-ilħiq tal-għan
tal-istabbiltà tal-prezzijiet. Il-miżuri
armonizzati tal-inflazzjoni jintużaw ukoll biex tiġi vvalutata
l-kompetittività nazzjonali bħala parti mill-proċedura ta’
żbilanċ makroekonomiku tal-Kummissjoni. Għal dawn
l-għanijiet, l-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur iridu
jkunu jistgħu jitqabblu għall-pajjiżi kollha u
għall-kategoriji kollha tal-prodotti. Huma jridu jkunu ddettaljati
biżżejjed u jkunu jistgħu jinħarġu fi żmien
raġonevoli. Iċ-ċifri tal-inflazzjoni kkalkulati
mill-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur għandhom
jikkostitwixxu bażi oġġettiva u imparzjali għat-teħid
tad-deċiżjonijiet. Barra minn hekk,
indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur li jkunu jistgħu
jitqabblu u li jkunu affidabbli, jikkostitwixxu, flimkien ma’ sorsi
oħrajn, informazzjoni prezzjuża sabiex issir deflazzjoni ta’ valuri
ekonomiċi bħas-salarji, il-kera, ir-rati tal-imgħax u d-dejta
tal-kontijiet nazzjonali. Dawn l-istimi tas-sensiliet kronoloġiċi
tal-volum juru l-evoluzzjoni ta’ fenomenu ekonomiku partikulari mingħajr
l-impatt tal-inflazzjoni u jagħtu kontribut essenzjali
għad-deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi. F’Ottubru tal-1995,
tfassal u ġie adottat l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill dwar
l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (l-HICP), u
fis-17-il sena ta’ wara, tfasslu u ġew adottati 20 Regolament ta’
implimentazzjoni marbutin miegħu. Għall-utenti
ewlenin tal-HICP, b’mod partikulari l-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali
Ewropew, jibqgħu importanti r-regoli standardizzati li jiżguraw
l-aqwa tqabbil tad-dejta possibbli, iżda ċerti parametri nbidlu minn
meta ġie adottat il-qafas oriġinali: ·
l-iżvilupp tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika
(ESS) wasslet biex hemm ħafna iktar aċċettazzjoni tal-bżonn
għal approċċ armonizzat għal ħafna mill-aspetti
metodoloġiċi li għandhom x’jaqsmu mal-indiċijiet
tal-prezzijiet għall-konsumatur; ·
l-aspetti tekniċi tal-ġbir tad-dejta u
l-kumpilazzjoni tal-indiċi nbidlu b’mod drammatiku minħabba l-pass
mgħaġġel tal-progress teknoloġiku f’dawn l-aħħar
snin. Permezz ta’ sistemi b’saħħithom tat-teknoloġija
tal-informatika jistgħu jiġu adottati metodi li lanqas biss kienu
jitqiesu sa għoxrin sena ilu: il-miġja tad-dejta skannjata qed tibdel
għalkollox il-prattiki tal-ġbir tad-dejta u l-użu ta’ diversi
sorsi fuq l-internet għall-prezzijiet qed jiżviluppa b’mod kontinwu; ·
it-Trattat ta’ Lisbona stabbilixxa struttura
ġdida tal-komitoloġija, u daħħal l-atti delegati u l-atti
ta’ implimentazzjoni. Il-qafas legali jeħtieġ li jirrifletti dan. Minħabba dawn
il-bidliet differenti kollha, il-leġiżlazzjoni dwar l-HICP
jeħtieġ li titfassal mill-ġdid sabiex il-bażi legali
tiġi mmodernizzata u ssimplifikata u sabiex din tkun adattata
għall-ħtiġijiet, kemm reali u potenzjali, tal-lum. L-eżami
tar-Regolament dwar l-HICP jagħti l-opportunità lill-partijiet
ikkonċernati li jirriflettu fuq ir-regoli u r-rakkomandazzjonijiet
eżistenti, li jissimplifikawhom u li jiffukaw fuq aspetti partikulari
skont ir-rilevanza attwali tagħhom u skont l-aħjar interessi
tad-diversi tipi ta’ utenti. Għal
ħafna oqsma tal-politika li fihom l-UE għandha rwol attiv, hemm
bżonn ta’ tagħrif dwar avvenimenti u żviluppi li jaffettwaw
l-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur sabiex ikunu
jistgħu jitfasslu l-għanijiet operazzjonali u jiġi evalwat
il-progress li jkun sar. Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, l-Eurostat
għandu jipprovdi wkoll deflaturi tal-ogħla kwalità possibbli, li
għalihom l-HICP jipprovdi kontribut siewi. L-indiċijiet iridu jkunu
f’waqthom, preċiżi, kompluti, koerenti u komparabbli fil-livell
tal-UE u bejn gruppi differenti ta’ prodotti. Dawn ir-rekwiżiti
jistgħu jiġu ssodisfati biss billi tiġi mmodernizzata
l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-HICP. Ir-Regolament
propost dwar l-HICP jħaddan fih il-prinċipji tal-Kodiċi ta’
Prattika tal-Istatistika Ewropea marbutin mal-impenn favur il-kwalità,
il-metodoloġija tajba, il-kosteffettività, ir-rilevanza,
il-preċiżjoni, l-affidabbiltà, il-koerenza u l-komparabbiltà. 2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT L-abbozz
tar-Regolament dwar l-HICP ġie diskuss minn gruppi ta’ esperti
magħmulin minn dawk li jipproduċu l-istatistika, b’mod partikulari
l-istituti nazzjonali tal-istatistika, kif ukoll mill-utenti tal-istatistika,
fosthom il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek
ċentrali nazzjonali. Ġie kkonsultat ukoll il-Kumitat tas-Sistema
Ewropea tal-Istatistika. Ma tqiesx li kien
meħtieġ li ssir valutazzjoni tal-impatt. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA L-għan ta’ din
il-proposta huwa li jiġi stabbilit qafas legali komuni
għall-produzzjoni tal-indiċijiet armonizzati mill-Istati Membri, li
jinvolvi l-ġbir, il-kumpilazzjoni, l-ipproċessar u s-sottomissjoni
ta’ indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur.
Indiċijiet armonizzati bħal dawn huma meħtieġa
għall-produzzjoni sistematika tal-miżuri tal-inflazzjoni fl-Unjoni
Ewropea. Din il-proposta
tissimplifika u tiċċara r-rekwiżiti għall-kumpilazzjoni ta’
dawn l-indiċijiet. B’mod partikulari, din: ·
tipprovdi qafas ġenerali ġdid li japplika
għal kategoriji ddefiniti sewwa ta’ gruppi ta’ prodotti; ·
tistabbilixxi kamp ta’ applikazzjoni ċar u
ddefinit sewwa; ·
iżżomm miżuri speċifiċi
għal oqsma speċifiċi bħas-saħħa, l-edukazzjoni,
il-protezzjoni soċjali u l-assigurazzjoni; ·
tindirizza d-differenzi li jista’ jkun hemm
fl-interpretazzjoni tar-regoli u d-diffikultajiet li jistgħu
jiltaqgħu magħhom il-fornituri tad-dejta huma u japplikaw ir-regoli; ·
tiżgura li gruppi simili ta’ prodotti
jiġu ttrattati bl-istess mod fl-UE kollha; ·
tneħħi d-dispożizzjonijiet li
m’għadhomx jgħoddu; u ·
tiċċara d-dispożizzjonijiet li
wasslu għal interpretazzjonijiet ħżiena fl-imgħoddi. Fejn ikun hemm
bżonn ta’ iktar speċifikazzjonijiet jew ta’ kundizzjonijiet uniformi
għall-implimentazzjoni, ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li
jiġu adottati atti delegati jew atti ta’ implimentazzjoni skont
l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
(it-TFUE). B’mod partikulari,
sabiex ikun żgurat li l-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur
ikunu jistgħu jitqabblu bis-sħiħ, hemm bżonn ta’
kundizzjonijiet uniformi għall-affarijiet li ġejjin: ·
it-tqassim tal-HICP skont il-kategoriji
tal-klassifikazzjoni Ewropea tal-konsum individwali skont l-għan
(l-ECOICOP); ·
il-metodoloġija użata
għall-produzzjoni tal-indiċijiet armonizzati; ·
it-tifsira u l-użu tal-unitajiet
tal-istatistika; ·
il-piżijiet użati biex jiġu
kkalkulati l-indiċijiet armonizzati u l-metadejta dwar il-piżijiet; ·
il-kalendarju annwali biex jintbagħtu
l-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet; ·
l-istandards għall-iskambju tad-dejta u
tal-metadejta; ·
il-kundizzjonijiet għar-reviżjoni
tad-dejta; ·
it-tagħrif bażiku u l-metodi li
għandhom jintużaw, abbażi tal-evalwazzjoni tal-istudji pilota; u ·
ir-rekwiżiti tekniċi
għall-iżgurar tal-kwalità marbutin mal-kontenut tar-rapporti annwali
dwar il-kwalità, mal-iskadenza biex dawn ir-rapporti jintbagħtu
lill-Eurostat u mal-istruttura tal-inventarju. Skont
l-Artikolu 291 tat-TFUE, ir-Regolament propost għalhekk jagħti
setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Skont
l-Artikolu 290 tat-TFUE, ir-Regolament propost jiddelega lill-Kummissjoni
s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni
ġenerali sabiex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux
essenzjali tar-Regolament. Dan se jippermetti lill-Kummissjoni: ·
tiżgura l-komparabbiltà, fil-livell
internazzjonali, tal-klassifikazzjoni tal-konsum individwali skont l-għan
(COICOP) użata għat-tqassim tal-HICP; ·
tistabbilixxi limitu li taħtu ma jkun hemm
l-ebda obbligu li wieħed jipprovdi subindiċijiet tal-indiċijiet
armonizzati; u ·
tistabbilixxi lista tas-subindiċijiet li
l-Istati Membri mhumiex obbligati jipproduċu. Il-Kummissjoni
għandha tiżgura li dawn l-atti delegati ma jwasslux għal
piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti għall-Istati Membri. Il-proposta
għal Regolament rivedut dwar l-HICP għandha l-għan li
toħloq miżura legali waħda li tkopri l-kundizzjonijiet uniformi
kollha. Bħalissa hemm 20 Regolament ta’ implimentazzjoni differenti.
Bir-Regolament il-ġdid, dawn se jingħaqdu f’Regolament wieħed, u
b’hekk il-partijiet ikkonċernati u l-Istati Membri se jkollhom aktar
ċarezza u l-amministrazzjoni se tkun eħfef u iktar effikaċi.
Is-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti u tal-implimentazzjoni tagħhom
b’dan il-mod tikkostitwixxi wieħed mill-għanijiet ewlenin
tal-istrateġija proposta għal qafas legali ġdid għall-HICP. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA M’hemm l-ebda
implikazzjoni għall-baġit tal-UE. 2014/0346 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar l-indiċijiet armonizzati
tal-prezzijiet għall-konsumatur u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT
EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw
it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari
l-Artikolu 338(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw
il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Wara li l-abbozz
tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw
l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[1], Filwaqt li
jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) L-indiċijiet
armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP) huma ddisinjati biex
ikejlu l-inflazzjoni b’mod armonizzat fl-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni u
l-Bank Ċentrali Ewropew jużaw l-HICP fil-valutazzjoni tagħhom
tal-istabbiltà tal-prezzijiet fl-Istati Membri skont l-Artikolu 140
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat). (2) Is-Sistema
Ewropea tal-Banek Ċentrali (is-SEBĊ) tuża l-HICP bħala
indiċi sabiex tkejjel l-ilħiq tal-għan ta’ stabbiltà
tal-prezzijiet tas-SEBĊ skont l-Artikolu 127(1) tat-Trattat, li huwa
partikularment rilevanti għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni
tal-politika monetarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 127(2) tat-Trattat. (3) Ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95[2]
stabbilixxa qafas komuni għat-twaqqif ta’ indiċijiet armonizzati
tal-prezzijiet għall-konsumatur. Dan il-qafas legali jeħtieġ li
jiġi adattat skont il-ħtiġijiet attwali u l-progress tekniku. (4) Dan
ir-Regolament iqis il-programm tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni
aħjar u, b’mod partikulari, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar
regolamentazzjoni intelliġenti fl-Unjoni Ewropea[3].. Fil-qasam tal-istatistika, il-Kummissjoni
stabbiliet is-simplifikazzjoni u t-titjib tal-ambjent regolatorju
fl-istatistika bħala prijorità[4].. (5) L-HICP
għandhom jitqassmu skont il-kategoriji tal-klassifikazzjoni Ewropea
tal-konsum individwali skont l-għan (l-ECOICOP). Din il-klassifikazzjoni
għandha tiżgura li l-istatistika Ewropea kollha dwar il-konsum privat
tkun konsistenti u komparabbli. L-ECOICOP għandha tkun konsistenti wkoll
mal-COICOP tan-NU, li hija l-istandard internazzjonali li jikklassifika
l-konsum individwali skont l-għan, u għalhekk għandha tiġi
adattata għall-bidliet li saru fil-COICOP tan-NU. (6) L-HICP
regolari huma bbażati fuq il-prezzijiet osservati, li jinkludu wkoll
it-taxxi fuq il-prodotti. Għaldaqstant, l-inflazzjoni tiġi affettwata
mit-tibdiliet fir-rati tat-taxxa fuq il-prodotti. Għall-analiżi
tal-inflazzjoni u għall-valutazzjoni tal-konverġenza fl-Istati
Membri, jeħtieġ li jinġabar tagħrif ukoll dwar l-impatt
tal-bidliet fit-taxxi fuq l-inflazzjoni. Għal dan il-għan, l-HICP
għandhom jiġu kkalkulati wkoll abbażi ta’ prezzijiet b’rati
tat-taxxa kostanti. (7) L-iffissar
tal-indiċijiet tal-prezzijiet tad-djar u, b’mod partikulari, tad-djar
okkupati mis-sidien stess (l-indiċijiet tad-DOS), huwa pass importanti
biex jittejbu r-rilevanza u l-komparabbiltà tal-HICP. L-indiċijiet
tal-prezzijiet tad-djar huma bażi neċessarja għall-kumpilazzjoni
tal-indiċijiet tad-DOS. Barra minn hekk, l-indiċijiet tal-prezzijiet
tad-djar huma wkoll indikatur importanti minnhom infushom. (8) Il-perjodu
ta’ referenza tal-indiċijiet tal-prezzijiet għandu jiġi
aġġornat f’intervalli regolari. Għandhom jiġu stabbiliti
regoli għal perjodi komuni ta’ referenza tal-indiċijiet
għall-indiċijiet armonizzati u għas-subindiċijiet
tagħhom li jkunu integrati f’mumenti differenti sabiex ikun żgurat li
l-indiċijiet miksubin ikunu komparabbli u rilevanti. (9) Sabiex
titjieb l-armonizzazzjoni gradwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet
għall-konsumatur, għandhom jitnedew studji pilota sabiex jivvalutaw
kemm huwa fattibbli li jintuża tagħrif bażiku addizzjonali jew
li jiġu applikati approċċi metodoloġiċi ġodda. (10) Għandha
tingħata gwida dwar id-diversi stadji tal-produzzjoni ta’ indiċijiet
armonizzati ta’ kwalità għolja f’manwal dwar il-metodoloġija, sabiex
l-Istati Membri jiġu megħjuna jipproduċu indiċijiet
tal-prezzijiet għall-konsumatur li jkunu komparabbli. Il-manwal dwar
il-metodoloġija għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni
(mill-Eurostat) f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri fi ħdan
is-Sistema Ewropea tal-Istatistika u għandu jiġi aġġornat
b’mod regolari. Fl-inventarju annwali tal-HICP imsemmi fl-Artikolu 9(2)(b)
ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu
lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) dwar id-differenzi bejn il-metodi
statistiċi użati u dawk irrakkomandati fil-manwal dwar
il-metodoloġija, jekk ikun hemm. (11) Il-Kummissjoni
(l-Eurostat) għandha tivverifika s-sorsi u l-metodi li l-Istati Membri
jużaw biex jikkalkulaw l-indiċijiet armonizzati u għandha
timmonitorja l-implimentazzjoni tal-qafas legali min-naħa tal-Istati
Membri. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha
tiddjaloga b’mod regolari mal-awtoritajiet tal-istatistika tal-Istati Membri. (12) Huwa
essenzjali li jkun hemm tagħrif dwar il-kuntest sabiex jiġi vvalutat
jekk l-indiċijiet armonizzati ddettaljati pprovduti mill-Istati Membri
humiex komparabbli biżżejjed. Barra minn hekk, metodi u prattiki
trasparenti tal-kumpilazzjoni użati fl-Istati Membri jgħinu
lill-partijiet ikkonċernati kollha jifhmu l-indiċijiet armonizzati u
jtejbu aktar il-kwalità tagħhom. Għalhekk, għandu jiġi
stabbilit sett ta’ regoli għar-rappurtar tal-metadejta armonizzata. (13) Sabiex
tkun żgurata l-kwalità tal-indiċijiet armonizzati, il-Kummissjoni
(l-Eurostat), il-banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew
għandhom jiskambjaw id-dejta u l-metadejta kunfidenzjali skont
ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5]. (14) Billi
l-Istati Membri ma jistgħux jilħqu b’mod suffiċjenti l-għan
ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta’ standards komuni
tal-istatistika għall-indiċijiet armonizzati, u dan jista’
jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta
l-miżuri rilevanti għal dan skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà
kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont
il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan
ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex
jintlaħaq dan l-għan. (15) Sabiex
tiġi żgurata l-komparabbiltà, fil-livell internazzjonali,
tal-klassifikazzjoni tal-konsum individwali skont l-għan (COICOP)
użata għat-tqassim tal-HICP u sabiex ikun żgurat li jkun hemm
adattament għall-bidliet li saru fil-COICOP tan-NU, biex jiġi
stabbilit limitu li taħtu ma jkun hemm l-ebda obbligu li wieħed
jipprovdi subindiċijiet tal-indiċijiet armonizzati u biex tiġi
stabbilita lista tas-subindiċijiet li l-Istati Membri mhumiex obbligati
jipproduċu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti dwar l-indiċijiet armonizzati skont l-Artikolu 290
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa partikularment
importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet ix-xierqa matul ix-xogħol
ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Hija u
tħejji l-atti delegati u tfassalhom, il-Kummissjoni għandha
tiżgura li d-dokument rilevanti jintbagħtu fl-istess ħin,
fil-waqt u kif xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (16) Sabiex
ikun żgurat li l-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur
ikunu jistgħu jitqabblu bis-sħiħ, hemm bżonn ta’
kundizzjonijiet uniformi għat-tqassim tal-HICP skont il-kategoriji
tal-ECOICOP, għall-metodoloġija użata għall-produzzjoni
tal-indiċijiet armonizzati, għat-tagħrif ipprovdut
mill-unitajiet tal-istatistika, għall-forniment tal-piżijiet u
tal-metadejta dwar il-piżijiet, għall-istabbiliment ta’ kalendarju
annwali biex jintbagħtu l-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet,
għall-istandards għall-iskambju tad-dejta u tal-metadejta,
għall-kundizzjonijiet uniformi għar-reviżjonijiet,
għat-titjib tat-tagħrif bażiku u tal-metodi abbażi
tal-evalwazzjoni tal-istudji pilota u għar-rekwiżiti tekniċi
għall-iżgurar tal-kwalità marbutin mal-kontenut tar-rapporti annwali
dwar il-kwalità, mal-iskadenza biex ir-rapport jintbagħat lill-Kummissjoni
(lill-Eurostat) u mal-istruttura tal-inventarju. Sabiex ikunu żgurati
t-tali kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan
ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’
implimentazzjoni. Hija għandha teżerċita dawk is-setgħat
skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6]. (17) Hija
u tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni u atti delegati skont dan
ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis bl-ikbar reqqa
l-kosteffettività. (18) Fil-kuntest
tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, il-Kumitat
tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ntalab jagħti l-gwida professjonali
tiegħu. (19) Ir-Regolament
(KE) Nru 2494/95 għandu jitħassar, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1
Suġġett Dan ir-Regolament
jistabbilixxi qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid
tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (l-HICP) u
tal-prezzijiet tad-djar (l-HPI) fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll fil-livell
nazzjonali u reġjonali. Artikolu 2
Definizzjonijiet Għall-finijiet
ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li
ġejjin: (a)
“l-iżvilupp tal-istatistika” tfisser li
jiġu stabbiliti l-metodi, l-istandards u l-proċeduri tal-istatistika
użati għall-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika u li dawn
jittejbu, bil-għan li jitfasslu miżuri u indikaturi ġodda
tal-istatistika; (b)
“produzzjoni tal-istatistika” tfisser il-passi
kollha li jridu jsiru biex tiġi kkumpilata l-istatistika, fosthom
il-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar u l-analiżi
tagħha; (c)
“tixrid tal-istatistika” tfisser l-attività li
permezz tagħha l-istatistika, l-analiżi tal-istatistika u
t-tagħrif mhux kunfidenzjali jsiru aċċessibbli
għall-utenti; (d)
“prodotti” tfisser l-oġġetti u s-servizzi
hekk kif iddefiniti fil-punt 3.01 tal-Anness A tar-Regolament (UE)
Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7] (minn hawn ’il quddiem
imsejjaħ “ir-Regolament dwar is-SEK 2010”); (e)
“prezzijiet għall-konsumatur” tfisser
il-prezzijiet tax-xiri li l-unitajiet domestiċi jħallsu biex jixtru
prodotti individwali permezz ta’ tranżazzjonijiet monetarji; (f)
“prezz tax-xiri” tfisser il-prezz li x-xerrej
iħallas għall-prodotti fil-verità, inkluż kwalunkwe taxxa fuq
il-prodotti bis-sussidji mnaqqsa, wara li mill-prezzijiet jew l-imposti
standard jitnaqqsu l-iskontijiet għax-xiri bl-ingrossa jew għax-xiri
fis-sigħat kwieti, minbarra l-imgħax jew l-imposti għas-servizzi
miżjudin skont l-arranġamenti ta’ kreditu u kwalunkwe imposta
oħra li jkun hemm minħabba li l-ħlas ma jkunx sar fil-perjodu
speċifikat fil-mument tax-xiri; (g)
“indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet
għall-konsumatur (l-HICP)” tfisser l-indiċijiet komparabbli
tal-prezzijiet għall-konsumatur li kull Stat Membru jipproduċi; (h)
“indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet
għall-konsumatur b’rati tat-taxxa kostanti (l-HICP-CT)” tfisser
indiċijiet li jkejlu l-bidliet fil-prezzijiet għall-konsumatur fuq
perjodu taż-żmien mingħajr l-impatt tal-bidliet fir-rati tat-taxxa
fuq il-prodotti matul dak l-istess perjodu taż-żmien; (i)
“prezzijiet amministrati” tfisser prezzijiet li jew
huma stabbiliti direttament mill-gvern jew li huma influwenzati b’mod
sinifikanti minnu; (j)
“indiċi tal-prezzijiet tad-djar okkupati
mis-sidien stess (l-indiċi tad-DOS)” tfisser indiċi li jkejjel
il-bidliet fil-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet tad-djar ġodda
fis-settur tal-unitajiet domestiċi u ta’ prodotti oħra li l-unitajiet
domestiċi jixtru bħala sidien li joqogħdu f’darhom stess; (k)
“indiċi tal-prezzijiet tad-djar” tfisser
indiċi li jkejjel il-bidliet fil-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet
tad-djar li l-unitajiet domestiċi jixtru; (l)
“subindiċi tal-HICP” tfisser indiċi
tal-prezzijiet għal xi waħda mill-kategoriji tal-klassifikazzjoni
Ewropea tal-konsum individwali skont l-għan (minn hawn ’il quddiem
imsejħa “l-ECOICOP”) kif stabbilit fl-Anness; (m)
“indiċijiet armonizzati” tfisser l-HICP,
l-HICP-CT, l-indiċijiet tad-DOS u l-HPI; (n)
“indiċi ta’ Laspeyres” tfisser indiċi
tal-prezzijiet mogħti fil-forma li ġejja: fejn P
tirrappreżenta l-indiċi relattiv tal-livelli tal-prezzijiet
f’żewġ perjodi differenti, Q tirrappreżenta l-kwantitaijet
ikkunsmati, t0 tirrappreżenta l-perjodu ta’ referenza u
tn tirrappreżenta l-perjodu li għalih qed jiġi kkalkulat
l-indiċi; (o)
“indiċi tat-tip ta’ Laspeyres” tfisser
indiċi li jkejjel il-bidliet medji fil-prezzijiet abbażi ta’ nefqa li
tibqa’ l-istess meta mqabbla ma’ dik tal-perjodu ta’ referenza, jiġifieri
li jżomm ix-xejra tal-konsum tal-unitajiet domestiċi kostanti
mill-perjodu ta’ referenza ’l quddiem; (p)
“perjodu ta’ referenza tal-indiċi” tfisser
il-perjodu li għalih l-indiċi jkun iffissat għal 100 punt
tal-indiċi; (q)
“tagħrif bażiku”, b’referenza
għall-HICP u għall-HICP-CT, tfisser dejta li tkopri l-elementi li
ġejjin: –
il-prezzijiet kollha tax-xiri tal-prodotti li jridu
jitqiesu sabiex jiġu kkalkulati s-subindiċijiet tal-HICP skont dan
ir-Regolament; –
il-karatteristiċi kollha li jiddeterminaw
il-prezz tal-prodott u kull karatteristika oħra li hija rilevanti
għall-għan ikkonċernat tal-konsumatur; –
tagħrif dwar it-taxxi u d-dazji tas-sisa
imposti; –
tagħrif dwar jekk prezz hux amministrat
kompletament jew parzjalment jew le; u –
il-piżijiet kollha li jirriflettu l-livell u
l-istruttura tal-konsum tal-prodotti kkonċernati; (r)
“tagħrif bażiku”, b’referenza
għall-indiċijiet tad-DOS u għall-HPI, tfisser dejta li tkopri
l-affarijiet li ġejjin: –
il-prezzijiet kollha tat-tranżazzjonijiet
tad-djar li l-unitajiet domestiċi jixtru li jeħtieġ li jitqiesu
sabiex jiġu kkalkulati l-indiċijiet tal-HPI skont dan ir-Regolament; –
il-karatteristiċi kollha li jiddeterminaw
il-prezz tad-djar jew karatteristiċi rilevanti oħrajn; (s)
“unità domestika” tfisser unità domestika kif
iddefinita fil-paragrafu 2.119(a) u (b) tal-Anness A tar-Regolament
dwar is-SEK 2010, irrispettivament min-nazzjonalità jew mill-istatus ta’
residenza ta’ dik l-unità domestika; (t)
“territorju ekonomiku tal-Istat Membru” tfisser
it-territorju kif iddefinit fil-paragrafu 2.05 tal-Anness A
tar-Regolament dwar is-SEK 2010, ħlief għall-fatt li ż-żoni
li jinsabu ’l barra mit-territorju iżda li jkunu jinsabu fil-fruntieri
tal-pajjiż huma inkluzi, filwaqt li dawk territorjali li jinsabu fil-bqija
tad-dinja huma esklużi; (u)
“nefqa monetarja finali tal-unitajiet
domestiċi għall-konsum” tfisser dik il-parti tan-nefqa finali
għall-konsum li jkunu għamlu: –
l-unitajiet domestiċi, –
fil-forma ta’ tranżazzjonijiet monetarji, –
fit-territorju ekonomiku tal-Istat Membru, –
għal prodotti użati
għas-sodisfazzjon dirett tal-bżonnijiet jew tax-xewqat individwali,
kif iddefinit fil-paragrafu 3.101 tal-Anness A tar-Regolament dwar
is-SEK 2010, –
f’wieħed mill-perjodi taż-żmien li
jkunu qed jitqabblu jew fit-tnejn li huma; (v)
“bidla sinifikanti fil-metodu ta’ produzzjoni”
tfisser bidla li mistennija taffettwa r-rata annwali ta’ bidla ta’ indiċi
armonizzat partikulari jew ta’ parti minnu, fi kwalunkwe perjodu, b’aktar minn: –
0.1 punti perċentwali fil-każ
tal-HICP kollu jew tal-indiċijiet tad-DOS jew tal-HPI; jew –
minn 0.3, 0.4, 0.5 jew 0.6 punti
perċentwali fil-każ ta’ kull diviżjoni, grupp, klassi jew
sottoklassi (ta’ ħames ċifri) tal-ECOICOP rispettivament. Artikolu 3
Kumpilazzjoni tal-indiċijiet armonizzati 1. L-Istati
Membri għandhom jipprovdu l-indiċijiet armonizzati kollha ddefiniti
fl-Artikolu 2(m) lill-Kummissjoni (lill-Eurostat). 2. L-indiċijiet
armonizzati għandhom jiġu kkumpilati bl-użu ta’ formola tat-tip
ta’ Laspeyres. 3. L-HICP
u l-HICP-CT għandhom jissejsu fuq il-bidliet fil-prezzijiet u
l-piżijiet tal-prodotti inklużi fin-nefqa monetarja finali
tal-unitajiet domestiċi għall-konsum. 4. L-HICP
m’għandhomx ikopru t-tranżazzjonijiet bejn l-unitajiet
domestiċi, ħlief fil-każ tal-kirjiet li l-inkwilini jħallsu
lis-sidien privati, f’liema każ is-sidien privati jkunu qed jaġixxu
qishom produtturi ta’ servizzi fis-suq li l-unitajiet domestiċi
(l-inkwilini) jkunu qed jixtru. 5. Is-subindiċijiet
tal-HICP għandhom jiġu kkumpilati għall-kategoriji tal-ECOICOP.
Għandhom jiġu adottati kundizzjonijiet uniformi għat-tqassim
tal-HICP skont il-kategoriji tal-ECOICOP permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont
il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). Artikolu 4
Komparabbiltà tal-indiċijiet armonizzati 1. Biex
l-HICP jew l-indiċijiet tad-DOS jitqiesu bħala komparabbli, kull
differenza bejn il-pajjiżi fil-livelli kollha ta’ dettall għandha
tirrifletti biss id-differenzi fil-bidliet fil-prezzijiet jew fix-xejriet
tal-infiq. 2. Kull
subindiċi tal-indiċijiet armonizzati li jvarja mill-kunċetti jew
mill-metodi mogħtija f’dan ir-Regolament għandu jitqies li huwa
komparabbli jekk iwassal għal indiċi li huwa stmat li jvarja b’mod
sistematiku: (a)
b’0.1 % jew inqas, bħala medja, f’sena
waħda meta mqabbel mas-sena ta’ qabilha, minn indiċi kkumpilat
abbażi tal-approċċ metodoloġiku mogħti f’dan
ir-Regolament fil-każ tal-HICP; (b)
b’1 % jew inqas, bħala medja, f’sena
waħda meta mqabbel mas-sena ta’ qabilha, minn indiċi kkumpilat
abbażi tal-approċċ metodoloġiku mogħti f’dan
ir-Regolament fil-każ tal-indiċijiet tad-DOS u tal-HPI. Meta ma jkunx jista’
jsir kalkolu bħal dan, il-konsegwenzi tal-użu ta’ metodoloġija
li tvarja mill-kunċetti jew mill-metodi mogħtija f’dan ir-Regolament
għandhom jiġu spjegati fid-dettall. 3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 10 għall-emendar tal-Anness sabiex tiġi żgurata
l-komparabbiltà tal-indiċijiet armonizzati fil-livell internazzjonali. 4. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi,
għandha tiġi ddefinita l-metodoloġija x-xierqa
għall-produzzjoni ta’ indiċijiet armonizzati komparabbli permezz ta’
atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 11(2). Artikolu 5
Rekwiżiti tad-dejta 1. L-Istati
Membri għandhom jiġbru tagħrif bażiku li jkun
rappreżentattiv ta’ pajjiżhom għall-indiċijiet armonizzati
u għas-subindiċijiet tagħhom. 2. It-tagħrif
għandu jinkiseb mill-unitajiet tal-istatistika kif iddefiniti
fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93[8]. 3. L-unitajiet
tal-istatistika li jipprovdu t-tagħrif dwar il-prodotti inklużi
fin-nefqa monetarja finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum
għandhom jikkooperaw fil-ġbir jew fl-għoti tat-tagħrif
bażiku skont il-bżonn. L-unitajiet tal-istatistika għandhom
jagħtu tagħrif preċiż u komplut, inkluż f’forma
elettronika jekk jintalbu jagħmlu dan. Fuq talba tal-korpi nazzjonali
responsabbli għall-kumpilazzjoni tal-istatistika uffiċjali,
l-unitajiet tal-istatistika għandhom jipprovdu tagħrif f’forma
elettronika, bħad-dejta skannjata, li jkun iddettaljat biżżejjed
biex jiġu prodotti l-indiċijiet armonizzati u biex jiġu evalwati
l-konformità mar-rekwiżiti tal-komparabbilità u l-kwalità
tal-indiċijiet armonizzati. Għandhom jiġu stabbiliti
kundizzjonijiet uniformi għall-forniment ta’ dan it-tagħrif permezz
ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 11(2). 4. L-indiċijiet
armonizzati u s-subindiċijiet tagħhom għandhom jissejsu fuq
il-perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċijiet, jiġifieri l-2015. Dan
it-tisjis għandu jibda jseħħ mill-indiċi għal Jannar
tal-2016. 5. L-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet
tagħhom għandhom jerġgħu jissejsu fuq perjodu komuni ta’
referenza tal-indiċijiet ġdid f’każ ta’ bidla kbira
fil-metodoloġija tal-indiċijiet armonizzati jew kull għaxar snin
mill-2015 ’il quddiem. Dan it-tisjis mill-ġdid fuq perjodu komuni ta’
referenza tal-indiċijiet ġdid għandu jibda jseħħ
mill-indiċi ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 10 sabiex tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar it-tisjis
mill-ġdid tal-indiċijiet armonizzati b’rabta ma’ bidliet kbar
fil-metodoloġija. 6. Sabiex
ma jkunx hemm piż żejjed fuq l-Istati Membri u sal-punt li
s-subindiċijiet tal-indiċijiet armonizzati huma sinifikanti biss ’il
fuq minn ċertu limitu, il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10 sabiex
tistabbilixxi limitu li taħtu ma jkun hemm l-ebda obbligu li wieħed
jipprovdi dawk is-subindiċijiet. 7. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 10 sabiex tistabbilixxi lista tas-subindiċijiet
tal-ECOICOP li l-Istati Membri mhumiex obbligati jipproduċu, jew
minħabba li dawn is-subindiċijiet ma jkoprux il-konsum privat jew
minħabba li dawn mhumiex armonizzati biżżejjed mil-lat
tal-metodoloġija. Artikolu 6
Frekwenza 1. L-Istati
Membri għandhom jipprovdu l-HICP, l-HICP-CT u s-subindiċijiet
rispettivi tagħhom lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) kull xahar,
inklużi dawk is-subindiċijiet li huma jipproduċu fuq intervalli
itwal taż-żmien. 2. L-Istati
Membri għandhom jipprovdu l-indiċijiet tad-DOS u l-HPI
lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) kull tliet xhur. Huma jistgħu
jipprovduhomlha wkoll kull xahar fuq bażi volontarja. 3. L-Istati
Membri mhumiex obbligati jipproduċu s-subindiċijiet kull xahar jew
kull tliet xhur f’każijiet fejn il-ġbir inqas frekwenti tad-dejta
jissodisfa r-rekwiżiti tal-komparabbiltà mogħtija fl-Artikolu 4.
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat)
dwar il-kategoriji tal-ECOICOP u tad-DOS li għalihom beħsiebhom
jiġbru d-dejta f’intervalli ta’ iktar minn xahar jew tliet xhur
rispettivament. 4. Kull
sena, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw mill-ġdid u
jaġġornaw il-piżijiet tas-subindiċijiet
għall-indiċijiet armonizzati. Għandhom jiġu stabbiliti
kundizzjonijiet uniformi għall-forniment tal-piżijiet u tal-metadejta
dwar il-piżijiet permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’
eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). Artikolu 7
Skadenzi, standards għall-iskambju u reviżjonijiet 1. Mhux
aktar tard minn 20 jum kalendarju wara tmiem ix-xahar ta’ referenza
għas-serje ta’ kull xahar u minn 85 jum kalendarju wara tmiem it-tliet
xhur ta’ referenza għas-serje ta’ kull tliet xhur, l-Istati Membri
għandhom jipprovdu l-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet
kollha lill-Kummissjoni (lill-Eurostat). 2. L-Istati
Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) id-dejta u
l-metadejta mitluba minn dan ir-Regolament f’konformità mal-istandards
għall-iskambju tad-dejta u tal-metadejta. 3. Is-subindiċijiet
tal-indiċijiet armonizzati li jkunu diġà ġew ippubblikati
jistgħu jiġu riveduti. 4. L-istabbiliment
ta’ kalendarju annwali għas-sottomissjoni tal-indiċijiet armonizzati
u tas-subindiċijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-istandards
għall-iskambju tad-dejta u tal-metadejta msemmijin fil-paragrafu 2 u
l-kundizzjonijiet uniformi għar-reviżjoni kif imsemmi
fil-paragrafu 3 għandhom jiġu speċifikati fid-dettall
permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni
għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami
msemmija fl-Artikolu 11(2). Artikolu 8
Studji pilota 1. Kull
meta jkun hemm bżonn ta’ titjib fit-tagħrif bażiku
għall-kumpilazzjoni tal-indiċijiet armonizzati, jew meta jiġi
identifikat il-bżonn ta’ titjib fil-komparabbiltà tal-indiċijiet
fil-metodi msemmijin fl-Artikolu 4(2), il-Kummissjoni (l-Eurostat) tista’
tniedi studji pilota li l-Istati Membri għandhom iwettqu fuq bażi
volontarja. 2. L-istudji
pilota għandhom jivvalutaw kemm huwa fattibbli li jinkiseb tagħrif
bażiku mtejjeb jew li jiġu adottati approċċi
metodoloġiċi ġodda. 3. Il-Kummissjoni
(l-Eurostat) għandha tevalwa r-riżultati tal-istudji pilota
f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-utenti ewlenin
tal-indiċijiet armonizzati, filwaqt li tqis il-benefiċċji li
jiġu mit-titjib tat-tagħrif dwar il-prezzijiet meta mqabbla
mal-ispejjeż addizzjonali li jinħolqu għall-ġbir u
l-kumpilazzjoni tat-tali tagħrif. 4. Abbażi
tal-evalwazzjoni tal-istudji pilota, għandu jiddaħħal
tagħrif bażiku mtejjeb jew metodi mtejba permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 11(2). Artikolu 9
Żgurar tal-kwalità 1. L-Istati
Membri għandhom jiggarantixxu l-kwalità tal-indiċijiet armonizzati li
huma jipprovdu. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom
japplikaw il-kriterji standard tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1)
tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. 2. L-Istati
Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat)
l-affarijiet li ġejjin: (a)
rapport annwali standard dwar il-kwalità li jkopri
l-kriterji tal-kwalità msemmijin fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE)
Nru 223/2009; (b)
inventarju annwali li jkun fih dettalji dwar
is-sorsi tad-dejta, id-definizzjonijiet u l-metodi użati, fosthom dettalji
dwar kwalunkwe differenza li jista’ jkun hemm bejn il-metodi statistiċi
użati u dawk irrakkomandati fil-manwal dwar il-metodoloġija; u (c)
tagħrif ieħor relatat li jkun iddettaljat
biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu evalwati l-konformità
mar-rekwiżiti tal-komparabbilità u l-kwalità tal-indiċijiet
armonizzati, jekk il-Kummissjoni (l-Eurostat) titlob dan. 3. Jekk
Stat Membru jkun beħsiebu jibdel b’mod sinifikanti l-metodi
tal-produzzjoni tal-indiċijiet armonizzati jew ta’ parti minnhom, huwa
għandu jgħarraf lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) b’dan mill-inqas
tliet xhur qabel ma tkun se tidħol fis-seħħ kwalunkwe bidla ta’
dan it-tip. L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni
(lill-Eurostat) kwantifikazzjoni tal-impatt tal-bidla. 4. Permezz
ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti
r-rekwiżiti tekniċi għall-iżgurar tal-kwalità marbutin
mal-kontenut tar-rapport annwali standard dwar il-kwalità, l-iskadenza biex
ir-rapport jintbagħat lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) u l-istruttura
tal-inventarju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 11(2). Artikolu 10
Eżerċizzju tad-delega 1. Il-Kummissjoni
qed tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet
stipulati f’dan l-Artikolu. 2. Id-delega
tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 4(3) u fl-Artikolu 5(5) sa (7)
għandha tingħata għal perjodu taż-żmien mhux
determinat. 3. Il-Parlament
Ewropew u l-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delega tas-setgħat
imsemmija fl-Artikolu 4(3) u fl-Artikolu 5(5) sa (7) f’kull mument.
Deċiżjoni ta’ tħassir għandha ttemm id-delega
tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija
għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni
tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew
f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa
l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. 4. Hekk
kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess
ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att
delegat adottat skont l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 5(5) sa (7)
għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u
lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn
minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lilhom jew jekk, qabel l-iskadenza ta’
dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu
lill-Kummissjoni li mhux beħsiebhom joġġezzjonaw għalih.
Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva
tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 11
Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni
għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea
tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat
għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Meta
ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika
l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 12
Tħassir 1. Bla
preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom
ikomplu jipprovdu indiċijiet armonizzati skont ir-Regolament (KE)
Nru 2494/95 sat-trażmissjoni tad-dejta li tirreferi għall-2015. 2. Ir-Regolament
(KE) Nru 2494/95 jitħassar b’effett
mill-1 ta’ Jannar 2016. Ir-referenzi għar-Regolament
imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan
ir-Regolament. Artikolu 13
Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament
għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak
tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea. Huwa għandu jidħol
fis-seħħ għall-ewwel darba għad-dejta li tirreferi
għal Jannar tal-2016. Dan
ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament
fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament
Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU C […]. [2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95
tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati
tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 257, 27.10.1995,
p. 1). [3] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew,
il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat
tar-Reġjuni - Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea
(COM(2010) 543 finali). [4] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill dwar il-metodu ta’ produzzjoni tal-istatistika tal-UE:
viżjoni għad-deċennju li ġej
(COM(2009) 404 finali). [5] Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea
(ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164). [6] Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u
l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati
Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’
implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). [7] Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema
Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU
L 174, 26.6.2013, p. 1). [8] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93
tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika
għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni
fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1). ANNESS Il-klassifikazzjoni Ewropea tal-konsum
individwali skont l-għan (l-ECOICOP) 01 IKEL U
XORB MHUX ALKOĦOLIKU 01.1 Ikel 01.1.1 Ħobż
u ċereali 01.1.1.1 Ross 01.1.1.2 Dqiq u ċereali
oħra 01.1.1.3 Ħobż 01.1.1.4 Prodotti oħra
moħmija 01.1.1.5 Pizza u kixx 01.1.1.6 Prodotti
tal-għaġin u kuskus 01.1.1.7 Ċereali
għall-kolazzjon 01.1.1.8 Prodotti oħra
taċ-ċereali 01.1.2 Laħam 01.1.2.1 Ċanga u vitella 01.1.2.2 Majjal 01.1.2.3 Laħam tal-ħaruf u
laħam tal-mogħoż 01.1.2.4 Laħam tat-tjur 01.1.2.5 Tip ta’ laħam
ieħor 01.1.2.6 Ġewwieni tal-annimali
li jittiekel 01.1.2.7 Laħam imnixxef,
immellaħ jew affumikat 01.1.2.8 Preparazzjonijiet oħra
magħmulin mil-laħam 01.1.3 Ħut u
frott tal-baħar 01.1.3.1 Ħut frisk jew
imkessaħ 01.1.3.2 Ħut iffriżat 01.1.3.3 Frott tal-baħar frisk
jew imkessaħ 01.1.3.4 Frott tal-baħar
iffriżat 01.1.3.5 Ħut u frott
tal-baħar imnixxef, immellaħ jew affumikat 01.1.3.6 Preparazzjonijiet
oħrajn ipproċessati jew ippreservati bbażati fuq il-ħut u
l-frott tal-baħar 01.1.4 Ħalib,
ġobon u bajd 01.1.4.1 Ħalib frisk
sħiħ 01.1.4.2 Ħalib frisk bi ftit
xaħam 01.1.4.3 Ħalib tal-bott 01.1.4.4 Jogurt 01.1.4.5 Ġobon u baqta 01.1.4.6 Prodotti oħra
tal-ħalib 01.1.4.7 Bajd 01.1.5 Żjut u
xaħmijiet 01.1.5.1 Butir 01.1.5.2 Marġerina u
xaħmijiet veġetali oħrajn 01.1.5.3 Żejt
taż-żebbuġa 01.1.5.4 Żjut tal-ikel
oħrajn 01.1.5.5 Xaħmijiet oħrajn
tal-annimali li jittieklu 01.1.6 Frott 01.1.6.1 Frott frisk jew
imkessaħ 01.1.6.2 Frott iffriżat 01.1.6.3 Frott imqadded u
ġewż imnixxef 01.1.6.4 Frott tal-bott u prodotti
bbażati fuq il-frott 01.1.7 Ħaxix 01.1.7.1 Ħaxix frisk jew
imkessaħ, minbarra l-patata u tuberi oħrajn 01.1.7.2 Ħaxix iffriżat,
minbarra l-patata u tuberi oħrajn 01.1.7.3 Ħaxix imnixxef u
ħaxix ieħor ipproċessat jew ippreservat 01.1.7.4 Patata 01.1.7.5 Krisps 01.1.7.6 Tipi ta’ tuberi oħrajn
u prodotti magħmulin mit-tuberi 01.1.8 Zokkor,
ġamm, għasel, ċikkulata u ħlewwiet 01.1.8.1 Zokkor 01.1.8.2 Ġammijiet, marmellati
u għasel 01.1.8.3 Ċikkulata 01.1.8.4 Ħlewwiet 01.1.8.5 Silġ li jittiekel u
ġelat 01.1.8.6 Sustanza artifiċjali
li tintuża flok iz-zokkor 01.1.9 Prodotti
tal-ikel li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor 01.1.9.1 Zlazi u taħwir 01.1.9.2 Melħ, ħwawar u
ħaxix tal-borma 01.1.9.3 Ikel tat-trabi 01.1.9.4 Ikel lest 01.1.9.9 Prodotti tal-ikel
oħrajn li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor 01.2 Xorb mhux
alkoħoliku 01.2.1 Kafè, te u
kokotina 01.2.1.1 Kafè 01.2.1.2 Te 01.2.1.3 Kokotina u trab
taċ-ċikkulata 01.2.2 Ilma minerali,
xorb li jirrinfreska (“soft drinks”) u meraq tal-frott u tal-ħaxix 01.2.2.1 Ilma minerali u ilma
tan-nixxigħat 01.2.2.2 Xorb li jirrinfreska (“soft
drinks”) 01.2.2.3 Meraq tal-frott u
tal-ħaxix 02 XORB
ALKOĦOLIKU, TABAKK U NARKOTIĊI 02.1 Xorb
alkoħoliku 02.1.1 Spirti 02.1.1.1 Spirti u likuri 02.1.1.2 Xorb alkoħoliku li
jirrinfreska (“soft drinks” alkoħoliċi) 02.1.2 Inbid 02.1.2.1 Inbid mill-għeneb 02.1.2.2 Inbid minn frott ieħor 02.1.2.3 Inbid imqawwi 02.1.2.4 Xorb ibbażat fuq
l-inbid 02.1.3 Birra 02.1.3.1 Lager 02.1.3.2 Tip ta’ birra
alkoħolika oħra 02.1.3.3 Birra alkoħolika mhix
qawwija u birra mhix alkoħolika 02.1.3.4 Xorb ibbażat fuq
il-birra 02.2 Tabakk 02.2.0 Tabakk 02.2.0.1 Sigaretti 02.2.0.2 Sigarri 02.2.0.3 Prodotti oħra
tat-tabakk 02.3 Narkotiċi 02.3.0 Narkotiċi 02.3.0.0 Narkotiċi 03 ILBIES
U XEDD IS-SAQAJN 03.1 Ilbies 03.1.1 Drappijiet
tal-ilbies 03.1.1.0 Drappijiet tal-ilbies 03.1.2 Ħwejjeġ 03.1.2.1 Ħwejjeġ
tal-irġiel 03.1.2.2 Ħwejjeġ tan-nisa 03.1.2.3 Ħwejjeġ
għat-trabi (tat-twelid sa meta jkollhom sentejn) u għat-tfal (ta’
bejn it-tliet snin u t-tlettax-il sena) 03.1.3 Bċejjeċ
oħra tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ 03.1.3.1 Bċejjeċ oħra
tal-ilbies 03.1.3.2 Aċċessorji
tal-ħwejjeġ 03.1.4 Tindif, tiswija
u kiri tal-ilbies 03.1.4.1 Tindif tal-ilbies 03.1.4.2 Tiswija u kiri tal-ilbies 03.2 Xedd
is-saqajn 03.2.1 Żraben u
tipi ta’ xedd is-saqajn oħrajn 03.2.1.1 Xedd is-saqajn
għall-irġiel 03.2.1.2 Xedd is-saqajn
għan-nisa 03.2.1.3 Xedd is-saqajn
għat-trabi u għat-tfal 03.2.2 Tiswija u kiri
ta’ xedd is-saqajn 03.2.2.0 Tiswija u kiri ta’ xedd
is-saqajn 04 AKKOMODAZZJONI,
ILMA, ELETTRIKU, GASS U TIPI TA’ FJUWILS OĦRAJN 04.1 Kirjiet
reali għall-akkomodazzjoni 04.1.1 Il-kirjiet
reali li jħallsu l-inkwilini 04.1.1.0 Il-kirjiet reali li
jħallsu l-inkwilini 04.1.2 Kirjiet reali
oħrajn 04.1.2.1 Il-kirjiet reali li
jħallsu l-inkwilini għal residenzi sekondarji 04.1.2.2 Il-kirjiet
għall-garaxxijiet u kirjiet oħrajn li jħallsu l-inkwilini 04.2 Il-kirjiet
imputati tal-akkomodazzjoni 04.2.1 Il-kirjiet
imputati tas-sidien li joqogħdu fil-post tagħhom stess 04.2.1.0 Il-kirjiet imputati
tas-sidien li joqogħdu fil-post tagħhom stess 04.2.2 Kirjiet
imputati oħrajn 04.2.2.0 Kirjiet imputati
oħrajn 04.3 Manutenzjoni
u tiswija tal-post fejn wieħed jgħix 04.3.1 Materjal
għall-manutenzjoni u t-tiswija tal-post fejn wieħed jgħix 04.3.1.0 Materjal
għall-manutenzjoni u t-tiswija tal-post fejn wieħed jgħix 04.3.2 Servizzi
marbutin mal-manutenzjoni u t-tiswija tal-post fejn wieħed jgħix 04.3.2.1 Servizzi tal-plamers 04.3.2.2 Servizzi tal-elektrixins 04.3.2.3 Servizzi ta’ manutenzjoni
għas-sistemi ta’ tisħin 04.3.2.4 Servizzi tal-bajjada 04.3.2.5 Servizzi tal-mastrudaxxi 04.3.2.9 Servizzi oħrajn
marbutin mal-manutenzjoni u t-tiswija tal-post fejn wieħed jgħix 04.4 Il-provvista
tal-ilma u servizzi oħrajn marbutin mal-post fejn wieħed jgħix 04.4.1 Il-provvista
tal-ilma 04.4.1.0 Il-provvista tal-ilma 04.4.2 Il-ġbir
taż-żibel 04.4.2.0 Il-ġbir
taż-żibel 04.4.3 Il-ġbir
tad-dranaġġ 04.4.3.0 Il-ġbir
tad-dranaġġ 04.4.4 Servizzi
oħrajn marbutin mal-post fejn wieħed jgħix li mhumiex ikklassifikati
xi mkien ieħor 04.4.4.1 L-ispejjeż
tal-mantuenzjoni f’bini okkupat minn bosta unitajiet domestiċi 04.4.4.2 Servizzi tas-sigurtà 04.4.4.9 Servizzi oħrajn
marbutin mal-post fejn wieħed jgħix 04.5 Elettriku,
gass u tipi ta’ fjuwils oħrajn 04.5.1 Elettriku 04.5.1.0 Elettriku 04.5.2 Gass 04.5.2.1 Gass naturali u gass
tal-belt 04.5.2.2 Idrokarburi likwifikati
(butan, propan, eċċ.) 04.5.3 Fjuwils likwidi 04.5.3.0 Fjuwils likwidi 04.5.4 Fjuwils solidi 04.5.4.1 Faħam 04.5.4.9 Fjuwils solidi oħrajn 04.5.5 Enerġija
termali 04.5.5.0 Enerġija termali 05 GĦAMARA,
TAGĦMIR TAD-DAR U MANUTENZJONI KONTINWA TAD-DAR 05.1 Għamara
u tagħmir tad-dar, twapet u kisi ieħor tal-art 05.1.1 Għamara u
tagħmir tad-dar 05.1.1.1 Għamara tad-dar 05.1.1.2 Għamara tal-ġnien 05.1.1.3 Tagħmir tad-dawl 05.1.1.9 Għamara oħra u
tagħmir ieħor tad-dar 05.1.2 Twapet u kisi
ieħor tal-art 05.1.2.1 Twapet u raggs 05.1.2.2 Kisi ieħor tal-art 05.1.2.3 Servizzi
tat-tpoġġija tat-twapet tal-qjies mal-art u tal-kisi tal-art 05.1.3 Tiswija tal-għamara,
tat-tagħmir tad-dar u tal-kisi tal-art 05.1.3.0 Tiswija tal-għamara,
tat-tagħmir tad-dar u tal-kisi tal-art 05.2 Tessuti
għad-dar 05.2.0 Tessuti
għad-dar 05.2.0.1 Tessuti
għat-tagħmir tad-dar u purtieri 05.2.0.2 Lożor u mħaded 05.2.0.3 Bjankerija tal-mejda u
tal-kamra tal-banju 05.2.0.4 Tiswija tat-tessuti
għad-dar 05.2.0.9 Tessuti għad-dar
oħrajn 05.3 Apparat
domestiku 05.3.1 Apparat
domestiku kbir, kemm jekk jaħdem bl-elettriku u kemm jekk le 05.3.1.1 Friġġijiet,
friżers u friġġijiet bil-friżer magħhom 05.3.1.2 Magni
tal-ħasil tal-ħwejjeġ, magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ u
magni tal-ħasil tal-platti 05.3.1.3 Kukers 05.3.1.4 Ħiters u
kondizzjonaturi tal-arja 05.3.1.5 Tagħmir tat-tindif 05.3.1.9 Apparat domestiku kbir
ieħor 05.3.2 Apparat domestiku
żgħir li jaħdem bl-elettriku 05.3.2.1 Apparat
għall-ipproċessar tal-ikel 05.3.2.2 Magni tal-kafè u tat-te u
apparat simili għalihom 05.3.2.3 Ħdejjed
tal-mogħdija 05.3.2.4 Towsters u grillijiet 05.3.2.9 Apparat domestiku
żgħir ieħor li jaħdem bl-elettriku 05.3.3 Tiswija
tal-apparat domestiku 05.3.3.0 Tiswija tal-apparat
domestiku 05.4 Oġġetti
tal-ħġieġ, reċipjenti ta’ fuq il-mejda u għodod
għall-użu ta’ kuljum fid-dar 05.4.0 Oġġetti
tal-ħġieġ, reċipjenti ta’ fuq il-mejda u għodod
għall-użu ta’ kuljum fid-dar 05.4.0.1 Oġġetti
tal-ħġieġ, oġġetti tal-kristall, oġġetti
taċ-ċeramika u oġġetti tal-porċellana 05.4.0.2 Pożati, platti u
dixxijiet ċatti u fided 05.4.0.3 Oġġetti u
għodod tal-kċina li ma jaħdmux bl-elettriku 05.4.0.4 Tiswija
tal-oġġetti tal-ħġieġ, tar-reċipjenti ta’ fuq
il-mejda u tal-għodod għall-użu ta’ kuljum fid-dar 05.5 Għodod
u tagħmir għad-dar u għall-ġnien 05.5.1 Għodod u
tagħmir kbir 05.5.1.1 Għodod u tagħmir
kbir li jaħdem b’mutur 05.5.1.2 Tiswija u kiri ta’
għodod u tagħmir kbir 05.5.2 Għodod
żgħar u aċċessorji oħrajn 05.5.2.1 Għodod żgħar
li ma jaħdmux b’mutur 05.5.2.2 Diversi
aċċessorji tal-għodod iż-żgħar 05.5.2.3 Tiswija tal-għodod
iż-żgħar li ma jaħdmux b’mutur u tal-aċċessorji
l-oħrajn 05.6 Oġġetti
u servizzi użati għall-manutenzjoni kontinwa tad-dar 05.6.1 Oġġetti
tad-dar li ma jdumux iservu 05.6.1.1 Prodotti tat-tindif u
tal-manutenzjoni 05.6.1.2 Oġġetti
żgħar tad-dar oħrajn li ma jdumux iservu 05.6.2 Servizzi
domestiċi u servizzi tad-dar 05.6.2.1 Servizzi domestiċi
offruti minn persunal li jitħallas 05.6.2.2 Servizzi tat-tindif 05.6.2.3 Il-kiri tal-għamara u
tat-tagħmir tad-dar 05.6.2.9 Servizzi domestiċi u
servizzi tad-dar oħrajn 06 SAĦĦA 06.1 Prodotti,
apparat u tagħmir mediku 06.1.1 Prodotti
farmaċewtiċi 06.1.1.0 Prodotti
farmaċewtiċi 06.1.2 Prodotti
mediċi oħrajn 06.1.2.1 Testijiet tat-tqala u
apparat kontraċettiv mekkaniku 06.1.2.9 Prodotti mediċi
oħrajn li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor 06.1.3 Apparat u
tagħmir terapewtiku 06.1.3.1 Nuċċalijiet
korrettivi tal-vista u lentijiet tal-kuntatt 06.1.3.2 Strumenti
għas-smigħ 06.1.3.3 Tiswija tal-apparat u
t-tagħmir terapewtiku 06.1.3.9 Apparat u tagħmir
terapewtiku ieħor 06.2 Servizzi
għall-pazjenti ta’ barra 06.2.1 Servizzi
mediċi 06.2.1.1 Servizzi ta’ tabib mhux speċjalista 06.2.1.2 Servizzi ta’
speċjalista 06.2.2 Servizzi ta’
dentist 06.2.2.0 Servizzi ta’ dentist 06.2.3 Servizzi
paramediċi 06.2.3.1 Servizzi tal-laboratorji
tal-analiżi medika u taċ-ċentri fejn jittieħdu
r-raġġi X 06.2.3.2 Banjijiet
termiċi, terapija ġinnastika korrettiva, servizzi tal-ambulanza u
l-kiri ta’ tagħmir terapewtiku 06.2.3.9 Servizzi paramediċi
oħrajn 06.3 Servizzi ta’
sptar 06.3.0 Servizzi ta’
sptar 06.3.0.0 Servizzi ta’ sptar 07 TRASPORT 07.1 Xiri ta’
vetturi 07.1.1 Karozzi 07.1.1.1 Karozzi ġodda 07.1.1.2 Karozzi użati 07.1.2 Muturi 07.1.2.0 Muturi 07.1.3 Roti 07.1.3.0 Roti 07.1.4 Vetturi
miġbudin mill-annimali 07.1.4.0 Vetturi miġbudin
mill-annimali 07.2 L-użu
tat-tagħmir personali tat-trasport 07.2.1 Partijiet
tal-bdil u aċċessorji għat-tagħmir personali tat-trasport 07.2.1.1 Tajers 07.2.1.2 Partijiet tal-bdil
għat-tagħmir personali tat-trasport 07.2.1.3 Aċċessorji
għat-tagħmir personali tat-trasport 07.2.2 Fjuwils u
lubrikanti għat-tagħmir personali tat-trasport 07.2.2.1 Diżil 07.2.2.2 Petrol 07.2.2.3 Fjuwils oħrajn
għat-tagħmir personali tat-trasport 07.2.2.4 Lubrikanti 07.2.3 Manutenzjoni u
tiswija tat-tagħmir personali tat-trasport 07.2.3.0 Manutenzjoni u tiswija
tat-tagħmir personali tat-trasport 07.2.4 Servizzi
oħrajn marbutin mat-tagħmir personali tat-trasport 07.2.4.1 Il-kiri ta’ garaxxijiet,
ta’ postijiet tal-parkeġġ u ta’ tagħmir personali tat-trasport 07.2.4.2 Faċilitajiet ta’
pedaġġ u ta’ miters fit-triq għall-ipparkjar 07.2.4.3 Lezzjonijiet, testijiet u
liċenzji tas-sewqan u kontrolli tekniċi tal-vettura 07.3 Servizzi
tat-trasport 07.3.1 Trasport
tal-passiġġieri bil-ferrovija 07.3.1.1 Trasport
tal-passiġġieri bil-ferrovija 07.3.1.2 Trasport
tal-passiġġieri bil-metrò u bit-tramm 07.3.2 Trasport tal-passiġġieri
bit-triq 07.3.2.1 Trasport
tal-passiġġieri b’tal-linja u bil-kowċ 07.3.2.2 Trasport
tal-passiġġieri b’taksi u b’karozza mikrija bis-sewwieq b’kollox 07.3.3 Trasport
tal-passiġġieri bl-ajru 07.3.3.1 Titjiriet nazzjonali 07.3.3.2 Titjiriet internazzjonali 07.3.4 Trasport
tal-passiġġieri bil-baħar u fl-ilmijiet navigabbli interni 07.3.4.1 Trasport
tal-passiġġieri bil-baħar 07.3.4.2 Trasport
tal-passiġġieri fl-ilmijiet navigabbli interni 07.3.5 Trasport
tal-passiġġieri kkombinat 07.3.5.0 Trasport
tal-passiġġieri kkombinat 07.3.6 Servizzi tat-trasport
mixtrija oħrajn 07.3.6.1 Trasport b’sistemi ta’
funikulari differenti 07.3.6.2 Servizzi ta’ ġarr u
ħżin 07.3.6.9 Servizzi tat-trasport
mixtrija oħrajn li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor 08 KOMUNIKAZZJONI 08.1 Servizzi tal-posta 08.1.0 Servizzi tal-posta 08.1.0.1 Twassil tal-ittri 08.1.0.9 Servizzi tal-posta
oħrajn 08.2 Tagħmir tat-telefown
u tal-faks 08.2.0 Tagħmir tat-telefown
u tal-faks 08.2.0.1 Tagħmir tat-telefown
fiss 08.2.0.2 Tagħmir tat-telefown
ċellulari 08.2.0.3 Tagħmir ieħor
tat-telefown u tal-faks 08.2.0.4 Tiswija tat-tagħmir
tat-telefown u tal-faks 08.3 Servizzi tat-telefown u
tal-faks 08.3.0 Servizzi tat-telefown u
tal-faks 08.3.0.1 Servizzi tat-telefown
bil-wajers 08.3.0.2 Servizzi tat-telefown bla
wajers 08.3.0.3 Servizzi ta’ forniment ta’
aċċess għall-internet 08.3.0.4 Servizzi
tat-telekomunikazzjoni offruti flimkien 08.3.0.5 Servizzi oħrajn
tat-trażmissjoni tal-informazzjoni 09 MOGĦDIJA
TAŻ-ŻMIEN U KULTURA 09.1 Tagħmir
awdjoviżiv, tagħmir fotografiku u tagħmir
għall-ipproċessar tal-informazzjoni 09.1.1 Tagħmir biex
wieħed jirċievi, jirrekordja u jipproduċi mill-ġdid
il-ħsejjes u l-istampi 09.1.1.1 Tagħmir biex
wieħed jirċievi, jirrekordja u jipproduċi mill-ġdid
il-ħsejjes 09.1.1.2 Tagħmir biex
wieħed jirċievi, jirrekordja u jipproduċi mill-ġdid
il-ħsejjes u l-istampi 09.1.1.3 Apparat portabbli
tal-ħsejjes u tal-istampi 09.1.1.9 Tagħmir ieħor biex wieħed
jirċievi, jirrekordja u jipproduċi mill-ġdid il-ħsejjes u
l-istampi 09.1.2 Tagħmir fotografiku u
ċinematografiku u strumenti tal-vista 09.1.2.1 Magni tar-ritratti 09.1.2.2 Aċċessorji
għat-tagħmir fotografiku u ċinematografiku 09.1.2.3 Strumenti tal-vista 09.1.3 Tagħmir
għall-ipproċessar tal-informazzjoni 09.1.3.1 Kompjuters personali 09.1.3.2 Aċċessorji
għat-tagħmir għall-ipproċessar tal-informazzjoni 09.1.3.3 Softwer 09.1.3.4 Kalkulaturi u tagħmir
ieħor għall-ipproċessar tal-informazzjoni 09.1.4 Mezzi ta’
reġistrazzjoni 09.1.4.1 Mezzi ta’
reġistrazzjoni rreġistrati minn qabel 09.1.4.2 Mezzi ta’
reġistrazzjoni mhux irreġistrati minn qabel 09.1.4.9 Mezzi ta’
reġistrazzjoni oħrajn 09.1.5 Tiswija tat-tagħmir
awdjoviżiv, tat-tagħmir fotografiku u tat-tagħmir
għall-ipproċessar tal-informazzjoni 09.1.5.0 Tiswija tat-tagħmir awdjoviżiv,
tat-tagħmir fotografiku u tat-tagħmir għall-ipproċessar
tal-informazzjoni 09.2 Oġġetti kbar
oħrajn li jdumu jservu li jintużaw għall-mogħdija
taż-żmien u għall-kultura 09.2.1 Oġġetti kbar li
jintużaw għall-mogħdija taż-żmien fuq barra 09.2.1.1 Vannijiet bil-kumditajiet
meħtieġa għall-kampeġġ, karavani u trejlers 09.2.1.2 Ajruplani, inġenji
tal-ajru ħfief ħafna, glajders, “hang-gliders” u blalen tal-arja
sħuna 09.2.1.3 Dgħajjes, muturi
awtbord u l-iffittjar (“outfitting”) tad-dgħajjes 09.2.1.4 Żwiemel, ponijiet u
l-aċċessorji tagħhom 09.2.1.5 Oġġetti kbar
għal-logħob u għall-isports 09.2.2 Strumenti mużikali u
oġġetti kbar li jdumu jservu li jintużaw
għall-mogħdija taż-żmien fuq ġewwa 09.2.2.1 Strumenti mużikali 09.2.2.2 Oġġetti kbar li
jdumu jservu li jintużaw għall-mogħdija taż-żmien fuq
ġewwa 09.2.3 Manutenzjoni u tiswija ta’
oġġetti kbar oħrajn li jdumu jservu li jintużaw
għall-mogħdija taż-żmien u għall-kultura 09.2.3.0 Manutenzjoni u tiswija ta’
oġġetti kbar oħrajn li jdumu jservu li jintużaw
għall-mogħdija taż-żmien u għall-kultura 09.3 Oġġetti
oħrajn u tagħmir ieħor għall-mogħdija
taż-żmien, ġonna u annimali domestiċi 09.3.1 Logħob,
ġugarelli u passatempijiet 09.3.1.1 Logħob u
passatempijiet 09.3.1.2 Ġugarelli u
oġġetti tal-festi 09.3.2 Tagħmir
għall-isports, għall-kampeġġ u għall-mogħdija
taż-żmien fuq barra 09.3.2.1 Tagħmir
għall-isports 09.3.2.2 Tagħmir
għall-kampeġġ u għall-mogħdija taż-żmien fuq
barra 09.3.2.3 Tiswija tat-tagħmir
għall-isports, għall-kampeġġ u għall-mogħdija
taż-żmien fuq barra 09.3.3 Ġonna, pjanti u fjuri 09.3.3.1 Prodotti
għall-ġonna 09.3.3.2 Pjanti u fjuri 09.3.4 Annimali domestiċi u
prodotti marbutin magħhom 09.3.4.1 Ix-xiri tal-annimali
domestiċi 09.3.4.2 Prodotti
għall-annimali domestiċi 09.3.5 Servizzi veterinarji u
servizzi oħrajn għall-annimali domestiċi 09.3.5.0 Servizzi veterinarji u
servizzi oħrajn għall-annimali domestiċi 09.4 Servizzi
tal-mogħdija taż-żmien u servizzi kulturali 09.4.1 Servizzi tal-mogħdija
taż-żmien u servizzi sportivi 09.4.1.1 Servizzi tal-mogħdija
taż-żmien u servizzi sportivi - l-attendenza għalihom 09.4.1.2 Servizzi tal-mogħdija
taż-żmien u servizzi sportivi - il-parteċipazzjoni fihom 09.4.2 Servizzi kulturali 09.4.2.1 Ċinema, teatri u
kunċerti 09.4.2.2 Mużewijiet, libreriji
u ġonna żooloġiċi 09.4.2.3 Ħlas tal-liċenzja
tar-radju u tat-televiżjoni u l-abbonamenti 09.4.2.4 Il-kiri ta’ tagħmir u
aċċessorji b’rabta mas-servizzi kulturali 09.4.2.5 Servizzi fotografiċi 09.4.2.9 Servizzi kulturali
oħrajn 09.4.3 Logħob tal-azzard 09.4.3.0 Logħob tal-azzard 09.5 Gazzetti, kotba u
kartolerija 09.5.1 Kotba 09.5.1.1 Rumanzi 09.5.1.2 Kotba edukattivi tal-iskola 09.5.1.3 Kotba oħrajn li
mhumiex rumanzi 09.5.1.4 Servizzi ta’ legatura u
t-tniżżil ta’ kotba elettroniċi 09.5.2 Gazzetti u perjodiċi 09.5.2.1 Gazzetti 09.5.2.2 Rivisti u perjodiċi 09.5.3 Materjal stampat
ieħor 09.5.3.0 Materjal stampat ieħor 09.5.4 Kartolerija u materjal
għat-tpinġija 09.5.4.1 Prodotti tal-karti 09.5.4.9 Kartolerija oħra u
materjal ieħor għat-tpinġija 09.6 Vaganzi b’kollox
inkluż 09.6.0 Vaganzi b’kollox
inkluż 09.6.0.1 Vaganzi nazzjonali b’kollox
inkluż 09.6.0.2 Vaganzi internazzjonali
b’kollox inkluż 10 EDUKAZZJONI 10.1 Edukazzjoni primarja u
ta’ qabel il-primarja 10.1.0 Edukazzjoni primarja u ta’
qabel il-primarja 10.1.0.1 Edukazzjoni ta’ qabel
il-primarja (tal-livell 0 tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali
tal-Edukazzjoni tal-1997 (l-ISCED-97)) 10.1.0.2 Edukazzjoni primarja
(tal-livell 1 tal-ISCED-97) 10.2 Edukazzjoni sekondarja 10.2.0 Edukazzjoni sekondarja 10.2.0.0 Edukazzjoni sekondarja 10.3 Edukazzjoni
postsekondarja li mhix terzjarja 10.3.0 Edukazzjoni postsekondarja
li mhix terzjarja 10.3.0.0 Edukazzjoni postsekondarja
li mhix terzjarja (tal-livell 4 tal-ISCED-97) 10.4 Edukazzjoni terzjarja 10.4.0 Edukazzjoni terzjarja 10.4.0.0 Edukazzjoni terzjarja 10.5 Edukazzjoni li ma tistax
tiġi ddefinita f’livell partikulari 10.5.0 Edukazzjoni li ma tistax
tiġi ddefinita f’livell partikulari 10.5.0.0 Edukazzjoni li ma tistax
tiġi ddefinita f’livell partikulari 11 RISTORANTI U LUKANDI 11.1 Servizzi tal-forniment
tal-ikel 11.1.1 Ristoranti, kafetteriji u
stabbilimenti simili għalihom 11.1.1.1 Ristoranti, kafetteriji u
swali taż-żfin 11.1.1.2 Servizzi tal-ikel ta’
malajr u tal-ikel li jinxtara biex jittiekel xi mkien ieħor 11.1.2 Kantins 11.1.2.0 Kantins 11.2 Servizzi
tal-akkomodazzjoni 11.2.0 Servizzi
tal-akkomodazzjoni 11.2.0.1 Lukandi, motels, dvieren u
servizzi simili tal-akkomodazzjoni 11.2.0.2 Ċentri tal-btajjel, postijiet
tal-kampeġġ, ħostels taż-żgħażagħ u
servizzi simili tal-akkomodazzjoni 11.2.0.3 Servizzi tal-akkomodazzjoni
offruti minn stabbilimenti oħra 12 OĠĠETTI U
SERVIZZI OĦRAJN 12.1 Kura personali 12.1.1 Ħwienet
tal-parrukkiera u stabbilimenti għall-kura personali 12.1.1.1 Qtigħ u
arranġament tax-xagħar għall-irġiel u għat-tfal 12.1.1.2 Qtigħ u
arranġament tax-xagħar għan-nisa 12.1.1.3 Trattamenti għall-kura
personali 12.1.2 Apparat għall-kura
personali li jaħdem bl-elettriku 12.1.2.1 Apparat għall-kura
personali li jaħdem bl-elettriku 12.1.2.2 Tiswija tal-apparat
għall-kura personali li jaħdem bl-elettriku 12.1.3 Apparat ieħor u
oġġetti u prodotti oħrajn għall-kura personali 12.1.3.1 Apparat li ma jaħdimx
bl-elettriku 12.1.3.2 Oġġetti għall-iġjene u
l-benesseri personali, prodotti eżoteriċi u prodotti tas-sbuħija 12.2 Prostituzzjoni 12.2.0 Prostituzzjoni 12.2.0.0 Prostituzzjoni 12.3 Proprjetà personali li
mhix ikklassifikata xi mkien ieħor 12.3.1 Ġojjellerija,
arloġġi u arloġġi tal-idejn jew tal-but 12.3.1.1 Ġojjellerija 12.3.1.2 Arloġġi u
arloġġi tal-idejn jew tal-but 12.3.1.3 Tiswija
tal-ġojjellerija, tal-arloġġi u tal-arloġġi tal-idejn
jew tal-but 12.3.2 Proprjetà personali
oħra 12.3.2.1 Oġġetti
tal-ivvjaġġar 12.3.2.2 Oġġetti
għat-trabi 12.3.2.3 Tiswija tal-proprjetà personali
l-oħra 12.3.2.9 Proprjetà personali
oħra li mhix ikklassifikata xi mkien ieħor 12.4 Protezzjoni soċjali 12.4.0 Protezzjoni soċjali 12.4.0.1 Servizzi ta’ indukrar
tat-tfal 12.4.0.2 Djar tal-anzjani u
residenzi għall-persuni b’diżabilità 12.4.0.3 Servizzi sabiex in-nies
jibqgħu fi djarhom 12.4.0.4 Servizzi ta’ konsulenza 12.5 Assigurazzjoni 12.5.1 Assigurazzjoni fuq
il-ħajja 12.5.1.0 Assigurazzjoni fuq
il-ħajja 12.5.2 Assigurazzjoni marbuta
mal-post fejn wieħed jgħix 12.5.2.0 Assigurazzjoni marbuta
mal-post fejn wieħed jgħix 12.5.3 Assigurazzjoni marbuta
mas-saħħa 12.5.3.1 Assigurazzjoni pubblika
marbuta mas-saħħa 12.5.3.2 Assigurazzjoni privata
marbuta mas-saħħa 12.5.4 Assigurazzjoni marbuta
mat-trasport 12.5.4.1 Assigurazzjoni fuq
il-vetturi b’mutur 12.5.4.2 Assigurazzjoni
tal-ivvjaġġar 12.5.5 Tip ta’ assigurazzjoni
oħra 12.5.5.0 Tip ta’ assigurazzjoni
oħra 12.6 Servizzi finanzjarji li
mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor 12.6.1 Servizzi finanzjarji
intermedjarji mkejla b’mod indirett (FISIM) 12.6.1.0 Servizzi finanzjarji
intermedjarji mkejla b’mod indirett (FISIM) 12.6.2 Servizzi finanzjarji
oħrajn li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor 12.6.2.1 Imposti tal-banek u
tal-uffiċċji tal-posta 12.6.2.2 Tariffi u imposti fuq
is-servizzi tas-sensara u tal-konsulenti tal-investiment 12.7 Servizzi oħrajn li
mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor 12.7.0 Servizzi oħrajn li
mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor 12.7.0.1 Tariffi amministrattivi 12.7.0.2 Servizzi legali u
kontabbiltà 12.7.0.3 Servizzi tal-funerali 12.7.0.4 Tariffi u servizzi
oħrajn