Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0182

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (15854/2013 – C7-0462/2013 – 2013/0351(NLE))

    ĠU C 378, 9.11.2017, p. 297–297 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 378/297


    P7_TA(2014)0182

    L-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika KE-Stati Uniti ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (15854/2013 – C7-0462/2013 – 2013/0351(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2017/C 378/36)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (15854/2013),

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika,

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0462/2013),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), subparagrafi 1 u 3, u l-Artikoli 81(2), 90(7) u 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0126/2014),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-estensjoni tal-Ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerika.


    Top