This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0906
DRAFT JOINT EMPLOYMENT REPORT FROM THE COMMISSION AND THE COUNCIL accompanying the Communication from the Commission on the Annual Growth Survey 2015
ABBOZZ TAR-RAPPORT KONĠUNT DWAR L-IMPJIEG MILL-KUMMISSJONI U L-KUNSILL li jakkompanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali 2015
ABBOZZ TAR-RAPPORT KONĠUNT DWAR L-IMPJIEG MILL-KUMMISSJONI U L-KUNSILL li jakkompanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali 2015
/* COM/2014/0906 final */
ABBOZZ TAR-RAPPORT KONĠUNT DWAR L-IMPJIEG MILL-KUMMISSJONI U L-KUNSILL li jakkompanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali 2015 /* COM/2014/0906 final */
L-abbozz tar-Rapport Konġunt
dwar l-Impjiegi (RKI), kif mitlub mill-Artikolu 148 tat-TFUE, huwa parti
mill-pakkett tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) biex iniedi
s-Semestru Ewropew tal-2015. Bħala kontribut ewlieni għal gwida
ekonomika msaħħa, ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi jirfed
il-messaġġi ewlenin fir-rigward tal-impjiegi li jinstabu fis-SAT.
L-analiżi li fih, hija bbażata fuq l-iżviluppi fl-impjiegi u
s-sitwazzjoni soċjali fl-Ewropa, fuq l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida
għall-Impjiegi[1]
u l-eżami tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma (PNR) li wasslu
għar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (RSP)
adottati mill-Kunsill fit-8 ta' Lulju 2014 u fuq il-valutazzjoni
tal-implimentazzjoni tagħhom s'issa. Is-sitwazzjoni
soċjali u tal-impjiegi tkompli toħloq tħassib It-tbassir ekonomiku
tal-Ħarifa mill-Kummissjoni huwa kkaratterizzat minn tkabbir bil-mod u
qgħad għoli iżda relattivament stabbli (24.6 miljun persuna).
Id-diverġenzi fost il-pajjiżi, partikolarment fiż-żona
tal-euro, jibgħu għolja. Anke f’ekonomiji li għandhom
prestazzjoni relattivament tajba, il-qgħad qed isir strutturali kif jidher
mill-għadd dejjem jikber ta’ persuni qiegħda għal żmien
twil. Riformi li
jappoġġjaw swieq tax-xogħol li jiffunzjonaw tajjeb għandhom
ikomplu Bosta Stati Membri wettqu riformi,
f’konformità mar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi
għall-pajjiż. L-effetti pożittivi mir-riforma huma viżibbli
pereżempju f’rati ta’ attività dejjem jiżdiedu. Iżda aktar
investimenti huma meħtieġa biex jistimulaw it-tkabbir u joħolqu
ambjent pożittiv għall-ħolqien tal-impjiegi deċenti. Fir-rigward tal-ġlieda kontra
l-qgħad, l-Istati Membri għamlu progress fl-implimentazzjoni ta’
Garanziji għaż-Żgħażagħ. Aktar sforzi huma
meħtieġa, b’attenzjoni speċifika għas-servizzi
pubbliċi tal-impjieg, interventi attivi mfassla apposta fis-suq
tax-xogħol u edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ. L-Istati Membri
għandhom jiżguraw ambjent favorevoli għall-kumpaniji biex joffru
apprentistati li jippermettu tranżizzjoni aktar faċli mill-iskola
għax-xogħol. L-investiment
fil-kapital uman permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ se jżid
il-produttività L-Istati Membri ħadmu biex
jintroduċu miżuri mmirati maħsuba biex itejbu l-provvista
tal-kompetenzi u jġibu 'l quddiem it-tagħlim tal-adulti. Għadd
ta’ pajjiżi ħadu miżuri biex itejbu l-edukazzjoni primarja,
sekondarja u terzjarja, filwaqt li oħrajn indirizzaw l-istrateġija
ġenerali tal-edukazzjoni. L-Istati Membri għandhom ikomplu
jirriformaw is-sistemi tal-EVT biex iżidu l-produttività tal-ħaddiema
fid-dawl tal-ħtiġijiet tal-ħiliet li qed jinbidlu malajr. Is-sistemi tat-taxxa u
tal-benefiċċji għandhom ikunu ta' appoġġ
għall-ħolqien tal-impjiegi L-iskemi ta' benefiċċji
għall-qgħad għandhom ikunu marbuta aħjar mal-miżuri
ta' attivazzjoni u ta' appoġġ u tinħtieġ aktar azzjoni biex
tiżdied l-integrazzjoni tal-qgħad fit-tul fis-suq tax-xogħol.
L-Istati Membri għandhom ikomplu, jew f'xi każijiet iħaffu
l-miżuri li jindirizzaw l-isfida tas-swieq tax-xogħol frammentati
billi jissimplifikaw il-liġi tax-xogħol. Xi riformi
tas-sistemi tat-taxxa ngħataw bidu biex jitnaqqsu d-diżinċentivi
li wieħed jaċċetta impjieg u –fl-istess waqt- u tonqos
it-tassazzjoni tax-xogħol biex il-kumpaniji jkunu jistgħu
jingaġġaw (mill-ġdid) żgħażagħ u persuni
qiegħda fit-tul. Bosta Stati Membri indirizzaw xi mekkaniżmi ta'
ffissar ta' pagi biex jippromwovu l-allinjament tal-iżviluppi tal-pagi
mal-produttività u biex jappoġġjaw l-introjtu disponibbli
tal-unitajiet domestiċi, b'attenzjoni partikolari fuq il-pagi minimi. Xi
Stati Membri fittxew toroq għall-ħolqien tal-impjiegi permezz ta'
ingaġġar (temporanju), sussidji ta' paga jew ta' kontribuzzjonijiet
soċjali mmirati lejn ingaġġ ġdid. Il-modernizzazzjoni
tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali Ġew introdotti riformi ta’
politika tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali. L-età tal-pensjoni qed
tiżdied u d-diverġenzi tal-ġeneru fl-età pensjonabbli qed
jitnaqqsu. L-Istati Membri qed jiftħu rotot biex dak li jkun itawwal
il-ħajja tax-xogħol tiegħu u jtejjeb id-drittijiet tal-pensjoni
billi jiddiferixxi l-irtirar. Is-sistemi ta' protezzjoni soċjali jattivaw
dawk li jistgħu jaċċessaw is-suq tax-xogħol,
jipproteġu dawk l-aktar esklużi mis-suq tax-xogħol u jagħtu
kenn lill-persuni mir-riskji taċ-ċikli ta' ħajjithom. L-Istati Membri qed iżidu
l-isforzi tagħhom biex iżommu aħjar fil-mira lil dawk li huma
fir-riskju tal-povertà, b'mod partikolari t-tfal u l-anzjani. Barra minn hekk,
ir-reviżjonijiet tan-nefqa tal-kura tas-saħħa qed jippromwovu
modi biex tiżdied l-effikaċja għaċ-ċittadini u titjieb
il-kwalità meta mqabbla mal-prezz. 1. IX-XEJRIET
TAS-SUQ TAX-XOGĦOL U DAWK SOĊJALI U L-ISFIDI FL-UNJONI EWROPEA Il-qgħad
qed jonqos bil-mod iżda għadu f'livelli għoljin fl-UE-28. Filwaqt
li r-rata tal-qgħad naqset b'aktar minn żewġ punti
perċentwali bejn l-2004 u l-2008, il-kriżi finanzjarja u ekonomika
kkawżat deterjorament serju (Figura 1). Bejn l-2008 u l-2013, ir-rata
tal-qgħad fit-tul fl-UE-28 żdiedet minn 7.0 % sa 10.8 %.
Ċifri aktar reċenti tal-Eurostat juru li minn dakinhar ir-rata
tal-qgħad reġgħet niżlet għal-livell ta' 10.1%
f'Settembru 2014 (11,5% fiż-ŻE-18). Dan huwa l-iktar livell baxx minn Frar 2012 u huwa stabbli meta mqabbel ma' Awwissu 2014. Din ir-rata hija ekwivalenti
għal numru assolut ta' 24.6 miljuni ta' persuni mingħajr xogħol
meta sena qabel kien hemm 26.4 miljuni. Meta wieħed iħares lejn
l-iżviluppi minn żmien għal żmien fir-rigward ta' gruppi
differenti fis-suq tax-xogħol, wieħed isib li r-rata tal-qgħad
fiż-żgħażagħ hija strutturalment ogħla mir-rata
medja, u anki iktar sensittiva għaċ-ċiklu tan-negozju. Ir-rati
tal-qgħad għal dawk bi ftit kwalifiki huma wkoll strutturalment
ogħla.[2]
L-ħaddiema ta' età aktar avanzat għandhom rati ta' qgħad aktar
baxxi iżda għalihom huwa ġeneralment aktar diffiċli li
jerġgħu jsibu x-xogħol meta jkunu qiegħda. Ir-rati ta'
qgħad għall-irġiel u n-nisa ilhom kważi l-istess mill-2009. Figura 1: L-iżvilupp
tar-rati ta' qgħad bejn l-2004 u l-2013 fl-UE-28 (dejta annwali), total,
żgħażagħ, ħaddiema aktar anzjani, bi ftit kwalifiki u
nisa.
Sors:
Eurostat L-iżviluppi
fil-qgħad madwar l-UE xorta għadhom ivarjaw ħafna, iżda ma
kienx hemm aktar diverġenza. F’Settembru 2014
ir-rata tal-qgħad kienet tvarja minn 5.0 % fil-Ġermanja u
5.1 % fl-Awstrija f'estrem wieħed għal 24.0 % fi Spanja u
26.4 % (il-figura ta' Lulju) fil-Greċja fl-estrem l-ieħor. Matul
l-aħħar sena, il-qgħad naqas f'21 Stat Membru filwaqt li baqa’
l-istess f’pajjiż wieħed u żdied f’sitta. L-ikbar tnaqqis
ġie reġistrat fi Spanja, il-Kroazja, l-Ungerija u l-Portugall. Kien hemm
aktar żieda f'sitt Stati Membri (Franza, l-Italja, il-Litwanja,
il-Lussemburgu, l-Awstrija u l-Finlandja). Il-qgħad fit-tul għadu qed jiżdied.
Bejn l-2010 u l-2013, ir-rata tal-qgħad fit-tul fl-UE-28 żdiedet minn 3.9% sa 5.1%. L-iżviluppi kienu partikolarment negattivi fil-Greċja u fi
Spanja u sa ċertu punt inqas f’Cipru, filwaqt li titjib sinifikanti
ġie rreġistrat fit-tliet Stati Baltiċi. Matul is-sena li
għaddiet il-qgħad fit-tul bħala perċentwal tal-qgħad
totali kompla jiżdied aktar minn 45.3% għal 48.7% fl-UE-28
(47.5 % u 51.5% għaż-ŻE-18). Ir-rata ta’ qgħad fit-tul taffettwa l-irġiel,
iż-żgħażagħ u l-ħaddiema bi ftit kwalifiki aktar minn gruppi oħra fis-suq tax-xogħol, u speċjalment tolqot lil dawk li
jaħdmu f’impjiegi u setturi li sejrin lura. L-istat ġenerali
tal-ekonomija għadu fattur importanti fid-determinazzjoni tat-tibdil
fil-livelli u ċ-ċaqliq lejn il-qgħad fit-tul u 'l hemm minnu,
iżda hemm ukoll effetti qawwija speċifiċi għall-pajjiż
fil-każ ta' xi Stati Membri (bħall-Finlandja, il-Pajjiżi l-Baxxi
u l-Isvezja) li jiżguraw rati ta' tranżizzjoni għolja lejn
l-impjieg b'kuntrast ma' oħrajn, bħal pereżempju il-Bulgarija,
il-Greċja u s-Slovakkja. B'mod ġenerali, wieħed minn ħamsa ta' dawk li huma qiegħda fit-tul fl-UE qatt ma ħadem, u tlieta minn kull erbgħa huma żgħażagħ taħt l-eta ta' 35, u dan
joħloq riskji ta' marġinalizzazzjoni.[3]
Figura 2: Rati ta’
qgħad fuq żmien twil f’% ta’ popolazzjoni attiva, l-UE-28 u l-Istati
Membri, 2010 u 2013
Sors:
Eurostat Il-qgħad
fost iż-żgħażagħ għadu fuq livelli għoljin
iżda qed juri sinjali ta' titjib. F’Settembru
2014 ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ (15-24
sena) fl-UE-28 kienet ta’ 21.6%, bi tnaqqis ta’ 1.9 punti perċentwali fuq
is-sena ta’ qabel. Hemm dispersjoni wiesgħa bejn l-Istati Membri, u
ċ-ċifri jvarjaw bejn 7.6% fil-Ġermanja u 9.1% fl-Awstrija
għal 50.7 (Lulju 2014) % fil-Greċja u 53.7% fi Spanja.
Sadanittant id-diverġenza ma żdiditx aktar, iżda tibqa' kbira. Il-proporzjon ta’ żgħażagħ (15-24) li mhumiex
f’impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEET) baqgħet għolja, anki jekk kważi 70 % taż-żgħażagħ
fl-UE kienu fl-edukazzjoni fl-ewwel trimestru tal-2014.
F’ħafna Stati Membri, ir-rati
tan-NEET huma konsiderevolment ’il fuq mil-livelli l-aktar baxxi
reġistrati mill-2008 u xorta qrib tal-ogħla limiti. Dan huwa
partikolarment minnu għal xi Stati Membri bl-ogħla rati
bħall-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja
u r-Rumanija. Rati pjuttost baxxi — u li qed juru titjib — jinsabu fl-Awstrija,
il-Ġermanja, id-Danimarka, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi u
l-Isvezja. Fl-2013, il-livelli baqgħu 'l fuq
minn 10% f’maġġoranza kbira ta’ Stati Membri. Ir-rati tan-NEET huma
kemxejn ogħla għan-nisa milli għall-irġiel: fl-2013 ir-rati
kienu 13.2% u 12.7% rispettivament (total 13.0%). Il-fenomenu tan-NEET huwa
prinċipalment dovut għal żieda fil-qgħad fost
iż-żgħażagħ iżda wkoll għal inattività ta'
min mhux qiegħed f'xi skola jew taħriġ. F’xi Stati Membri
(il-Bulgarija, ir-Rumanija, l-Italja) ir-rati ta' inattività NEET jaqbżu
10%. Il-livelli
ta’ tluq bikri mill-iskola qegħdin jonqsu bil-mod, jagħmlu progress
lejn il-mira ta’ inqas minn 10% ta’ dawk li jitilqu mill-iskola qabel il-waqt
sal-2020. It-tluq bikri mill-iskola (early
school leaving — ESL) kien ta’ 12.0% fl-2013 meta s-sena ta' qabel kien ta'
12.7 %, bl-irġiel (13.6%) iktar affettwati min-nisa (10.2%). L-ESL
għadha problema serja għax tikkonċerna madwar 5 miljun
persuna, li aktar minn 40% minnhom huma qiegħda. Fl-2013, fi 18-il Stat
Membru, ir-rata kienet inqas mill-mira tal-Ewropa 2020 ta' 10 %.
L-ESL kienet l-ogħla fi Spanja u Malta b'rati ta' aktar minn 20%. L-Ewropa
qed tagħmel progress kbir lejn il-mira li tikseb rata ta' edukazzjoni
terzjarja jew ekwivalenti ta' mill-inqas 40% sal-2020. Fl-2013
inkisbet edukazzjoni terzjarja ta’ 36.9 %, 1.2 punti perċentwali
ogħla minn dik tas-sena preċedenti. L-ogħla rati ('il fuq minn
50%) jinsabu fl-Irlanda, il-Litwanja u l-Lussemburgu. Madwar l-UE, aktar nisa
(39.9%) milli rġiel (31.5%) jispiċċaw l-edukazzjoni terzjarja. Figura 3: Ir-rati NEET għall-UE-28 u l-Istati Membri
fit-tieni trimestru tal-2014 u l-ogħla u l-iktar valuri baxxi mill-2008 Sors:
Eurostat (LFS; dejta aġġustata mhux skont l-istaġun, medja ta’ 4
trimestri sa 2014K2, kalkoli tad-DĠ EMPL) Ir-rati
ta’ attività wrew reżistenza tajba għas-snin tal-kriżi f’bosta
Stati Membri, l-aktar minħabba
ż-żieda fir-rati ta’ attività fost il-ħaddiema akbar fl-età
(bejn 55 u 64) u n-nisa. Bejn l-2008 (T1) u l-2014 (T1) ir-rata ta' attività
tal-UE-28 għall-popolazzjoni ta' età bejn 15 u 64 żdiedet minn 70.3%
għal 72.0%, għalkemm kien hemm varjazzjoni konsiderevoli bejn
il-pajjiżi. Ir-rati ta' attività żdiedu l-aktar fir-Repubblika
Ċeka, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta u l-Portugall,
filwaqt li l-akbar tnaqqis seħħ fid-Danimarka (iżda minn livell għoli ħafna) u fl-Irlanda. Għalkemm ir-rati ta' attività
tan-nisa tjiebu maż-żmien għad hemm diskrepanza konsiderevoli
meta mqabbla ma' dik tal-irġiel: 11.7 punti perċentwali fl-ewwel
trimestru tal-2014 (ir-rati korrispondenti għall-irġiel u
għan-nisa kienu ta' 77.9 % u 66,2 % rispettivament). Id-disparitajiet
bejn is-sessi fir-rati ta’ attività huma partikolarment għoljin
fil-Greċja u l-Italja. Xi pajjiżi oħra bħalma huma
l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Pajjiżi l-Baxxi għandhom rati ta’
attività għoljin għan-nisa iżda huma karatterizzati minn
ħafna impjiegi part-time għan-nisa. Ir-rata
tal-impjiegi tkompli turi xejra negattiva u jeħtieġ li x-xejra
tinqaleb b'mod drastiku biex tintlaħaq il-mira ewlenija
tal-Ewropa 2020 ta' 75% għall-irġiel u n-nisa ta' età bejn 20 u
64. Minn meta faqqet
il-kriżi, ir-rata tal-impjieg fl-UE-28 niżlet bi kważi 1.5 punti
perċentwali, minn quċċata fl-2008 għal 68.4 % fl-ewwel
trimestru tal-2014. L-iżviluppi fost l-Istati
Membri kienu pjuttost differenti (Figura 4). Bejn l-ewwel trimestru tal-2008 u
dak tal-2013, it-tkabbir fl-impjiegi kien partikolarment negattiv f’diversi
pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa, l-Istati Baltiċi, il-Bulgarija u
l-Irlanda. Ġew reġistrati żidiet qawwija fil-Lussemburgu u Malta
u f'livell inqas fil-Ġermanja. Matul l-aħħar sena
l-iżviluppi kienu aktar moderati, bl-impjieg jiżdied ukoll f'bosta
pajjiżi li kellhom prestazzjoni ħażina fis-snin ta' qabel. Żviluppi
fl-impjieg ma ġewx distribwiti b’mod ugwali. Filwaqt
li r-rati tal-impjiegi għall-irġiel (20-64) naqsu b'aktar minn tliet
(3) punti perċentwali bejn l-ewwel trimestru tal-2008 u dak tal-2014 (minn
77.4% sa 74,0%), l-impjiegi għan-nisa naqsu b'mod marġinali biss u
saħansitra żdiedu ftit matul l-aħħar sena (b'0.8%).
Iż-żidiet kienu sostanzjali għall-ħaddiema akbar fl-età
(6.2 punti perċentwali mill-ewwel trimestru tal-2008 biex jilħqu
50.9% fil-bidu tal-2014, b'żidiet imdaqqsa fil-Belġju,
il-Ġermanja, Franza, l-Ungerija, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi
l-Baxxi u l-Portugall), b'mod partikolari n-nisa akbar fl-età (8.4 punti
perċentwali). Rigward il-livelli ta' edukazzjoni, it-tnaqqis fl-impjiegi
kien l-akbar għal dawk mingħajr kwalifiki u bejn wieħed u
ieħor l-istess għal individwi bi kwalifiki għolja jew ta' natura
medja. Ir-rata tal-impjiegi taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi
(20-64) fl-UE-28 naqset minn 62.4% għal 55.4% bejn l-ewwel trimestru
tal-2008 u dak tal-2014. Fir-rigward tax-xejriet tal-impjiegi skont is-settur,
il-proporzjon tas-settur tas-servizzi qed ikompli jiżdied,
għad-detriment ta’ impjiegi kemm fl-industrija u kif ukoll fl-agrikoltura.
Attwalment il-proporzjonijiet huma bejn wieħed u ieħor 72.5%, 22.5% u
5%. Għalkemm is-snin tal-kriżi kienu ta' ħsara
għall-impjiegi permanenti, l-akbar piż ta' aġġustament
waqa' l-aktar fuq l-impjiegi temporanji (li ma jiġġeddux).
Fl-aħħar nett, l-impjiegi full-time naqsu b’bejn wieħed u
ieħor 8.1 miljuni bejn l-ewwel trimestru tal-2008 u dak tal-2014. Bil-kontra, kien hemm tkabbir stabbli fl-impjiegi part-time
fis-snin reċenti, bi 4 miljuni aktar mill-ewwel trimestru tal-2008. Figura 4:
It-tkabbir tal-impjiegi (għadd ta' persuni impjegati, ta' età 20-64)
mill-2008t1, għal kull Stat Membru
Sors: Eurostat,
kalkoli tad-DĠ EMPL L-impjiegi
x'aktarx jitjiebu ftit fil-ġejjieni, l-aktar minħabba t-tkabbir
proġettat fil-PDG. F'terminu
medju, bosta xejriet se jwasslu għal aktar tkabbir fl-impjiegi, b'mod
partikolari f'ċerti oqsma[4].
Il-progress teknoloġiku se joħloq impjiegi fis-settur tal-ICT
(900,000 post tax-xogħol battal għal prattikanti fl-informatika huma
mistennija sal-2015), filwaqt li t-tixjiħ, minkejja r-restrizzjonijiet
attwali u futuri fuq il-baġits tal-kura tas-saħħa pubblika,
x’aktarx iżid id-domanda għall-ħaddiema fis-settur
tas-saħħa u s-servizzi marbuta mas-saħħa f’terminu medju.
Barra minn hekk, l-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija tista’ twassal għal
żieda f’impjiegi ekoloġiċi[5].
Setturi oħra li jiddependu fuq it-teknoloġija avvanzata bħal
pereżempju l-industrija tat-trasport se jeħtieġu wkoll li
jimpjegaw b'mod sostanzjali ħaddiema bi kwalifiki medji sa għoljin,
biex ikun akkomodat it-tkabbir irreġistrat fl-avjazzjoni u t-trasport
tal-passiġġieri u l-perċentwali għolja ta’ persunal ta' età
kbira mistennija li jitilqu mis-settur tat-trasport sal-2020. L-Intrapriżi
żgħar u ta’ daqs medju huma tradizzjonalment meqjusa bħala
l-mutur tat-tkabbir fl-impjiegi, b’xi riċerka li
turi li bejn l- 2002 u l-2010, 85% tal-impjiegi l-ġodda fl-UE nħolqu
mill-SMEs. B'kuntrast, bejn l-2010 u
l-2013, l-impjieg fl-SMEs fl-UE naqas b’ 0.5%. Meta wieħed jeskludi
s-settur tal-kostruzzjoni, li impjega wieħed minn kull seba’ ħaddiema
tal-SMEs fl-2008, dan jinbidel f’żieda żgħira ta’ 0.3%,
iżda dan jiġi żminwit b’żieda ta’ 2% fost l-impriżi
l-kbar. Sal-lum u f’ħafna Stati Membri, id-disponibilità tal-kreditu
fis-settur mhux finanzjarju għadha dgħajfa, minħabba fatturi ta'
provvista kif ukoll ta' domanda, inkluż l-istrutturar u
d-diżingranaġġ tas-settur li seħħu wara l-kriżi
finanzjarja. Barra minn hekk, ir-rati tal-imgħax tas-self bankarju
fl-Istati Membri vulnerabbli għadhom għoljin minkejja l-azzjonijiet
reċenti tal-BĊE, prinċipalment li jaffettwaw lill-SMEs.
L-aċċess limitat għall-finanzi wkoll aktarx inaqqas l-għadd
ta’ negozji ġodda li huwa ta’ tħassib minħabba l-evidenza li,
fost l-SMEs, il-kumpaniji żgħar jammontaw għal sehem kbir
tat-tkabbir nett tal-impjiegi. In-nuqqas ta’ dinamiżmu fl-istorja
tal-impjiegi tal-SMEs mill-2010 juri l-impatt tal-impjieg potenzjali ta’
soluzzjonijiet adatti fuq il-problemi tas-settur finanzjarju. Il-politiki ta’
appoġġ għal negozji ġodda wkoll jiġu b’impatt
sinifikanti ta’ impjiegi. Is-segmentazzjoni
tas-suq tax-xogħol tkompli tkun konsiderevoli f’diversi Stati Membri. Il-qgħad
fost iż-żgħażagħ huwa karatterizzat minn
proporzjonijiet għoljin ta’ impjiegi temporanji u part-time, bi 42.4% u
31.9% (tal-impjiegi totali) rispettivament fl-ewwel trimestru tal-2014. Bi
tqabbil, fil-popolazzjoni totali li qed taħdem, il-proporzjon tal-impjiegi
temporanji u part-time kien ħafna aktar baxx, kważi 13% u 19%
rispettivament. In-nisa huma rrappreżentati żżejjed fix-xogħol
part-time. Fl-ewwel trimestru tal-2014 l-inċidenza tax-xogħol
part-time għan-nisa kienet 32%, meta mqabbla ma’ 8.3%
għall-irġiel, u l-Awstrija, il-Belġju, il-Ġermanja,
il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit kollha għandhom sehem ta’ aktar minn
40% tan-nisa li jaħdmu part-time. Fil-kuntest makroekonomiku attwali
l-impjiegi temporanji u part-time, b'mod involontarju sa ċertu punt[6],
jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien tax-xogħol u fuq
perjodu medju sa wieħed fit-tul jistgħu jaġixxu bħala pass
intermedju għal kuntratti permanenti u/jew full-time (pereżempju
għaż-żgħażagħ). Is-segmentazzjoni tidher ukoll
mid-distakki persistenti fil-pagi bejn is-sessi u r-rati ta’ tranżizzjoni
baxxi minn forom ta’ xogħol kuntrattwali inqas protetti għal dawk aktar
protetti. It-tlaqqigħ
tad-domanda mal-offerta tax-xogħol mar għall-agħar f’bosta Stati
Membri. Filwaqt li l-għadd ta’ postijiet
vakanti baqa’ relattivament stabbli matul l-aħħar ftit snin
fil-medja, il-qgħad żdied, u dan jindika li t-tlaqqigħ
tad-domanda mal-offerta tax-xogħol qed imur għall-agħar. Il-kurva
ta’ Beveridge (Figura 5) turi li l-qgħad strutturali ilu jiżdied
minn nofs l-2011[7].
Meta wieħed iħares lejn l-iżviluppi madwar l-Istati Membri,
it-tlaqqigħ tad-domanda mal-offerta tax-xogħol mar
għall-agħar fil-maġġoranza tal-Stati Membri,
bl-eċċezzjoni notevoli tal-Ġermanja b’mod partikolari.
L-iżvilupp globali negattiv huwa xprunat prinċipalment minn xokkijiet
negattivi fid-domanda għall-ħaddiema kif ukoll minn żieda
fin-nuqqas tat-tlaqqigħ tal-kwalifiki mad-domanda[8],
u dan jindika li n-nuqqas ta’ opportunitajiet fis-suq tax-xogħol
assoċjati mal-kriżi ekonomika qed jipproduċi effetti ta’
istereżi li jeħtieġu li jiġu kontrobilanċjati permezz
ta’ investimenti fil-kapital uman u tlaqqigħ aktar effettiv. Figura 5: Kurva Beveridge, EU-28,
2008t1-2014t1
Sors: Eurostat;
Nota: INX (assi vertikali) tfisser "Indikatur tan-Nuqqas ta’
Xogħol", miksub mir-riżultati tal-istħarriġ dwar
in-negozju tal-UE (% tad-ditti tal-manifattura li jindikaw li n-nuqqas
tax-xogħol huwa fattur li jillimita l-produzzjoni); RQ tfisser “rata
tal-qgħad”. L-għadd
dejjem jiżdied ta’ persuni qiegħda matul il-kriżi, is-sehem
dejjem jikber ta’ persuni qiegħda għal żmien twil u t-tnaqqis li
jirriżulta fl-effiċjenza tat-tlaqqigħ huma sfidi serji
għall-politiki attivi tas-suq tax-xogħol (PASX) u tas-servizzi
pubbliċi tal-impjieg (SPI). Il-mobilità tal-forza tax-xogħol fi ħdan l-UE għadha
limitata, speċjalment fi proporzjon mad-daqs
totali tas-suq tax-xogħol tal-UE. Filwaqt li
wieħed minn kull erba’ ċittadini tal-UE qal li jikkunsidra
jaħdem f’pajjiż ieħor tal-UE fl-għaxar snin li ġejjin,
sal-2013, 3.3% biss tal-popolazzjoni attiva ekonomikament tal-UE għexu fi
Stat Membru ieħor. Id-differenzi bejn il-pajjiżi huma pjuttost
imdaqqsa però (Figura 6). Minħabba d-differenzi sostanzjali fir-rati tal-qgħad
bejn l-Istati Membri tal-UE, l-għadd dejjem jiżdied ta’ persuni li
jixtiequ jiċċaqalqu parzjalment mmaterjalizza f’aktar mobilità
mill-2011 iżda sa ċertu punt biss u mhux daqs kemm huwa
meħtieġ biex ikollhom rwol ekwilibranti reali kontra
l-iżbilanċi kbar madwar is-swieq tax-xogħol tal-UE.[9] Figura 6:
Rata ta' mobilità skont l-Istat Membru skont is-snin ta' residenza, 2013
Sors: "Key
Features", DĠ EMPL; Noti: Ir-rata ta’ mobilità huwa l-għadd ta'
ċittadini fl-età tax-xogħol li għixu fi Stat Membru ieħor
fl-2013, bħala perċentwali tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol
tal-pajjiż taċ-ċittadinanza. Iċ-ċifri għal Malta
u s-Slovenja huma żgħar wisq biex ikunu ta’ min joqgħod fuqhom.
Iċ-ċifri għal Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja,
il-Lussemburgu u l-Isvezja mhumiex affidabbli minħabba d-daqs
żgħir tal-kampjun. Il-provvista
tal-ħiliet jeħtieġ li tkun imtejba aktar. Bosta
xejriet, b’mod partikolari l-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika
(ibbażata fuq il-ħiliet), wasslu għal bidliet gradwali fid-domanda
relattiva għal livelli ta’ ħiliet differenti. Barra minn hekk, kien
hemm bidla fl-importanza relattiva tat-tipi differenti ta’ ħiliet u
l-ħiliet marbuta mal-ICT u l-"ħiliet soċjali"
bħalma huma l-ħiliet ta’ komunikazzjoni qed isiru aktar importanti
għal għadd kbir ta’ postijiet tax-xogħol. Minkejja
li matul iż-żmien il-livelli medji tal-edukazzjoni żdiedu,
il-ħiliet li għandhom il-ħaddiema ma żammewx il-pass
mad-domanda għall-ħiliet. Bħala riżultat ta’ dawn
il-bidliet fid-domanda relattiva għall-ħiliet u l-provvista
tagħhom, l-opportunitajiet tal-impjiegi għall-persuni b’ħiliet
għoljin huma aħjar milli għal dawk b’ħiliet medji u baxxi.
It-tbassir tas-suq tax-xogħol jikkonferma din ix-xejra għas-snin li ġejjin[10]. Il-potenzjal
ta’ tkabbir tal-Ewropa huwa mhedded mid-dgħufijiet strutturali
fil-bażi tal-ħiliet tagħha.
Dejta reċenti[11]
turi li madwar 20% tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol għandhom biss
ħiliet baxxi u f’xi pajjiżi (Spanja, l-Italja) dan il-proporzjon huwa
wkoll ogħla. Ftit pajjiżi biss (l-Estonja, il-Finlandja,
il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja) għandhom proporzjon għoli ta’
nies b’ħiliet tajbin ħafna u l-biċċa l-kbira
tal-pajjiżi Ewropej ma jikkompetux bl-ebda mod mal-pajjiżi bl-aqwa
prestazzjoni barra mill-Ewropea (bħal pereżempju l-Ġappun jew l-Awstralja).
Id-dejta dwar l-infiq tal-gvern tikkonferma riskju dejjem jiżdied ta’
nuqqasijiet ta’ investiment fil-kapital uman. L-Ewropa mhijiex qed tinvesti
b’mod effettiv fl-edukazzjoni u l-ħiliet, u dan jhedded il-pożizzjoni
kompetittiva tagħha f’terminu medju u l-impjegabbiltà tal-forza
tax-xogħol tagħha. Dsatax-il Stat Membru naqqsu l-infiq
fl-edukazzjoni f’termini reali u 14-il Stat Membru naqqsu s-sehem relattiv
tal-PDG li huma jinvestu fl-edukazzjoni. L-iżviluppi
fil-pagi bdew jakkomodaw il-ħtiġijiet ta’ bilanċ mill-ġdid.
Fiż-żmien ta’ qabel il-kriżi diversi Stati Membri raw
żidiet kbar fl-ispejjeż nominali tax-xogħol ta' unità produttiva
tagħhom, notevolment il-Latvja, ir-Rumanija u sa ċertu punt
l-Estonja, il-Litwanja, il-Bulgarija u l-Irlanda (Figura 7). B’reazzjoni
għall-kriżi l-iżviluppi fil-kost nominali tax-xogħol ta'
unità produttiva f’dawn il-pajjiżi kienu ħafna iktar moderati sa
mill-2009, bl-eċċezzjoni tal-Bulgarija, u fil-fatt saru negattivi fl-Irlanda,
il-Litwanja u l-Latvja, u ftit aktar minn żero fir-Rumanija. Ukoll
fil-Greċja u Spanja l-ispejjeż nominali tax-xogħol ta' unità
produttiva naqsu wara l-kriżi, wara ż-żidiet fis-snin ta’ qabel.
Il-Ġermanja turi xejra differenti peress li huwa l-uniku Stat Membru fejn
l-ispejjeż nominali tax-xogħol ta' unità produttiva naqsu
(għalkemm bi ftit) qabel il-kriżi u żdiedu fi snin aktar
reċenti. Żviluppi moderati fl-ispejjeż nominali tax-xogħol
ta’ unità produttiva (b’aktar qawwa qabel il-kriżi) seħħu wkoll
fil-Belġju, l-Isvezja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija u l-Finlandja
b’mod partikolari. It-treġġigħ lura tax-xejra fl-Istati Membri
"f'diffikultajiet" min-naħa waħda u l-“pajjiżi
b'bilanċ favorevoli” min-naħa l-oħra kienu ta' appoġġ
għall-ibbilanċjar mill-ġdid estern, li kien meħtieġ
b’mod partikolari fiż-Żona tal-Euro. Huwa importanti li
l-iżviluppi fil-pagi jkomplu jkunu konsistenti mal-ħtieġa li
jiġu aġġustati l-iżbilanċi esterni u jitnaqqas
il-qgħad u jaqblu fuq medda ta' żmien twil maż-żieda
fil-produttività. Jekk jibqgħu għal żmien twil, iż-żidiet
reċenti fil-pagi fil-pajjiżi b’bilanċ favorevoli jistgħu
jsaħħu d-domanda aggregata defiċjenti globali.[12]
Figura 7:
L-iżviluppi fil-kost nominali tax-xogħol ta' unità produttiva
fl-UE-28, tibdil medju minn sena għal sena, 2003-2008 u 2009-2013
Sors: Eurostat,
kalkoli tad-DĠ EMPL It-tnaqqis
fil-kost tax-xogħol ta' unità produttiva u l-moderazzjoni tal-pagi wasslu
biss bil-mod u b’mod mhux komplut għal prezzijiet aktar baxxi.
Parzjalment, dan it-trasferiment mhux komplut jista’ jiġi spjegat minn
żidiet simultanji ta’ taxxi indiretti u prezzijiet amministrati
minħabba l-konsolidazzjoni fiskali.[13]
It-tnaqqis fil-kost tax-xogħol ta' unità produttiva fid-dawl
tal-prezzijiet li ma nbidlux wassal għal tnaqqis fl-ishma tal-introjtu
mix-xogħol f'bosta Stati Membri, b'mod partikolari fil-Greċja,
Spanja, l-Irlanda u l-Portugall. Iż-żieda li rriżultat
fil-marġini ta' profitt (għada) ma ġietx kompletament
akkompanjata minn żieda fl-investimenti. Il-feles
ta' taxxa għadu għoli f’bosta Stati Membri Livell
għoli ta’ feles ta' taxxa u f’xi każijiet li dejjem jogħla,
speċjalment għal dawk b’paga baxxa u dawk li jaqilgħu t-tieni
introjtu, jibqa’ kwistjoni importanti f’għadd konsiderevoli ta’ Stati
Membri. Bħala eżempju, fil-każ ta’ dawk li jaqilgħu paga
baxxa (67 % tal-paga medja), tnaqqis fil-feles ta' taxxa bejn l-2008 u
l-2010 fil-maġġoranza tal-pajjiżi ġie segwit minn
żieda fit-tliet snin sussegwenti fi kważi l-Istati Membri kollha.
Il-livelli tal-2013 varjaw minn 20% jew inqas f’Malta (2012) u l-Irlanda sa
aktar minn 45% fil-Belġju, il-Ġermanja, Franza u l-Ungerija. Il-bidliet
fil-feles ta' taxxa totali kienu prinċipalment xprunati mit-taxxa fuq
l-introjtu personali (TIP), fejn jidhru żidiet fi 15-il Stat Membru minn
21 (Figura 8). Żidiet fit-TIP (tal-inqas għal dan it-tip partikolari
ta' unità domestika u b'67% tal-paga medja) kienu partikolarment kbar
fil-Portugall u l-Ungerija, filwaqt li naqset b'mod sostanzjali fir-Renju Unit
u l-Greċja. Bil-kontribuzzjonijiet tat-TIP u tas-sigurtà soċjali
tal-impjegati kkalkulati flimkien, il-piż fuq l-impjegati żdied
f'għaxar (10) Stati Membri, u dan huwa inqas minnu għal min
iħaddem (tliet (3) pajjiżi b'żidiet fil-piż fiskali).
Globalment il-livell tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta' min
iħaddem baqa' xi ftit jew wisq stabbli fil-maġġoranza tal-Istati
Membri, bi ftit eċċezzjonijiet; kien hemm żidiet relattivament
qawwija fil-Portugall u s-Slovakkja, filwaqt li fl-istess ħin il-livell
naqas b’mod pjuttost konsiderevoli fi Franza. Figura 8: Bidla bejn l-2011 u l-2013 tal-feles
ta' taxxa totali għal kull komponent (67% tal-paga medja, persuna
waħedha, bla tfal)
Sors:
Dejtabejż dwar it-taxxi u l-benefiċċji tal-KE-OECD; Nota: Dejta
għal pajjiżi li mhumiex fl-OECD (il-Bulgarija, Ċipru,
il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta u r-Rumanija) mhix disponibbli. Il-ġlieda
kontra x-xogħol mhux iddikjarat hija sfida f’xi Stati Membri. Xogħol
mhux iddikjarat tkopri medda ta’ attivitajiet li jvarjaw minn xogħol mhux
iddikjarat f’intrapriża formali għal xogħol klandestin minn
ħaddiema li jaħdmu għal rashom, iżda teskludi dawk li
jinvolvu prodotti jew servizzi illegali. Xogħol mhux iddikjarat
għandu diversi implikazzjonijiet negattivi. Minn perspettiva
makroekonomika, dan inaqqas id-dħul tat-taxxa (it-taxxa fuq l-introjtu u
l-VAT) u jnawwar il-finanzjament tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali. Minn
perspettiva mikroekonomika, ix-xogħol mhux iddikjarat u forom atipiċi
oħrajn ta’ impjieg bħal pereżempju l-impjieg indipendenti
fittizju għandhom it-tendenza li jfixklu l-kompetizzjoni ġusta bejn
il-kumpaniji, u jwittu t-triq għad-dumping soċjali li jtellef
il-ħolqien ta’ impjiegi regolari bi protezzjoni soċjali
sħiħa. Joħloq ukoll ineffiċjenzi produttivi, minħabba
li n-negozji informali tipikament jevitaw l-aċċess għas-servizzi
u l-inputs tal-ekonomija formali (pereżempju l-kreditu) u ma jikbrux.
Għalkemm mhumiex disponibbli faċilment ċifri kredibbli dwar
il-firxa tal-ekonomija klandestina u x-xogħol mhux iddikjarat, dejta mhux
preċiża turi li din il-kwistjoni hija sfida f’xi Stati Membri[14].
Barra minn hekk, l-ambitu tax-xogħol mhux iddikjarat jista’ jkun
qiegħed jikber minħabba diversi xejriet soċjoekonomiċi
bħar-riallokazzjoni settorjali u l-internazzjonalizzazzjoni tal-ekonomija,
it-tnaqqis f’forom standard ta’ xogħol, u d-diffikultajiet soċjali
f’xi Stati Membri. Filwaqt li
l-iżviluppi ekonomiċi ġeneralment jaffettwaw taqsimiet
differenti tal-popolazzjoni b’modi differenti, il-livelli ta’ inugwaljanza
żdiedu f’ħafna Stati Membri. Filwaqt
li, il-proporzjon S80/S20 baqa’[15]
stabbli bejn l-2008 u l-2013 fl-UE bħala medja, hemm dispersjoni
wiesgħa u diverġenza li dejjem qed tiżdied fl-inugwaljanza bejn
l-Istati Membri (Figura 9). L-inugwaljanza kibret fil-maġġoranza
tal-Istati Membri tan-naħa t’Isfel (Spanja, il-Greċja, l-Italja,
Ċipru) kif ukoll fil-Kroazja, l-Estonja, id-Danimarka, l-Ungerija u ftit
fl-Irlanda u l-Awstrija. Minkejja t-titjib reċenti, l-inugwaljanza tibqa’
wkoll ta’ tħassib partikolari fil-Bulgarija, il-Greċja, il-Latvja,
ir-Rumanija, Spanja u l-Litwanja (ara wkoll il-Figura V fil-Kapitolu 3). Figura 9:
Distribuzzjoni tal-inugwaljanza tal-introjtu (S80/S20; proporzjon tal-kwintil
tal-introjtu), 2008-2012
Sors: Eurostat, UE-SILC 2013;
referenza għas-sena ta’ introjtu 2012. Nota: * - dejta tal-2011 (id-dejta
għall-2012 ghada mhux disponibbli għall-Belġju,
il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Franza, il-Kroazja,
il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, ir-Rumanija, l-Isvezja,
ir-Renju Unit). Ir-rata
ta' riskju ta' esklużjoni soċjali u tal-faqar (AROPE) żdiedet
b’mod sinifikanti, b'diverġenzi dejjem jikbru bejn l-Istati Membri. Bejn
il-bidu tal-kriżi fl-2008 u l-2012, l-għadd ta’ Ewropej fir-riskju
ta’ faqar jew esklużjoni soċjali żdied bl-ammont inkwetanti ta’
8.7 miljuni (bl-esklużjoni tal-Kroazja), għal 25.1 %
tal-popolazzjoni tal-UE-28 fl-2012 (Figura10)). Figura 10:
Żviluppi fir-rati ta' esklużjoni soċjali u tal-faqar (AROPE),
2008-2012
Sors: Eurostat,
UE-SILC 2013; referenza għas-sena ta’ introjtu 2012. Nota: * - dejta
tal-2011 (id-dejta għall-2012 mhix disponibbli għall-Belġju,
il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Franza, il-Kroazja,
il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, ir-Rumanija, l-Isvezja u
r-Renju Unit). L-iżviluppi
fil-livelli ta’ faqar ivarjaw b’mod sostanzjali bejn il-koorti tal-età. B’mod
ġenerali, il-popolazzjoni fl-età tax-xogħol intlaqtet l-aktar
mill-kriżi (Figura 11; il-Figura IV ukoll fil-Kapitolu 3), l-aktar
minħabba livelli dejjem ogħla ta’ qgħad jew unitajiet
domestiċi b’intensità baxxa ta’ xogħol u l-faqar fost dawk li
jaħdmu. Fl-2012, madwar 50 miljun persuna ta’ età li jaħdmu
kienu jgħixu b’inqas minn 60% tal-introjtu medjan nazzjonali ekwivalizzat
fl-UE-28, u 31.8 miljun (31,5 miljun fl-2013) batew minn tiċħid
materjali serju. 10.9% tal-popolazzjoni ta’ bejn 18 u 59 sena għexu
f’unità domestika fejn ħadd ma jaħdem fl-2012. Figura 11:
L-iżvilupp tar-rati ta’ dawk fir-riskju ta’ faqar jew ta' esklużjoni
soċjali (AROPE) mill-2005 fl-UE-28, total, tfal, popolazzjoni fl-età li
jaħdmu u anzjani
Sors: Eurostat,
UE-SILC. Nota: Medja tal-UE-27 għall-2005-2009; Medja tal-UE-27
għall-2010-2012. Dejta SILC 2103 għada mhix disponibbli. Il-persuni
aktar anzjani (65+) ġew affettwati relativament anqas billi r-riskju
tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali tagħhom naqas
fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, bin-nisa għadhom aktar
affettwati mill-faqar tal-anzjanità mill-irġiel. Madankollu dan it-titjib
relattiv mhux bilfors jirrifletti tibdil fis-sitwazzjoni reali tal-introjtu
tal-anzjani, iżda huwa primarjament riżultat tal-fatt li l-pensjonijiet
baqgħu fil-biċċa l-kbira l-istess filwaqt li l-livelli
tal-introjtu għall-popolazzjoni li taħdem staġnaw jew naqsu. It-tfal
ilhom f'riskju dejjem jikber ta’ faqar jew esklużjoni soċjali
mill-2008 minħabba li s-sitwazzjoni tal-ġenituri tagħhom
(l-aktar ta’ età li jaħdmu) marret għall-agħar. Dan
kien il-każ f’aktar minn 20 Stat Membru meta mqabbel mal-2008,
b’unitajiet domestiċi b’ġenitur wieħed jiffaċċjaw
riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali (UE- 28: 47.8 % fl-2012)
li huwa aktar mid-doppju minn dak ta' familji b’żewġ adulti (24.4%).
Ir-riskju sostanzjalment ogħla ta’ faqar fl-unitajiet domestiċi
b’ġenitur wieħed jinsab fl-Istati Membri kollha u jvarja minn 35%
fis-Slovenja, il-Finlandja u d-Danimarka sa 78% fil-Bulgarija. B’mod simili,
il-familji bi tlitt itfal jew aktar jiffaċċjaw riskji
konsiderevolment ogħla ta’ faqar jew esklużjoni soċjali (UE- 28:
30.9 %) milli għall-popolazzjoni kollha kemm hi. L-irġiel fl-età
li jaħdmu kienu aktar milquta direttament mid-deterjorament
tal-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol fil-kriżi. Madankollu xorta
waħda n-nisa jiffaċċjaw riskju akbar ta’ faqar jew
esklużjoni (persistenti) mill-iirġiel minħabba perjodi ta’
inattività marbuta mal-kura (volontarja jew involontarja) u xogħol
part-time. Ir-riskju
ta’ faqar u esklużjoni soċjali fl-2012 kien ħafna ogħla
(48.9 %) għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi (ta’ età
bejn 18 u 64) milli għaċ-ċittadini nazzjonali (24.3 %);
żieda ta’ aktar minn 3 punti perċentwali bejn l-2012 u l-2013. Bħala medja fl-UE, it-tkabbir fl-introjtu disponibbli gross
tal-unitajiet domestiċi (GDHI) tjieb f’termini reali sa tmiem l-2013, wara kważi erba’ snin ta’ tnaqqis kontinwu (ara wkoll il-Kapitolu
3 għal aktar diskussjoni dwar l-iżviluppi fl-introjtu disponibbli
gross tal-unitajiet domestiċi). Dan kien dovut
għal żieda fl-introjti tas-suq (il-kumpens tal-impjegati, kumpens ta'
min jaħdem għal rasu u introjtu mill-proprjetà), appoġġjata
minn żieda fil-benefiċċji soċjali ttrasferiti
lill-unitajiet domestiċi[16].
Wieħed għad irid jara jekk it-titjib tal-2013 hux se jiġi sostnut,
peress li l-ħolqien tal-impjiegi għadu limitat, l-impatt tas-sistemi
ta’ benefiċċji tat-taxxa għadu dgħajjef u l-aktar dejta
reċenti mill-2014 turi aktar tnaqqis (Figura 12). Figura 12: Il-kontribuzzjonijiet tal-komponenti għat-tkabbir
tal-introjtu disponibbli gross tal-unitajiet domestiċi (GHDI)
Sors: Eurostat — Kontijiet settorjali L-impatti distributtivi ta’ bidliet fis-sistemi tat-taxxa u
tal-benefiċċji matul l-aħħar snin varjaw sostanzjalment
bejn il-pajjiżi[17] Skont id-disinn tagħhom, il-bidliet fis-sistemi tat-taxxa u
tal-benefiċċji affettwaw b’mod differenti l-unitajiet domestiċi
b’introjtu għoli u baxx. Fi ftit pajjiżi
l-impatti rigressivi poġġew piż addizzjonali fuq l-istandards
ta’ għajxien tal-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx b’mod partikolari.
Stati Membri oħra, permezz ta’ aktar attenzjoni partikolari lill-profil
distributtiv tagħhom tal-bidliet fis-sistemi tat-taxxa u
tal-benefiċċji, irnexxielhom jevitaw effett sproporzjonat fuq
l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx. Dawn id-differenzi fl-impatti
distributtivi seħħew indipendentement mid-differenzi fid-daqs
kumplessiv tal-aġġustamenti. B’mod ġenerali, wara li laħqu l-ogħla punt fl-2009,
ir-rati ta’ tkabbir fin-nefqa soċjali ilhom negattivi mill- 2011.
Fil-fażi bikrija tal-kriżi (sal-2009), iż-żieda fin-nefqa
soċjali kienet xprunata l-aktar min-nefqa għall-qgħad, iżda
wkoll, sa ċertu punt, minn funzjonijiet oħra (notevolment
il-pensjonijiet u s-saħħa). It-tkabbir fin-nefqa soċjali naqas
fl-2010, u dan jirrifletti taħlita ta' miżuri ta’ stimolu fiskali li
skadew u l-perkors standard tat-tneħħija gradwali
tal-istabbilizzazzjoni awtomatika fil-pajjiżi li kellhom irkupru.
Mill-2011, in-nefqa soċjali b’mod partikolari dwar il-benefiċċji
mhux finanzjarji u s-servizzi naqset, minkejja aktar deterjorament
tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali (Figura 13).[18]. Figura 13: Kontribuzzjonijiet għat-tkabbir fin-nefqa soċjali
pubblika reali fl-UE ta’ flus kontanti u benefiċċji in natura
(2001-2012)
Sors: Kontijiet nazzjonali, kalkoli tad-DĠ EMPL; L-istruttura
tal-infiq għall-protezzjoni soċjali nbidlet ukoll minħabba
l-kriżi. Bejn l-2007 u l-2011, l-infiq
għall-protezzjoni soċjali (reali) għal kull abitant żdied
bi 8 fil-mija fl-UE-27 (Figura 14). Il-kontribuzzjonijiet l-aktar
b’saħħithom għaż-żidiet seħħew fl-oqsma
tal-pensjonijiet (benefiċċji dejjem jiżdiedu tax-xjuħija u
għas-superstiti ammontaw għal 44% taż-żieda totali) u
tas-saħħa u tad-diżabbiltà (32%). Id-differenzi bejn l-Istati
Membri huma b’hekk sostanzjali, billi bejn l-2007-2011 iż-żieda
fin-nefqa tal-protezzjoni soċjali totali għal kull abitant kienet
inqas minn 5% f’erba’ Stati Membri, filwaqt li ż-żidiet ammontaw
għal aktar minn 15% f’seba’ Stati Membri. Figura 14: Tibdil fl-infiq għall-protezzjoni soċjali
għal kull abitant bejn 2007-2011; skont il-funzjoni tal-protezzjoni
soċjali
Nota: kontribuzzjonijiet
skont il-funzjoni għat-tkabbir globali tan-nefqa soċjali (għal
kull abitant bi prezzijiet kostanti tal-2005); Sors: ESSPROS F’xi Stati Membri, persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u bi dħul
baxx komplew isibu diffikultajiet fl-aċċess għall-kura
tas-saħħa. Filwaqt
li mill-2008 sal 2012 għall-UE-27 kollha l-proporzjon ta' persuni fl-ifqar
grupp ta' introjtu li rrapportaw ħtiġijiet mhux sodisfatti
għall-kura tas-saħħa, żdied biss moderatament, żidiet
sinifikanti ġew reġistrati f’pajjiżi bħall-Finlandja,
il-Portugall u l-Greċja (ara l-Figura 15). L-ogħla livell ta’
ħtieġijiet mhux issodisfatti għall-kura tas-saħħa
fl-2012 ġie rrappurtat fil-Latvja, il-Bulgarija u r-Rumanija. Filwaqt li
l-ogħla tnaqqis kien fil-Bulgarija (minn - 11.4 pp bejn l-2008 u l-2012),
il-proporzjon ta' persuni bi ħtieġa mhux issodisfatta għall-kura
tas-saħħa fl-2012 baqa’ sinifikanti (16.9 %). Figura 15: Ħtieġa mhux issodisfata għall-kura
tas-saħħa, il-kwintil tal-introjtu l-aktar baxx, 2008-2012
Sors: Eurostat, UE-SILC 2012. Nota: Ħtieġa
mhux issodisfata għall-kura tas-saħħa: għali wisq, il
bogħod wisq jew lista ta’ stennija. * - dejta tal-2011 (id-dejta
għall-2012 mhix disponibbli għall-Belġju, l-Irlanda,
il-Lussemburgu u l-Awstrija; dejta għall-2008 mhix disponibbli
għall-Kroazja u l-UE-28). 2. L-IMPLIMENTAZZJONI
TAL-LINJI GWIDA DWAR L-IMPJIEGI: RIFORMI DWAR L-IMPJIEGI U L-POLITIKI
SOĊJALI Din it-taqsima[19]
tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-riformi u l-miżuri introdotti
mill-Istati Membri f’dawn l-aħħar 12-il xahar. Il-Linji Gwida dwar
l-Impjiegi[20]
joffru gwida stabbli dwar il-politika lill-Istati Membri dwar kif għandhom
jirreaġixxu għall-isfidi soċjali u tal-impjiegi fil-kuntest
tax-xejriet kurrenti u bil-ħsieb li jiksbu l-għanijiet
tal-Ewropa 2020 (kif ippreżentat fit-Taqsima 1).
L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2014 jistabbilixxi
l-prijoritajiet u l-gwida dwar il-politika għall-Istati Membri li qed jissottomettu
l-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom fil-qafas tas-Semestru Ewropew
tal-2014. Il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma ġew analizzati
mill-ġdid skont dan u l-Kunsill, fuq il-bażi tal-proposti
tal-Kummissjoni, ħareġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi skont
il-pajjiż. Il-Kumitati għall-Impjiegi u l-Protezzjoni Soċjali
janalizzaw il-prestazzjoni u l-progress tal-Istati Membri fir-reazzjoni
tagħhom għall-isfidi rilevanti permezz tal-applikazzjoni
tal-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Impjiegi (MPI) u l-Monitoraġġ
tal-Prestazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali (MPPS). Ir-riformi
tal-politika sussegwenti se jiġu vvalutati fil-kuntest tas-Semestru
Ewropew tal-2015. Il-Fond Soċjali Ewropew
jappoġġa l-isforzi biex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020
permezz ta’ azzjonijiet għall-ġlieda kontra l-qgħad, b’attenzjoni
speċjali fuq iż-żgħażagħ, bl-offerta ta’ skemi
ta’ taħriġ u apprendistati għall-iżvilupp ta’ ħiliet
ġodda u t-titjib tal-ħiliet eżistenti u bl-appoġġ ta'
azzjonijiet edukattivi għall-ġlieda kontra l-faqar u
l-inklużjoni soċjali kif ukoll il-promozzjoni tal-bini
tal-kapaċità amministrattiva. Għall-perjodu ta’ programmazzjoni
2014-20 l-allinjament mill-qrib tal-FSE u Fondi Ewropej Strutturali u ta’
Investiment oħra mal-prijoritajiet ta’ politika tal-Istrateġija
Ewropa 2020 flimkien maċ-ċentru tal-attenzjoni immirat lejn
ir-riżultati tal-Fond se jsaħħu r-rwol tagħhom bħala
pilastri finanzjarji tal-Istrateġija. Saru riformi fl-oqsma kollha
deskritti fit-taqsimiet li ġejjin. Madankollu, il-grad ta’ progress ivarja
bħala oqsma ta' politika u bejn Stat Membru u ieħor. Għalhekk
jinħtieġu sforzi ulterjuri, anki jekk f’ħafna każijiet
l-effetti sħaħ tar-riformi għadhom mhumiex viżibbli billi
dawn tipikament jieħdu ż-żmien biex jimmaterjalizzaw. Barra minn
dan, il-“valur” tar-riformi ma jistax normalment jiġi ġġudikat
waħdu minħabba li bosta riformi jistgħu jsiru fl-istess
ħin. L-Istati Membri għandhom għalhekk jagħmlu
l-kompromessi rilevanti fit-tfassil tal-politiki u r-riformi. Il-kaxxa ta’ hawn taħt
tagħti ħarsa ġenerali lejn id-diskrepanzi prevalenti bejn is-sessi
fis-suq tax-xogħol u riformi li jistgħu jappoġġaw
il-progress lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi u li huma spjegati b'mod ulterjuri
taħt kull linja gwida rispettiva. Ugwaljanza bejn
is-sessi: Is-suq tax-xogħol għadu kkaratterizzat minn inugwaljanzi sinifikanti[21]
Għalkemm sar progress,
id-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel għadhom jippredominaw b'mod
wiesa'. Ir-rata tal-impjiegi tan-nisa
għadha inqas sew minn dik tal-irġiel (62.8 % meta mqabbla ma’
74 % fil-bidu tal-2014). Id-differenza hija saħansitra usa’
fl-impjieg ekwivalenti għal full-time (18.3 pp fl-2013). Barra minn hekk,
in-nisa huma mħallsa 16% inqas għal kull siegħa ta’ xogħol.
Id-disparitajiet bejn is-sessi fl-impjieg, fin-numru ta’ sigħat
maħduma u fil-ħlas jammontaw u jwasslu għal diskrepanza
wiesgħa fil-pagi totali bejn is-sessi (37% madwar l-UE). Peress li
l-pensjonijiet jirriflettu l-introjti tul il-ħajja, id-differenza bejn
is-sessi fil-pensjonijiet hija wkoll wiesgħa (39% bħala medja).
Ir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali għal dawk li
għandhom aktar minn 55 huwa ogħla għan-nisa fl-Istati Membri
kollha L-aċċess għal servizzi ta’ kura
tat-tfal ta’ kwalità u bi prezz raġonevoli, servizzi ta’ kura fit-tul u
kura barra mill-iskola, arranġamenti flessibbli tax-xogħol kif ukoll
politiki adegwati ta’ liv għad għandhom rwol kruċjali fl-appoġġ tal-impjieg tan-nisa u jgħinu
lill-irġiel u lin-nisa jirrikonċiljaw ix-xogħol u l-ħajja
tal-familja. Filwaqt li maġġoranza ta’
Stati Membri għamlu progress lejn il-miri ta’ Barċellona dwar
is-servizzi ta' għajnuna għat-tfal mill-2005, disa’ Stati Membri biss
laħqu l-objettiv ta’ rata ta’ kopertura ta’ 33% għal tfal taħt
l-età ta’ tliet snin fl-2012[22]
u ħdax laħqu l-objettiv ta' rata ta’ kopertura ta' 90% fir-rigward
ta’ tfal bejn it-tliet snin u l-età mandatorja tal-iskola. Is-sistemi ta’
benefiċċji fiskali f’xi pajjiżi qed ikomplu
jiskoraġġixxu lin-nisa biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol jew
biex jaħdmu iktar, b’mod partikolari billi jipprovdu diżinċentivi
għal dawk li għandhom it-tieni paga biex jaħdmu full-time. Is-segregazzjoni
tas-suq tax-xogħol u l-isterjotipi tas-sessi jistgħu jimpedixxu
l-irġiel u n-nisa milli jirrealizzaw il-potenzjal sħiħ
tagħhom u jwasslu biex ma jsirx l-aħjar tlaqqigħ tal-ħiliet
mal-postijiet tax-xogħol. Issa hemm iktar nisa minn
irġiel fl-edukazzjoni u t-taħriġ iżda jibqgħu
rappreżentati ż-żejjed f’oqsma ta’ studju li huma marbuta ma’
rwoli tradizzjonali, bħalma huma s-saħħa u l-benessri, l-istudji
umanistiċi u t-tagħlim, filwaqt li oqsma bħax-xjenza,
it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) għadhom
iddominati mill-irġiel. Jittieħdu
miżuri biex irawmu r-rati ta’ impjieg fost in-nisa u biex tiġi
rrikonċiljata l-ħajja tax-xogħol ma' dik tal-familja, huma kemm
huma differenti fl-ambitu u fl-ambizzjoni tagħhom madwar l-UE. Il-miżuri
meħuda mill-Istati Membri għandhom l-għan pereżempju li
(tkompli) tiżdied id-disponibbiltà ta’ faċilitajiet ta’ kura
tat-tfal, u/jew li jemendaw ir-regolamenti dwar il-liv tal-ġenituri jew
l-arranġamenti ta’ ħinijiet ta’ xogħol flessibbli. Ġew
irreġistrati inqas inizjattivi mmirati biex inaqqsu d-differenza fil-pagi
bejn is-sessi jew inaqqsu d-diżinċentivi fiskali għan-nisa
sabiex jibqgħu/jidħlu fis-suq tax-xogħol. Xi Stati Membri
ħadu miżuri biex jiġi miġġieled il-faqar tat-tfal jew
biex jadattaw is-sistema tal-benefiċċji bil-għan li jiġu
appoġġati l-familji/ġenituri (bi dħul baxx). Filwaqt li
f’ħafna pajjiżi hija prevista ugwalizzazzjoni (gradwali) fl-etajiet
tal-pensjoni bejn l-irġiel u n-nisa, f’xi każijiet, ittieħdu
wkoll passi biex titrawwem iktar il-parteċipazzjoni tan-nisa ta' età
anzjana fis-suq tax-xogħol jew biex tiġi adattata l-akkumulazzjoni
tad-drittijiet tal-pensjoni. 2.1 Linja gwida 7
għall-Impjieg: Iż-żieda tal-parteċipazzjoni fis-suq
tax-xogħol u t-tnaqqis tal-qgħad strutturali Il-proċess ta’ modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar
il-protezzjoni tal-impjiegi kompla b’għadd ta’ modi differenti fl-Istati
Membri biex jippromwovu d-dinamiżmu tal-impjieg u biex jikkumbattu
s-segmentazzjoni. Il-Kroazja adottat it-tieni stadju
ta’ riforma tal-liġi tax-xogħol tagħha permezz ta’ Att
tax-Xogħol ġdid li jiffaċilita l-użu ta’ tipi kuntratti ta’
xogħol flessibbli, inkluż xogħol staġjonali, part-time u
xogħol temporanju bl-aġenzija, illaxka l-leġiżlazzjoni dwar
il-ħin tax-xogħol u issimplifika l-proċeduri ta’
liċenzjament. Wara l-ftehim komprensiv mal-imsieħba soċjali,
il-Pajjiżi l-Baxxi jinsabu fil-proċess li jimplimentaw
is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ liċenzjament, jiffissaw
il-limiti massimi tal-idennità ta' liċenzjament b’rabta mal-anzjanità
pjuttost milli mal-età, filwaqt li jissikkaw il-liġijiet dwar
ix-xogħol temporanju għall-prevenzjoni tas-segmentazzjoni tas-suq
tax-xogħol u jirriformaw is-sistema ta’ benefiċċji
tal-qgħad. Spanja issimplifikat il-mudelli kuntrattwali għad-ditti,
iċċarat il-proċeduri ta’ tkeċċija kollettiva u
ġabet 'il quddiem ix-xogħol part-time permezz ta’ inċentivi
kontributorji u żiedet il-flessibbiltà bl-użu tas-sigħat
komplementari. L-Italja illaxkat il-kundizzjonijiet għall-kumpaniji biex
jużaw il-kuntratti ta' perjodu fiss u ta' apprendistat, filwaqt li riforma
komprensiva oħra dwar il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni
tal-impjieg u l-ALMP tinsab fl-istadju leġiżlattiv fil-parlament.
Is-Slovakkja llimitat it-tul ta' żmien ta' xogħol barra minn
relazzjoni ta' impjieg prinċipali għal sena, l-hekk imsejħa ftehimiet
tax-xogħol. L-abbiltà
tal-Istati Membri li jżidu b’mod sinifikanti r-rata ta’ impjieg tan-nisa
tiddependi ħafna fuq id-disponibbiltà tal-kura tat-tfal ta’ kwalità
għolja u affordabbli. L-evidenza tal-OECD
tikkonferma li l-kura tat-tfal hi mutur ewlieni għall-parteċipazzjoni
tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Diversi pajjiżi komplew bil-miżuri
implimentati fis-snin preċedenti u/jew ipprovdew finanzjament addizzjonali
għall-kura tat-tfal (l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Irlanda, Malta,
il-Polonja), filwaqt li oħrajn ippreparaw reċentement passi biex
tinħoloq leġislazzjoni jew proġetti ġodda (ir-Repubblika
Ċeka, is-Slovakkja). Malta minn April 2014 tat bidu għall-kura tat-tfal
bla ħlas u universali offruta lill-familji fejn iż-żewġ
ġenituri jaħdmu. Il-kura tat-tfal hija disponibbli matul
is-sigħat tax-xogħol tal-ġenitur/i kif ukoll siegħa kuljum
żejda minħabba l-ivvjaġġar. Barra minn hekk, il-Baġit
tal-2014 ħabbar servizz responsabbli bla ħlas għat-tfal
fil-kindergarten u fl-iskejjel primarji tal-istat li se jiġi offrut matul
il-jiem tal-iskola għal ġenituri impjegati li jixtiequ jieħdu
lill-uliedhom l-iskola siegħa qabel ma tibda l-iskola. Fir-Repubblika Ċeka, il-liġi dwar
il-gruppi tat-tfal, li dwarha kien hemm dewmien għal bosta snin u
għandha l-għan li tiffaċilita l-ħolqien ta’ ċentri
tal-kura tat-tfal barra min-netwerk pubbliku tal-kindergarten, ġiet
approvata mill-parlament. F’għadd ta’ pajjiżi, ittieħdu miżuri biex
l-arranġamenti tax-xogħol isiru aktar flessibbli jew jiġu
emendati r-regolamenti dwar il-liv tal-ġenituri
(ir-Renju Unit, Spanja, il-Polonja, il-Ġermanja, il-Finlandja).
Fir-Renju Unit ġie estiż għall-ħaddiema kollha d-dritt li
jintalab ix-xogħol flessibbli sa mill-2014. Bħala parti mill-emenda
tal-att dwar il-promozzjoni tal-impjiegi u l-istituzzjonijiet tas-suq
tax-xogħol, mit-2 ta’ Mejju 2014 fi PL ġie introdott il-permess
għat-telexogħol - għall-impjieg ta’ ġenituri qiegħda
li jidħlu lura fis-suq tax-xogħol (li jrabbu mill-inqas wild
wieħed taħt is-6 snin) jew dawk li rriżenjaw mix-xogħol
għal kura ta’ dipendenti oħra. Fl-Italja, bħala parti minn “Att
dwar l-Impjieg” ġew proposti miżuri dwar l-emendar tal-liv
tal-maternità. Fil-Ġermanja, ir-riforma dwar il-benefiċċju
tat-trobbija tat-tfal li ser tidħol fis-seħħ f’Jannar 2015
tagħti inċentivi liż-żewġ ġenituri biex jaqsmu
bejnithom il-kura tat-tfal u l-karriera tax-xogħol. F'għadd inqas ta’ każijiet l-inizjattivi indirizzaw
it-tnaqqas tad-differenzi fil-pagi tal-irġiel u n-nisa.
Fl-Awstrija r-rapporti dwar il-pagi ugwali ilhom obbligatorji
għall-kumpaniji li jħaddmu aktar minn 250 impjegat mill-2013 u
b’aktar minn 150 impjegat mill-2014. Ġew
proposti miżuri fil-qasam tat-tassazzjoni fil-qafas
tal-"Att dwar l-Impjieg" fl-Italja, u f'Malta ġiet introdotta
estensjoni tal-kreditu tat-taxxa għal ġenituri li jibgħatu
t-tfal tagħhom f'ċentri privati tal-kura tat-tfal (minn EUR 1,300 sa
EUR 2,000). Fir-Renju Unit, skema għall-kura tat-tfal ħielsa
mit-taxxa għal familji b’ġenituri li jaħdmu ser tkun
fis-seħħ mill-2015, li tissostitwixxi s-sistema attwali ta’
vawċers u kura tat-tfal b'kuntratt dirett. Il-familji eliġibbli se
jirċievu 20% tal-ispejjeż annwali tagħhom
għall-ħlasijiet tal-kura tat-tfal sa GBP 10,000 għal kull
wild. Għadd
ta’ Stati Membri indirizzaw il-mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi biex
jippromwovu l-allinjament tal-iżviluppi tal-pagi mal-produttività. Stati
Membri oħrajn fittxew li jagħtu appoġġ lid-dħul
disponibbli tal-unitajiet domestiċi b’enfasi partikolari fuq il-pagi
minimi. Fil-Ġermanja, paga minima
fis-siegħa ta’ EUR 8.50 se tiġi introdotta mill-1 ta’ Jannar
2015 b’perjodu tranżitorju li jippermetti xi eċċezzjonijiet sa
tmiem l-2016. L-Estonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja żiedu l-livell ta’ paga
minima tal-bażi nazzjonali tagħhom għall-ġlieda kontra
l-faqar fost dawk li jaħdmu, filwaqt li r-Renju Unit issikka iktar
is-sanzjonijiet għal dawk li jħaddmu li ma japplikawx
ir-rekwiżiti tal-Paga Minima Nazzjonali. L-Awstrija estendiet l-obbligu li
tiġi indikata l-paga minima miftiehma b’mod kollettiv f’avviżi dwar
l-impjieg għal kull min iħaddem fl-industriji li għalihom m’hemm
l-ebda ftehim kollettiv. Min-naħa tiegħu, il-Portugall - fi ħdan
riformi b’firxa wiesgħa - implimenta tnaqqis fir-remunerazzjoni ta’ dawk
li jaqilgħu ħafna fost il-ħaddiema fis-servizzi pubbliċi. Ittieħdu
xi miżuri biex jitnaqqas il-feles ta' taxxa fuq ix-xogħol,
speċjalment għal individwi żvantaġġati u biex
tiġi stimolata d-domanda għax-xogħol u l-konsum.
Il-Belġju intervjena biex jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni
soċjali mħallsin minn ħaddiema b’paga baxxa, eżenta lil min
iħaddem milli jħallas il-kontribuzzjonijiet soċjali dwar
ħlas għal sigħat ta’ sahra f’setturi magħżula, u
estenda l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa diretta
għall-impjegati. L-Italja naqqset it-taxxa fuq l-introjtu personali ta’
persuni bi dħul baxx għas-sena 2014 u applikat tnaqqis permanenti ta’
10% fl-attivitajiet ekonomiċi b'taxxa reġjonali dovuta għal min
iħaddem. Il-Gvern ta' Spanja approva proposta għal riforma tat-taxxa
inkluż tnaqqis minn seba’ sa ħames rati tat-taxxa, tnaqqis
żgħir tar-rati marġinali u żieda tal-ammont eżentat li
se jintroduċi bejn l-2015 u l-2016. Is-Slovakkja żiedet il-limitu
minimu ta' qligħ għall-istudenti biex jiġu eżentati
mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, filwaqt li l-Estonja se
żżid l-allowance tat-taxxa tad-dħul mill-1 ta’ Jannar 2015.
Fil-kuntest ta’ pakkett baġitarju b’firxa wiesgħa, il-Latvja taffiet
il-piż tat-taxxa b’mod speċjali fuq il-familji li għandhom
persuni dipendenti permezz ta’ żieda mmirata tal-limiti minimi mhux
taxxabbli għat-taxxa fuq l-introjtu personali u l-kontribuzzjonijiet
soċjali. Franza implimentat għall-ewwel sena kreditu ta' taxxa
bbażat fuq il-pagi għall-kumpaniji li trid titlesta fl-2015 bi
tnaqqis fuq il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ min iħaddem
u ġew deċiżi wkoll miżuri biex titnaqqas it-taxxa fuq
id-dħul fuq dawk li jaqilgħu pagi baxxi jew medji. Xi
Stati Membri intensifikaw l-isforzi kontra x-xogħol mhux iddikjarat.
Fis-Slovenja, saru emendi fl-Att għall-Prevenzjoni tax-Xogħol Mhux
Iddikjarat u ġiet introdotta sistema ta’ vawċers għal
xogħol supplementari personali, ġew involuti s-servizz doganali
fil-kontroll ta’ prattiki tax-xogħol illegali, u żdiedu
s-sanzjonijiet, speċjalment għat-tbagħbis. F’Awwissu 2014,
il-Kroazja stabbilixxiet Kummissjoni għall-ġlieda kontra
x-xogħol mhux iddikjarat bil-kompitu li tevalwa miżuri
eżistenti, tikkontrolla l-implimentazzjoni tagħhom u tipproponi
miżuri ġodda jew emendi meħtieġa. L-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar
l-Istabbiliment ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ tat
impetu għall-implimentazzjoni ta’ riforma strutturali qawwija li tinvolvi
ħafna aspetti tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri. Fl-2014, l-Istati Membri kollha
ppreżentaw il-Pjanijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Garanzija
għaż-Żgħażagħ u ddiskutewhom mal-Kummissjoni. L-implimentazzjoni
ser tkun importanti, iżda diġà ttieħdu passi inizjali
promettenti. Xi
Stati Membri għamlu sforzi biex jittejjeb l-appoġġ għas-servizzi
pubbliċi tal-impjiegi għaż-żgħażagħ. Fil-Belġju,
is-servizz pubbliku tal-impjieg fir-reġjun ta' Brussell, Actiris,
waqqaf servizz apposta għaż-żgħażagħ li
għandu r-rwol li jipprovdi appoġġ speċifiku fit-tfittxija
ta' impjiegi u apprendistati għal żgħażagħ
uffiċjalment reġistrati bħala li qed ifittxu x-xogħol.
Ir-Rumanija nidiet żewġ skemi pilota ta’ Garanzija
għaż-Żgħażagħ li jwasslu għall-ħolqien
ta’ 27 ċentru ta’ garanzija għaż-żgħażagħ
(attwalment sostnuti mill-Fond Soċjali Ewropew) li jimmiraw lejn
l-identifikazzjoni tan-NEET taż-żgħażagħ u joffrilhom
pakketti integrati ta’ servizzi personalizzati. Fi Spanja strateġija ta'
attivazzjoni u tal-impjieg 2014-2016 ġiet adottata bħala strument ta'
politika ewlieni ta’ koordinazzjoni biex issir bidla lejn approċċ
ibbażat fuq ir-riżultati għall-ALMPs. Fl-Italja, it-twaqqif ta’
e-Portals integrati jippermetti lin-nies biex jirreġistraw direttament
onlajn u jkun konnessi ma’ reġistru nazzjonali biex jiġu ffaċilitati
l-verifika awtomatika li ntlaħqu r-rekwiżiti u t-trasmissjoni
tal-offerti. Inċentivi għar-reklutaġġ immirati u sussidji ta’
stabiliment ta' negozju kienu mezz biex jippromwovu l-attivazzjoni ta’ dawk
iż-żgħażagħ li qed ifittxu impjieg f’xi Stati Membri.
Il-Pajjiżi l-Baxxi adottaw rifużjoni ta’ taxxa għal min
iħaddem sabiex jimpjegaw żgħażagħ li jirċievu
benefiċċji tal-qgħad jew għajnuna soċjali għal
perjodu sa sentejn, waqt li l-Polonja introduċiet eżenzjonijiet
mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal dawk li
għandhom inqas minn 30 sena. Stati Membri oħrajn adottaw
inċentivi ta' ingaġġar ġdid biex jiġi stimulat
il-ħolqien ta’ impjiegi għal gruppi oħra fost dawk li huma
qiegħda fit-tul. Inċentivi ta' ingaġġar ġenerali
ġew introdotti jew imsaħħa fil-Portugall, Malta, il-Greċja,
Spanja u Ċipru. Pereżempju, Malta toffri sussidju tal-paga lil min
iħaddem għal ingaġġar ġdid sa nofs is-salarju
bażiku u tal-kontribuzzjonijiet soċjali għal perjodu ta' mhux
aktar minn sena, filwaqt li Spanja approvat rata ta' kontribuzzjoni fissa
tas-sigurtà soċjali għall-impriżi li jħaddmu ħaddiema
ġodda li għandhom kuntratti indefiniti, inklużi kuntratti
part-time, għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn (tlieta għal
kumpaniji żgħar) kif ukoll allokazzjonijiet speċjali
għall-benefiċjarji mill-Garanzija
għaż-Żgħażagħ impjegati fuq kuntratti għal
żmien indeterminat. Min-naħa l-oħra, Malta mmirat għal
sussidju speċifiku fuq ħaddiema aktar imdaħħlin
fiż-żmien, inkluż tnaqqis ta' taxxa li jkopri l-ispejjeż
ta’ taħriġ. F'rabta mal-implimentazzjoni tal-Garanzija
għaż-Żgħażagħ hemm ukoll ir-riforma tas-servizzi
pubbliċi tal-impjieg li kompliet f’għadd ta’ Stati Membri biex
jitjiebu l-istandards tas-servizzi u l-koordinazzjoni fil-livelli
reġjonali kollha. Fi ħdan il-qafas
ta’ Strateġija ta’ Attivazzjoni komprensiva għall-perjodu 2014-2016,
Spanja fasslet katalgu komuni tas-servizzi ta’ impjieg, li jikkonsisti
f’batterija omoġenja ta’ miżuri biex jiġu implimentati minn kull
reġjun Spanjol bit-tir ta’ garanzija ta’ dritt ugwali ta’ aċċess
għal dawk li qed ifittxu x-xogħol, trattament individwalizzat,
effiċjenza, trasparenza, orjentament lejn ir-riżultati u
integrazzjoni bejn il-livelli amministrattivi. Il-Finlandja se ttejjeb
ir-rekwiżit li jiġu aċċettati offerti ta’ xogħol
mogħtija minn Ċentri ta’ Servizzi tas-Suq tax-Xogħol fil-livell
muniċipali, fi żmien vjaġġ ta' tliet sigħat kull jum,
u se ttejjeb il-pjanijiet tal-impjiegi għal dawk li ilhom qiegħda
billi toffri miżuri attivi fi żmien 3 xhur ta’ qgħad. Skemi ta’ inċentivi
għat-twaqqif ta’ negozji żviluppaw b’mod wiesa’ madwar l-Ewropa, peress li mhux inqas minn tmien Stati Membri (Malta, il-Kroazja,
Spanja, il-Litwanja, il-Greċja, il-Polonja, Franza, il-Portugall u
l-Irlanda) adottaw inċentivi biex jappoġġjaw lill-persuni
qiegħda biex jidħlu għal attività intraprenditorjali.
Fil-Pjan ta’ Azzjoni komprensiv tagħha għall-Impjiegi, l-Irlanda
pprevediet it-twaqqif ta’ uffiċċji ta' intrapriżi lokali
f’koordinazzjoni maċ-Ċentru ta’ Eċċellenza fl-Intrapriża,
fond ta’ intraprenditorija għaż-żgħażagħ
ġdid biex jappoġġja l-attività intraprenditorjali u
l-espansjoni; u simplifikazzjoni ta’ appoġġ ta' taxxa
għall-intraprendituri. Fil-Portugall, Investe Jovem huwa programm
ġdid li joffri appoġġ finanzjarju biex
iż-żgħażagħ jibdew jaħdmu għal rashom jew
joħolqu l-mikrointrapriża tagħhom. 2.2 Linja gwida 8
għall-Impjieg: L-iżvilupp ta' forza tax-xogħol bil-ħiliet
li tirreaġixxi għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u
ġġib 'il quddiem it-tagħlim tul il-ħajja. Il-ħtieġa li titjieb il-provvista tal-ħiliet u
jinġieb 'il quddiem it-tagħlim għall-adulti rriżultaw
f’azzjoni ta’ politika f’diversi Stati Membri[23]. L-Istati
Membri introduċew miżuri mmirati biex itejbu l-provvista
tal-ħiliet u jġibu 'l quddiem it-tagħlim tal-adulti, ta' spiss
b'mod konġunt mar-riforma tat-taħriġ vokazzjonali. Fid-Danimarka, bħala parti
minn ftehim politiku wiesa’ dwar pakkett tat-"tkabbir”, inizjattivi li
rriżulta minn ftehim tripartitiku bejn il-gvern u l-imsieħba
soċjali se jappoġġjaw l-iżvilupp tal-ħiliet ta’ dawk
li m’humiex ikkwalifikati u jippermettu aktar ħaddiema tas-sengħa li
jieħdu taħriġ fuq livell terzjarju. Il-ftehim biex
jissaħħu l-opportunitajiet ta’ ħaddiema bla kwalifiki u ħaddiema
tas-sengħa li jieħdu sehem f’taħriġ vokazzjonali se
jilħaq żieda ta’ 160,000 ruħ matul il-perjodu 2014-2020.
Fil-Greċja pjan direzzjonali dwar l-edukazzjoni vokazzjonali u
t-taħriġ, li huwa parti mill-Memorandum ta' Ftehim skont il-programm
ta' aġġustament ekonomiku, huwa maħsub biex iżid
l-għadd u l-kwalità tal-apprendistati u l-forniment ta' taħriġ
vokazzjonali. Fil-Litwanja l-liġi dwar l-edukazzjoni mhux formali u
t-taħriġ kontinwu ġiet emendata u l-verżjoni l-ġdida
(adottata fl-10 ta' Lulju 2014) tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar
2015. Il-liġi tipprovdi (fost oħrajn) għat-titjib
tal-koordinazzjoni ta’ edukazzjoni tal-adulti fuq livelli nazzjonali u lokali,
għal mudelli ġodda ta’ finanzjament għall-edukazzjoni tal-adulti
li għandhom jiġu implimentati u għall-għoti ta’ liv
lill-impjegati għal edukazzjoni mhux formali. Matul il-perjodu ta’
rappurtar, il-gvern iffirma wkoll ftehimiet ma’ organizzazzjonijiet ta’ min
iħaddem li jirrappreżentaw setturi differenti bil-għan li
jittejjeb il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tax-xogħol
kwalifikata. F’Ċipru, l-universitajiet pubbliċi laħqu ftehim li
jitwessa’ l-ambitu u l-firxa ta’ programmi offruti permezz ta’ edukazzjoni
mill-bogħod. Il-Programm ta’ Apprendistat Modern u Ġdid ġie
introdott u jinkludi żewġ livelli: ta' tħejjija
(għaż-żgħażagħ li ma lestewx l-edukazzjoni
sekondarja) u dak ewlieni (li permezz tiegħu tingħata kwalifika ta'
“persuna tas-sengħa”). F’Malta, il-gvern nieda strateġija għall-
2014-2019 biex jindirizza l-problema tal-illitteriżmu. Fil-Polonja liġi ġdida li
daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2014 tipprevedi
għall-istudji interkolleġġjali, studji dupliċi mwettqa ma’
min iħaddem u apprendistat ta’ tliet xhur f’kulleġġi bi profil
applikat u tirregola l-monitoraġġ tal-perkorsi tal-gradwati; hija tappoġġja
wkoll il-kwalità fl-edukazzjoni ogħla. L-universitajiet se jkunu
jistgħu jirrikonoxxu l-għarfien u l-ħiliet miksuba
f’taħriġ u jew xogħol professjonali u jżommu kont
tagħhom fil-proċess tal-gradwazzjoni. Għalhekk il-qafas
leġiżlattiv il-ġdid jiftaħ it-triq għall-istudju
għal dawk li jaħdmu, li jridu jbiddlu l-karriera jew jissupplementaw
l-edukazzjoni. Fi Franza, liġi li tirriforma s-sistema ta’
taħriġ vokazzjonali ġiet ippromulgata, bl-introduzzjoni ta’
akkont ta' taħriġ personali u bit-tibdil tal-finanzjament tas-sistema
ta’ taħriġ vokazzjonali li jippermetti aktar adegwatezza u
aċċess tal-ħaddiema u ta’ dawk li jkunu qegħdin ifittxu
xogħol għat-taħriġ vokazzjonali. Għadd kbir
ta’ Stati Membri introduċew miżuri li jiffaċilitaw
it-tranżizzjoni mill-iskola għad-dinja tax-xogħol u dan se jikkontribwixxi b’mod ugwali għal Garanzija
għaż-Żgħażagħ komprensiva. Fi Franza ġie deċiż
programm għat-tnedija mill-ġdid tas-sistema ta’ apprendistat.
Is-sistema għandha ssir aktar orjentata lejn in-nuqqas ta’ ħiliet u
tinkludi inċentivi għal min iħaddem fir-reklutaġġ
tal-apprendisti, u għaż-żgħażagħ il-possibbiltà
ta’ kuntratti għal żmien indeterminat wara perjodu ta’ apprendistat.
Ir-riforma ddekretata mistennija li ssir operattiva mill-2015. Fl-Irlanda, kampanja
“Ħiliet biex issib ix-Xogħol” toffri lil dawk li qed ifittxu
x-xogħol informazzjoni onlajn dwar liema alternattivi ta' edukazzjoni,
taħriġ mill-ġdid jew esperjenza ta’ xogħol huma disponibbli
għalihom f’oqsma ta’ opportunitajiet ta’ impjieg ġodda u
emerġenti. Fil-Latvja programm ta’ impjieg tas-sajf għall-istudenti
ta’ xahar xogħol imħallas f’negozji u stabbilimenti ta' awtoritajiet
lokali għal studenti minn skejjel sekondarji jipprovdi esperjenza ta'
xogħol inizjali u introduzzjoni għal varjetà ta’ ħiliet meħtieġa
għall-impjiegi. Issa hemm iktar
nisa minn irġiel fl-edukazzjoni u t-taħriġ iżda
jibqgħu rappreżentati ż-żejjed f’oqsma ta’ studju li huma
marbuta ma’ rwoli tradizzjonali, bħalma huma
s-saħħa u l-benessri, l-istudji umanistiċi u t-tagħlim,
filwaqt li oqsma bħax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u
l-matematika (STEM) għadhom iddominati mill-irġiel.
Fil-Ġermanja pereżempju, programm kofinanzjat mill-ESF għandu
l-għan li jħeġġeġ aktar persuni, fil-biċċa
l-kbira rġiel, jaħdmu f'faċilitajiet ta’ kura tat-tfal. 2.3 Linja gwida 9
għall-Impjieg: Titjib fil-kwalità tas-sistemi ta' edukazzjoni u
taħriġ fil-livelli kollha u żieda fil-parteċipazzjoni
fl-edukazzjoni terzjarja L-Istati Membri kollha ppreżentaw Pjanijiet ta’
Implimentazzjoni ta’ Garanziji għaż-Żgħażagħ,
komprensivi, f’konformità mal-iskadenzi ddeterminati
mill-Kunsill Ewropew. Bosta Stati Membri ħadu miżuri biex itejbu
s-sistemi tagħhom ta' edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ (EVT) biex jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet tas-suq
tax-xogħol (il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja,
Spanja, Franza, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja,
il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja,
l-Isvezjau r-Renju Unit), ġeneralment marbut mal-Iskema ta' Garanzija
għaż-Żgħażagħ tagħhom u l-impenji meħuda
skont l-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati. Bosta pajjiżi introduċew reviżjonijiet
leġiżlattivi tas-sistemi EVT tagħhom (id-Danimarka,
il-Greċja, l-Estonja, Franza, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja,
il-Portugall, is-Slovakkja, u reġjuni fil-Belġju). Reġjuni fil-Belġju intensifikaw il-kooperazzjoni bejn
l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-politiki u l-atturi tal-impjieg sabiex
it-taħriġ EVT isir aktar rilevanti għall-ħtiġijiet
tas-suq. Spanja nidiet riforma biex tintroduċi sistema tal-EVT doppja u
tadattatha għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Fi Franza,
il-liġi l-ġdida dwar it-tagħlim tul il-ħajja u l-EVT
iżżid l-appoġġ għall-apprentistati għal dawk
b’inqas kwalifiki. Ir-Rumanija nidiet leġiżlazzjoni ġdida biex
tipprovdi stadji professjonali ssussidjati għall-gradwati ta' edukazzjoni
ogħla. L-Isvezja adottat miżuri li jiffaċilitaw
it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol permezz ta’
apprendistati, u jgħinu liż-żgħażagħ jiksbu
esperjenza ta’ xogħol. Fl-Estonja ġie allokat finanzjament
addizzjonali għal korsijiet EVT għall-adulti. Fil-Portugall,
il-mudell kurrikulari ta' edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ ġie
adattat u l-Portugall ħoloq netwerk ta’ ċentri vokazzjonali u
korsijiet vokazzjonali ġodda ta' edukazzjoni bażika (età ta’ 14) u
sekondarja (15 sa 17 sena). Fid-Danimarka r-riforma
tal-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ ġiet adottata
f’Ġunju 2014 u għandha tidħol fis-seħħ mis-sena
skolastika 2015/16. Ir-riforma se tikkontribwixxi sabiex tiżgura li aktar
żgħażagħ ilestu l-programm tal-EVT, u jikkontribwixxu biex
tiġi żgurata l-edukazzjoni fid-Danimarka ta’ garanzija
għaż-żgħażagħ kollha li jixtiequ edukazzjoni
vokazzjonali u taħriġ bażiku. L-Istati Membri jqiegħdu inqas
enfasi fuq l-implimentazzjoni ta’ oqfsa ta’ kwalifiki. L-Awstrija waqqfet punt ta’ kuntatt għar-rikonoxximent ta’
kwalifiki barranin u tejbet l-opportunitajiet għall-migranti filwaqt li
evitat id-diskrepanza okkupazzjonali. Il-Kroazja waqqfet il-qafas ta’ kwalifiki
Kroati li jirregolaw is-sistema ta’ kwalifiki, kif ukoll ittejbu programmi edukattivi
permezz tal-armonizzazzjoni tagħhom mal-ħtiġijiet tas-suq
tax-xogħol. Xi Stati Membri introduċew riformi
fis-sistemi ta’ edukazzjoni terzjarja. Ġew introdotti riformi tas-sistema ta' edukazzjoni ogħla
fl-Awstrija, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, il-Litwanja,
il-Lussemburgu, il-Polonja u r-Renju Unit. Għadd ta’ riformi li spiss
jinkludu appoġġ finanzjarju miżjud għal gruppi bi
bżonnijiet speċjali (l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Estonja,
il-Lussemburgu, ir-Renju Unit). L-Awstrija ser iżżid l-assistenza finanzjarja
lill-studenti li għandhom it-tfal huma stess, studenti impjegati jew
studenti miżżewġin. Il-Ġermanja se żżid il-limiti
tas-sollijiet u se tipprovdi appoġġ finanzjarju addizzjonali,
speċjalment għaż-żgħażagħ li l-ġenituri
tagħhom għandhom dħul baxx (mill-2016 ’il quddiem).
Il-Lussemburgu mmodifika l-kriterji ta’ eliġibilità
għall-appoġġ finanzjarju biex iqis l-aspetti soċjali.
Fir-Renju Unit hemm disponibbli finanzjament speċjali biex tiżdied
il-provvista ta’ inġiniera u biex iħeġġu iktar nisa jidħlu
f’dan is-settur. Għadd ta’ Stati Membri ħadu miżuri biex
itejbu s-sistema edukattiva primarja u sekondarja tagħhom (l-Awstrija, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, l-Ungerija, l-Irlanda,
Malta, is-Slovakkja, ir-Renju Unit), filwaqt li oħrajn indirizzaw l-istrateġija
ġenerali għall-edukazzjoni (il-Kroazja, il-Litwanja). Xi Stati Membri (l-Awstrija, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Estonja,
l-Irlanda, l-Isvezja) tejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-salarji
tal-għalliema jew żiedu l-għadd ta' għalliema disponibbli.
L-Estonja żidet il-paga minima għall-għalliema biex tiġbed
aktar persunal lejn il-professjoni tat-tagħlim, u qed timplimenta riforma
ġenerali tal-iskola sekondarja ogħla u l-edukazzjoni vokazzjonali u
t-taħriġ. L-Irlanda lestiet baġit għal 1400 għalliem
addizzjonali filwaqt li żammet il-livelli eżistenti ta'
għalliema għal tfal bi ħtiġijiet speċjali. Spanja
antiċipat l-għażla tal-perkorsi edukattivi għat-tielet (3)
u r-raba' (4) grad tal-edukazzjoni sekondarja (15 u 16-il sena) u
introduċiet evalwazzjonijiet ġodda fit-tielet (3) u s-sitt (6) livell
tal-iskola primarja (9 u 12-il sena). Il-gvern tad-Danimarka laħaq ftehim
dwar riforma tal-edukazzjoni obbligatorja pprovduta mill-Istat (skejjel
primarji u inferjuri), li se jidħol fis-seħħ fis-sena skolastika
2014-15. Il-gvern tal-Portugall qed jimplimenta programm ta'
taħriġ għall-għalliema u l-iskejjel bi ftehimiet ta'
awtonomija issa jistgħu jgawdu iktar flessibilità kurrikulari. 2.4 Linja gwida 10
għall-Impjieg: Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u
l-ġlieda kontra l-faqar Bosta
riformi politiċi f’dan il-qasam iffukaw fl-iżgurar li s-sistemi ta’
protezzjoni soċjali jistgħu:
jattivaw b’mod
effettiv u jagħtu potenzjal lil dawk li jistgħu
jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol,
jipproteġu
dawk esklużi (temporanjament) mis-swieq tax-xogħol u/jew li ma
jistgħux jipparteċipaw fih,
jippreparaw
lill-individwi minn riskji potenzjali fiċ-ċiklu ta'
ħajjithom billi jinvestu fil-kapital uman.
A.
L-Istati Membri qed iżidu l-isforzi biex jissaħħu l-ALMPs,
bir-riforma tal-assistenza soċjali u/jew sistemi kontra il-qgħad,
filwaqt li jintroduċu miżuri mmirati għal dawk f’riskju akbar
ta’ faqar. Għadd ta’ Stati Membri qegħdin
jintroduċu jew isaħħu l-miżuri ta’ attivazzjoni bħala
parti mill-politika tagħhom sabiex jindirizzaw aħjar il-faqar fost
l-adulti (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka,
Spanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Pajjiżi l-Baxxi u s-Slovakkja).
Ir-riformi ta’ assistenza soċjali u/jew sistemi kontra il-qgħad
jinsabu għaddejjin f’għadd ta’ Stati Membri (il-Belġju,
il-Greċja, Ċipru, l-Irlanda, il-Kroazja, l-Italja, il-Litwanja,
il-Lussemburgu, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit).
Fil-Belġju riforma tas-sistema tal-benefiċċju tal-qgħad
għandha l-għan li tiżgura bilanċ xieraq bejn il-benefiċċju
u l-għajnuna effettiva ta' tiftix ta’ impjiegi u opportunitajiet ta’
taħriġ bħala parti mir-riforma tiegħu tas-sistema ta’
protezzjoni soċjali, Ċipru introduċa skema ta’ dħul minimu
ggarantit (DMG) (li tissostitwixxi l-iskema antika ta’ għajnuna pubblika).
Xi Stati Membri (il-Belġju, l-Estonja, Spanja, Malta, r-Renju Unit)
ħadu miżuri speċifiċi mmirati lejn il-popolazzjoni b’riskju
ogħla ta’ faqar b’mod partikolari ż-żgħażagħ,
il-familji bit-tfal jew il-persuni b’diżabbiltà (l-Awstrija, il-Belġju,
Ċipru, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Latvja, l-Isvezja, ir-Renju Unit). Xi
Stati Membri (Franza, l-Isvezja) rrapportaw wkoll dwar miżuri li
jiżguraw opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel. B.
B’mod parallel, l-Istati Membri introduċew riformi mmirati lejn
il-protezzjoni ta’ dawk temporanjament mhumiex jipparteċipaw jew li ma
jistgħux jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol. Għal dak
il-għan xi Stati Membri saħħew il-politiki soċjali
tagħhom bil-għan li jkunu ssalvagwardjati l-benessri tat-tfal u
l-anzjani, titjib fil-benefiċċji, filwaqt li oħrajn
introduċew politiki speċifiċi biex jindirizzaw il-faqar
tat-tfal. B’reazzjoni
għal tħassib dejjem jikber dwar l-effetti ta’ għadd dejjem
jikber ta’ tfal milquta mill-faqar, il-miżuri biex jindirizzaw il-faqar tat-tfal
ġew intensifikati f’xi Stati Membri (il-Bulgarija, l-Estonja, Spanja,
l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, il-Latvja, ir-Rumanija). Fil-Bulgarija, l-aktar miżuri sinifikanti rrappurtati
fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għat-tnaqqis
tal-faqar u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali 2020 jinkludu:
iż-żieda ta’ benefiċċji ta' kull xahar għat-tieni wild
u tewmin, għal tfal b’diżabilitajiet permanenti kif ukoll
appoġġ finanzjarju biex ikopri l-ispejjeż għat-tisħin
għall-anzjani u t-tfal. L-Irlanda nidiet programm ġdid ibbażat
fuq l-evidenza u skont iż-żona għall-benefiċċju
tat-tfal maħsub biex jindirizza l-faqar tat-tfal permezz tal-espansjoni
ta’ servizzi ta' prevenzjoni u intervent bikri li ġew ivvalutati li huma
ta’ suċċess matul fażi pilota. L-Italja introduċiet skema
ta’ appoġġ għall-familji bit-tfal, li tipprovdi miżuri
passivi flimkien ma’ miżuri ta’ attivazzjoni u servizzi. Fil-Latvja kien
hemm progress sinifikanti fl-indirizzar tal-faqar fost it-tfal,
bħaż-żidiet f’benefiċċji marbuta mat-tfal u
fl-appoġġ għal nukleji familjari b’ġenitur wieħed,
mill-1 ta’ Jannar 2014. Barra minn hekk, il-gvern tal-Latvja għolla wkoll
is-soll tat-Taxxa fuq l-Introjtu Personali mhux taxxabbli għall-persuni dipendenti.
Fl-Estonja l-gvern iddeċieda (f’Ġunju 2014) li jżid
sostanzjalment l-allowance universali għat-tfal kif ukoll
il-benefiċċju tat-tfal ibbażat fuq il-ħtiġijiet
tat-tfal u l-livell ta’ sussistenza tat-tfal mix-xahar ta’ Jannar 2015. Xi
Stati Membri ħadu approċċ ta' investiment fir-rigward
tas-servizzi soċjali billi tejbu l-aċċess għall-edukazzjoni
u l-kura minn kmieni fit-tfulija. Xi
Stati Membri (l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka,
il-Ġermanja, l-Estonja, Franza, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja,
il-Polonja, ir-Renju Unit) ħadu inizjattivi mmirati lejn l-estensjoni
tar-reġistrazzjoni tat-tfal fl-ECEC bħala parti mill-istrateġiji
tagħhom li jtejbu l-opportunitajiet għat-tfal. Il-Ġermanja għamlet xi progress biex tkompli żżid
id-disponibbiltà ta’ faċilitajiet fulltime għall-indukrar tat-tfal
iżda biss progress limitat biex iżżid id-disponibilità ta’
skejjel ta' ġurnata sħiħa. Fi Franza, il-pjan pluriennali kontra
l-faqar u l-esklużjoni soċjali jinkludi wkoll miżuri mmirati
lejn familji bi tfal dipendenti, bħal titjib fl-aċċess
għall-kantins tal-iskola u l-provvista ta' aktar postijiet
għall-indukrar tat-tfal (b’10 % riżervati għal tfal minn
familji bi dħul baxx). L-Irlanda introduċiet postijiet
għall-indukrar tat-tfal sussidjati biex tappoġġja persuni
b’introjtu baxx u mingħajr xogħol biex jirritornaw fid-dinja
tax-xogħol, u ħolqot postijiet għall-indukrar tat-tfal għal
persuni qiegħda li jipparteċipaw fi skemi tal-komunità dwar l-impjieg
li jipprovdu taħriġ u esperjenza biex jappoġġjaw
l-attivazzjoni lejn l-impjieg. F’Malta, skema ġdida toffri edukazzjoni
bikrija tat-tfal mingħajr ħlas u indukrar f'faċilitajiet
pubbliċi u privati lil familji fejn il-ġenituri huma f’impjieg u/jew
fl-edukazzjoni. Tema
ewlenija fl-inizjattivi dwar il-pensjonijiet hija l-ibbilanċjar
mill-ġdid bejn ix-xogħol u l-irtirar minħabba li kullimkien
l-età tal-pensjoni qed togħla u d-differenza bejn is-sessi qed tonqos. B’reazzjoni
għall-isfidi demografiċi għall-provvediment tal-pensjoni,
l-Istati Membri qegħdin dejjem aktar jirrikonoxxu l-ħtieġa li
jiżguraw ħajja ta' xogħol itwal biex jibbilanċjaw l-impatt
taż-żieda fil-lonġevità u biex ikun hemm kumpens
għat-tnaqqis fir-rati ta’ sostituzzjoni permezz ta’ karrieri kontributorji
itwal. Tul l-aħħar snin bosta Stati Membri adottaw (pereżempju
Ċipru, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Ungerija, il-Latvja) jew diġà
implimentaw (pereżempju id-Danimarka, ir-Renju Unit) żieda tal-età
pensjonabbli għan-nisa u/jew l-irġiel. Bħala total, 25 minn 28
Stat Membru issa lleġiżlaw żidiet attwali jew futuri tal-eta
tal-pensjoni. F’ħafna każijiet, iż-żieda hija akkumpanjata
minn ugwalizzazzjoni (gradwali) fl-etajiet tal-pensjoni għall-irġiel
u għan-nisa (Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja,
il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja,
is-Slovakkja, ir-Renju Unit). Bl-estensjoni tagħha tal-intitolament
tal-pensjoni ("mutterrente") għall-ġenituri li kellhom
it-tfal qabel l-1992 il-Ġermanja mmirat li tindirizza xi ftit mill-impatt
tal-interruzzjonijiet tal-karriera u x-xogħol part-time. Madankollu
f'ħafna Stati Membri aktar sforzi huma ggarantiti biex jindirizzaw dawn
il-muturi l-oħra ewlenin tad-diskrepanza tas-sessi fl-intitolamenti
tal-pensjoni. Aktar pajjiżi qed jorbtu l-età tal-pensjoni maż-żieda
fil-lonġevità Ir-Renju
Unit u l-Portugall issa qed isegwu għadd kbir ta' pajjiżi
(Ċipru, id-Danimarka, il-Greċja, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi,
is-Slovakkja), li wara li żiedu l-età tal-irtirar biex ikopru żidiet
ta' aktar qabel fil-lonġevità għażlu li jintroduċu rabta
espliċita bejn l-età tal-pensjoni u żidiet oħra fl-istennija
tat-tul tal-ħajja. Iżda xi Stati Membri għad għandhom
riżervi serji dwar din l-idea. Sabiex
jgħollu l-età effettiva tal-irtirar, aktar Stati Membri ħadu passi
biex jirrestrinġu l-aċċess għall-irtirar kmieni.
Il-miżuri ta’ riforma ewlenin jinvolvu kundizzjonijiet ta’
eliġibbiltà aktar stretti għal pensjoni bikrija (età minima
ogħla, rekord ta' kontribuzzjonijiet itwal u tnaqqis fil-livell
tal-benefiċċji) u attenzjoni akbar fuq miżuri ta’ attivazzjoni (il-Belġju,
Ċipru, Spanja, il-Kroazja, il-Portugall, is-Slovenja). Xi pajjiżi qed
jirrestrinġu wkoll l-aċċess għal perkorsi alternattivi
utilizzati b’mod estensiv għall-irtirar kmieni bħal
benefiċċji tal-qgħad fit-tul (pereż. Spanja) jew
benefiċċji tal-invalidità (pereż. l-Awstrija, id-Danimarka).
Iżda f’diversi pajjiżi (pereż. l-Awstrija, il-Belġju,
il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Lussemburgu, Malta, ir-Rumanija) inklużi xi
wħud minn dawk involuti f’riformi riċenti, l-alternattivi ta’ irtirar
bikri għad għandhom it-tendenza li jdgħajfu l-adegwatezza u
s-sostenibbiltà tal-pensjonijiet. Pajjiżi oħra ffaċilitaw
l-aċċess għall-alternattivi ta' irtirar kmieni għal
individwi li għandhom karrieri twal ta' kontribuzzjonijiet u piż ta'
xogħol b'ħinijiet twal. Fil-Latvja u l-Portugall dan ġara
bħala reazzjoni għaż-żieda fil-problemi ta’ impjieg
għal ċerti gruppi ta’ ħaddiema akbar fl-età. Fid-Danimarka
l-iskop kien li jiġu kkumpensati l-iżbilanċi fir-riformi
preċedenti li naqqsu l-alternattivi tal-irtirar kmieni. Fil-Ġermanja
l-għan kien li tiżdied l-ekwità għal persuni li bdew jaħdmu
f’età bikrija, filwaqt li fil-Bulgarija t-taffija kienet primarjament mmirata
lejn il-persuni li jkunu wettqu xogħol ta' strapazz. Aktar Stati Membri qed jiftħu rotot biex dak li jkun itawwal
il-ħajja tax-xogħol tiegħu u jtejjeb id-drittijiet tal-pensjoni
billi jiddiferixxi l-irtirar. Fi Franza, l-età li
fiha min iħaddem fis-settur privat jista' jibagħat ħaddiem
bil-pensjoni mingħajr il-kunsens tiegħu/tagħha żdiedet minn
65 għal 70. Bosta sistemi tal-pensjoni jinkludu inċentivi għal
min irid ikompli jaħdem wara li jaqbeż l-età tal-pensjoni, bħal
rati ta’ akkumulu ogħla tal-pensjoni jew bonus tal-pensjoni fil-każ
ta’ rtirar ritardat (eż. id-Danimarka, il-Finlandja, Franza). Aktar pajjiżi
qed jillaxkaw ir-regoli biex jippermettu li l-benefiċċji tal-pensjoni
jiġu kkombinati mad-dħul marbut max-xogħol (il-Belġju,
il-Pajjiżi l-Baxxi u s-Slovenja). Huwa importanti li xi pajjiżi
qegħdin dejjem aktar jirfdu r-riformi tal-pensjonijiet b’miżuri ta’
anzjanità attiva fil-postijiet tax-xogħol u fis-swieq tax-xogħol
(eż. il-Belġju, Franza, is-Slovenja). Iżda l-isforzi f’dan
il-qasam f’ħafna Stati Membri għadhom wisq limitati u mhux
koordinati. Bħala
parti minn sforzi ta’ konsolidazzjoni fiskali l-indiċjar
tal-pensjonijiet fi ħlas ġie mibdul jew iffriżat temporanjament
f’għadd ta’ Stati Membri. Dan pereżempju huwa l-każ
f'Ċipru, Franza, l-Italja u l-Portugall. F'oħrajn l-indiċjar,
anki f'forma riveduta, qed jerġa jiġi stabbilit wara perjodu li fih
ma kienx ġie applikat (eż. ir-Repubblika Ċeka; il-Bulgarija u
l-Latvja). C.
B’rispons għall-pressjonijiet fiskali, il-pajjiżi qed jeżaminaw
mill-ġdid l-ispiża tal-kura tas-saħħa u jfittxu metodi biex
itejbu l-kwalità bi tqabbil mal-prezz u eżiti effettivi filwaqt li
jintroduċu strumenti aħjar għall-kontroll tal-ispejjeż. Diversi
Stati Membri daħlu għall-impenn jew varaw riformi strutturali
tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom (l-Awstrija,
il-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, Spanja, il-Finlandja, il-Kroazja,
l-Irlanda, ir-Rumanija, is-Slovakkja u r-Renju Unit). Il-Finlandja għamlet
ftehim ta' riforma soċjali u tas-servizzi tal-kura tas-saħħa
fejn ir-responsabbiltà għat-twassil tas-servizzi se tiġi allokata
f'ħames reġjuni soċjali u tal-benesseri u tal-kura tas-saħħa.
L-Att dwar il-Kura ġdid se jġib tibdil importanti fl-iskema
nazzjonali tas-saħħa (NHS) fir-Renju Unit (l-Ingilterra) u se
joħloq il-qafas legali għal Fond ta' Kura Aħjar li se tipprovdi
inċentiv finanzjarju importanti għall-awtoritajiet lokali biex jintegraw
is-servizzi tas-saħħa u l-kura soċjali. Għadd ta' Stati
Membri introduċew miżuri biex jillimitaw l-ispejjeż li dejjem
qed jiżdiedu tan-nefqa tas-saħħa (l-Awstrija, il-Bulgarija,
il-Belġju, Ċipru, il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Irlanda,
il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, is-Slovenja u r-Renju Unit). L-Awstrija,
il-Belġju u Franza ffukaw fuq li jillimitaw il-livell ġenerali
tat-tkabbir tal-infiq fil-kura tas-saħħa. Franza introduċiet
miżuri ġodda biex trażżan in-nefqa farmaċewtika
permezz tal-iffissar ta’ prezzijiet aħjar u l-inkoraġġiment
tal-użu ta’ prodotti ġeneriċi. Ittieħdu għadd ta’
miżuri biex jitjieb il-mod li bih jingħata s-servizz
tas-saħħa, ħafna minnhom jiżviluppaw aktar
is-Saħħa elettronika (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija,
Ċipru, id-Danimarka, Spanja, Franza, il-Litwanja, il-Latvja, Malta,
il-Polonja, il-Portugall, l-Isvezja, is-Slovenja, is-Slovakkja u r-Renju Unit).
Ċipru qed jintroduċi riformi ewlenin marbuta mal-implimentazzjoni
tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa l-ġdid u l-infrastruttura
tal-IT tiegħu kif ukoll riformi dwar l-isptarijiet pubbliċi u
faċilitajiet oħra tas-saħħa u l-organizzazzjoni u
l-ġestjoni tal-Ministeru tas-Saħħa. Il-Belġju vvota
għal Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika bil-għan li
jiġġeneralizza l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni tal-pazjenti
u fajls tal-pazjenti sal-2018. Jeħtieġ
ukoll jinstabu modi ġodda kif jista’ jiġi indirizzat in-nuqqas ta’
persunal filwaqt li l-iżgurar tal-aċċess għal kulħadd
għall-kura tas-saħħa jitlob għal miżuri ulterjuri. Xi
Stati Membri qed jinvestu sostanzjalment fil-forza tax-xogħol
għall-kura tas-saħħa (il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Latvja,
Malta, is-Slovakkja). Il-Latvja ddeċidiet li żżid il-ħlas
minimu għal professjonisti tal-kura tas-saħħa b’10-12.5%.
It-titjib tal-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa
baqa’ prijorità għal bosta Stati Membri (il-Bulgarija, id-Danimarka,
il-Greċja, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Latvja u
l-Portugall). Fil-Greċja l-persuni kollha mhux assigurati issa huma
formalment intitolati għall-aċċess għal mediċini u
kura fl-isptar, soġġett għal ħtieġa medika. Fl-isfond
tal-popolazzjonijiet li qed jixjieħu ħafna Stati Membri jieħdu
passi biex jissodisfaw id-domanda li qed jikber b’rata mgħaġġla
għal kura fit-tul effettiva, risponsiva u ta' kwalità tajba. Il-Bulgarija
adottat strateġija nazzjonali bbażata fuq approċċ integrat
u li jtejjeb il-forniment ta’ servizzi soċjali ta’ kwalità, inkluża
l-kura fit-tul. Il-Pajjiżi l-Baxxi se jimplimentaw minn Jannar 2015
riforma strutturali prinċipali tas-sistema tas-servizzi ta’ kura għal
perjodu twil (LTC) li tikkonsisti fit-trasferiment ta’ xi responsabbiltajiet
mis-sistema attwali lill-muniċipalitajiet u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni
tas-saħħa. F’diversi Stati Membri n-nuqqas ta’ servizzi formali ta’
kura għal perjodu twil (LTC) għadhom l-ostakolu ewlieni
għall-protezzjoni adegwata kontra r-riskji finanzjarji marbuta
mal-ħtiġijiet ta’ kura fit-tul u għall-impjieg tan-nisa. L-Istati
Membri introduċew programmi ta’ inklużjoni speċjali għal
persuni f’sitwazzjonijiet ta’ żvantaġġi partikulari u għal
persuni li jinsabu mingħajr saqaf fuq rashom jew huma esklużi
mill-akkomodazzjoni soċjali. Fil-Bulgarija
hemm eżempji pożittivi ta’ miżuri ta’ appoġġ immirati
li jiffaċilitaw l-aċċess tar-Roma għall-impjiegi.
Madankollu, b’mod ġenerali għad hemm ftit miżuri
sistematiċi li ġew stabbiliti fil-livell nazzjonali. Sentejn
preprimarja obbligatorji introdotti fil-Bulgarija u preprimarja obbligatorja
mill-età ta’ tliet snin introdotti mill-Ungerija huma promettenti għal
edukazzjoni primarja tat-tfal Roma. Xi pajjiżi (l-Irlanda, il-Finlandja u
l-Latvja) adottaw miżuri ta' politika dwar benefiċċji marbuta
mal-akkomodazzjoni soċjali u l-persuni mingħajr saqaf fuq rashom,
filwaqt li ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u s-Slovenja
qed jintroduċu politiki jew leġiżlazzjoni dwar l-akkomodazzjoni
soċjali. Xi Stati Membri (Spanja, il-Latvja) adottaw miżuri marbuta
mas-suq tad-djar biex tonqos il-pressjoni fuq djun tal-unitajiet
domestiċi. Fil-Belġju, ħames awtoritajiet lokali nedew
proġett pilota “Akkomodazzjoni Soċjali l-Ewwel” fejn
il-prinċipju ta' gwida huwa l-għoti ta’ dar għal min ma
għandux. 3. TABELLA
TA' VALUTAZZJONI TAL-INDIKATURI EWLENIN DWAR L-IMPJIEGI U L-QASAM SOĊJALI
Twaqqif istituzzjonali tat-tabella ta'
valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali L-għan
tat-tabella ta' valutazzjoni, propost fil-Komunikazzjoni dwar
it-Tisħiħ tad-Dimensjoni Soċjali tal-Unjoni Ekonomika u
Monetarja (UEM)[24]
u ppreżentati fl-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tal-2014[25],
kien li jkun hemm aktar antiċipazzjoni permezz tal-identifikazzjoni ta’
problemi jew żviluppi soċjali u tal-impjiegi kbar fi stadju bikri.
It-tabella ta' valutazzjoni, bħala strument analitiku, tikkonċentra
fuq ix-xejriet tal-impjieg u dawk soċjali li jistgħu jheddu
l-istabbiltà u l-funzjonament tajjeb tal-UEM u tal-UE billi jdgħajfu
l-impjieg, il-koeżjoni soċjali u l-kapital uman, u għalhekk
il-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli u l-għan tagħha huwa li
tippermetti fehim aħjar tal-iżviluppi soċjali[26].
It-tabella ta' valutazzjoni ġiet approvata f’Diċembru 2013 u adottata
f’Marzu 2014 (bħala parti mir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi)
mill-Kunsill EPSCO[27].
Wara l-mandat tal-Kunsill Ewropew[28],
it-tabella ta' valutazzjoni ġiet użata għall-ewwel darba
fis-Semestru Ewropew tal-2014. Sussegwentement, il-Kummissjoni rrikorriet
għar-riżultati tat-tabella ta' valutazzjoni waqt l-abbozzar
tad-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-2014 u l-ikkunsidrar tal-abbozz
tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi
bil-għan ta' rfid aħjar tal-isfidi u tal-pariri ta’ politika.
L-indikazzjonijiet tat-tabella ta' valutazzjoni ġew issupplementati
bl-informazzjoni addizzjonali meħuda mill-Monitoraġġ
tal-Prestazzjoni tal-Impjiegi (MPI) u l-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni
tal-Protezzjoni Soċjali (MPPS) u l-valutazzjoni tal-miżuri
tal-politika meħuda mill-Istati Membri. It-tabella ta' valutazzjoni
rnexxilha tenfasizza l-isfidi ewlenin tal-impjiegi u dawk soċjali
fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u talimenta d-dibattiti fuq livell
istituzzjonali. B’mod
parallel, il-Kumitat tal-Impjiegi (KUMP) u l-Kumitat tal-Protezzjoni
Soċjali (KPS) bdew diskussjoni dwar l-operazzjonalizzazzjoni tat-tabella
ta' valutazzjoni lil hinn mis-Semestru Ewropew tal-2014[29].
Il-Kumitati elaboraw b’mod partikolari fuq l-għażla tal-indikaturi,
fuq l-indikazzjonijiet tat-tabella ta' valutazzjoni flimkien mal-MPI u l-MPPS u
l-metodoloġija sabiex jiġi ddefinit dak li jikkostitwixxi
l-iżviluppi l-aktar problematiċi soċjali u tal-impjieg.
L-edizzjoni attwali tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tinkludi diversi
proposti mressqa, fost l-oħrajn, it-tisħiħ tad-dimensjonijiet
tas-sess u tal-età fl-analiżi tad-dejta u l-konsiderazzjoni ta’ bidliet
fil-livelli ta’ indikatur lil hinn mill-perjodu l-aktar riċenti. 3.1 Sejbiet mill-indikazzjonijiet
komprensivi tat-tabella ta’ valutazzjoni dwar il-livell tal-UE u
ż-Żonaeuro Dan
li ġej huwa ħarsa ġenerali lejn ix-xejriet
soċjoekonomiċi diverġenti reċenti li tidentifika l-aktar
żviluppi sinifikanti f’pajjiżi individwali u fl-UE u b’mod
ġenerali tat-tabella ta’ valutazzjoni u għal kull kull wieħed
mill-ħames indikaturi. Fl-aħħar nett, fl-Anness wieħed isib
tabelli b’ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni għal kull indikatur fl-Istati
Membri kollha tal-UE kif ukoll ħarsa ġenerali tal-isfidi ewlenin
fil-qasam tal-impjiegi kif identifikati fl-MPI u x-xejriet soċjali li
wieħed għandu josserva mill-MPPS. Matul
it-tliet dimensjonijiet wieħed jista’ jindividwa żviluppi u livelli
ewlenin fl-impjiegi u fil-qasam soċjali li huma potenzjalment ta’
tħassib li jwasslu għal diverġenzi madwar l-UE u li jesiġu
analiżi ulterjuri u possibbilment rispons ta’ linja politika aktar qawwi[30]: ·
Għal kull Stat Membru, il-bidla
fl-indikatur f’sena partikolari meta mqabbla ma’ perjodi ta’ żmien
preċedenti (xejra storika); ·
Għal kull Stat Membru,
id-differenza mir-rati medji tal-UE u ż-żona tal-euro fl-istess sena
(li jipprovdu stampa tad-disparitajiet attwali fl-impjiegi u l-qasam
soċjali); ·
Il-bidla fl-indikatur bejn sentejn
konsekuttivi f’kull Stat Membru meta mqabbla mal-bidla fil-livelli tal-UE u
taż-żona tal-Euro (indikattiva tad-dinamika
fil-konverġenza/diverġenza soċjo-ekonomika). B’mod
ġenerali, l-indikazzjonijiet tat-tabella ta' valutazzjoni, meta jitqiesu
kollha flimkien, jindikaw diverġenzi soċjoekonomiċi persistenti,
iżda mhux li qed jiżdiedu sal-punt bħal tas-sena l-oħra.
Id-diverġenzi jibqgħu viżibbli fir-rati tal-qgħad,
tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u ta’
żgħażagħ li la huma f’impjieg u lanqas f’edukazzjoni jew
taħriġ; tnaqqis fid-dħul tal-unitajiet familjari u żidiet
fl-inugwaljanzi u r-rati ta’ faqar ogħla huma evidenti f’ħafna Stati
Membri Ewropej tan-Nofsinhar taż-Żona tal-euro. F’dan l-istadju,
b’mod partikolari għall-indikaturi marbuta mal-qgħad, id-diverġenzi
mhumiex isiru aktar wiesgħin, iżda l-iskala ta’
treġġigħ lura tax-xejriet preċedenti għadha mhix
evidenti biżżejjed. Id-dejta
derivata mit-tabella ta' valutazzjoni tiġi analizzata wkoll
b'konsiderazzjoni tat-tqassim skont is-sessi (għall-indikaturi kollha fejn
huwa possibbli). F’diversi Stati Membri, il-piż ta’ żidiet
fil-qgħad kemm għall-popolazzjoni fl-età tax-xogħol kif ukoll
fost iż-żgħażagħ kien sproporzjonalment tqil
għan-nisa filwaqt li f’pajjiżi oħra, kienu l-ħaddiema
rġiel li ġew milquta aktar mill-effetti tal-kriżi. Meta
jiġu analizzati fuq livell ta’ pajjiż, it-tabella ta’ valutazzjoni
tiġbed l-attenzjoni għal għadd ta’ Stati Membri li qed
jgħaddu minn sfidi soċjali u tal-impjieg filwaqt li ssib
żviluppi u distanzi storiċi mill-medja tal-UE. L-aktar sitwazzjoni
problematika kemm bħala indikaturi tal-impjieg kif ukoll fil-qasam
soċjali tidher fl-Italja u r-Rumanija. Dawn huma l-Istati Membri li
għaddew minn żviluppi negattivi universalment minn punti ta’ tluq
diġà problematiċi. L-indikaturi dwar l-impjiegi fil-Greċja,
Spanja, u l-Portugall juru jew titjib jew sitwazzjoni stabbli filwaqt li
l-indikaturi soċjali għadhom jindikaw rati dejjem jiżdiedu u
diġà għolja ta’ faqar u inugwaljanzi kif ukoll tnaqqis fl-introjtu
tal-familji f’termini reali. F’Ċipru u l-Kroazja, ir-rati ta’ qgħad (żgħażagħ)
juru xi titjib jew l-ebda deterjorazzjoni ulterjuri filwaqt li tkompli
tiżdied ir-rata tan-NEETs minn livelli diġà għoljin. Fl-Istat
Membru tal-ewwel, l-iżviluppi negattivi tas-suq tax-xogħol wasslu
għal aktar tiħżin fil-kundizzjonijiet soċjali. Filwaqt li
l-Litwanja kompliet ittejjeb is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tagħha
(diġà għaż-żewġ perjodi ta’ rapportar konsekuttivi),
l-indikaturi soċjali jindikaw aktar tħassib rigward żieda
fil-faqar u l-inugwaljanza minn livelli diġà iktar’ il fuq mill-medja
tal-UE. Fl-aħħar nett, hemm żewġ Stati Membri li s’issa
rnexxielhom jipproteġu s-soċjetà tagħhom mill-effetti
tal-kriżi iżda xi sinjali inkwetanti huma evidenti fit-tabella ta’
valutazzjoni: Il-Pajjiżi l-Baxxi ġarrbu żidiet fir-rati
tal-qgħad (żgħażagħ) u tan-NEETs u l-indikatur
tal-faqar filwaqt li l-Finlandja kellha xi żviluppi ta’ tħassib
rigward ir-rati tan-NEETs u tal-qgħad. Livelli || Bidliet || Indikaturi dwar l-impjiegi || Indikaturi soċjali Rata ta' qgħad || Rata ta' qgħad żgħażagħ || Mhux fl-Impjieg Edukazzjoni Taħriġ || Introjtu disponibbli gross ta' unità domestika || Riskju ta' faqar || Inugwaljanza L || L || l-Italja || il-Belġju, l-Italja, ir-Rumanija || il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, ir-Rumanija || L-ogħla tnaqqis: il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, is-Slovenja || il-Greċja, Spanja, il-Litwanja, il-Portugall, ir-Rumanija || il-Greċja, Spanja, il-Bulgarija, l-Italja, il-Litwanja, ir-Rumanija, il-Portugall - || il-Greċja, il-Kroazja, Ċipru || - || il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja || l-Italja || J || Spanja,il-Portugall, is-Slovakkja || Spanja, il-Greċja, il-Kroazja, Ċipru, il-Portugall, is-Slovakkja || - || il-Latvja || il-Latvja J || L || il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Finlandja || il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija || il-Belġju, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Finlandja || id-Danimarka, il-Lussemburgu, Ċipru, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovenja, l-Isvezja || Ċipru, il-Ġermanja, l-Ungerija, Malta, is-Slovenja Tabella: Sommarju tal-indikazzjonijiet
tat-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali[31] L-isfidi
identifikati permezz tat-tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin
soċjali u tal-impjieg jeħtieġ li jiġu kkunsidrati
fil-kuntest tas-semestru Ewropew, b’mod partikolari fil-kuntest tal-ħidma
tal-Kummissjoni fuq id-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal li fuqhom huwa
bbażat l-abbozz tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi
għall-Pajjiż u s-sorveljanza multilaterali mwettqa fil-KUMP u l-KPS.
Il-batterija ta’ indikaturi inklużi fl-MPI u l-MPPS se jiġu integrati
b’mod sħiħ biex jikkomplementaw l-analiżi speċifika
għall-pajjiż. 3.2 Sejbiet
mit-tabella ta' valutazzjoni għal kull indikatur 3.2.1 Rata ta'
qgħad - bidla u livell B’mod
ġenerali madwar l-Unjoni Ewropea, iż-żidiet drammatiċi
fir-rata tal-qgħad kif irrappurtat fl-aħħar edizzjoni tat-tabella
ta’ valutazzjoni ġew ikkontrollati u waqfu. Ir-rata fost l-UE28 naqset
minn 0,5 pp b’indikazzjonijiet ta’ rkupru żgħir fis-suq
tax-xogħol. It-titjib fiż-Żona tal-euro kien aktar
marġinali (tnaqqis ta’ 0,3 punti perċentwali). Madankollu
d-diverġenzi bejn il-pajjiżi li żdiedu matul is-snin
tal-kriżi għadhom għoljin u ma juru l-ebda sinjal ta’ titjib.
Id-distakk bejn l-aħjar tnejn u l-agħar tnejn jibqa’ aktar minn 20
pps. Ir-rata tal-qgħad għan-nisa baqgħet ogħla minn dik
tal-irġiel (rispettivament ta’ 0,2 pp fl-UE28 u 0,4 pp
fiż-Żona tal-euro fl-ewwel nofs tal-2014) Figura I: Rati tal-qgħad - 1 semestru 2014 u bidliet 1
semestri 2012-2013 u 1 semestri 2013-14 skont il-pajjiż (grupp ta' età
15-74)
Sors: Eurostat (LFS), kalkoli tad-DĠ EMPL; imqassma skont
il-livell fl-ewwel nofs tal-2014 Kif
jidher mill-figuri fit-tabella ta’ valutazzjoni, hemm sitt Stati Membri
(il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, Ċipru, il-Portugall, is-Slovakkja,
l-Italja) fejn ir-rati tal-qgħad għadhom għolja b’mod allarmanti
(meta mqabbla mal-medja tal-UE). Filwaqt li tlieta minn dawn l-Istati (Spanja,
il-Portugall, is-Slovakkja) raw xi bidliet pożittivi, is-sitwazzjoni qed
isir aktar inkwetanti minħabba li r-rata tal-qgħad iddeterjorat
saħansitra aktar (jiġifieri żieda ta’ 0,5 pp fuq perjodu ta’
sena). Barra mill-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa, qed jitfaċċa
grupp ġdid ta’ stati li qed jiffaċċjaw qgħad li qed
jiżdied. Il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Finlandja għad
għandhom kollha livelli ta’ qgħad pjuttost baxxi, madankollu t-tabella
ta’ valutazzjoni turi xi żviluppi problematiċi tar-rata
tal-qgħad għall-pajjiżi li s’issa rnexxielhom relattivament
tajjeb jipproteġu l-forza tax-xogħol tagħhom matul
il-kriżi. It-tqabbil mal-ewwel edizzjoni tat-tabella ta’ valutazzjoni juri
li dan mhux fenomenu kompletament ġdid u dan jindika li dawn
l-iżviluppi jistgħu jinbidlu f’xejriet għall-perjodu aktar
fit-tul li jistgħu jeħtieġu attenzjoni. Rigward id-dimensjoni
tal-ġeneri tal-fenomenu tal-qgħad fil-pajjiżi tan-Nofsinhar
tal-Ewropa (Spanja, il-Greċja, l-Italja), ir-rata tal-qgħad fost
in-nisa tibqa' ogħla minn dik tal-irġiel; is-sitwazzjoni hija
bil-maqlub fl-Isvezja, fil-Finlandja, fl-Irlanda jew fl-Istati Baltiċi 3.2.2 Rata ta'
qgħad taż-żgħażagħ u rata NEETs Fil-perjodu
ta' rappurtaġġ attwali, kien hemm xi żviluppi pożittivi
rigward ir-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ
bil-medji jonqsu kemm fl-UE (tnaqqis ta’ 1,2 pp) kif ukoll fiż-Żona
tal-euro (0,5 pp). Filwaqt li s-sitwazzjoni fil-pajjiżi bl-agħar
prestazzjoni tjiebet, id-differenzi fir-rendiment tal-Istati Membri xorta
għadhom kbar. Rigward ir-rata tan-NEETs, il-medji tal-UE u
taż-Żona tal-euro naqsu biss bi ftit u għaldaqstant l-Unjoni
Ewropea baqgħet diverġenti bil-livelli għoljin tar-rati
tan-NEETs (l-aktar fir-reġjuni tan-nofsinhar tal-Ewropa) li akkumulaw
matul is-snin tal-kriżi. Figura IIa: Rati tal-qgħad fost
iż-żgħażagħ - 1 semestru 2014, 1 semestri 2012-13 u 1
semestri 2013-14 skont il-pajjiż (grupp ta' età 15-24)
Sors: Eurostat (LFS), kalkoli tad-DĠ
EMPL imqassma skont il-livell fl-ewwel nofs tal-2014 Figura IIb: Il-livell tar-rati NEET tal-2011 u l-bidliet
2011-2012 u 2012-2013 (grupp ta’ età 15-24)
Sors: Eurostat (LFS), kalkoli tad-DĠ EMPL; imqassma skont
il-livell fl-ewwel nofs tal-2014 Nota: FR 2013 waqfa fis-serje, għalhekk
l-ebda bidla disponibbli Is-sitwazzjoni
taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol tibqa’ drammatika
f’ħafna Stati Membri; f’mhux inqas minn seba’ pajjiżi
(il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, il-Portugall, Ċipru,
is-Slovakkja), ir-rata tal-qgħad għadha 9 pps ogħla mill-medja
tal-UE. Fuq nota aktar pożittiva, il-maġġoranza ta’ dawn
il-pajjiżi rnexxielhom itejbu s-sitwazzjoni
taż-żgħażagħ b’eċċezzjoni notevoli
tal-Italja fejn ir-rata kompliet tiżdied (jiġifieri 4,1 pps). Barra
minn hekk, il-Belġju u r-Rumanija raw żidiet fir-rata tal-qgħad
fost iż-żgħażagħ b’livelli relattivament diġà
għolja. B’mod simili għall-analiżi tal-żviluppi li
jirrigwardaw ir-rata tal-qgħad, anki fil-każ ta’ dan l-indikatur,
hemm grupp ta’ pajjiżi (il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Finlandja)
li juru sinjali ta’ tiħżin minn punt ta' bidu li relattivament
għadu tajjeb. Filwaqt
li l-livelli tar-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ
ma żdidux b’mod drastiku globalment, il-proporzjon ta’
żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew
taħriġ (NEETs) żdied b’mod sinifikanti fi kważi nofs
l-Istati Membri. Minn livelli diġà għoljin, il-Kroazja, l-Italja,
Ċipru, l-Ungerija u r-Rumanija għaddew minn żieda fir-rata
tan-NEETs ta' bejn 2,7 pps u 0,4 pp. Għal darb’ oħra, is-sitwazzjoni
tan-NEETs fl-Italja hija l-aktar drammatika, billi l-pajjiż bl-ogħla
livelli ta’ NEETs kellu t-tielet l-ogħla żieda fir-rati tan-NEETs.
Fuq nota aktar pożittiva, ix-xejriet negattivi fil-Greċja sabu waqfin
(tal-anqas f’dan il-perjodu ta’ rappurtar): għalkemm il-livelli tar-rata
tan-NEETs għadhom għoljin ma baqgħux jiżdiedu. Bi tqabbil
ma’ indikaturi oħra marbuta mal-impjiegi, bosta Stati Membri
taż-Żona tal-euro (il-Belġju, il-Pajjiżi l-Baxxi,
l-Awstrija, il-Finlandja) kienu għaddejjin minn riċessjoni tas-swieq
tax-xogħol tagħhom b’żidiet reċenti fir-rati tan-NEETs
xorta taħt il-medja tal-UE. Ir-rati tan-NEETs fost in-nisa
żgħażagħ huma l-aktar drammatiċi fir-Repubblika
Ċeka, il-Kroazja, Ċipru, il-Litwanja u l-Ungerija filwaqt li NEETs
fost l-irġiel huma evidenti fil-Greċja, fil-Kroazja, fl-Italja,
f'Ċipru u fil-Finlandja. 3.2.3 Bidliet reali fl-introjtu
disponibbli gross tal-unitajiet domestiċi Id-dħul
tal-unitajiet domestiċi kompla jistaġna f’termini reali jew jonqos
ħafna wara l-2011 fil-pajjiżi l-aktar milquta mit-tiħżin
ulterjuri tal-kundizzjonijiet ekonomiċi. L-introjti domestiċi
ġew l-aktar affettwati mit-tnaqqis tal-introjti tas-suq u t-tnaqqis
tal-impatt tat-trasferimenti soċjali matul iż-żmien.
B’żieda ma’ dan, l-issikkar fiskali f’xi Stati Membri affettwa l-impjieg u
l-bidliet fis-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji u t-tnaqqis fil-pagi
tas-settur pubbliku wasslu għal tnaqqis sinifikanti fil-livell
tal-introjti domestiċi reali. Dan għandu mnejn ikkontribwixxa
għat-twessigħ tad-diverġenza fiż-żona tal-euro. Figura III: Bidla reali fl-introjtu
disponibbli gross tal-unitajiet domestiċi (IDGU) tkabbir fl-2012 u 2011
Sors: Eurostat, Kontijiet nazzjonali,
kalkoli tad-DĠ EMPL; imqassma skont it-tkabbir totali 2012 Hemm
kemm dispersjoni wiesa kif ukoll diverġenza li dejjem qed tiżdied
bejn l-Istati Membri fl-evoluzzjoni tal-introjtu disponibbli gross
tal-unitajiet domestiċi f’termini reali. Meta wieħed iħares lejn
is-sitwazzjoni fid-dejta tal-2012 mhux inqas minn 16-il Stat Membru
għaddew minn żviluppi negattivi sinifikanti fl-introjtu disponibbli
gross tal-unitajiet domestiċi: il-Greċja rat tnaqqis sena wara sena
ta’ kważi 10% u Ċipru tnaqqis ta’ 9%. It-tnaqqis fl-ewwel pajjiż
kif ukoll fi Spanja u l-Italja ġie flimkien mat-tiħżin li
diġà kien jinħass fil-perjodu preċedenti ta’ rappurtar.
Min-naħa l-oħra, issa hemm grupp ta’ pajjiżi emerġenti li
fihom sal-2011 il-pagi komplew bit-tkabbir u kienet l-2012 li ġabet
magħha xi żviluppi negaitivi: Ċipru, l-Ungerija, is-Slovenja,
l-Estonja, il-Bulgarija. 3.2.4
Rata ta' riskju ta' faqar tal-popolazzjoni f'età tax-xogħol - bidla u
livell Ir-rati ta’ riskju ta’ faqar
għall-popolazzjoni fl-età tax-xogħol qed jiżdiedu f’ħafna
Stati Membri (ara l-Figura IV). F’ħafna pajjiżi, iż-żieda
tiġi fuq livelli ta’ riskju tal-faqar diġà għoljin li ħafna
drabi jsiru agħar minħabba tnaqqis qawwi fil-livell tas-soll
tal-faqar matul il-perjodu. Figura IV: Ir-rati ta' riskju ta' faqar fl-età
tax-xogħol, tal-2013 livell u bidliet 2011-2012 u 2012-2013 (grupp ta’ età
18-64)
Sors: Sors: Eurostat, EU-SILC (kalkoli ta' DĠ EMPL);
jirreferu għas-sena ta’ introjtu 2012. Nota:
ES 2013 waqfa fis-serje, l-ebda bidla disponibbli; AT UK waqfa fis-serje
fl-2012, l-ebda bidla 2011-2012 disponibbli, 2012 (bidla 2011-2012 u 2010-2011)
għal IE L-Istati
Membri bl-ogħla żieda fir-rata ta' riskju ta' faqar tal-popolazzjoni
fl-età tax-xogħol bejn l-2012 u l-2013 jinkludu l-Greċja, Ċipru,
il-Lussemburgu, Malta u l-Portugall, filwaqt li l-ogħla żidiet bejn
l-2011 u l-2012 ġew osservati fil-Greċja, il-Portugall, il-Kroazja,
Spanja u l-Kroazja. Fil-biċċa l-kbira ta' dawn il-pajjiżi
l-perjodu estiż ta' tkabbir tal-PDG negattiv jew qrib iż-żero,
il-qgħad fit-tul dejjem jiżdied u t-tnaqqis maż-żmien
tal-impatt tat-trasferimenti soċjali wasslu għal riskji ta' faqar. 3.2.5 Inugwaljanzi (proporzjon
S80/20[32])
- bidla u livell L-inugwaljanza
fl-introjtu qed tikber madwar u fi ħdan l-Istati Membri, partikolarment
fl-Istati Membri li raw l-akbar żidiet fil-qgħad (ara Figura V).
F’ħafna pajjiżi, il-kriżi intensifikat ix-xejriet fit-tul ta’
polarizzazzjoni tal-pagi u s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, li
flimkien ma’ sistemi ta’ taxxa u tal-benefiċċji anqas ridistributtivi
komplew ikabbru l-inugwaljanzi li qed jiżdiedu. Iż-żidiet
sinifikanti fl-inugwaljanzi jistgħu jkunu marbuta ma’ livelli għolja
ta’ qgħad (bl-akbar żidiet fil-qiegħ tas-suq tax-xogħol).
F’xi każijiet l-impatt tal-konsolidazzjoni fiskali kien ukoll fattur[33].
Figura V: Inugwaljanzi (miżura S80/S20) fil-livell 2013
(*2012) u l-bidliet 2011-2012 u 2012-2013
Sors: Eurostat, UE-SILC (kalkoli ta' DĠ EMPL); Nota: ES 2013
waqfa fis-serje, l-ebda bidla disponibbli; AT UK waqfa fis-serje fl-2012,
l-ebda bidla 2011-2012 disponibbli, 2012 (bidla 2011-2012 u 2010-2011)
għal IE. Hemm
dispersjoni wiesgħa u diverġenza li dejjem qed tiżdied
fl-inugwaljanza (proporzjon S80/S20) bejn l-Istati Membri. Id-dejta
reċenti għas-sena ta’ introjtu 2012 (li hija disponibbli għal
għadd ta’ Stati Membri) turi żidiet fl-introjtu (kif imkejla
mill-indikatur S80/S20) ta' 0.5 jew aktar bejn l-2012 u l-2013 fil-Litwanja,
il-Greċja u l-Bulgarija. L-inugwaljanza fid-dħul baqgħet
partikolarment għolja fil-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, il-Litwanja,
il-Latvja, il-Portugall u r-Rumanija fl-2013, fejn is-sehem tal-introjtu
tal-ogħla 20% huwa mill-inqas sitt darbiet ogħla minn dik tal-anqas
20% [1] Il-Ġurnal
Uffiċjali L308/46, 24.11.2010, "Deċiżjoni tal-Kunsill
tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati
Membri dwar l-impjiegi (2010/707/UE)" [2] Dan huwa minnu
għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni
b'diżabbiltà. Ir-rata ta' qgħad għaċ-ċittadini ta'
pajjiżi terzi kienet 21.7% fl-2013 (14.3% fl-2008), filwaqt li
għall-persuni b'diżabbiltà r-rata ta' qgħad hija kważi
d-doppju tar-rata għall-persuni mingħajr diżabbiltà. [3] Ara
“Key Features” mid-DĠ EMPL għal analiżi ulterjuri (li jmiss). [4] Ara d-dokument ta' ħidma tal-persunal
tal-Kummissjoni: L-isfruttament tal-potenzjal tax-xogħol tal-ICTs,
18.4.2012, SWD(2012) 96; Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni
dwar pjan ta’ azzjoni għall-forza tax-xogħol tal-kura
tas-saħħa tal-UE, 18.4.2012, SWD(2012) 93 u d-dokument ta’ ħidma
tal-persunal tal-Kummissjoni: L-isfruttament tal-potenzjal tal-impjieg
tat-tkabbir ekoloġiku, 18.4.2012, SWD(2012) 92 [5] Ara wkoll il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni,
Inizjattiva dwar l-Impjieg Ekoloġiku: Jiġi sfruttat il-potenzjal
tal-ekonomija ekoloġika għall-ħolqien tal-impjiegi, 2.7.2014,
COM(2014) 446. [6] Pereżempju, l-impjieg part-time
involontarju (bħala perċentwali tal-impjieg totali part-time)
fl-UE-28 kien 29.6% fl-2013 'l fuq mill-25.3% tal-2008. [7] Kurva ta'
Beveridge, jew kurva UV, hija rappreżentazzjoni grafika tar-relazzjoni
bejn il-qgħad u r-rata ta' vakanzi ta' impjiegi (l-għadd ta' impjiegi battala espress
bħala proporzjon tal-forza tax-xogħol). Tinklina 'l isfel peress li rata aktar
għolja ta' qgħad normalment isseħħ flimkien ma' rata iktar
baxxa ta' postijiet battala. Jekk tersaq 'il barra biż-żmien, ifisser
li ċertu livell ta' postijiet battala jiġu assoċjati ma' livelli
dejjem ogħla ta' qgħad, u dan jimplika li l-effiċjenza tat-tlaqqigħ
tkun qed tonqos fis-suq tax-xogħol. [8] “Żviluppi fis-suq tax-xogħol
fl-Ewropa, 2013”, il-Kummissjoni Ewropea. [9] Għal aktar analiżi, ara “Key
Features”, DĠ EMPL. [10] Pereżempju “Future skills supply and
demand in Europe”, Cedefop. [11] F’Ottubru 2013, l-OECD u l-Kummissjoni
ħarġu l-eżitu ta’ “Survey on Adult Skills (PIAAC) -
Stħarriġ ġdid dwar il-Ħiliet tal-Adulti - (PIAAC)",
il-Kummissjoni Ewropea, OECD. [12] Ara eż. "Is Aggregate Demand
Wage-Led or Profit-Led? National and Global Effects",
Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol, Kundizzjonijiet
tax-Xogħol u tal-Impjiegi, Serje Nru 40, Ġinevra, 2012. [13] Ara “Quarterly Report on the Euro Area
- Rapport ta’ kull tliet xhur dwar iż-Żona tal-Euro”,
Kummissjoni Ewropea, Volum 12, Nru 3, 2013. [14] Ara pereżempju, Eurofound (2013), “Tackling
Undeclared Work in 27 European Union Member States and Norway: Approaches and Measures Since 2008", Eurofound, Dublin; Hazans, M. (2011), "Informal
Workers Across Europe", Dokument ta' Riċerka 5912, Bank Dinji, Washington DC. [15] Il-proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili
tal-introjtu jew il-proporzjon S80/S20 huwa miżura tal-inugwaljanza
tad-distribuzzjoni tal-introjtu. Huwa kkalkulat bħala l-proporzjon
tal-introjtu totali li jirċievu 20% tal-popolazzjoni bl-ogħla
introjtu (il-kwintil ta’ fuq) ma’ dak li jirċievu 20% tal-popolazzjoni
bl-inqas introjtu (il-kwintil t’isfel). L-introjti kollha huma kkompilati
bħala introjti disponibbli ekwivalizzati. [16] Ara aktar dettalji f’EU Employment and
Social Situation, Quarterly Review, Ġunju 2014. [17] EU Employment and Social Situation -
Sitwazzjoni soċjali u tal-impjiegi fl-UE, Analiżi trimestrali -
Marzu 2014 - Suppliment dwar ix-xejriet fl-infiq soċjali (2014) [18] Ara aktar dettalji f’EU Employment and
Social Situation, Quarterly Review, Marzu 2013. L-analiżi turi li
l-aġġustament ‘l isfel tan-nefqa soċjali osservat mill-2011
jidher aktar qawwi meta mqabbel ma’ episodji simili ta’ riċessjoni matul
l-aħħar tliet deċenni. [19] Din it-taqsima tagħti
aġġornament tas-sitwazzjoni kif ippreżentata fl-aħħar
Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi u minħabba l-limitazzjonijiet
tal-ispazju, mhijiex eżawrjenti u ma għandhiex l-għan li
tirrapporta dwar ir-riformi u l-miżuri politiċi kollha. Bħala
prinċipju, il-miżuri li ġew biss imħabbra iżda ma
tressqux fil-parlament għall-adozzjoni jew għal negozjar kollettiv
mal-imsieħba soċjali mhumiex koperti fir-Rapport. [20] Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta’ Ottubru 2012 dwar il-linji gwida
għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi. [21] Ta' min jinnota li r-rapport annwali
tal-Kummissjoni dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel
jipprovdi analiżi dettaljata [22] L-aħħar dejta disponibbli;
ippubblikata fir-rebbiegħa tal-2014 [23] Għal ħarsa ġenerali aktar
kompleta tal-iżviluppi li jkopru l-linji gwida 8 u 9, ara r-Rapport dwar
l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2014. [24] COM(2013) 690, 2.10.2013. Ara b’mod
partikolari pp. 6-7 "Il-Kummissjoni tipproponi li tinħoloq
tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin li jridu jintużaw
fl-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi li jsegwi l-iżviluppi
tal-impjiegi u tal-qasam soċjali. Din għandha isservi ta’ għodda
analitika li biha jkunu jistgħu jiġu identifikati aħjar u aktar
kmieni, il-problemi kbar tal-impjiegi u dawk soċjali, l-aktar dawk
fir-riskju li joħolqu effetti lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. (...)
Din tkun inkorporata fl-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi sabiex
tipprovdi bażi aktar iffukata għal sorveljanza multilaterali
msaħħa tal-politiki tal-impjiegi u dawk soċjali, billi
tgħin biex tidentifika żviluppi li jiġġustifikaw risponsi
politiċi soċjali u tal-impjiegi aktar b’saħħithom. (...)
L-indikaturi tal-impjiegi u tal-qasam soċjali għat-tabella ta' valutazzjoni
għandhom isibu l-fenomeni ewlenin għal kull pajjiż u
jidentifikaw l-aktar problemi serji u l-iżviluppi minn kmieni u qabel
mal-pajjiż jiżvija ż-żejjed mill-prestazzjoni tiegħu
tal-imgħoddi jew mill-bqija tal-UE.” [25] COM(2013) 801 finali, 13.11.2013 [26] Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,
19/20 ta' Diċembru 2013, par. 39 [27] 7476/14, Brussell, 12 ta’ Marzu 2014 [28] Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,
19/20 ta’ Diċembru 2013 "38. Il-Kunsill Ewropew itenni l-importanza
tal-iżviluppi fl-impjiegi u fil-qasam soċjali fi ħdan
is-Semestru Ewropew. Abbażi tal-ħidma mwettqa mill-Kunsill,
il-Kunsill Ewropew jikkonferma r-rilevanza tal-użu ta’ tabella ta'
valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali kif
deskritt fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi” [29] Opinjoni konġunta tal-KPS/KUMP
it-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin dwar l-impjiegi u l-qasam
soċjali għall-Kunsill EPSCO ta’ Ġunju. Barra minn hekk, il-KPS
ippreżenta d-dokument dwar "It-tabella ta' valutazzjoni ta'
Indikaturi ewlenin tal-impjiegi u l-qasam soċjali: l-operazzjonalizzazzjoni
— Rapport mis-Sottogrupp tal-Kumitat għall-Indikaturi tal-Protezzjoni
Soċjali” [30] Din l-analiżi ta' dimensjoni tripla
ssegwi r-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tal-2014 kif miftiehem bejn
il-Kummissjoni u l-Kunsill. Kif mistqarr fil-Messaġġi Ewlenin tar-Rapport
Konġunt dwar l-Impjiegi 2014: "L-impatt tal-kriżi wassal
għal diverġenza dejjem tikber bejn is-sitwazzjonijiet soċjali u
tal-impjieg tal-Istati Membri, b'mod partikolari fiż-żonaeuro, kif
juru dan ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi u t-tabella ta' valutazzjoni
tiegħu dwar l-indikaturi ewlenin tal-impjiegi u l-qasam soċjali. Din
id-diverġenza tidher ukoll tul il-ħames indikaturi ewlenin kollha
f'din it-tabella ta' valutazzjoni." 7476/14, Brussell, 12 ta’ Marzu 2014,
p. 3 Barra minn hekk, kif ġie miftiehem fir-Rapport Konġunt dwar
l-Impjiegi tal-2014, it-tabella ta’ valutazzjoni tkopri l-Istati Membri kollha
tal-UE u għaldaqstant isiru paraguni mal-medja tal-UE. F’xi każijiet,
id-devjazzjonijiet statistiċi mill-medja taż-żona tal-euro
jistgħu wkoll ikunu rilevanti. 7476/14, Brussell, 12 ta’ Marzu 2014,
p. 49 [31] It-tabella tagħti ħarsa
ġenerali tal-iżviluppi tal-impjieg u l-qasam soċjali fl-Istati
Membri fejn il-livelli jew ix-xejriet fl-indikaturi ewlenin jistgħu
jitqiesu problematiċi. [32] Il-proporzjon bejn l-introjti tal-20%
tal-popolazzjoni bl-ogħla introjti u l-introjti tal-20% bl-inqas introjti. [33]Ara d-Dokument ta’ Ħidma EUROMOD 2/13. Anness 1 Tabella ta’ valutazzjoni ta’
indikaturi ewlenin tal-impjiegi u l-qasam soċjali bil-medji tal-UE u
taż-Żona tal-Euro bħala punti ta’ referenza* * għal kull indikatur (ħlief
għat-tkabbir reali fl-Introjtu Disponibbli Gross għall-Unitajiet Domestiċi
peress li huwa rrappreżentat bħala valur monetarju) it-tliet kolonni
jirreferu għal i) bidla sena b’sena f’termini assoluti;
ii) id-differenza mir-rati medji fl-istess sena tal-UE (jew taż-Żona
tal-Euro) iii) il-bidla sena b’sena għall-pajjiż b'rabta mal-bidla
sena b’sena fil-livelli tal-UE jew ŻE (li jindika jekk is-sitwazzjoni
tal-pajjiż hix qed tiddeterjora/titjib b'pass iktar
mgħaġġel mill-bqija tal-UE/ŻE li jirrifletti d-dinamika
tad-diverġenza/konverġenza soċjoekonomika). S1 tindika l-ewwel
semestru u hija bbażata fuq dejta trimestrali. Sors: Eurostat, UE LFS,
Kontijiet nazzjonali, u UE-SILC (kalkoli DĠ EMPL). NEET: bidla 2011-2012
għal FR (waqfa fis-serje
fl- 2013); F’riskju ta’ faqar u S80S20: 2012 inst. 2013 (bidla 2011-2012)
għal IE, bidla 2011-2012 għal ES (waqfa
fis-serje fl-2013)."
Anness 2 Taqsira ġenerali
tal-Isfidi Ewlenin fil-qasam tal-Impjiegi u l-eżiti tas-suq
tax-xogħol partikolarment pożittivi skont il-Monitoraġġ
tal-Prestazzjoni fil-qasam tal-Impjiegi (C = sfida (challenge); G = eżitu
tajjeb tas-suq tax-xogħol (good labour market outcome) — adottat
f’Ġunju 2014[1] Anness 3 Taqsira ġenerali tax- “xejriet
soċjali li wieħed għandu jsegwi” u l-Istati Membri
b’deterjorament statistikament sinifikanti u t-titjib għall-perjodu
2011-2012 kif identifikati mill-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni ta’
Protezzjoni Soċjali — adottati fit- 19 ta’ Frar 2014 Sors: Ewropa Soċjali: Bosta modi, għan
wieħed. Rapport Annwali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali dwar
is-sitwazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea (2013). Nota: Ix-xejriet soċjali li wieħed
għandu jsegwi għall- 2011-2012, kif adottati mill-KPS fid-19 ta’ Frar
2014 fuq il-bażi tad-dejta disponibbli f’dak il-mument, jidentifikaw
deterjorament f’aktar minn 1/3 tal-Istati Membri u huma enfasizzati bil-kulur
aħmar fit-tabella ta’ hawn fuq (Sors: Ewropa Soċjali: Bosta modi,
għan wieħed. Rapport Annwali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali
dwar is-sitwazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea (2013). [1] http://register.consilium.europa.eu/doc/srv?l=EN&f=ST%2010763%202014%20INIT