Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0423

    P7_TA(2014)0423 Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (COM(2013)0639 – C7-0303/2013 – 2013/0313(COD)) P7_TC1-COD(2013)0313 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

    ĠU C 443, 22.12.2017, p. 954–955 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 443/954


    P7_TA(2014)0423

    Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (COM(2013)0639 – C7-0303/2013 – 2013/0313(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2017/C 443/96)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0639),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0303/2013),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-3 ta' Diċembru 2013 (1),

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0108/2014),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

    3.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 4, 8.1.2014, p. 1.


    P7_TC1-COD(2013)0313

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE, Euratom) Nru 547/2014.)


    ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

    Dikjarazzjoni konġunta dwar il-kwittanza separata għall-Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju

    1.

    Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li sabiex l-Impriżi Konġunti jibbenefikaw minn regoli finanzjarji simplifikati li jkunu adattati aħjar għan-natura pubblika-privata tagħhom, dawn għandhom jiġu stabbiliti taħt l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju.

    Madankollu, huma jaqblu wkoll li:

    Fid-dawl tan-natura speċifika u l-istatus attwali tal-Impriżi Konġunti, u biex tkun żgurata l-kontinwità mas-7 Programm Qafas, l-Impriżi Konġunti għandhom ikomplu jkunu soġġetti għal kwittanza separata li għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. Għal din ir-raġuni, derogi speċifiċi mill-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu introdotti fl-atti kostitwenti tal-Impriżi Konġunti li għandhom li stabbiliti taħt il-Programm Orizzont 2020. Dawn id-derogi ser jirreferu għall-kwittanza separata u ser jinkludu kwalunkwe adattament addizzjonali meħtieġ.

    Sabiex l-Impriżi Konġunti jkunu jistgħu jibbenefikaw minnufih mis-simplifikazzjonijiet introdotti fil-qafas finanzjarju l-ġdid, jeħtieġ li jidħol fis-seħħ ir-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju mudell għal korpi ta' SPP skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju.

    2.

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota li l-Kummissjoni:

    ser tiżgura li r-regoli finanzjarji tal-Impriżi Konġunti ser jinkludu derogi mir-Regolament Finanzjarju Mudell għal korpi ta' SPP biex tiġi riflessa l-introduzzjoni tal-kwittanza separata fl-atti kostitwenti tagħhom;

    biħsiebha tipproponi modifiki rilevanti għall-Artikoli 209 u 60(7) tar-Regolament Finanzjarju fil-qafas tar-reviżjoni futura tar-Regolament Finanzjarju.


    Top