This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0427
Recommendation for a COUNCIL RECOMMENDATION on Finland’s 2014 national reform programme and delivering a Council opinion on Finland’s 2014 stability programme
Rakkomandazzjoni għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm nazzjonali ta' riforma tal-Finlandja għall-2014 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' stabbiltà tal-Finlandja għall-2014
Rakkomandazzjoni għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm nazzjonali ta' riforma tal-Finlandja għall-2014 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' stabbiltà tal-Finlandja għall-2014
/* COM/2014/0427 final */
Rakkomandazzjoni għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm nazzjonali ta' riforma tal-Finlandja għall-2014 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' stabbiltà tal-Finlandja għall-2014 /* COM/2014/0427 final */
Rakkomandazzjoni għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm nazzjonali ta' riforma
tal-Finlandja għall-2014
u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' stabbiltà
tal-Finlandja għall-2014 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 121(2)
u 148(4) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tishih
tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' bagit u s-sorveljanza u
l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika[1],
u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament
Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni
tal-iżbilanċi makroekonomiċi[2],
u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni Ewropea[3], Wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet
tal-Parlament Ewropew[4], Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet
tal-Kunsill Ewropew, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat
tal-Impjiegi, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Finanzjarju Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat
tal-Protezzjoni Soċjali, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat
tal-Politika Ekonomika Billi: (1)
Fis-26 ta' Marzu 2010, il-Kunsill
Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi mnedija
strateġija ġdida għat-tkabbir u l-impjiegi, Ewropa 2020,
ibbażata fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki tal-ekonomija,
li tiffoka fuq il-punti ewlenin fejn hija meħtieġa azzjoni sabiex
jissaħħaħ il-potenzjal tal-Ewropa għal tkabbir sostenibbli
u kompetittività. (2)
Fit-13 ta' Lulju 2010, il-Kunsill,
abbażi tal-proposti tal-Kummissjoni, adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji
gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi għall-Istati Membri
u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u, fil-21 ta' Ottubru 2010,
adotta deċiżjoni dwar il-linji gwida għall-politiki tal-impjiegi
tal-Istati Membri, li flimkien jiffurmaw il-"linji gwida integrati".
L-Istati Membri kienu mistiedna sabiex jikkunsidraw il-linji gwida integrati
fil-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi tagħhom. (3)
Fid-29 ta' Ġunju 2012,
il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern iddeċidew dwar Patt għal Tkabbir u
Impjiegi, li jipprovdi qafas koerenti għal azzjoni f'livell nazzjonali,
dak tal-UE kif ukoll taż-Żona tal-Euro permezz tal-użu
tal-għodod, l-istrumenti u l-politiki kollha possibbli. Huma ddeċidew
dwar azzjoni li għandha tittieħed fil-livell tal-Istati Membri, b'mod
partikolari li tesprimi impenn b'mod sħiħ sabiex jinkisbu l-objettivi
tal-Ewropa 2020 u jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet
speċifiċi għall-pajjiż. (4)
Fid-9 ta' Lulju 2013, il-Kunsill
adotta rakkomandazzjoni dwar il-programm nazzjonali ta' riforma tal-Finlandja
għall-2013 u wassal l-opinjoni tiegħu dwar il-programm ta' stabbiltà
tal-Finlandja aġġornat għall-perjodu 2012-2016. Fil-15 ta' Novembru 2013,
b'konformità mar- Regolament (UE) Nru 473/2013[5], il-Kummissjoni
ppreżentat l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju
tal-Finlandja għall-2014[6].
(5)
Fit-13 ta' Novembru 2013,
il-Kummissjoni adottat l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir[7], li jagħti bidu
għas-Semestru Ewropew 2014 tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika.
Fl-istess ġurnata abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011,
il-Kummissjoni adottat ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija[8], li fih il-Finlandja
kienet identifikata bħala wieħed mill-Istati Membri li dwaru
għandu jitwettaq eżami mill-ġdid fil-fond (6)
Fl-20 ta' Diċembru 2013,
il-Kunsill Ewropew approva l-prijoritajiet li jiżguraw stabbiltà
finanzjarja, konsolidament fiskali u azzjoni biex jissaħħaħ
it-tkabbir. Il-Kunsill enfasizza l-ħtieġa li jissokta l-konsolidament
fiskali differenzjat u favur it-tkabbir, sabiex il-kundizzjonijiet ta' self
għall-ekonomija jerġgħu lura għan-normal, jiġu
promossi t-tkabbir u l-kompetittività, jiġu trattati l-qgħad u
l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi, u biex l-amministrazzjoni pubblika
tiġi mmodernizzata. (7)
Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni
ppubblikat ir-riżultati tal-eżami mill-ġdid fil-fond tagħha
għall-Finlandja[9],
skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011. L-analiżi
tal-Kummissjoni twassalha biex tikkonkludi li l-Finlandja qed tesperjenza
żbilanċi makroekonomiċi, li jeħtiġilhom
monitoraġġ u azzjoni ta' politika. B'mod partikolari, il-prestazzjoni
dgħajfa tagħha fl-esportazzjoni f'dawn l-aħħar snin,
xprunata minn ristrutturazzjoni industrijali u minn fatturi ta' kompetittività
marbutin mal-kostijiet u oħrajn li mhumiex, teħtieġ attenzjoni
kontinwata. (8)
Fis-17 ta' April 2014 il-Finlandja
ppreżentat il-programm nazzjonali ta' riforma tagħha għall-2014
kif ukoll il-programm ta' stabbiltà tagħha għall-2014. Biex jiġu
kkunsidrati l-konnessjonijiet ta' bejniethom, iż-żewġ programmi
ġew ivvalutati fl-istess żmien. (9)
L-objettiv tal-istrateġija baġitarja
deskritta fil-Programm ta' Stabilità tal-2014 huwa r-ritorn għall-objettiv
ta' terminu medju tal-2015, li l-blanċ strutturali jinżamm 'l fuq
minn din il-mira matul il-kumplament tal-orizzont tal-programm u li mill-2017
'il quddiem jinżamm bilanċ tal-baġit ġenerali tal-gvern.
L-objettiv fit-terminu medju tal-Finlandja ta' defiċit strutturali ta'
0,5 % tal-PDG jirrifletti l-ħtiġijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u
Tkabbir. Fl-2013 il-Finlandja kisbet l-objettiv tat-terminu medju tagħha,
u tippjana li ma titbiegħedx minnu matul l-2014 filwaqt li tkun konformi mal-punt
ta' riferiment tal-infiq, Il-Finlandja tippjana li tkun 'il fuq mill-objettiv
tagħha ta' terminu medju fl-2015, filwaqt li tkompli tkun konformi
mal-punt ta' riferiment tal-infiq. Kollox ma' kollox, dan huwa ġeneralment
konformi mar-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Fl-istess
ħin, il-proporzjon tad-dejn gross jinsab fuq perkors ta' awment u mistenni
li jilħaq is-60 % tal-PDG fl-2015, l-aktar minħabba prospett
makroekonomiku dgħajjef. Ix-xenarju makroekonomiku li jirfed
il-projezzjonijiet baġitarji fil-programm, li ma sarx b'mod indipendenti,
huwa plawsibbli, għalkemm huwa ftit aktar ottimist mill-previżjoni
tar-rebbiegħa tal-Kummissjoni rigward it-tkabbir ekonomiku fl-2014 u 2015.
Il-Previżjoni tar-Rebbiegħa tal-Kummissjoni għall-2014 tipproġetta
deterjorament ta' 0,3 % tal-PDG fil-bilanċ strutturali
għall-2014, li jinvolvi devjazzjoni mill-objettiv ta' terminu medju, u
titjib ta' 0,6 % tal-PDG fl-2015, filwaqt li huwa pproġettat li
l-punt ta' riferiment tal-infiq ikun rispettat kemm f'sena kif ukoll
fl-oħra. Abbażi tal-valutazzjoni tiegħu tal-programm u
tal-previżjoni tal-Kummissjoni, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1466/97, il-Kunsill huwa tal-fehma li l-Finlandja tista' tkun
mistennija li tilħaq l-għanijiet tal-programm tagħha, li huma
ġeneralment konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. (10)
Il-Finlandja hija fir-riskju ta' sostenibbiltà
għolja fit-terminu twil minħabba l-impatt baġitarju tal-kost
tat-tixjiħ. Il-Finlandja rrikonoxxiet id-diskrepanza tas-sostenibbiltà u
fl-2013 ipproduċiet programm ta' politika strutturali mmirat biex
jagħlaq id-diskrepanza u jniedi t-tkabbir mill-ġdid. Pass ieħor
importanti huma l-limiti tal-infiq tal-gvern ċentrali u l-pjan fiskali
ġenerali tal-gvern għall-2015–2018 ta' Marzu 2014 li jipprevedi
miżuri ta' aġġustament, riformi strutturali u investimenti
fit-tkabbir. Il-miżuri ta' aġġustament fuq in-naħa
tad-dħul jikkonċernaw l-aktar żidiet fit-taxxi fuq id-dħul
u l-prodotti. (11)
L-effikaċja tas-servizzi pubbliċi ma
żammitx il-pass mal-iżviluppi tal-produttività fis-settur privat.
Il-Finlandja qed tħejji riformi amministrattivi fl-istrutturi
muniċipali u s-servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa.
Ir-riforma tal-muniċipji hija bbażata fuq amalgamazzjoni volontarja
tal-muniċipalitajiet, b'inċentivi finanzjarji mill-Istat.
Ir-riżultat tal-amalgamazzjonijiet volontarji għadha sa issa
inċerta. Is-servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa se
jwassluhom ħames fornituri reġjonali, u l-muniċipalitajiet se
jkomplu jipparteċipaw fil-provvediment tas-servizzi. Id-dettalji għadhom
mhux magħrufa, u għall-ħarifa tal-2014 hemm ippjanata proposta
leġiżlattiva. Strutturi ġodda għandhom ikunu
fis-seħħ fil-bidu tal-2017. L-Att ta' Lulju 2013 dwar is-sostenn
tal-kapaċità funzjonali tal-anzjani b'attenzjoni aktar qawwija fuq
il-prevenzjoni, ir-riabilitazzjoni u l-ħajja indipendenti għandu
jagħti kontribut biex tonqos il-ħtieġa għall-kura
istituzzjonali u u jitrażżnu l-kostijiet tal-kura fit-terminu twil. (12)
L-isfida ewlenija tas-suq fil-Finlandja qed tkompli
tkun il-provvista ta' ħaddiema fit-terminu twil, minħabba li
l-għadd ta' ħaddiema li qed joħorġu mis-suq tax-xogħol
huwa issa ogħla mill-għadd ta' dawk li qed jidħlu. Biex tkun
issodisfata d-domanda tax-xogħol fil-futur jeħtieġ li jitwalu
l-karrieri tax-xogħol u titjieb il-provvista tal-ħaddiema.
Il-programm tal-politika strutturali tal-gvern għall-2013 jinkludi
miżuri biex jestendu l-karrieri tax-xogħol u jtejbu l-provvista
tal-ħaddiema, kif ukoll iżidu l-inċentivi biex jiġu
aċċettati l-impjiegi. Il-Finlandja qed tnaqqas l-iritrar bikri
iżda xi perkorsi bħall-hekk imsejħa "mina
tal-qgħad," fejn persuni aktar avvanzati fl-età li jinsabu bla
xogħol jistgħu, b'ċerti kundizzjonijiet, jibqgħu
jibbenefikaw mill-benefiċċji tal-qgħad sakemm jirtiraw,
għadhom hemm. Il-koeffiċjent introdott dan l-aħħar dwar
l-istennija tal-għomor u ż-żieda bi tliet darbiet tar-rata ta'
akkumulazzjoni tal-intitolament jidher li kellhom effett limitat fuq
il-prattiki tal-irtirar. Barra minn hekk, minħabba li l-istennija
tal-għomor qed titwal b'pass aktar mgħaġġel mill-previst u
n-nies xorta mhux qed jaħdmu għal zmien itwal, hemm ir-riskju li
l-adegwatezza tal-pensjoni se tonqos ħafna. Il-Finlandja stabbilixxiet
lilha nfisha l-mira li żżid l-età effettiva tal-irtirar għal
mill-inqas 62,4 snin sal-2025. Huwa dubjuż kemm din il-mira tista'
tintlaħaq mingħajr miżuri ġodda bħal tiżdied
l-età statutorja tal-irtirar u jissaħħu l-isforzi biex titjieb
l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kbar fl-età. Is-sħab soċjali qed
jaħdmu fuq il-proposta tagħhom għal riforma fil-pensjoni biex
tiġi implimentata mill-gvern il-ġdid wara l-elezzjoni ġenerali
fir-rebbiegħa tal-2015 u biex tidħol fis-seħħ fil-bidu
tal-2017. Il-Finlandja ħadet miżuri relevanti u ambizzjużi biex
tindirizza l-qgħad fost iż-żgħażagħ u
l-qgħad fit-tul. Titjib permanenti fil-ħiliet relevanti għall-impjieg
tal-gruppi fil-mira u l-prospetti tas-suq tagħhom tal-ħaddiema se
jieħu ż-żmien. (13)
Il-Finlandja ħadet miżuri biex ittejjeb
il-klima ġenerali tal-kompetizzjoni u sar xi progress fl-implimentazzjoni
tal-programm rigward kompetizzjoni tajba. L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u
tal-konsumatur ingħaqdu u l-istruttura l-ġdida tinsab fl-istadji
bikrin tal-implimentazzjoni. L-Att dwar il-Kompetizzjoni issa jimponi limitu
fuq pożizzjoni dominanti għas-settur tal-bejgħ bl-imnut
għall-konsumatur, u l-Awtorità Finlandiża għall-Kompetizzjoni u
l-Konsumatur ingħatat setgħat speċifiċi biex tintervjeni
f'ċerti ċirkostanzi kontra attivitajiet ekonomiċi li
jipparteċipaw fihom il-korpi pubbliċi li joħolqu distorsjoni
tal-kompetizzjoni fis-suq. Is-suq tal-konsumaturi fil-Finlandja huwa
kkonċentrat ħafna, u hemm xi fatturi fil-leġiżlazzjoni relevanti
li jrendu l-kompetizzjoni potenzjalment ħafna inqas effiċjenti u
jsaħħu l-pożizzjoni taż-żewġ mexxejja tas-suq
tal-konsumaturi. Eżempji ta' dan jinkludu r-rekwiżiti
għall-ippjanar urban, li huma stretti ħafna, kemm għal
stabbilimenti kummerċjali kbar kif ukoll għal unitajiet
żgħar. Ir-rieżami tar-regolamentazzjoni dwar l-użu tal-art
u l-ippjanar li qed isir bħalissa, joffri opportunità biex tipprovdi aktar
sostenn għall-kompetizzjoni "tajba". Is-settur tal-bejgħ
bl-imnut għadu fost l-aktar regolat fl-Istati Membri, inklużi
ostakoli għall-kompetizzjoni maħluq mir-regolamentazzjoni ta'
stabbilimenti kbar għall-bejgħ bl-imnut. (14)
L-irkupru tat-tkabbir u l-kompetittività huwa skira
ewlenija għall-ekonomija Finlandiża. Il-Finlandja hija
b'saħħitha ħafna fil-klassifika internazzjonali
tal-kompetittività iżda madankollu bejn l-2007 u l-2012 tilfet is-sehem
mis-suq tal-esportazzjoni bl-aktar pass mgħaġġel fl-UE.
L-intensità tar-Riċerka u Żvilupp fin-negozju jinsab fuq perkors għan-niżla
u l-mira nazzjonali għan-nefqa fir-R&Ż qegħda dejjem
titbiegħed. L-effiċjenza tas-sistema Finlandiża ta' riċerka
u innovazzjoni li tittraduċi l-investimenti fir-R&Ż fi prodotti u
servizzi ġodda hija kwistjoni kritika. Attwalment ma hemmx investimenti
suffiċjenti biex il-potenzjal tar-R&Ż jinbidel fi prodotti
ġodda. Għadd limitat ta' kumpaniji kbar li jesportaw li jbiegħu
firxa dejqa ta' prodotti kif ukoll il-propensità inqas ta' kumpaniji
Finlandiżi żgħar li jesportaw qed ikunu ta' piż fuq
il-prestazzjoni tal-kummerċ u fuq it-tkabbir potenzjali. Il-potenzjal
għall-esportazzjoni jista' jingħata spinta billi jiġi pprovdut
aktar sostenn speċifiku għall-internazzjonalizzazzjoni ta' kumpaniji
iżgħar. Il-Finlandja varat riformi biex jindirizzaw il-kapaċità
għall-ħolqien ta' prodotti innovattivi u s-sostenn
tad-diversifikazzjoni tal-industrija, inkluża riforma komprensiva
tal-istituti ta' riċerka u l-finanzjament tar-riċerka. Il-programm
tal-2013 rigward il-politika strutturali u l-pjan fiskali u dwar il-limiti
tal-infiq tal-gvern għall-2015-2018 ta' Marzu 2014 mhux biss jinkludu
miżuri ta' aġġustament u riformi strutturali, iżda jinkludu
wkoll inizjattivi għall-promozzjoni tat-tkabbir u l-innovazzjoni.
Il-Finlandja tista' wkoll tibbenefika minn diversifikazzjoni tal-forniment
tal-enerġija tagħha, partikolarment peress li tiddependi fuq sors
wieħed għall-gass. (15)
Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni
wettqet analiżi komprensiva tal-politika ekonomika tal-Finlandja. Hija
vvalutat il-programm ta' stabbiltà u l-programm nazzjonali ta' riforma. Hija
kkunsidrat mhux biss ir-relevanza tagħhom għal politika fiskali u
soċjoekonomika sostenibbli fil-Finlandja iżda wkoll il-konformità
tagħhom mar-regoli u l-gwida tal-UE, minħabba l-ħtieġa li
tissaħħaħ il-governanza ekonomika ġenerali tal-Unjoni
Ewropea billi jagħtu kontribut għal deċiżjonijiet
nazzjonali futuri. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħha fis-Semestru
Ewropew huma riflessi fir-rakkomandazzjonijiet minn (1) sa (5) hawn taħt. (16)
Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni, il-Kunsill
eżamina l-programm ta' stabbiltà tal-Finlandja, u l-opinjoni tiegħu[10] hija riflessa b'mod
partikolari fir-rakkomandazzjoni (1) hawn taħt. (17)
Fid-dawl tar-rieżami fil-fond tal-Kummissjoni
u ta' din il-valutazzjoni, il-Kunsill eżamina l-programm nazzjonali ta'
riforma u l-programm ta' stabbiltà. Ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu skont
l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 huma riflessi
fir-rakkomandazzjonijiet (2), (4) u (5) hawn taħt. (18)
Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew il-Kummissjoni
wettqet ukoll analiżi tal-politika ekonomika taż-Żona tal-Euro
in ġenerali. Abbażi ta' din l-analiżi l-Kunsill ħareġ
rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita
tagħhom hija l-euro. Il-Finlandja wkoll għandha tiżgura l-implimentazzjoni
sħiħa u f'waqtha ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet. B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Finlandja
tieħu azzjoni fil-perjodu 2014-2015 biex: 1. Issaħħaħ
il-miżuri baġitarji għall-2014 fid-dawl tad-diskrepanza li qed
tiżviluppa rigward l-objettiv ta' terminu medju. Fl-2015 u wara
tirrispetta l-objettiv ta' terminu medju kif ippjanat, u tiżgura li
l-kriterju tad-dejn jitwettaq, filwaqt li ssegwi politika fiskali li
tiffavorixxi t-tkabbir. Timplimenta malajr ir-riformi stipulati fil-programm
tal-politika strutturali u l-pjan fiskali u dwar il-limiti tal-infiq tal-gvern
għall-2015-2018 sabiex tnaqqas id-diskrepanza fis-sostenibbiltà fiskali u
ssaħħaħ il-kundizzjonijiet għat-tkabbir. 2. Tiżgura implimentazzjoni
effikaċi tar-riformi amministrattivi li jinsabu għaddejjin rigward
l-istruttura muniċipali u s-servizzi soċjali u tal-kura
tas-saħħa, sabiex iżżid il-kosteffettività fil-provvediment
tas-servizzi pubbliċi. 3. Ittejjeb l-użu
tal-potenzjal kollu tal-forza tax-xogħol fis-suq tax-xogħol,
inkluż billi ttejjeb ir-rata tal-impjiegi u l-impjegabbiltà
tal-ħaddiema kbar fl-età, tnaqqas it-toroq li jwasslu għal irtirar
kmieni u tallinja l-età statutorja tal-irtirar mat tibdil fl-istennija
tal-għomor. Ittejjeb il-prospetti tas-suq tax-xogħol
taż-żgħażagħ u ta' dawk li ilhom bla xogħol
għal żmien twil, b'attenzjoni partikolari fuq l-edukazzjoni
vokazzjonali u miżuri ta' attivazzjoni mmirati. 4. Tkompli bl-isforzi biex
issaħħaħ il-kompetizzjoni fis-swieq tal-prodotti u tas-servizzi,
speċjalment fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, billi timplimenta
l-programm dwar il-promozzjoni tal-kompetizzjoni tajba, inklużi emendi
fl-Att dwar l-użu tal-art u l-bini biex il-kompetizzjoni tajba tkun
sostnuta aħjar. 5. Tkompli tagħti spinta
lill-kapaċità tal-Finlandja biex toħloq prodotti innovattivi,
servizzi u kumpaniji ta' tkabbir qawwi f'ambjent li qed jinbidel b'mod rapidu,
u tkompli bid-diversifikazzjoni tal-industrija, b'mod partikolari billi
żżid l-inċentivi għall-investiment fil-Finlandja u
tiffaċilita aktar id-dħul tal-impriżi żgħar fis-swieq
tal-esportazzjoni. Tħaffef l-iżvilupp tal-konnessjoni transfruntiera
tal-gass mal-Estonja. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. [2] ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25. [3] COM(2014) 427 finali. [4] P7_TA(2014)0128 u P7_TA(2014)0129. [5] ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11. [6] C(2013) 8012 finali [7] COM(2013) 800 finali [8] COM(2013) 790 finali [9] SWD(2014) 89 finali [10] Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1466/97.