This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014JC0037
Joint Proposal for a COUNCIL REGULATION amending Regulation (EU) No 36/2012 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
/* JOIN/2014/037 final - 2014/0323 (NLE) */
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Adopted by | 32014R1323 |
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja /* JOIN/2014/037 final - 2014/0323 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI (1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012
tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl
tas-sitwazzjoni fis-Sirja daħħal fis-seħħ
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK[1]. Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2012/739/PESK[2]
ħassret u ħadet post id-Deċiżjoni 2011/782/PESK.
Fl-1 ta' Ġunju 2013 id-Deċiżjoni 2012/739/PESK
skadiet. Ħaditilha postha d-Deċiżjoni 2013/255/PESK li
kienet tapplika sal-1 ta' Ġunju 2014. (2)
Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2014/XXX/PESK ta’ XXX emendat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK
sabiex tipprevedi miżuri restrittivi ulterjuri fir-rigward tas-Sirja,
b’mod partikolari fuq il-karburant tal-ġett u ċerti addittivi
tal-karburant. (3)
Tinħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex
jiġu implimentati dawn il-miżuri. Ir-Rappreżentanta Għolja
tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u
l-Kummissjoni Ewropea jipproponu li r-Regolament (UE) Nru 36/2012
jiġi emendat skont dan. 2014/0323 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar
miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215
tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK
tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra
s-Sirja[3],
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
mir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill
(UE) Nru 36/2012[4]
jagħti effett lil bosta mill-miżuri previsti
fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK. (2) Fi...
ta’ Novembru 2014, il-Kunsill adotta
d-Deċiżjoni 2014/.../PESK li temenda
d-Deċiżjoni 2013/255/PESK sabiex jipprevjeni l-bejgħ, il-forniment,
it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' karburant tal-ġettijiet, kemm
jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kull persuna, entità jew
korp fis-Sirja, jew għall-użu fis-Sirja. (3) Barra minn hekk, għandu
jkun ipprojbit il-finanzjament jew l-assistenza finanzjarja, inklużi
derivattivi finanzjarji, kif ukoll l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, lil
kull persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja
fir-rigward tal-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni
ta’ karburant tal-ġett u addittivi fis-Sirja, jew għall-użu
fis-Sirja. (4) Jeħtieġ li
tiġi prevista klawżola kontra ċ-ċirkomvenzjoni
onnikomprensiva, diment li tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u
bi ħsieb, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li
jiġu evitati d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. (5) Dawn il-miżuri
jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod
partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi
tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hemm
bżonn ta' azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata. (6) Ir-Regolament (UE)
Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif
meħtieġ, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa
emendat kif ġej: (1) Jiddaħħal dan
l-Artikolu 8a: “Artikolu 8a 1. Huwa pprojbit: (a) il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment
jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta’ karburant tal-ġett
u addittivi tal-karburant kif identifikat fl-Anness VIII lil kull persuna,
entità jew korp fis-Sirja, jew għall-użu fis-Sirja; (b) l-għoti ta’ finanzjament jew assistenza
finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u
riassigurazzjoni relatati mal-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew
l-esportazzjoni ta’ karburant tal-ġett u addittivi tal-karburant kif
identifikat fl-Anness VIII lil kull persuna, entità jew korp fis-Sirja,
jew għall-użu fis-Sirja (c) l-għoti ta’ servizzi ta' senserija
fir-rigward tal-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni
ta’ karburant tal-ġett u addittivi tal-karburant kif identifikat
fl-Anness VIII lil kull persuna, entità jew korp fis-Sirja, jew
għall-użu fis-Sirja 2. L-Anness VIII jinkludi l-karburant
tal-ġett u l-addittivi tal-karburant ifformulati b'mod speċifiku
għall-karburant tal-pitrolju tal-ġett. 3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1,
l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif identifikati fuq il-websajts
elenkati fl-Anness III jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ,
il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' karburant tal-ġett
jew addittivi tal-karburant kif identifikat fl-Annes VIII lil kull
persuna, entità jew korp fis-Sirja, jew għal użu fis-Sirja skont
il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jiddeterminaw li l-karburant
tal-ġett u l-addittivi tal-karburant ikunu: (a) meħtieġa għat-twassil jew
għall-iffaċilitar tat-twassil ta' assistenza fis-Sirja
min-Nazzjonijiet Uniti jew korpi li jaġixxu f'isimhom għal skopijiet
umanitarji bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta' assistenza,
inklużi provvisit mediċi, ikel jew trasferiment ta' ħaddiema
umanitarji u assistenza relatata, jew għal evakwazzjonijiet mis-Sirja jew
fis-Sirja; (b) esklużivament għall-iskopijiet
tal-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru ċivili li joperaw fis-Sirja. 4. L-Istati Membri kkonċernati jinfurmaw
lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fi żmien erba'
ġimgħat bl-awtorizzazzjonijiet permessi skont dan l-artikolu. 5. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma
tapplikax għall-karburant tal-ġett u l-addittivi tal-karburant kif
elenkat fl-Anness VIII esklużivament użat mill-inġenji
tal-ajru ċivili li jtiru minn jew għall-ajruporti fis-Sirja jew li
jgħaddu mis-Sirja." (2) Jiddaħħal
l-Artikolu 27a: “Artikolu 27a 1. Hija pprojbita l-parteċipazzjoni,
konxjament u bi ħsieb, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew
l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet ta' dan ir-Regolament." (3) L-Anness għal dan
ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness VIII mar-Regolament
(UE) Nru 36/2012. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar
miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar
id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, 2.12.2011,
p. 56). [2] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK
tal-29 ta' Novembru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra
s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK (ĠU
L 330, 30.11.2012, p. 21). [3] ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14. [4] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012
tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl
tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE)
Nru 442/2011 (ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1) "ANNESS VIII" Karburant tal-ġett u addittivi
tal-karburant kif imsemmi fl-Artikolu 8a Nru || Deskrizzjoni || Kodiċi NM (1) Addittivi kontra l-iskossi (anti-knock), pereż.ċomb tetraetile (TEL) preparazzjonijiet kontra l-iskossi (anti-knock) ibbażati fuq ċomb-tetraetiliku preparazzjonijiet kontra l-iskossi (anti-knock) ibbażati fuq komposti taċ-ċomb preparazzjonijiet oħrajn kontra l-iskossi (anti-knock) || 3811 11 10 3811 11 90 3811 19 00 (2) Materjali għat-trażżin tas-sadid Materjali għat-trażżin tas-sadid użati f’addittivi għal żjut lubrikanti: - materjali għat-trażżin tas-sadid li fihom żjut minerali (petroleum): - materjali għat-trażżin tas-sadid oħrajn: Materjali għat-trażżin tas-sadid użati għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop taż-żjut minerali: || 3811 21 00 3811 29 00 3811 90 00 (3) Addittivi tat-tneħħija tal-elettriċità statika Addittivi tat-tneħħija tal-elettriċità statika għal żjut lubrikanti: - li fihom żjut minerali (petroleum): - oħrajn: Addittivi tat-tneħħija tal-elettriċità statika għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali: || 3811 21 00 3811 29 00 3811 90 00 (4) Inibituri tal-korrużjoni Inibituri tal-korrużjoni għal żjut lubrikanti: - li fihom żjut minerali (petroleum): - oħrajn: Inibituri tal-korrużjoni għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali: || 3811 21 00 3811 29 00 3811 90 00 (5) Inibituri tal-iffriżar f'sistemi tal-karburant (addittivi kontra l-iffriżar) Inibituri tal-iffriżar f'sistemi tal-karburant għal żjut lubrikanti: - li fihom żjut minerali (petroleum): - oħrajn: Inibituri tal-iffriżar f'sistemi tal-karburant għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali: || 38112100 38112900 38119000 (6) Deattivaturi tal-metall Deattivaturi tal-metall għal żjut lubrikanti: - li fihom żjut minerali (petroleum): - oħrajn: Deattivatur tal-metall għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali: || 3811 21 00 3811 29 00 3811 90 00 (7) Addittivi tal-bijoċidu Addittivi tal-bijoċidu għal żjut lubrikanti: - li fihom żjut minerali (petroleum): - oħrajn: Addittivi tal-bijoċidu għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali: || 3811 21 00 3811 29 00 3811 90 00 (8) Addittivi li jtejbu l-istabbiltà termali Tejjieba tal-istabbiltà termali għal żjut lubrikanti: - li fihom żjut minerali (petroleum): - oħrajn: Tejjieba tal-istabbiltà termali għal likwidi oħrajn użati għall-istess skop bħaż-żjut minerali: || 3811 21 00 3811 29 00 3811 90 00 (9) karburant tal-ġett (għajr il-pitrolju): Karburant tal-ġett ta' tip bħal spirtu (żjut ħfief) Għajr pitrolju (żjut medji) || 2710 12 70 2710 19 29 (10) Karburant tal-ġett ta' tip bħal pitrolju (żjut medji) || 2710 19 21 (11) karburant tal-ġett ta' tip bħal pitrolju mħallat mal-bijodiżil[1] || 2710 20 90 [1] sakemm
ikun għad fih 70% jew aktar tal-piż żjut minerali (petroleum)
jew żjut minerali bituminużi