Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0922

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail

/* COM/2013/0922 final - 2013/0445 (NLE) */

52013PC0922

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail /* COM/2013/0922 final - 2013/0445 (NLE) */


WERREJ

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI................................................................................. 6

1........... KUNTEST TAL-PROPOSTA..................................................................................... 6

1.1........ Il-kuntest ġenerali......................................................................................................... 6

1.2........ Ir-raġunijiet u l-għanijiet għal Impriża Konġunta fil-qasam tal-ferroviji...................... 6

2........... RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT....................................................................... 8

2.1........ Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-użu tal-għarfien espert............................ 8

2.2........ Valutazzjoni tal-impatt................................................................................................. 8

3........... ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA................................................................... 9

3.1........ Kontenut tal-proposta................................................................................................... 9

3.2........ Bażi legali..................................................................................................................... 9

3.3........ Sussidjarjetà u proporzjonalità...................................................................................... 9

4........... IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA............................................................................. 10

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail Error! Bookmark not defined.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA........................................................ 25

1........... QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA.............................................................. 25

1.1........ Titolu tal-proposta/inizjattiva...................................................................................... 25

1.2........ Qasam/oqsma ta' politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB............................... 25

1.3........ Natura tal-proposta/inizjattiva.................................................................................... 25

1.4........ Għan(ijiet)................................................................................................................... 25

1.5........ Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva........................................................................... 25

1.6........ Durata u impatt finanzjarju......................................................................................... 25

1.7........ Metodu/i tal-ġestjoni previst/i..................................................................................... 25

2........... MIŻURI TA’ ĠESTJONI.......................................................................................... 25

2.1........ Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar..................................................................... 25

2.2........ Sistema ta' ġestjoni u kontroll..................................................................................... 25

2.3........ Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet..................................................... 25

3........... IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA.................. 25

3.1........ Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata 25

3.2........ Stima tal-impatt fuq in-nefqa...................................................................................... 25

3.2.1..... Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa............................................................... 25

3.2.2..... Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali............................................. 25

3.2.3..... Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva......................... 25

3.2.4..... Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali............................................. 25

3.2.5..... Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi......................................................................... 25

3.3........ Impatt stmat fuq id-dħul............................................................................................ 25

1........... QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA.............................................................. 26

1.1........ Titolu tal-proposta/inizjattiva...................................................................................... 26

1.2........ Qasam/oqsma ta' politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB............................... 26

1.3........ Natura tal-proposta/inizjattiva.................................................................................... 26

1.4........ Għan(ijiet)................................................................................................................... 26

1.4.1..... L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva       26

1.4.2..... Għan (għanijiet) speċifiku (speċifiċi) u attività (attivitajiet) ABM/ABB ikkonċernati 26

1.4.3..... Riżultat(i) u impatt(i) mistennija................................................................................. 27

1.4.4..... Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti............................................................................. 27

1.5........ Livell ta’ monitoraġġ u rapportar tal-programm, ibbażat fuq id-dejta tal-proġett u tal-pakkett ta’ ħidma, u inkluż il-monitoraġġ tal-kwalità tar-riżultati tanġibbli kontra sett ta’ kriterji ta' sodisfazzjon; Il-monitoraġġ tal-ġestjoni tal-proġett biex jivverifika l-kwalità ġenerali tiegħu u l-konformità mal-programm ta’ ħidma strateġika. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva.......................................................... 27

1.5.1..... Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil.......................... 27

1.5.2..... Valur miżjud tal-involviment tal-UE.......................................................................... 27

1.5.3..... Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi............................................................ 28

1.5.4..... Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti xierqa oħrajn................................. 28

1.6........ Durata u impatt finanzjarju......................................................................................... 29

1.7........ Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)................................................................................... 29

2........... MIŻURI TA’ ĠESTJONI.......................................................................................... 30

2.1........ Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar..................................................................... 30

2.2........ Sistema ta' ġestjoni u kontroll..................................................................................... 30

2.2.1..... Riskju/i identifikat/i.................................................................................................... 30

2.2.2..... Is-sistema ta’ kontroll stabbilita intern........................................................................ 30

2.2.3..... Spejjeż u benefiċċji tal-kontrolli................................................................................. 30

2.2.4..... Livell mistenni ta' riskju ta' żball................................................................................. 31

2.3........ Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet..................................................... 31

3........... IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA.................. 32

3.1........ Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata 32

3.2........ Stima tal-impatt fuq in-nefqa...................................................................................... 34

3.2.1..... Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa............................................................... 34

3.2.2..... Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali............................................. 37

3.2.3..... Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva......................... 38

3.2.3.1.. Sommarju.................................................................................................................... 38

3.2.3.2.. Stima tar-riżorsi umani meħtieġa................................................................................ 40

3.2.4..... Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali............................................. 43

3.2.5..... Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi......................................................................... 43

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1.        Il-kuntest ġenerali

Il-miri ambizzjużi tal-UE rigward it-tibdil fil-klima, il-provvista tal-enerġija u l-ambjent ifissru li s-settur ferrovjarju ser ikun meħtieġ jieħu sehem sinifikanti mid-domanda għat-trasport dejjem tikber fid-deċennji li jmiss. Fil-White Paper tagħha tal-2011 dwar Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport[1], il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza tal-ħolqien ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea sabiex tinkiseb sistema Ewropea tat-trasport aktar kompetittiva u b’użu aktar effiċjenti tar-riżorsi. Konsegwentement, il-Kummissjoni adottat proposti għar-4 Pakkett dwar il-Ferroviji[2] li għandu l-għan li jneħħi l-ostakli amministrattivi, tekniċi u regolatorji fis-settur ferrovjarju li qed iżommuh lura kemm f’termini ta’ ftuħ tas-suq u kemm f’termini ta’ interoperabbiltà. Madankollu, l-għan prinċipali li jiġi stabbilit suq intern għall-ferroviji u l-kisba ta’ industrija aktar effiċjenti u risponsiva għall-konsumatur bilfors se jimplika l-ħolqien ta’ approċċi innovattivi tul il-katina tal-valur ferrovjarja kollha, f’mudelli ta' negozju, servizzi u prodotti, li se jeħtieġu żieda drammatika fl-isforzi ta' riċerka u innovazzjoni.

Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ Orizzont 2020, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li jkopri l-perjodu 2014-2020, hu li tissaħħaħ l-industrija Ewropea permezz ta’ azzjonijiet li jappoġġjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fuq firxa ta’ setturi industrijali ewlenin. B’mod partikolari, hemm previst il-ħolqien ta’ sħubijiet bejn il-gvern u l-privat (PPPs) li jappoġġjaw lil dawn is-setturi u jgħinu biex jiġu indirizzati wħud mill-isfidi ewlenin li qed taffaċċja l-Ewropa. Bħala parti mill-Pakkett tal-Investiment għall-Innovazzjoni tagħha mħabbar f’Lulju 2013[3], il-Kummissjoni diġà ressqet għadd ta’ proposti leġiżlattivi għal PPPs sabiex jiġu stabbiliti skont il-Programm ta' Qafas Orizzont 2020 fil-forma ta’ intrapriżi konġunti bil-għan li jimplimentaw inizjattivi teknoloġiċi konġunti f’diversi setturi industrijali. Din il-proposta hija allinjata bis-sħiħ mal-approċċ tal-impriżi konġunti l-oħra fi ħdan l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Pakkett dwar l-Investiment fl-Innovazzjoni.

1.2.        Ir-raġunijiet u l-għanijiet għal Impriża Konġunta fil-qasam tal-ferroviji

L-għoti ta' ħajja ġdida lill-ferroviji tal-Ewropa huwa għan ewlieni tal-politika tat-trasport tal-UE li tippermetti li l-ferrovija tikkompeti b’suċċess ma’ modi oħra ta’ trasport. It-teknoloġiji l-ġodda jistgħu jgħinu ħafna biex jimmodernizzaw il-ferroviji tal-Ewropa, filwaqt li jnaqqsu wkoll l-ispejjeż tal-infrastruttura u dawk operattivi, u joħolqu opportunitajiet ta’ kummerċ ġodda fl-industrija tal-forniment ferrovjarju Ewropew. F’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, investimenti sinifikanti fir-riċerka u l-innovazzjoni ferrovjarja tal-UE għenu biex l-industrija tal-provvista ferrovjarja Ewropea żżomm pożizzjoni ta’ tmexxija f'livell globali, jiġifieri bl-iżvilupp ta’ ferroviji ta’ veloċità għolja, l-ERTMS, is-sistemi tal-metro awtomatizzati, eċċ. Madankollu, studju reċenti tal-Kummissjoni dwar il-kompetittività tal-industrija tal-provvista ferrovjarja[4] juri li l-Ażja qiegħda kontinwament taqbeż lilll-Ewropa bħala l-akbar suq tal-provvista ferrovjarja, jiġifieri bis-saħħa taż-żieda fir-riċerka u l-investimenti fl-innovazzjoni f’pajjiżi bħaċ-Ċina u l-Korea t'Isfel.

Fl-istess ħin, ir-riċerka u l-innovazzjoni ferrovjarji jbatu mill-fallimenti tas-suq importanti u sistematiċi li ġejjin, li jiġġustifikaw intervent pubbliku:

· Speċifikazzjoni ta’ prodott ta’ livell għoli minħabba d-diversità ta’ standards nazzjonali u l-oqfsa operattivi f'pajjiżi differenti;

· Nuqqas ta’ approċċ sistemiku għall-innovazzjoni minħabba bżonn limitat jew mhux ikkoordinat tal-parteċipazzjoni tal-atturi tal-katina tal-valur ferrovjarja kollha kemm hi u l-kumplessità tal-interfaċċi bejn is-subsistemi ferrovjarji;

· Investiment privat limitat fir-riċerka u l-innovazzjoni u fl-użu tal-innovazzjonijiet mis-suq minħabba marġini operattivi baxxi u nuqqas ta’ fondi fiċ-ċiklu tal-innovazzjoni kollu kemm hu;

· Riskji finanzjarji minħabba l-intensità tal-kapital tal-investimenti u ċ-ċikli tal-ħajja twal tal-prodott.

Fl-isfond ta’ dawn l-isfidi, approċċ koordinat tal-UE lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur ferrovjarju permezz tal-istabbiliment ta’ impriża konġunta qed jiġi propost għall-appoġġ tat-tlestija taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u biex tiżdied il-kompetittività tal-UE fis-settur ferrovjarju fir-rigward ta' modi oħra ta’ trasport u vis-à-vis kompetizzjoni barranija.

L-għanijiet ġenerali tal-impriża konġunta proposta dwar il-ferroviji huma li:

· tiffaċilita l-iżvilupp ta' viżjoni u t-tfassil ta' aġenda strateġika li jsiru b'mod konġunt;

· tiżviluppa approċċ programmatiku fir-riċerka u l-innovazzjoni Ewropea sabiex ikun hemm enfasi reali u mifruxa li tiġbor l-imsieħba potenzjali kollha;

· tibni massa kritika li tiżgura l-kobor u l-firxa meħtieġa;

· tiżgura użu effiċjenti tar-riżorsi pubbliċi u dawk privati.

B’mod aktar speċifiku, bl-iżvilupp, l-integrazzjoni, il-wiri u l-validazzjoni tat-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet innovattivi għall-vetturi ferrovjarji, l-infrastruttura u s-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku, l-impriża konġunta se sservi biex tħaffef u tiffaċilita t-tqegħid fis-suq ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi li jistgħu jitkejlu skont l-indikaturi ta’ prestazzjoni kwantifikabbli li ġejjin:

· Kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja u l-kompetittività, jiġifieri ddefiniti bħala tnaqqis fl-ispejjeż kumplessivi tat-trasport ferrovjarju, u b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż għall-utenti u s-sussidji pubbliċi li jitħallsu mit-taxxi;

· Il-kapaċità u d-domanda tal-utent, jiġifieri ddefiniti bħala l-frekwenza ta’ ferroviji/metro/trammijiet fis-siegħa disponibbli fuq rotta speċifika, kif ukoll fatturi tat-tagħbija tal-passiġġieri u għażliet ta’ vjaġġar tal-merkanzija;

· Affidabilità u kwalità tas-servizz, jiġifieri ddefiniti bħala t-titjib fil-wasliet fil-ħin, li jirriflettu l-bżonn għal puntwalità mtejba bil-ferrovija mill-utenti, iżda wkoll jaffettwaw ir-rekwiżiti tal-investiment għal flotot ġodda billi jkunu meħtieġa anqas vetturi ġodda.

Barra minn hekk, dawn il-qabżiet 'il quddiem se jikkontribwixxu għat-tneħħija ta’ ostakli tekniċi li qed iżommu lura lis-settur ferrovjarju f’termini ta’ interoperabbiltà u effiċjenza, u se jnaqqsu l-esternalitajiet negattivi marbuta mat-trasport ferrovjarju.

Skont studji tal-industrija ferrovjarja, sforz koordinat ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ bejn EUR 800 miljun u EUR 1 biljun, fl-ambitu ta’ struttura ta’ sħubija pubblika-privata ddefinita sew, għandu jwassal għal tnaqqis globali sa 50% tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, għal żieda ġenerali fil-kapaċità ta’ sa 100%, u għal żieda globali fl-affidabbiltà ta’ sa 50% f’segmenti differenti tas-suq ferrovjarju.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

2.1.        Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-użu tal-għarfien espert

Ġew organizzati konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet interessati. Konsultazzjoni miftuħa fuq l-internet tnediet fit-28 ta’ Ġunju 2013. Kienet miftuħa għal 12-il ġimgħa, sad-19 ta’ Settembru 2013, u pprovdiet lill-partijiet interessati kollha bil-possibbiltà li jesprimu fehemithom. Waslu 372 tweġiba, inklużi 152 tweġiba minn ċittadini individwali u 220 minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet. It-tweġibiet waslu minn 24 pajjiżi differenti tal-UE u għalhekk huma ferm rappreżentattivi tal-UE kollha. Fost it-tweġibiet 60% ġew minn ħames pajjiżi li attwalment jirċievu l-akbar ishma ta’ finanzjament kurrenti tal-UE għar-riċerka ferrovjarja, jiġifieri Franza, Spanja, l-Italja, il-Ġermanja u r-Renju Unit.

Il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu kienu kumpaniji privati (42%), segwiti minn organizzazzjonijiet ta’ riċerka u universitajiet (21.8%), assoċjazzjonijiet tal-industrija u kmamar tal-kummerċ (11.5%), l-SMEs (10%) u l-awtoritajiet pubbliċi (5.5%). Il-bqija inkludew NGOs, dawk li jaħdmu għal rashom jew oħrajn. Dawk li wieġbu kienu l-aktar mill-industrija tal-provvista ferrovjarja (vetturi ferrovjarji, komponenti tal-vetturi, tal-kostruzzjoni u tal-bini), b’5% biss tat-tweġibiet jaslu minn amministraturi tal-infrastruttura u 4% minn impriżi ferrovjarji.

Din il-konsultazzjoni onlajn ġiet ikkomplementata minn laqgħat individwali tar-rappreżentanti tas-settur.

Seduta mal-partijiet interessati ġiet ukoll organizzata fit-12 ta’ Settembru 2013, li fiha ħadu sehem 85 rappreżentanti tal-partijiet interessati. Aktar dettalji dwar dan il-proċess ta’ konsultazzjoni jinsabu fl-Anness V tal-valutazzjoni tal-impatt.

2.2.        Valutazzjoni tal-Impatt

Ir-Regolament propost kien suġġett għal Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, mehmuża mal-proposta. Il-Valutazzjoni tal-Impatt analizzat għażliet differenti għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni ferrovjarja fil-ġejjieni, inklużi t-tkomplija fir-riċerka kollaborattiva, l-istabbiliment ta’ PPP kuntrattwali, it-twaqqif ta’ PPP istituzzjonali fil-forma ta’ impriża konġunta, jew il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li, minkejja aktar żmien għat-twaqqif, l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta, filwaqt li jitqiesu l-esperjenzi miksuba minn impriżi konġunti eżistenti, jipprovdi l-aktar struttura ta’ governanza xierqa għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni ferrovjarji fil-ġejjieni.

Il-benefiċċji prinċipali tal-Impriża Konġunta huma li l-koordinazzjoni, l-ipprogrammar u t-twettiq ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni ferrovjarja jkunu r-responsabbiltà ta’ struttura amministrattiva, dedikata u unika, li tiżgura aktar kontinwità u inqas frammentazzjoni tal-isforzi fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni. L-iżvilupp ta’ pjan fit-tul u strateġiku u programmi ta’ ħidma dettaljati, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ dawk kollha li jieħdu sehem fis-suq, se jiżguraw il-kwalità u r-rilevanza ta’ proġetti ta' riċerka u innovazzjoni f’termini ta’ sostenn għall-kompetittività tas-settur ferrovjarju. Ir-rwol ewlieni tal-Kummissjoni se jiżgura wkoll l-allinjament ta’ strateġija dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni mal-għanijiet li tinkiseb Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. In-natura stabbli tal-impriża konġunta, u l-impenji sodi u legalment vinkolanti mill-UE u l-imsieħba mill-industrija, se jiżguraw aktar effett ta’ lieva minn għażliet oħra. Impriża konġunta tiżgura wkoll il-parteċipazzjoni wiesgħa u bbilanċjata tal-partijiet interessati, bis-saħħa ta’ ġestjoni trasparenti u flessibbli tal-kundizzjonijiet tas-sħubija u r-rwoli ta’ konsultazzjoni.

Impriża konġunta hija wkoll l-għażla ppreferuta skont ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika. Huwa meqjus li din tkun kważi darbtejn aktar effettiva minn kwalunkwe għażla oħra, b’erbgħa minn kull ħames rispondenti jgħidu li din tkun effettiva jew effettiva ħafna biex tirrispondi għall-isfidi identifikati.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1.        Kontenut tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta Shift2Rail (l-Impriża Konġunta S2R) skont l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Bħala parti integrali mill-Pakkett dwar l-Investiment fl-Innovazzjoni, l-Impriża Konġunta S2R se jkollha sehem mid-dispożizzjonijiet standard tal-proposti għall-ħames impriżi konġunti għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta mressqa f'Lulju 2013. Madankollu, l-awtoritajiet pubbliċi huma mistennija jkollhom rwol aktar b'saħħtu fl-Impriża Konġunta S2R minn ma huwa l-każ fl-impriżi konġunti tal-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti impriżi, minħabba l-għan ta’ kontribuzzjoni ewlenija tagħha biex timplimenta Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, biex b'hekk l-istruttura tal-governanza tal-Impriża Konġunta S2R se jkun differenti.

L-Impriża Konġunta S2R għandha tiġi stabbilita għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2024. Se tkun imwaqqfa mill-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, u mill-Membri Fundaturi għajr l-Unjoni, li huma elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament. L-attivitajiet tal-Impriża Konġunta S2R se jiġu ffinanzjati b’mod konġunt mill-Unjoni u l-membri tal-Impriża Konġunta S2R għajr l-Unjoni.

3.2.        Bażi legali

Il-bażi ġuridika tal-proposta hija l-Artikolu 187 tat-TFUE. Ir-Regoli għall-Parteċipazzjoni u d-Disseminazzjoni ta’ Orizzont 2020 se japplikaw.

3.3.        Sussidjarjetà u proporzjonalità

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed permezz tal-programmi nazzjonali minħabba li l-kobor tal-isfida jaqbeż il-kapaċità ta’ kwalunkwe Stat Membru li jaġixxi waħdu. Jeżistu differenzi sinifikanti fost il-programmi nazzjonali. Il-frammentazzjoni tagħhom u oqsma fejn okkażjonalment jirfsu fuq xulxin jitolbu għal azzjoni aktar effiċjenti fil-livell tal-UE. Il-ġbir flimkien u l-koordinazzjoni tal-isforzi tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE għandhom iktar probabbiltà ta’ suċċess, minħabba n-natura tranżnazzjonali tal-infrastruttura u t-teknoloġiji li jridu jiġu żviluppati, kif ukoll il-ħtieġa li tinkiseb massa suffiċjenti ta’ riżorsi. L-involviment tal-UE se jgħin biex jirrazzjonalizza l-programmi tar-riċerka u jiżgura l-interoperabbiltà tas-sistemi żviluppati mhux biss permezz ta’ riċerka komuni prenormattiva biex tappoġġja t-tħejjija ta’ standards iżda wkoll permezz ta’ standardizzazzjoni de facto li tiġi mill-kooperazzjoni stretta fir-riċerka u l-proġetti tranżnazzjonali ta’ dimostrazzjoni. Din l-istandardizzazzjoni se tiftaħ suq usa’ u tippromwovi l-kompetizzjoni. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-kisba tal-għanijiet tiegħu.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni għall-inizjattiva Shift2Rail għandha tkun ta’ EUR 450 miljun[5], inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-EFTA, imħallsa minn approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għal Programm Speċifiku tal-Orizzont 2020 li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020. Din il-kontribuzzjoni se ssir mill-Isfida ta' Trasport Intelliġenti, Ekoloġiku u Integrat taħt il-pilastru tal-Isfidi tas-Soċjetà[6]. Dan l-ammont jinkludi EUR 52 miljun li kienu mwarrba għall-finanzjament ta' azzjonijiet ta’ riċerka ferrovjarja kollaborattiva taħt il-Programm ta' Ħidma dwar it-Trasport H2020 għall-2014-2015, fil-perjodu ta' stennija għat-tnedija tal-Impriża Konġunta S2R. Dawn l-azzjonijiet ta' riċerka kollaborattiva se jkunu l-ewwel pass lejn l-azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni li se jiġi ffinanzjat mill-Impriża Konġunta S2R. Il-ġestjoni ta’ dawn l-attivitajiet u l-istimi korrispondenti, kif ukoll ta’ xi ammonti mhux kommessi wara sejħiet għal proposti, jistgħu jittieħdu mill-Impriża Konġunta S2R ladarba din tikseb il-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess. Il-fondi magħmula disponibbli mill-Kummissjoni biex ikopru l-infiq operattiv se jkun tal-anqas milħuqa b’kontribuzzjonijiet mill-industrija.

Il-kostijiet amministrattivi tal-Impriża Konġunta S2R m’għandhomx jeċċedu EUR 27 miljun għat-tul taż-żmien tal-Impriża Konġunta S2R. Dawn il-kostijiet se jkunu koperti permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji f’partijiet ugwali mill-Unjoni u l-membri tal-Impriża Konġunta S2R għajr l-Unjoni[7].

2013/0445 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[8],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali[9],

Billi:

(1)       L-istrateġija Ewropa 2020[10] tenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni, inkluża l-ekoinnovazzjoni, sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni.

(2)       Il-White Paper dwar il-Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport, adottata fit-28 ta’ Marzu 2011 (il-“White Paper tal-2011”)[11], tenfasizza l-ħtieġa li tinħoloq Żona Ferrovjarja Unika Ewropea biex tinkiseb sistema tat-trasport kompetittiva u b’użu effiċjenti tar-riżorsi tal-Unjoni, u biex tindirizza kwistjonijiet soċjetali ewlenin bħad-domanda li kull ma jmur qed tiżdied tat-traffiku, il-konġestjoni, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u t-tibdil fil-klima. Il-White Paper iżżid li l-innovazzjoni se tkun essenzjali għal din l-istrateġija u li r-riċerka tal-UE teħtieġ tindirizza ċ-ċiklu sħiħ tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-varar b’mod integrat, billi tiffoka fuq it-teknoloġiji l-aktar promettenti u ġġib flimkien l-atturi kollha involuti.

(3)       Ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- … 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għall-perjodu 2014-2020 ("Programm ta' Qafas Orizzont 2020")[12] għandu l-għan li jkollu impatt ikbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jikkombina l-Programm ta' Qafas Orizzont 2020 u l-fondi tas-settur privat fi sħubijiet pubbliċi-privati f’oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għal għanijiet usa’ fil-kompetittività tal-Unjoni u jgħinu biex jingħelbu l-isfidi soċjetali. L-involviment tal-Unjoni f’dawn is-sħubijiet jistgħu jieħdu l-forma ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal impriżi konġunti stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 tat-Trattat.

(4)       Skont id-Deċiżjoni (UE) Nru …/2013 tal-Kunsill ta’ … 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 (2014-2020)[13], għandu jingħata iktar appoġġ lill-impriżi konġunti kif stabbilit fil-Programm Qafas Orizzont 2020 taħt il-kundizzjonijiet speċifikati f'dik id-Deċiżjoni.

(5)       Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-sħubijiet Pubbliċi-Privati f'Orizzont 2020: għodda b'saħħitha biex twassal l-innovazzjoni u t-tkabbir fl-Ewropa[14] tidentifika sħubijiet speċifiċi pubbliċi-privati li għandhom jiġu appoġġjati, inklużi l-ħames impriżi konġunti tal-Iniżjattiva Teknoloġika Konġunta, u l-Impriża Konġunta SESAR (Riċerka ATM dwar is-Sema Uniku Ewopew). Barra minn hekk, tappella għal impriża konġunta fis-settur ferrovjarju fid-dawl tad-daqs tal-isforzi fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni meħtieġa biex tinbena t-tmexxija tal-UE fit-teknoloġiji ferrovjarji u l-ħtieġa politika li tiġi kkompletata ż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea.

(6)       Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju – li jlesti ż-żona ferrovjarja unika Ewropea biex jitrawmu l-kompetittività u t-tkabbir tal-Unjoni (“Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju”)[15] – jenfasizza l-ħtieġa ta' impriża konġunta fis-settur ferrovjarju li tgħin fl-iżvilupp tal-ferroviji bħala mezz ta’ trasport billi tippromwovi innovazzjonijiet radikali għall-vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri, it-trasport tal-merkanzija, is-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku u l-infrastruttura ferrovjarja. Din tenfasizza l-importanza li jinkiseb valur aħjar għall-flus investiti fil-ferroviji minħabba n-nuqqas ta’ fondi pubbliċi, bis-saħħa tal-ħolqien ta’ suq uniku, u titlob li jkun hemm approċċ aktar Ewropew lejn il-ferroviji sabiex titħeġġeġ bidla modali mit-trasport bit-triq u bl-ajru.

(7)       L-Impriża Konġunta Shift2Rail (minn hawn ’il quddiem l-"Impriża Konġunta S2R”) għandha tkun PPP bl-għan li tistimula u tikkoordina aħjar l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni fis-settur tal-ferroviji bil-għan li titħaffef u tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar integrata, effiċjenti, sostenibbli u attraenti tas-suq ferrovjarju tal-UE, skont il-bżonnijiet kummerċjali fis-settur ferrovjarju u bil-għan ġenerali li tinkiseb Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. B’mod partikolari, l-Impriża Konġunta S2R għandha tikkontribwixxi għal objettivi speċifiċi ddefiniti fil-White Paper tal-2011 u r-Raba’ Pakkett Ferrovjarju, inklużi l-effiċjenza mtejba fis-settur ferrovjarju għall-benefiċċju tal-fondi pubbliċi; espansjoni konsiderevoli jew immodernizzar tal-kapaċità tan-netwerk ferrovjarju, sabiex tippermetti lill-ferrovija tikkompeti effettivament u tieħu proporzjon bil-wisq akbar ta’ trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija; titjib fil-kwalità tas-servizzi bil-ferrovija billi jitwieġbu l-ħtiġijiet tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-burdnara; it-tneħħija ta’ ostakli tekniċi li qed iżommu lura s-settur f’termini ta’ interoperabbiltà; u t-tnaqqis ta’ esternalitajiet negattivi marbuta mat-trasport ferrovjarju. Il-progress tal-Impriża Konġunta S2R biex jintlaħqu dawn l-għanijiet għandha titkejjel kontra indikaturi ta’ rendiment ewlenin.

(8)       Ir-regoli għall-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jiġu stipulati fl-Istatuti tal-Impriża Konġunta S2R bħala parti minn dan ir-Regolament.

(9)       Il-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta S2R għandhom ikunu l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, u l-membri fundaturi għajr l-Unjoni, elenkati fl-Anness II, sakemm dawn jaċċettaw l-istatuti stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Dawn il-Membri fundaturi għajr l-Unjoni huma entitajiet ġuridiċi waħdanin finanzjarjament b’saħħithom li jkollhom il-kapaċitajiet finanzjarji u li jkunu esprimew il-qbil tagħhom, bil-miktub, wara konsultazzjonijiet intensi mal-partijiet konċernati, li jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji kbar biex isegwu l-attivitajiet ta’ riċerka fil-qasam tal-Impriża Konġunta S2R, fi ħdan struttura adattata sew għan-natura ta’ sħubija bejn il-pubbliku u l-privat.

(10)     Il-parteċipazzjoni sostanzjali tal-industrija hija element essenzjali tal-inizjattiva S2R. Għalhekk, hu fundamentali li l-baġit pubbliku tal-inizjattiva S2R talanqas jintlaħaq b’kontribuzzjonijiet mill-industrija. Is-sħubija għalhekk se tkun miftuħa għal entitajiet pubbliċi jew privati oħra li lesti li jikkommettu r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam tal-Impriża Konġunta S2R.

(11)     L-għan tal-Impriża Konġunta S2R għandu jkun li tmexxi l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u validazzjoni tal-inizjattiva S2R billi tikkombina l-finanzjament mis-settur pubbliku ma' dak privat ipprovdut mill-membri tagħha, u billi tuża riżorsi tekniċi esterni u interni. Għandha tistabbilixxi forom ġodda ta’ kollaborazzjoni, li huma konsistenti mar-regoli ta’ kompetizzjoni, bejn il-partijiet interessati tal-katina tal-valur ferrovjarja kollha u minn barra mis-settur ferrovjarju tradizzjonali, u għandha tiġbed l-esperjenza u l-għarfien espert tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-interoperabbiltà u s-sikurezza.

(12)     Sabiex jinkisbu l-għanijiet tagħha, l-Impriża Konġunta S2R għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju, prinċipalment fil-forma ta’ għotjiet lill-membri u permezz tal-aktar miżuri xierqa, bħall-akkwist jew l-għoti ta’ għotjiet wara sejħiet għal proposti.

(13)     L-Impriża Konġunta S2R għandha topera b’mod trasparenti u tipprovdi kull informazzjoni disponibbli rilevanti lill-korpi xierqa tagħha kif ukoll tippromwovi l-attivitajiet tagħha skont dan.

(14)     L-attivitajiet imwettqa mill-Impriża Konġunta S2R huma primarjament attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Għalhekk, il-finanzjament mill-Unjoni għandu jitħallas mill-Programm ta' Qafas Orizzont 2020. Madankollu, biex jinkiseb l-aħjar impatt, l-Impriża Konġunta S2R għandha tiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma’ programmi u strumenti ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni, bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej jew il-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji.

(15)     Kontributi minn membri għajr l-Unjoni għandhom jiġu ddefiniti fi ftehim ta' sħubija mal-Impriża Konġunta S2R. Dawn il-kontribuzzjonijiet mill-Membri privati ma għandhomx ikunu marbuta biss mal-kostijiet amministrattivi tal-Impriża Konġunta S2R u mal-kofinanzjament meħtieġ biex jitwettqu azzjonijiet ta’ riċerka u ta' innovazzjoni appoġġjati mill-Impriża Konġunta S2R. Il-kontribuzzjonijiet tagħhom iridu jkunu marbutin ukoll ma' attivitajiet addizzjonali li għandhom jittieħdu minnhom bil-għan li jiġi żgurat impatt qawwi. Dawk l-attivitajiet addizzjonali għandhom jirrappreżentaw kontribuzzjonijiet għal inizjattiva S2R usa’.

(16)     Il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta S2R għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru … /2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’"Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)[16].

(17)     Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta S2R għandha titmexxa skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u bir-regoli rilevanti dwar il-ġestjoni indiretta stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[17] u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012.[18]

(18)     L-awditi ta’ dawk li jirċievu fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandhom isiru b’tali mod li jitnaqqas il-piż amministrattiv, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru .../2013 [il-Programm ta' Qafas Orizzont 2020].

(19)     L-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jitħarsu b'miżuri proporzjonati tul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' finanzjamenti mitlufa, imħallsa ħażin jew użati ħażin u, meta meħtieġ, penali amministrattivi u finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(20)     L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq l-Impriża Konġunta S2R bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

(21)     Skont l-Artikolu 287(1) tat-Trattat, l-istrument kostitwenti ta’ korpi, uffiċċji jew aġenziji stabbiliti mill-Unjoni jista’ jipprekludi l-eżami tal-kontijiet tad-dħul u tan-nefqa kollha ta' dawk il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji mill-Qorti tal-Awdituri. Skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kontijiet tal-korpi skont l-Artikolu 209 Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom jiġu eżaminati minn korp tal-awditu indipendenti li għandu jagħti opinjoni, fost l-oħrajn, dwar il-kredibbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet imniżżlin fihom. L-evitar ta’ duplikazzjoni tal-eżami tal-kontijiet jiġġustifika li l-kontijiet tal-Impriża Konġunta S2R ma għandhomx ikunu soġġetti għal eżami mill-Qorti tal-Awdituri.

(22)     Sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif tal-Impriża Konġunta S2R, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u t-tħaddim inizjali tal-Impriża Konġunta S2R sakemm ikollha l-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess.

(23)     Peress li l-għanijiet tal-Intrapriża Konġunta S2R fit-tisħiħ tar-riċerka industrijali u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fuq livell tal-Unjoni, biex b’hekk tiġi evitata d-duplikazzjoni, tinżamm massa kritika u jiġi żgurat li l-finanzjament pubbliku qed jintuża bl-aħjar mod, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 – Stabbiliment

1.           Sabiex tikkoordina u timmaniġġja investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni fis-settur ferrovjarju Ewropew, Impriża Komuni fit-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat (l-"Impriża Konġunta Shift2Rail” jew l-"Impriża Konġunta S2R”) hija b’dan stabbilita sal-31 ta’ Diċembru 2024.

2.           L-Impriża Konġunta S2R għandha tikkostitwixxi korp responsabbli bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata imsemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[19].

3.           L-Impriża Konġunta S2R għandu jkollha personalità ġuridika. F’kull Stat Membru, hija tkun tista’ tgawdi minn kapaċità legali estensiva li tingħata lil persuni legali skont il-liġi ta’ dak l-Istat. Din tista' tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tista' tkun parti fi proċedimenti legali.

4.           Is-sede tal-Impriża Konġunta S2R għandha tkun fi Brussell, il-Belġju.

5.           L-Istatuti tal-Impriża Konġunta S2R huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2 – Għanijiet

1.           L-Impriża Konġunta S2R għandu jkollha l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

(a) li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... 2013 li jistabbilixxu l-Programm Qafas Orizzont 2020, u b'mod partikolari parti mill-Isfida ta' Trasport Intelliġenti, Ekoloġiku u Integrat taħt il-pilastru tal-Isfidi tas-Soċjetà tad-Deċiżjoni Nru ... /2013 UE tal-Kunsill ta' ... 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku Orizzont 2020;

(b) li tikkontribwixxi għall-ilħuq ta’ Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, għal tranżizzjoni aktar rapida u irħas għal sistema ferrovjarja Ewropea aktar attraenti, kompetittiva, effiċjenti u sostenibbli, u ta’ bidla modali mit-trasport bit-triq u l-ajru għall-ferrovija, permezz ta’ approċċ komprensiv u koordinat li jindirizza l-ħtiġijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tas-sistema ferrovjarja u l-utenti tagħha. Dan l-approċċ għandu jkopri il-vetturi ferrovjarji, l-infrastruttura u l-immaniġġjar tat-traffiku għal segmenti tas-suq u tal-merkanzija fuq distanzi twal, it-traffiku tal-passiġġieri reġonali, lokali u urban, kif ukoll konnessjonijiet intermodali bejn il-binarji u modalitajiet oħra, li jipprovdu lill-utenti b’soluzzjoni minn tarf sa tarf integrata għall-ħtiġijiet tal-ivjaġġar u t-trasport ferrovjarju tagħhom – minn appoġġ tranżazzjonali għal assistenza tul ir-rotta;

(c) li tiżviluppa – u tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti ta' – Master Plan strateġiku (il-"Master Plan tal-S2R"), kif imsemmi fil-klawżola 1(4) tal-Istatuti li jinsabu fl-Anness I;

(d) li taġixxi bħala punt uniku ta’ referenza relatat mal-ferroviji fuq proġetti tar-riċerka u l-innovazzjoni ffinanzjati fil-livell tal-Unjoni, u tiżgura l-koordinament fost il-proġetti u tipprovdi lill-partijiet interessati b'kull informazzjoni rilevanti;

(e) li tippromwovi b’mod attiv il-parteċipazzjoni u l-involviment mill-qrib tal-partijiet interessati rilevanti kollha fil-katina tal-valur ferrovjarja sħiħa u minn barra l-industrija tal-ferroviji tradizzjonali: b'mod partikolari l-manifatturi ta’ tagħmir tal-ferroviji (kemm il-vetturi ferrovjarji u kemm is-sistemi tal-kontroll tal-ferrovija) u l-katina ta’ provvista tagħhom, l-amministraturi tal-infrastruttura, l-operaturi ferrovjarji (kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija), il-vetturi ferrovjarja, il-kumpaniji tal-kiri, l-aġenziji taċ-ċertifikazzjoni, l-assoċjazzjonijiet professjonali tal-persunal, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti (kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija), kif ukoll l-istituzzjonijiet xjentifiċi rilevanti jew il-komunità xjentifika rilevanti. L-involviment ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE[20], għandu jkun żgurat.

2.           B’mod aktar speċifiku, l-Impriża Konġunta S2R għandha tfittex li tiżviluppa, tintegra, turi u tivvalida teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi li jirrispettaw standards stretti ta’ sikurezza, u l-valur tagħhom jista' jitkejjel skont l-indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin li ġejjin:

(a) tnaqqis ta’ 50% tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema tat-trasport ferrovjarju, permezz ta’ tnaqqis tal-ispejjeż tal-iżvilupp, iż-żamma, l-operat u t-tiġdid tal-infrastruttura u l-vetturi ferrovjarji, kif ukoll permezz ta’ żieda fl-effiċjenza tal-enerġija;

(b) żieda ta’ 100% fil-kapaċità tas-sistema tat-trasport ferrovjarju biex tissodisfa ż-żieda fid-domanda għal servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri u tal-merkanzija;

(c) żieda ta’ 50% fl-affidabbiltà u l-puntwalità tas-servizzi bil-ferrovija;

(d) it-tneħħija ta’ ostakli tekniċi li għad baqa' u li qed iżommu lura lis-settur ferrovjarju f’termini ta’ interoperabbiltà u effiċjenza, b’mod partikolari billi tfittex li tagħlaq punti li jibqgħu miftuħa fuq speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (TSIs) minħabba nuqqas ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi, u billi tiżgura li s-sistemi kollha u s-soluzzjonijiet żviluppati mill-Impriża Konġunta S2R huma kompletament interoperabbli;

(e) it-tnaqqis tal-esternalitajiet marbuta mat-trasport ferrovjarju, b’mod partikolari l-istorbju, vibrazzjonijiet, l-emissjonijiet u impatti ambjentali oħrajn.

Artikolu 3 – Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

1.           Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni għall-inizjattiva Shift2Rail għandha tkun ta' EUR 450 miljun, inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-EFTA, u titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokat lill-Programm Speċifiku Orizzont 2020 li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020 skont id-dispożizzjonijiet relavanti fl-Artikolu 58(1)(c)(iv) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għal korpi msemmija fl-Artikolu 209 ta’ dak ir-Regolament. Dan l-ammont jinkludi:

(a) kontribuzzjoni massima lill-Impriża Konġunta S2R biex tkopri l-kostijiet amministrattivi u l-kostijiet operattivi, ta' EUR 398 miljun. Il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni biex tkopri l-kostijiet operattivi għandu jkun ta’ EUR 13.5 miljun;

(b) ammont addizzjonali ta’ massimu ta’ EUR 52 miljun, allokati skont il-Programm ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' H2020 2014-2015. L-amministrazzjoni ta’ din il-kontribuzzjoni addizzjonali tista’ tittieħed mill-Impriża Konġunta S2R ladarba din tikseb il-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess.

2.           Fondi addizzjonali li jikkumplimentaw il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu allokati minn strumenti oħra tal-Unjoni b'appoġġ għal azzjonijiet għall-varar ta’ riżultati maturi tal-Impriża Konġunta S2R.

3.           L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom ikunu stabbiliti fi ftehim ta' delega u ftehimiet ta’ trasferiment annwali ta’ fondi li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u l-Impriża Konġunta S2R.

4.           Il-ftehim ta' delega msemmi fil-paragrafu 3 għandu jindirizza l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 58(3) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fl-Artikolu 40 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, kif ukoll, fost l-oħrajn, dawn li ġejjin:

(a) ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta S2R rigward indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) Nru … [il-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020];

(b) ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta S2R fid-dawl tal-monitoraġġ msemmi fl-Anness III tad-Deċiżjoni (UE) Nru … [il-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020];

(c) l-indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni relatati mal-funzjonament tal-Impriża Konġunta tal-S2R;

(d) l-arranġamenti rigward il-forniment tad-dejta meħtieġa biex tiżgura li l-Kummissjoni tkun kapaċi tabbozza l-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħha u tissodisfa t-tixrid tagħha u l-obligazzjonijiet ta’ rappurtar;

(e) l-użu ta’ u l-bidliet tar-riżorsi umani, b’mod partikolari r-reklutaġġ minn grupp ta’ funzjoni, il-grad u l-kategorija, l-eżerċizzju tal-klassifikazzjoni mill-ġdid u kwalunkwe tibdil fin-numru tal-membri tal-persunal.

Artikolu 4 – Il-kontribuzzjoni tal-Membri għajr l-Unjoni

1.           Kull Membru tal-Impriża Konġunta S2R għajr l-Unjoni għandu jirranġa għall-entitajiet affiljati tiegħu biex jagħmlu l-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom. Il-kontribuzzjoni totali mill-membri kollha għajr l-Unjoni għandhom ikunu ta’ mill-inqas EUR 470 miljun matul il-perjodu ddefinit fl-Artikolu 1.

2.           Il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun magħmula mil-livelli li ġejjin:

(a) kontribuzzjonijiet għal Impriża Konġunta l-S2R ta’ mill-inqas EUR 350 miljun, kif stipulat fil-klawżola 15(2) u l-klawżola 15(3)(b) tal-Istatuti mniżżla fl-Anness I, inklużi mill-inqas EUR 200 miljun mill-membri fundaturi għajr l-Unjoni u l-entitajiet affiljati tagħhom, u tal-anqas EUR 150 miljun minn membri assoċjati u l-entitajiet affiljati tagħhom;

(b) kontribuzzjonijiet in natura ta’ mill-inqas EUR 120 miljun, li minnhom mill-inqas EUR 70 miljun jiġu mill-membri fundaturi għajr l-Unjoni u l-entitajiet affiljati tagħhom, u tal-anqas EUR 50 miljun minn membri assoċjati u l-entitajiet affiljati tagħhom, li jikkonsistu fl-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet addizzjonali barra l-pjan ta’ ħidma tal-Impriża Konġunta S2R, li huma kumplimentari għal dan il-pjan ta’ ħidma u jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Master Plan tal-S2R. Programmi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni jistgħu jappoġġjaw dawk l-ispejjeż b’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli. F’dawn il-każijiet, il-finanzjament mill-Unjoni m’għandux jissostitwixxi l-kontribuzzjonijiet in natura mill-Membri għajr l-Unjoni jew l-entitajiet affiljati tagħhom.

Il-kostijiet imsemmija fil-punt (b) ma għandhomx ikunu eleġibbli għall-appoġġ finanzjarju mill-Impriża Konġunta S2R. L-attivitajiet korrispondenti għandhom ikunu stipulati fil-Ftehim ta' Sħubija msemmi fil-klawżola 3(2) tal-Istatuti fl-Anness I, li tindika valur stmat ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet.

3.           Il-Membri tal-Impriża Konġunta S2R minbarra l-Unjoni għandhom jirrappurtaw kull sena sal-31 ta’ Jannar lill-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta S2R rigward il-valur tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 li saru f’kull sena finanzjarja preċedenti.

4.           Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u l-klawżola 15(3)(b) tal-Istatuti stabbiliti fl-Anness I, l-ispejjeż għandhom jiġu stabbiliti skont il-prattika normali tal-kontabbiltà tal-ispejjeż tal-entitajiet ikkonċernati, skont l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli tal-pajjiż fejn kull waħda mill-entitajiet hija stabbilita, u l-istandards tal-kontabbiltà internazzjonali applikabbli / l-istandards ta’ rappurtar finanzjarju internazzjonali. L-ispejjeż għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti maħtur mill-entità konċernata. L-ivvalutar tal-kontribuzzjonijiet għandha tivverifikah l-Impriża Konġunta tal-S2R. F’każ ta’ inċertezzi li fadal, il-valutazzjoni tista’ tkun ivverifikata mill-Impriża Konġunta S2R, kif imsemmi fil-klawżola 20 tal-Istatuti.

5.           Kull Membru tal-Impriża Konġunta S2R għajr l-Unjoni li jonqos milli jwettaq l-impenji tiegħu rigward il-kontributi msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien sitt xhur tal-iskadenza stabbilita fil-Ftehim ta' Sħubija tiegħu għandu jiġi skwalifikat milli jivvota fil-Bord Amministrattiv sa tali żmien li l-obbligi tiegħu jkunu twettqu. Jekk l-obbligi jkunu għadhom ma twettqux mal-iskadenza ta’ perjodu ulterjuri ta’ sitt xhur, l-isħubija għandha tiġi revokata.

6.           Addizzjonalment għall-paragarafu 5, il-Kummissjoni tista’ ttemm, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta S2R jew tibda l-proċedura tal-istralċ imsemmija fil-klawżola 23(2) tal-Istatuti stabbiliti fl-Anness I jekk dawk il-membri jew entitajiet affiljati tagħhom ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu biss parzjalment jew jikkontribwixxu tard fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 5 – Ir-regoli finanzjarji

L-Impriża Konġunta S2R għandha tadotta r-regoli finanzjarji speċifiċi tagħha skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament (UE) Nru … [Regolament Delegat dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju].

Artikolu 6 – Persunal

1.           Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[21] u r-regoli adottati permezz tal-Ftehim bejn l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jingħata effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra, għandhom japplikaw għall-persunal impjegat mill-Impriża Konġunta S2R.

2.           Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Impriża Konġunta S2R, is-setgħat mogħtija lilu mir-Regolamenti tal-Persunal dwar l-Awtorità li taħtar u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg fuq l-Awtorità li tingħata s-Setgħa li Tikkonkludi Kuntratt ta’ Impjieg (minn issa ’l quddiem "is-setgħat tal-awtorità li taħtar").

Skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta Deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra, li tiddelega s-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv, u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom din il-delega ta' setgħat tista' tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv huwa awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat.

Fejn ċirkustanzi eċċezzjonali jitolbu dan, il-Bord tat-Tmexxija jista’, permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delegazzjoni ta' setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar, u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal tal-Impriża Konġunta S2R għajr id-Direttur Eżekuttiv.

3.           Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni xierqa għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.           Ir-riżorsi tal-persunal għandhom ikunu ddeterminati mill-pjan tal-istabbiliment tal-persunal tal-Impriża Konġunta S2R li jindika l-għadd ta' postijiet temporanji skont il-grupp tal-funzjoni u skont il-grad, u l-għadd ta' persunal bil-kuntratt espress f'ekwivalenti full-time, skont il-baġit annwali tiegħu.

5.           Il-persunal tal-Impriża Konġunta S2R għandu jikkonsisti minn persunal temporanju u persunal kuntrattwali.

6.           Il-kostijiet kollha relatati mal-persunal għandha ġġarrabhom l-Impriża Konġunta S2R.

Artikolu 7 – Esperti Nazzjonali Sekondati u apprendisti

1.           L-Impriża Konġunta S2R tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati u l-apprendisti mhux impjegati mill-Impriża Konġunta S2R. In-numru ta’ esperti nazzjonali sekondati espressi f’ekwivalenti ta’ full-time għandu jiżdied mal-informazzjoni dwar il-persunal kif hemm imsemmi fl-Artikolu 6(4) ta’ dan ir-Regolament skont il-baġit annwali.

2.           Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar ta' esperti nazzjonali lill-Impriża Konġunta S2R dwar l-użu ta' apprentistati.

Artikolu 8 – Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni għandu japplika għall-Impriża Konġunta S2R u l-persunal tagħha.

Artikolu 9 – Responsabbiltà tal-Impriża Konġunta S2R

1.           L-obbligi kuntrattwali tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jitmexxew mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim, deċiżjoni jew kuntratt inkwistjoni.

2.           Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta S2R, b’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, għandha tagħmel tajjeb għad-danni kollha kkawżati mill-persunal tagħha fil-qadi ta’ dmirijiethom.

3.           Kwalunkwe pagament li jsir mill-Impriża Konġunta S2R fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafi 1 u 2, u l-infiq u l-ispejjeż li ġġarrab f’konnessjoni ma’ dan, għandhom jiġu kkunsidrati bħala nfiq tal-Impriża Konġunta S2R u għandhom jiġu koperti mir-riżorsi tal-Impriża Konġunta.

4.           L-Impriża Konġunta S2R għandha tkun unikament responsabbli għall-konformità mal-obbligi tagħha.

Artikolu 10 – Ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-liġi applikabbli

1.           Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġuriżdizzjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fit-Trattat kif ukoll fil-każi li ġejjin:

(a) kull tilwima bejn il-membri li jkollha x’taqsam mas-suġġett ta’ dan ir-Regolament;

(b) skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ inkluża fi ftehimiet, deċiżjonijiet jew kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta S2R;

(c) f'tilwima relatata ma' kumpens għal danni kkawżati mill-persunal tal-Impriża Konġunta S2R fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom;

(d) f'xi tilwima bejn l-Impriża Konġunta S2R u l-ħaddiema tagħha fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti dwar il-Persunal għal Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea.

2.           Għal kull materja li mhix koperta b’dan ir-Regolament jew min atti oħra tal-liġi tal-Unjoni, tapplika l-liġi tal-Istat fejn tinsab is-sede tal-Impriża Konġunta S2R.

Artikolu 11 – Evalwazzjoni

1.           Sal-31 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta S2R. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni, u l-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2018.

2.           Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni interim imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tieħu azzjoni skont l-Artikolu 4(5), jew tieħu kull azzjoni xierqa oħra.

3.           Fi żmien sitt xhur wara l-proċess ta’ stralċ tal-Impriża Konġunta S2R, iżda f'kull eventwalità mhux iktar tard minn sentejn wara li tinbeda l-proċedura tal-proċess ta’ stralċ li hemm referenza għaliha fi Klawżola 23 tal-Istatuti inklużi fl-Anness I, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta S2R. Ir-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni finali għandhom ikunu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 12 – Rilaxx

1.           Ir-rilaxx tal-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta S2R għandu jkun parti mir-rilaxx li jagħti l-Parlament Ewropew, skont rakkomandazzjoni tal-Kunsill, lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 319 tat-Trattat.

2.           L-Impriża Konġunta S2R għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura tar-rilaxx, u għandha tipprovdi, kif xieraq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa. F'dan il-kuntest, l-Impriża Konġunta tista' tintalab li tiġi rrappreżentata waqt il-laqgħat mal-istituzzjonijiet jew il-korpi rilevanti, u li tgħin lill-uffiċjal awtoritattiv tal-Kummissjoni b'delega.

Artikolu – 13 Awditi ex-post

1.           L-awditi ex-post tan-nefqa f'azzjonijiet indiretti għandha tagħmilhom l-Impriża Konġunta S2R skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru … [il-Programm Qafas Orizzont 2020], bħala parti mill-azzjonijiet indiretti tal-Programm Qafas Orizzont 2020.

2.           Sabiex tiżgura l-koerenza, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 14 – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-membri

1.           Mingħajr preġudizzju għall-klawżola 19(4) tal-Istatuti stabbiliti fl-Anness I, l-Impriża Konġunta S2R għandha tagħti lill-persunal tal-Kummissjoni u persuni oħra awtorizzati mill-Impriża Konġunta S2R jew il-Kummissjoni, kif ukoll il-Qorti tal-Awdituri, aċċess għall-postijiet tagħha u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, kif meħtieġ sabiex isiru dawn l-awditi.

2.           L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[22] u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996[23] bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim għal għotja jew deċiżjoni għal għotja jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.

3.           Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, il-kuntratti, il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li b'mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, l-Impriża Konġunta S2R, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF, li jwettqu tali verifiki u investigazzjonijiet skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

4.           L-Impriża Konġunta S2R għandha tiżgura li jitħarsu kif xieraq l-interessi finanzjarji tal-membri tagħha billi tagħmel jew tikkummissjona kontrolli interni u esterni xierqa.

5.           L-Impriża Konġunta S2R għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta' investigazzjonijiet interni mill-OLAF[24]. L-Impriża Konġunta S2R għandha tadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet interni mwettqa mill-OLAF.

Artikolu 15 – Kunfidenzjalità

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, l-Impriża Konġunta S2R għandha tiżgura li titħares kull informazzjoni sensittiva li jekk tinkixef, ikun ta' dannu għall-interessi tal-Membri tagħha jew tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta S2R.

Artikolu 16 – Trasparenza

1.           Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[25] għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta S2R.

2.           L-Impriża Konġunta S2R għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.           Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, id-deċiżjonijiet li tieħu l-Impriża Konġunta S2R skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' lment lill-Ombudsman skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 228 tat-Trattat.

4.           L-Impriża Konġunta S2R għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali lil istituzzjonijiet u korpi Komunitarji[26].

Artikolu 17 – Regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid

Ir-Regolament (UE) Nru ... [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020] għandu japplika għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Impriża Konġunta S2R. Skont dak ir-Regolament, l-Impriża Konġunta S2R għandha titqies bħala korp tal-iffinanzjar u għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet indiretti kif stabbilit fil-klawżola 2 tal-Istatuti inklużi fl-Anness I.

Artikolu 18 – Appoġġ mill-Istat li jospita

L-Impriża Konġunta S2R u l-Istat fejn tinsab is-sede jistgħu jagħmlu ftehim amministrattiv dwar il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li dan l-Istat għandu jagħti lill-Impriża Konġunta S2R.

Artikolu 19 – Azzjonijiet esterni

1.           Il-Kummissjoni hi responsabbli għall-istabbiliment u l-operazzjoni inizjali tal-Impriża Konġunta S2R sakemm din ikollha l-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess. Il-Kummissjoni, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, għandha twettaq l-azzjonijiet neċessarji kollha f'kollaborazzjoni mal-Membri l-oħra bl-involviment tal-korpi kompetenti tal-Impriża Konġunta S2R.

2.           Għal dak il-għan,

(a) sakemm id-Direttur Eżekuttiv jassumi d-doveri tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord ta' Tmexxija skont il-klawżola 9 tal-Anness I, il-Kummissjoni tista' taħtar aġent tal-Kummissjoni biex jaġixxi bħala Direttur Eżekuttiv interim u jeżerċita d-dmirijiet assenjati lid-Direttur Eżekuttiv, li jista' jiġi megħjun minn numru limitat ta' aġenti tal-Kummissjoni;

(b) b'deroga mill-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament, id-Direttur interim għandu jeżerċita s-setgħat tal-awtorità li taħtar;

(c) il-Kummissjoni tista' tassenja numru limitat ta' uffiċjali tagħha fuq bażi interim.

3.           Id-Direttur Eżekuttiv interim jista' jawtorizza l-pagamenti kollha koperti mill-approprjazzjonijiet ipprovduti fil-baġit annwali tal-Impriża Konġunta S2R malli jkunu approvati mill-Bord ta' Tmexxija, u jista' jikkonkludi kuntratti, inklużi kuntratti tal-persunal wara l-adozzjoni tal-pjan ta' stabbiliment tal-Impriża Konġunta S2R.

4.           Id-Direttur Eżekuttiv interim, bi ftehim komuni mad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta S2R u soġġett għall-approvazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija, jiddetermina l-jum li fih l-Impriża Konġunta S2R ikollha l-kapaċità timplimenta l-baġit tagħha. Minn dak il-jum, il-Kummissjoni għandha tastjeni milli timpenja ruħha u teżegwixxi l-ħlasijiet għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta S2R.

Artikolu 20 – Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma ta' politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i tal-ġestjoni previst/i

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

              2.2.    Sistema ta' ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

              3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

              3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail

1.2.        Qasam/oqsma ta' politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[27]

Qasam politiku: Titolu 6 - Trasport

Attività: Kapitolu 06 03 "Orizzont 2020: riċerka u innovazzjoni relatati mat-trasport"

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

X Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

¨Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja[28]

¨Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     Għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-għan ġenerali tal-inizjattiva proposta huwa li tallinja aħjar l-isforzi ta’ riċerka u innovazzjoni ferrovjarja tal-UE għall-appoġġ tat-tlestija taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, filwaqt li taċċellera l-adozzjoni mis-suq ta’ soluzzjonijiet innovattivi, u b’hekk tiżdied il-kompetittività tal-UE fis-settur ferrovjarju.

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati

Għan speċifiku Nru

(1) Trawwem investiment iffkokat, koordinat u fit-tul fir-riċerka u l-innovazzjoni ferrovjarji fl-UE;

(2) Issaħħaħ l-impatt tal-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni ferrovjarji tal-UE;

(3) Tistabbilixxi netwerks sostenibbli u skambju ta' għarfien bejn partijiet interessati differenti;

(4) Tnaqqas ir-riskji marbutin mal-innovazzjoni;

(5) Iżżid il-prestazzjoni u l-effettività operattivagħar-riċerka u l-innovazzjoni ferrovjarji.

Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i)

06.03.03.01, Il-kisba ta' sistema Ewropea tat-trasport effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, li tirrispetta l-ambjent, sikura u mingħajr xkiel.

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

L-inizjattiva mistennija taċċellera l-penetrazzjoni tal-innovazzjonijiet teknoloġiċi li se jappoġġjaw il-ħolqien ta’ fond verament integrat u interoperabbli tas-suq ferrovjarju tal-UE, u b’hekk tiżdied il-kompetittività tal-UE fis-settur ferrovjarju, fir-rigward ta' modi oħra tat-trasport u fil-konfront tal-kompetituri barranin. Dan, min-naħa tiegħu, se jikkontribwixxi biex jgħolli l-kwalità, l-affidabbiltà u l-effiċjenza tan-nefqa fis-servizzi ferrovjarja tal-UE.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

Qafas dettaljat għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ser jiġi żviluppat mill-Impriża Konġunta S2R, iżda l-proċessi se jinkludu monitoraġġ u rappurtar fil-livell ta’ proġetti u pakketti ta’ ħidma fuq bażi regolari (kull tliet xhur), abbażi ta’ sett ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) affidabbli u konċiż.

1.5.        Livell ta’ monitoraġġ u rapportar tal-programm, ibbażat fuq id-dejta tal-proġett u tal-pakkett ta’ ħidma, inkluż il-monitoraġġ tal-kwalità tar-riżultati tanġibbli kontra sett ta’ kriterji ta' sodisfazzjon; il-monitoraġġ tal-ġestjoni tal-proġett biex jivverifika l-kwalità ġenerali tiegħu u l-konformità mal-programm ta’ ħidma strateġika. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew fit-tul

Li titwaqqaf l-Impriża Konġunta bħala struttura ġdida ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Industrija għall-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Li tiddefinixxi fil-Master Plan strateġiku, ir-riċerka prijoritarja u l-attivitajiet ta’ innovazzjoni, inklużi attivitajiet ta’ dimostrazzjoni fuq skala kbira, li huma meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta.

Li timmobilizza fondi mis-settur pubbliku u privat għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-Master Plan strateġiku.

Li torganizza sejħiet kompetittivi għal proposti, evalwazzjoni u l-għażla tal-proġetti.

Li tissorverlja u ssegwi l-aspetti finanzjarji u xjentifiċi tal-proġetti.

Li twaqqaf u timplimenta l-proċeduri kollha tal-Impriża Konġunta S2R, inklużi l-verifiki finanzjarji.

Li torganizza kull attività oħra marbuta mal-Impriża Konġunta S2R.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-livelli ta’ finanzjament tar-R&I ferrovjarji kienu storikament baxxi u l-investiment li kien hemm ibati minn frammentazzjoni u ineffiċjenzi, minħabba differenzi sinifikanti fost il-programmi nazzjonali u s-sistemi ferrovjarji. Il-ġbir flimkien u l-koordinazzjoni tal-isforzi tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE għandhom iktar probabbiltà ta’ suċċess, minħabba n-natura tranżnazzjonali tal-infrastruttura u t-teknoloġiji li jridu jiġu żviluppati b'appoġġ tas-SERA, kif ukoll il-ħtieġa li tinkiseb massa suffiċjenti ta’ riżorsi. L-azzjoni fil-livell tal-UE tgħin biex tirrazzjonalizza l-programmi tar-riċerka u tiżgura l-interoperabbiltà tas-sistemi żviluppati. Din l-istandardizzazzjoni se tiftaħ suq usa’ u tippromwovi l-kompetizzjoni.

1.5.3.     Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-isforzi ta’ riċerka u innovazzjoni ferrovjarji tal-imgħoddi fil-livell tal-UE ma rnexxewx fl-appoġġ għat-teknoloġiji l-ġodda li jippermettu aktar integrazzjoni ta’ diversi ekosistemi ferrovjarji nazzjonali u sottosistemi ferrovjarji differenti. Barra minn hekk, l-adozzjoni mis-suq u l-impatt ta’ proġetti tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE taħt Programmi ta' Qafas preċedenti kienet baxxa u bil-mod.

Il-programm il-ġdid tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni, Orizzont 2020 jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb l-effiċjenza tal-finanzjament tal-UE billi jiġbor flimkien sforzi ta’ riċerka u innovazzjoni eżistenti u għarfien espert, notevolment permezz ta’ Sħubijiet Pubbliċi-Privati. Is-sħubijiet pubbliċi-privati fil-livell tal-UE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni ġew introdotti għall-ewwel darba fis-7 Programm ta' Qafas għar-Riċerka (FP7), fil-forma ta’ intrapriżi konġunti stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

L-evalwazzjonijiet suċċessivi ta’ dawn l-esperjenzi enfasizzaw impatti ta’ benefiċċju għall-ekonomija u s-soċjetà tal-Ewropa b'koordinazzjoni aħjar tal-finanzjament tar-R&Ż tal-UE.

L-evalwazzjonijiet ta’ Impriżi Konġunti eżistenti qanqlu wkoll il-ħtieġa għal impenji akbar mill-imsieħba industrijali, b'kejl aktar ċar ta’ dawn l-impenji u l-effett ta’ lieva assoċjat, kif ukoll il-ħtieġa li jingħatawlhom objettivi ċari u li jiżguraw aktar trasparenza lejn parteċipanti ġodda.

1.5.4.     Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti xierqa oħrajn

Jaf ikun hemm sinerġiji bejn l-azzjonijiet ta' finanzjament f'Orizzont 2020 u l-fondi tal-Istati Membri u r-Reġjuni. In-natura stabbli tal-Impriża Konġunta se tagħti fiduċja lill-imsieħba potenzjali esterni, u b’hekk tgħinha tattira finanzjament minn sorsi oħra.

Barra minn hekk, is-sinerġiji jistgħu jitqiesu wkoll ma’ strumenti oħra fil-livell tal-UE, bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF).

1.6.        Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

X Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– X  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-01/01/2024

– X  L-impatt finanzjarju mill-2014 sal-2020 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenji u mill-2014 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet ta’ ħlasijiet.

¨ Proposta/inizjattiva ta' tul taż-żmien illimitat

– Implimentazzjoni b'perjodu tat-tnedija mill-SSSS sal-SSSS

– u warajha tħaddim fl-iskala kollha.

1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[29]

¨ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– ¨ id-dipartimenti tagħha, inkluż mill-istaff tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

– ¨ mill-aġenziji eżekuttivi;

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

X Ġestjoni indiretta billi kompiti ta’ implimentazzjoni ta’ baġit ikunu fdati lil:

– ¨ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

– ¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

– ¨ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

– X Entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju;

– ¨ korpi tal-liġi pubblika;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-CFSP skont it-Titolu V tat-Trattat tal-UE u identifikati fl-att bażiku relevanti.

– Jekk ikun indikat aktar minn mod ta’ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok agħti dettalji fis-sezzjoni "Kummenti"

Kummenti

L-ebda kumment.

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-Impriża Konġunta S2R se tiġi mmonitorjata permezz ta' kuntatti intermedjarji u kif previst fil-klawżola 19 tal-Istatuti.

Bħala korp tal-PPP taħt l-Artikolu 209 FR, l-Impriża Konġunta S2R tiffunzjona taħt regoli stretti ta' monitoraġġ. Il-monitoraġġ isir permezz ta':

- is-superviżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi;

- evalwazzjonijiet ta' nofs it-terminu u finali minn esperti esterni (kull 3 snin u ma' tmiem il-programm, taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni).

2.2.        Sistema ta' ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat/i

L-istima tar-riskji saret fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt. It-Tabella 8 fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tagħti ħarsa ġenerali tar-riskji differenti u l-valutazzjoni tagħhom (pp. 39-40).

2.2.2.     Is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita

Il-Kummissjoni, permezz tal-Uffiċċjal għall-Awtorizzazzjoni b'Delega, se tiżgura li r-regoli applikabbli għall-Impriża Konġunta S2R huma konformi bis-sħiħ mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament Finanzjarju.

Il-qafas ta’ kontroll intern għall-Impriża Konġunta S2R huwa mibni fuq:

- l-implimentazzjoni tal-Istandards tal-Kontroll Intern li għall-inqas joffru garanziji ekwivalenti għal dawk tal-Kummissjoni;

- proċeduri għall-għażla tal-aqwa proġetti permezz ta’ evalwazzjoni indipendenti, u biex ikunu tradotti fi strumenti legali;

- il-ġestjoni tal-proġett u tal-kuntratt tul il-proġetti kollha;

- kontrolli ex-ante fuq 100 % tat-talbiet, inkluż it-twassil ta’ ċertifikati tal-verifika u ċertifikazzjoni ex-ante tal-metodoloġiji tal-ispejjeż;

- l-awditi ex-post fuq kampjun ta’ talbiet bħala parti mill-awditi ex-post tal-Orizzont 2020;

- u evalwazzjoni xjentifika tar-riżultati tal-proġett.

2.2.3.     Kostijiet u benefiċċji tal-kontrolli

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq l-Impriża Konġunta bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Bord tal-Gvernaturi jista' jirranġa, kif jixraq, għal stabbiliment ta' kapaċità ta' awditu intern għall-Impriża Konġunta.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta S2R, bħala Uffiċjal Awtorizzanti, se jintalbu jintroduċu sistema kosteffettiva ta’ ġestjoni u kontroll intern. Huwa se jkun mitlub li jirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-qafas ta’ kontroll adottat.

Il-Kummissjoni se tagħmel monitoraġġ tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità permezz ta’ sistema ta’ rappurtaġġ li tiżviluppa hi stess, kif ukoll billi ssegwi r-riżultati tal-awditi ex-post dwar ir-riċevituri tal-fondi tal-UE mill-Impriża Konġunta S2R, bħala parti mill-awditi ex-post li jkopru l-Orizzont 2020 kollu kemm hu.

Is-sistema ta’ kontroll stabbilita teħtieġ li tqis il-fehma qawwija, fost il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE kif ukoll fost l-awtorità leġiżlattiva, li l-piż ta’ kontroll meħtieġ biex jinkiseb limitu ta’ żball ta’ 2% sar kbir wisq. Dan jagħti lok għar-riskju li titnaqqas l-attrazzjoni tal-programm ta' Riċerka tal-Unjoni, u b'hekk jolqot ħażin ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni.

2.2.4.     Livell mistenni ta' riskju ta' żball

Minħabba li r-regoli għall-parteċipazzjoni tal-Impriża Konġunta S2R huma bażikament bħal dawk li se tuża l-Kummissjoni, u b’popolazzjoni ta’ benefiċjarji bi profil ta’ riskju simili għal dawk tal-Kummissjoni, huwa mistenni li l-livell tal-iżball ikun simili għal dak stabbilit mill-Kummissjoni għal Orizzont 2020, jiġifieri li, biex tingħata assigurazzjoni raġjonevoli li r-riskju tal-iżball matul il-perjodu tal-ispiża pluriennali jkun, fuq bażi annwali, fil-medda ta’ 2-5 %, bl-għan aħħari li jintlaħaq livell residwu ta’ żball viċin kemm jista’ jkun possibli lejn it-2 % fi tmiem il-programmi pluriennali, ladarba l-impatt finanzjarju tal-verifiki, u tal-miżuri ta' korrezzjoni u rkupru kollha, ikunu ttieħdu inkonsiderazzjoni.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifikar tal-miżuri ta’ prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-Kummissjoni se tiżgura li jkun hemm fis-seħħ miżuri xierqa li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħra, billi jsiru kontrolli effettivi, u jekk jinqabdu xi irregolaritajiet, billi jinġabru lura l-ammonti mħallsa bi żball u, fejn jixraq, min ikun responsabbli jeħel penali proporzjontati u deterrenti.

Skont il-punt 2.2.1 tal-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi (COM(2011) 376 finali), il-Kummissjoni se tiżviluppa kooperazzjoni u sinerġiji mill-qrib u se tippromwovi wkoll l-istandards relevanti stabbiliti f’din l-Istrateġija Kontra l-Frodi fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE, inklużi l-impriżi konġunti.

L-Impriża Konġunta S2R se tikkoopera mas-servizzi tal-Kummissjoni fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ frodi u irregolarità. L-Impriża Konġunta S2R għandha tadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata għal riskji ta' frodi b’kunsiderazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa li twettaq awditi, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta' għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni skont il-Programm.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi ekonomiċi konċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-għan li jiġi stabbilit li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività oħra illegali marbuta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt li jikkonċerna l-fondi tal-Unjoni.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

· Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitjarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nfiq || Kontribuzzjoni

Numru 1A [Intestatura Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fit-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1A || 06.03.07.33 – Impriża Konġunta Shift2Rail (S2R) – Nefqa ta' appoġġ 06.03.07.34 – Impriża Konġunta Shift2Rail (S2R) || Diff. || IVA || IVA || IVA || IVA

Il-kontribuzzjoni għal dawn il-linji baġitarji hija mistennija li tiġi minn:

DG MOVE (linji baġitarji 06.03 03 01 u 06.01.05.03): 70%

DĠ RTD (linji baġitarji 08.02.03.04 u 08.01.05.03): 30%

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għal kull intestatura baġitarja hija indikata fit-tabella hawn taħt*.

Linja baġitarja || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || AMMONT TOTALI

06.03.03.01 || 36.000 || 31.000 || 31.000 || 36.400 || 49.000 || 58.800 || 65.834** || 308.034

06.01.05.03[30] || 0.336 || 0.947 || 1.137 || 1.136 || 1.137 || 1.136 || 1.137 || 6.966

08.02.03.04 || 16.000 || 13.000 || 13.000 || 15.600 || 21.000 || 25.200 || 28.215** || 132.015

08.01.05.03 || 0.144 || 0.406 || 0.487 || 0.487 || 0.487 || 0.487 || 0.487 || 2.985

AMMONT TOTALI || 52.480 || 45.353 || 45.623 || 53.624 || 71.624 || 85.623 || 95.673 || 450.000

* Din it-tabella tinkludi l-ammont ta’ EUR 52 miljun (li minnhom 70% huma ffinanzjati mid-DĠ MOVE u 30% iffinanzjat mid-DĠ RTD) li fl-2014 se jiġi impenjat għall-finanzjament tal-azzjonijiet ta’ riċerka ferrovjarja kollaborattivi taħt il-Programm ta' Ħidma dwar it-Trasport H 2020 għas-snin 2014-2015, fil-perjodu ta' stennija għat-tnedija tal-Impriża Konġunta S2R. Il-ġestjoni ta’ dawn l-attivitajiet u l-estimi korrispondenti, kif ukoll ta’ xi ammonti mhux kommessi wara sejħiet għal proposti, jistgħu jittieħdu mill-Impriża Konġunta S2R ladarba din tikseb l-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess.

** Inklużi EUR 2,484 miljun fuq il-linja 06.03.03.01 u EUR 1,065 miljun fuq il-linja 08.01.05.03, li jammontaw għal EUR 3,594 miljun biex jiġu fornuti minn qabel fl-2020 għal spejjeż amministrativi tas-snin 2021-2024.

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 1A || Intestatura 1A – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

|| || || || || || || || || || || || || ||

Impriża Konġunta S2R || || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || Is-sena 2021 || Is-sena 2022 || Is-sena 2023 || Is-sena 2024 || AMMONT TOTALI

Titolu 1 - Nefqa tal-Persunal || Impenji || (1) || 0.080 || 0.453 || 0.524 || 0.523 || 0.524 || 0.523 || 1.527 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 4.154

Ħlasijiet || (2) || 0.080 || 0.453 || 0.524 || 0.523 || 0.524 || 0.523 || 0.524 || 0.430 || 0.305 || 0.179 || 0.089 || 4.154

Titolu 2 - Nefqa infrastrutturali u operattiva || Impenji || (1a) || 0.400 || 0.900 || 1.100 || 1.100 || 1.100 || 1.100 || 3.646 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 9.346

Ħlasijiet || (2a) || 0.400 || 0.900 || 1.100 || 1.100 || 1.100 || 1.100 || 1.100 || 0.900 || 0.700 || 0.500 || 0.446 || 9.346

Titolu 3 - Nefqa operattiva || Impenji || (3a) || 52.000 || 44.000 || 44.000 || 52.000 || 70.000 || 84.000 || 90.500 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 436.500

Ħlasijiet || (3b) || 0.000 || 50.000 || 58.000 || 58.000 || 58.000 || 58.000 || 58.000 || 44.000 || 30.000 || 16.000 || 6.500 || 436.500

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-Impriża Konġunta S2R || Impenji || 1+1a +3a || 52.480 || 45.353 || 45.624 || 53.623 || 71.624 || 85.623 || 95.673 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 450.000

Ħlasijiet || 2+2a+3b || 0.480 || 51.353 || 59.624 || 59.623 || 59.624 || 59.623 || 59.624 || 45.330 || 31.005 || 16.679 || 7.035 || 450.000

|| || || || || || || || || || || || || ||

L-Impriża Konġunta S2R hija msejsa fuq bażi ta' kostijiet komuni mal-industrija. In-nefqa fit-tabella ta’ hawn fuq tikkonċerna biss il-kontribut tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta S2R.

L-ERA se jkollha rwol ta’ osservatur. Dan ir-rwol se jiġi sodisfatt b’riżorsi eżistenti. L-ebda persunal jew approprjazzjonijiet addizzjonali m'huma ser jintalbu għal dawn il-kompiti.

f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 1A || L-Infiq Amministrattiv tal-Kummissjoni

|| || || || || || || || || ||

|| Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || Is-snin 2021 u ta’ wara || AMMONT TOTALI

DĠ MOVE

 Riżorsi umani || 0.419 || 0.326 || 0.326 || 0.326 || 0.326 || 0.326 || 0.326 || p.m. || 2.376

 Infiq amministrattiv ieħor || || || || 0.07 || || || 0.07 || || 0.14

TOTAL tad-DĠ MOVE || Approprjazzjonijiet || 0.419 || 0.326 || 0.326 || 0.396 || 0.326 || 0.326 || 0.396 || p.m. || 2.516

DĠ RTD

 Riżorsi umani || 0.179 || 0.140 || 0.140 || 0.140 || 0.140 || 0.140 || 0.140 || p.m. || 1.018

 Infiq amministrattiv ieħor || || || || 0.03 || || || 0.03 || || 0.06

AMMONT TOTALI ta' DĠ RTD || Approprjazzjonijiet || 0.179 || 0.140 || 0.140 || 0.170 || 0.140 || 0.140 || 0.170 || p.m. || 1.078

AMMONT TOTALI ta' DĠ MOVE U RTD || Approprjazzjonijiet || 0.598 || 0.466 || 0.466 || 0.566 || 0.466 || 0.466 || 0.566 || p.m. || 3.594

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 1 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0.598 || 0.466 || 0.466 || 0.566 || 0.466 || 0.466 || 0.566 || p.m. || 3.594 || || || ||

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-impriża konġunta hija maqsuma bejn DĠ MOVE (70 %) u DĠ RTD (30 %).

f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || Is-snin 2021 u ta’ wara || AMMONT TOTALI

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 1 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || || 53.078 || 45.819 || 46.090 || 54.189 || 72.090 || 86.089 || 96.239 || 0.000 || 453.594

Ħlasijiet || || 1.078 || 51.819 || 60.090 || 60.189 || 60.090 || 60.089 || 60.190 || 100.049 || 453.594

3.2.2.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨ Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi

– X  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprazzjonijiet tal-impenji f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || Is-sena 2021 || Is-sena 2022 || Is-sena 2023 || Is-sena 2024 || Totali

Għan speċifiku: Koordinazzjoni tal-attivitajiet rilevanti kollha ta’ R&Ż ferrovjarji fl-UE u skont il-Master Plan tal-S2R . || 52.000 || 44.000 || 44.000 || 52.000 || 70.000 || 84.000 || 90.500 || 0 || 0 || 0 || 0 || 436.500

3.2.3.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨ Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

– X  Il-proposta/inizjattiva jeħtiġilha tuża approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Għadd ta' persunal f'FTEs

|| Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || Is-sena 2021 || Is-sena 2022 || Is-sena 2023 || Is-sena 2024 || AMMONT TOTALI

Aġenti Temporanji totali || 0.5 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || 3 || 2 || 1 || 34.5

Li minnhom huma ta' grad AD || 0.5 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || 3 || 2 || 1 || 34.5

Li minnhom huma ta' grad AST || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Aġenti kuntrattwali || 2 || 10 || 13 || 13 || 13 || 13 || 13 || 9 || 6 || 3 || 1.5 || 96.5

Esperti Nazzjonali Sekondati || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

AMMONT TOTALI || 2.5 || 14 || 17 || 17 || 17 || 17 || 17 || 13 || 9 || 5 || 2.5 || 131

* Fil-każ ta’ korpi ta’ sħubija pubblika-privata skont l-Artikolu 209 FR, din it-taqsima hija inkluża għal għanijiet ta’ informazzjoni. L-implikazzjonijiet ta’ persunal għall-impriżi konġunti ġew ikkunsidrati fil-kuntest tad-deċiżjonijiet fuq ir-riżorsi dwar modi ta’ ġestjoni ġodda taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali. Ir-riżultat għandu jiżgura n-newtralità tal-baġit mqabbla mal-livell ta’ spejjeż amministrattivi previsti għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020. L-għadd tal-persunal ġie kkalkulat fuq il-bażi ta’ parametru referenzjarju ta’ impriżi konġunti eżistenti. L-għadd tal-persunal se jiżdied gradwalment bejn l-2014 u l-2016, u mbagħad jibqa' stabbli sal-2020. Huma mbagħad ikunu eliminati gradwalment mill-2021 minħabba li l-Impriża Konġunta S2R tidħol l-istralċ tagħha u l-fażi tal-ġestjoni tal-assi. Naturalment, jekk tkun ittieħdet id-deċiżjoni li t-tul ta’ żmien tal-Impriża Konġunta jiżdied, l-ispejjeż tal-persunal fis-snin mill-2021 sal-2024 jkunu simili għal livelli fl-2020. Bil-veloċità massima, il-persunal x’aktarx li jinkludu: · Id-Direttur Eżekuttiv u konsulent/assistent è 2 FTEs · Kap ta' Unità u segretarju/a għal Unità Finanzjarja u Amministrattiva waħda u Unità tal-Ipprogrammar waħda è 4 FTEs · Persunal fl-Unità Finanzjarja u tal-Amministrazzjoni, inkluż mill-inqas uffiċjal wieħed finanzjarju u tal-kontabbilità, uffiċjal wieħed tar-Riżorsi Umani u l-amministrazzjoni ġenerali, uffiċjali wieħed tal-komunikazzjoni u r-relazzjonijiet mal-partijiet interessati, uffiċjal wieħed tal-IT u uffiċjal legali u kuntrattwali è 5 FTEs · Persunal fl-Unità tal-Ipprogrammar, inkluż talanqas manaġer proġettwali wieħed għal kull wieħed mill-5 programmi ta' innovazzjoni u wieħed inkarigat minn kwistjonijiet li jolqtu suġġetti differenti è 6 FTEs Fis-sena 2014, huwa stmat li l-persunal se jkun jikkonsisti f'6 membru tal-persunal (inkluż id-Direttur Eżekuttiv, u Kap tal-Unità (Grad ta' Aġenti Temporanji AD), kif ukoll 4 aġenti kuntrattwali) li ser jiġu reklutati bejn Ġunju u Ottubru 2014, biex b'jekk iservu ta' ekwivalenti ta’ total ta’ 2.5 FTEs. Fl-2024, l-għadd ta’ FTEs jiġi kkalkolat ukoll fuq is-suppożizzjoni li xi membri tal-persunal ma jistgħux jaħdmu s-sena sħiħa jekk l-impriża konġunta hija gradwalment miġjuba fi tmiemha.

f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

EUR miljuni || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || Is-sena 2021 || Is-sena 2022 || Is-sena 2023 || Is-sena 2024 || AMMONT TOTALI

Aġenti Temporanji totali || 0.066 || 0.436 || 0.436 || 0.436 || 0.436 || 0.436 || 0.436 || 0.436 || 0.327 || 0.218 || 0.109 || 3.772

Li minnhom huma ta' grad AD || 0.066 || 0.436 || 0.436 || 0.436 || 0.436 || 0.436 || 0.436 || 0.436 || 0.327 || 0.218 || 0.109 || 3.772

Li minnhom huma ta' grad AST || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000

Aġenti kuntrattwali || 0.094 || 0.470 || 0.611 || 0.611 || 0.611 || 0.611 || 0.611 || 0.423 || 0.282 || 0.141 || 0.071 || 4.536

Esperti Nazzjonali Ssekondati || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000 || 0.000

AMMONT TOTALI || 0.160 || 0.906 || 1.047 || 1.047 || 1.047 || 1.047 || 1.047 || 0.859 || 0.609 || 0.359 || 0.180 || 8.308

Il-kostijiet tal-persunal huma bbażati fuq il-medja tal-kostijiet tal-persunal kkalkolata mid-DĠ BUDG, mingħajr l-ispejjeż tal-overheds tal-persunal, li wasslet għal kostijiet diretti tal-persunal ta’ 109.000 EUR għal aġenti temporanji u ta’ 47.000 EUR għal aġenti kuntrattwali, ħlief fis-sena 2014, fejn il-kost sħiħ jittieħed mill-uffiċjali AD grad (132.000 EUR), minħabba l-gradi ogħla ta' dawn il-pożizzjonijiet.

L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani se jiġu ssodisfati mill-approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew mobilizzati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata għad-DĠ li jkun qed jimmaniġġa skont il-proċedura tal-allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjoni baġitarji.

3.2.3.2.  Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

– ¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

– X  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid titniżżel f'unitajiet ekwivalenti għal full-time

DĠ prinċipali || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 ||

Postijiet tat-tabella tal-istaff (uffiċjali u persunal temporanju) ||

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || || ||

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || ||

08 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 1.5 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 ||

06 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 2.5 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || ||

Persunal estern (f'Ekwivalenti Full Time: FTE)[1] ||

XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-"borża globali") || || || || || || || ||

XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || ||

XX 01 04 yy[2] || fil-kwartieri ġenerali[3] || || || || || || || ||

fid-delegazzjonijiet || || || || || || || ||

06 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka indiretta) || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 ||

10 01 05 02 (CA, SNE, INT- Riċerka diretta) || || || || || || || ||

Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || || ||

AMMONT TOTALI || 5* || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 ||

* L-għadd ta’ persunal fi ħdan il-Kummissjoni huwa ogħla fl-2014 milli fis-snin ta’ wara minħabba l-bżonn li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-Impriża Konġunta, u wkoll biex jiġu mmaniġġjati l-proġetti ta’ riċerka kollaborattiva skont il-Programm ta’ Ħidma dwar it-Trasport 2014-2015, li sussegwentement jittieħdu mill-Impriża Konġunta.

Mill-2015 sal-2020, 4 FTE se jkunu meħtieġ, inkluż 3 pożizzjonijiet AD u aġent (1) b’kuntratt. L-għadd tal-persunal għall-perjodu ta' wara l-2020 jiġi deċiż fi stadju iktar tard.

Impriża Konġunta S2R || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || Is-sena 2021 || Is-sena 2022 || Is-sena 2023 || Is-sena 2024

Postijiet tat-tabella tal-istaff (uffiċjali u persunal temporanju)

Aġenti temporanji (gradi AD) || 0.5 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || 3 || 2 || 1

Aġenti Temporarji (gradi AST) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Persunal estern (f'Ekwivalenti Full Time: FTE)[1]

AK || 2 || 10 || 13 || 13 || 13 || 13 || 13 || 9 || 6 || 3 || 1.5

SNE || || || || || || || || || || ||

INT || || || || || || || || || || ||

AMMONT TOTALI || 2.5 || 14 || 17 || 17 || 17 || 17 || 17 || 13 || 9 || 5 || 2.5

Fil-każ ta’ korpi ta’ sħubija pubblika-privata skont l-Artikolu 209 FR, din it-taqsima hija inkluża għal għanijiet ta’ informazzjoni.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati minn persunal mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġie skjerat varat mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien jekk hu meħtieġ ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li taf tingħata għad-DĠ tat-tmexxija skont il-proċedura tal-allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju || Kif deskritt fl-Istatuti tal-Impriża Konġunta S2R

Persunal estern || Kif deskritt fl-Istatuti tal-Impriża Konġunta S2R

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– X  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

– ¨ Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[31].

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– ¨ Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

– X  Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

|| Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || Is-snin 2021 u ta’ wara || Totali

Speċifika l-korp ta' kofinanzjament – kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-kostijiet amministrattivi || 0.480 || 1.353 || 1.624 || 1.623 || 1.624 || 1.623 || 1.624 || 3.549 || 13.500

Speċifika l-korp ta' kofinanzjament – kontribuzzjoni in natura għall-kostijiet operattivi* || 0.000 || 41.000 || 41.000 || 41.000 || 41.000 || 41.000 || 41.000 || 90.500 || 336.500

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || 0.480 || 42.353 || 42.624 || 42.623 || 42.624 || 42.623 || 42.624 || 94.049 || 350.000

Attivitajiet addizzjonali || 0.000 || 10.000 || 12.000 || 12.000 || 12.000 || 12.000 || 12.000 || 50.000 || 120.000

TOTAL ta’ impenji ta’ partijiet terzi || 0.480 || 52.353 || 54.624 || 54.623 || 54.624 || 54.623 || 54.624 || 144.049 || 470.000

Impatt stmat fuq id-dħul

– X  Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul

– ¨ Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨ fuq ir-riżorsi proprji

– ¨ fuq id-dħul mixxellanju

[1]               White Paper dwar il-Pjan Direzzjonali għal Żona Ewropea Unika tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u b'użu effiċjenti tar-riżorsi, COM(2011) 144 finali.

[2]               Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju – Tlestija taż-żona ferrovjarja unika Ewropea biex jitrawmu l-kompetittività u tkabbir fl-Ewropa, COM(2013) 25 finali.

[3]               COM(2013) 494 finali.

[4]               Il-Kummissjoni Ewropea, Sector Overview and Competitiveness Survey of the Railway Supply Industry, Mejju 2012, p. 100.

[5]               Ammont indikattiv fi prezzijiet attwali. L-ammont finali se jiddependi fuq l-ammont miftiehem għal DĠ MOVE u DĠ RTD għat-tema “trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat” li se jiġi approvat mill-awtorità baġitarja fil-verżjoni finali tad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva.

[6]               Minbarra l-kontribuzzjoni tal-Unjoni lejn il-kostijiet amministrattivi.

[7]               Ir-riżorsi biex tiġi koperta l-kontribuzzjoni tal-Unjoni lejn il-kostijiet amministrattivi tal-Impriża Konġunta S2R se jiġu implimentati mill-ġdid mil-linji amministrattivi tal-Orizzont 2020.

[8]               ĠU C , , p. .

[9]               ĠU C , , p. .

[10]             COM(2010) 2020 finali.

[11]             White Paper dwar il-Pjan Direzzjonali għal Żona Ewropea Unika tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u b'użu effiċjenti tar-riżorsi, COM/2011/0144 finali.

[12]             ĠU … [H2020 FP]

[13]             ĠU … [H2020 SP]

[14]             COM(2013) 494 finali.

[15]             COM(2013) 25 finali.

[16]             ĠU … [H2020 RfP]

[17]             Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

[18]             ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

[19]             ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[20]             Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

[21]             ĠU 56, 4.3.1968, p. 1

[22]             ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.

[23]             ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2-5.

[24]             ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

[25]             ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

[26]             ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13-19.

[27]             ABM: amministrazzjoni ibbażata fuq l-attività – ABB: baġitjar ibbażat fuq l-attività.

[28]             Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[29]             Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi tar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[30]             Fil-każ li ma jkunx hemm biżżejjed riżorsi fuq il-linja baġitarja 06 01 05 03, il-linji 06 01 05 01 u 06 01 05 02 se jintużaw bħala sors ta’ finanzjament.

[31]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali (għall-perjodu 2007-2013).

ANNESSI

għall-

Proposta għal Regolament tal-Kunsill

li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail

ANNESS I - L-ISTATUTI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

1 – Tifsiriet

1. "Membru Assoċjat" ifisser entità ġuridika jew grupp jew konsorzju ta' entitajiet ġuridiċi, stabbilit fi Stat Membru jew f'xi pajjiż assoċjat mal-Programm ta' Qafas Orizzont 2020, li ntgħażel skont il-proċedura stipulata fil-klawżola 4(2), li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-klawżoli 4(3) u 4(4), u li aċċetta l-Istatuti preżenti billi ffirma ittra ta' approvazzjoni;

2. "Membru Fundatur għajr l-Unjoni" jirreferi għall-kontributuri elenkati fl-Anness II, li impenjaw irwieħhom b'mod individwali fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħha ta' talanqas EUR 30 miljun għat-tul ta' żmien tal-Impriża Konġunta S2R u li aċċettaw l-Istatuti preżenti billi ffirmaw ittra ta' approvazzjoni;

3. "Programmi ta’ innovazzjoni" jew “IPs” jirreferu għall-oqsma tematiċi li fuqhom għandu jiġi struttura il-Master Plan tax-S2R, u li huma msemmija fil-paragrafu 4. L-IPs għandhom jintgħażlu għall-kapaċità tagħhom li jagħtu l-aħjar benefiċċji ta’ prestazzjoni għal wieħed jew aktar mill-ambjenti operattivi u jkunu jirriflettu l-approċċ tas-sistema ferrovjarja. Minkejja Deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jimmodifika din l-istruttura, il-Master Plan tax-S2R għandu jipprevedi l-ħolqien ta’ mill-inqas dawn il-ħames IPs li ġejjin:

(a) Ferroviji ta' Kapaċità Għolja, Affidabbli u Kosteffiċjenti;

(b) Sistemi Avvanzati għall-Ġestjoni u l-Kontroll tat-Traffiku;

(c) Infrastruttura ta' Kapaċità Għolja, Affidabbli u Kosteffiċjenti;

(d) Soluzzjonijiet tal-IT għal Servizzi Ferrovjarji Attraenti;

(e) Teknoloġiji għal Merkanzija Ewropea Sostenibbli u Attraenti.

4. “Master Plan tax-S2R” ifisser pjan direzzjonali strateġiku komuni, li jħares ’il quddiem, li għandu jiġi żviluppat mill-Impriża Konġunta S2R, b’konsultazzjoni mal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea u l-Pjattaforma Teknoloġika tal-Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Ewropea fil-Ferroviji (ERRAC), biex jistimula l-innovazzjoni fis-settur ferrovjarju fuq medda twila ta’ żmien. Huwa għandu jidentifika l-prijoritajiet ewlenin u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi u operazzjonali essenzjali meħtieġa mill-partijiet interessati kollha biex jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-Impriża Konġunta S2R imsemmija fl-Artikolu 2. Għandu jkun xprunat mill-prestazzjoni u strutturat madwar numru limitat ta’ oqsma tematiċi ewlenin, jew Programmi ta’ Innovazzjoni (“IP”), kif imsemmija fil-paragrafu 3. Ladarba jiġi approvat mill-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta S2R, għandu jiġi approvat mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, u kkomunikat lill-Parlament Ewropew.

2 – Kompiti

L-Impriża Konġunta S2R għandha twettaq dawn il-kompiti:

(a) jiddefinixxi l-Master Plan tax-S2R imsemmi fil-klawżola 1(4), l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni prijoritarji, inklużi l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni fuq skala kbira, li huma meħtieġa biex iħaffu l-penetrazzjoni integrati, interoperabbli u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi standardizzati meħtieġa għall-appoġġ ta' Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u biex tinkiseb l-eċċellenza operattivatas-sistema ferrovjarja, filwaqt li jitkattru l-kapaċità u l-affidabbiltà u jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport ferrovjarju;

(b) jimmobilizza fondi mis-settur pubbliku u privat għall-iffinanzjar tal-attivitajiet f’kull wieħed mill-Programmi ta’ Innovazzjoni definiti fil-Master Plan tax-S2R;

(c) jittraduċi il-Master Plan tax-S2R fi pjanijiet ta' ħidma annwali dettaljati, orjentati lejn ir-riżultati, akkumpanjati minn pjanijiet ta’ investiment dettaljati li jippermettu l-kontinwità, is-sinkroniċità, u investiment fit-tul;

(d) jiżgura s-superviżjoni ta’ attivitajiet relatati mal-iżvilupp ta’ prodotti komuni debitament identifikati fil-Master Plan tax-S2R;

(e) isostni finanzjarjament l-azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni indiretti, l-aktar permezz ta' għotjiet lill-membri u l-parteċipanti tiegħu permezz tal-aktar miżuri xierqa, bħalma huma l-akkwist jew l-għoti ta’ għotjiet wara sejħiet għal proposti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm, skont ir-Regolament (UE) Nru[…] li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid fl- “Orizzont 2020 – il-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020);

(f) jorganizza l-ħidma teknika ta' riċerka, żvilupp, ta' validazzjoni u studju, li għandha titwettaq taħt l-awtorità tagħha waqt li tiġi evitata l-frammentazzjoni ta' tali attivitajiet;

(g) jiżgura l-effettività u l-effiċjenza ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni ferrovjarja u jsegwi l-progress lejn il-kisba tal-għanijiet tal-Impriża Konġunta S2R permezz ta’ proċessi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni xierqa;

(h) jiġbor flimkien ir-rekwiżiti u jiddefinixxi l-istandards tal-interoperabbiltà biex jiggwida l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjonmi lejn soluzzjonijiet operazzjonali u kummerċjalizzabbli;

(i) jiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib u jiżgura koordinazzjoni ma’ attivitajiet relatati Ewropej, nazzjonali u transnazzjonali ta’ riċerka u innovazzjoni fis-settur ferrovjarju, b’mod partikolari taħt il-Programmi ta' Qafas preċedenti u l-Programm ta' Qafas Orizzont 2020, biex b’hekk jagħti s-setgħa lil Impriża Konġunta S2R ħalli ssir punt uniku ta’ referenza relatat mal-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam ferrovjarju fil-livell tal-UE;

(j) jistabbilixxi u jiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib u fit-tul bejn l-Unjoni, l-industrija tal-manifattura ferrovjarja u partijiet interessati oħra meħtieġa sabiex jiżviluppaw l-innovazzjonijiet pijunieri u jiżgura suq qawwi għall-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi, inklużi l-komunità operattiva ferrovjarja u partijiet interessati oħrajn fil-     qasam ferrovjarju, kif ukoll atturi lil hinn mis-settur ferrovjarju tradizzjonali;

(k) iżomm kollegament mal-attivitajiet ta' riċerka nazzjonali u internazzjonali ta’ innovazzjoni fil-qasam tekniku ferrovjarju, b’mod partikolari permezz tal-Pjattavorma Teknika tal-Kunsill Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka Ferrovrjarja (ERRAC), kif ukoll ma’ dawk f’oqsma oħra, bħall-Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Ewropea fit-Trasport fuq it-Toroq (ERTRAC), il-Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Avjazzjoni fl-Ewropa (ACARE), il-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea dwar il-Moviment fuq l-Ilma, il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji tal-Manifattura tal-Futur (Manifattura), il-Pjattaforma tal-Materjali u tal-Inġinerija Avvanzata (EuMaT) u oħrajn;

(l) iħeġġeġ l-involviment ta’ SMEs fl-attivitajiet tagħha, f’konformità mal-objettivi tal-Programm ta' Qafas Orizzont 2020;

(m) ifittex involviment ġeografikament bilanċjata tal-membri u l-imsieħba fl-attivitajiet tiegħu;

(n) jimpenja ruħu f'attivitajiet ta' informazzjoni, komunikazzjoni, sfruttament u disseminazzjoni permezz tal-applikazzjoni mutatis mutandis tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [il-Programm ta' Qafas Orizzont 2020].

(o) kull kompitu ieħor meħtieġ biex tilħaq l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

3 –Membri

1. Dawn li ġejjin għandhom ikunu membri ta' l-Impriża Konġunta S2R:

(a) l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni,

(b) mal-aċċettazzjoni ta’ dawn l-Istatuti permezz ta’ ittra ta’ approvazzjoni, il-Membri Fundaturi tal-Impriża Konġunta S2R għajr l-Unjoni, elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolement, kif ukoll l-Membri Assoċjati għandhom jintgħażlu skont il-klawżola 4. Dawn il-membri għandhom flimkien jissejħu Membri għajr l-Unjoni.

2. Ir-rwol u l-kontribuzzjoni tal-membri għajr l-Unjoni għandhom jiġu definiti fi ftehim ta’ sħubija mal-Impriża Konġunta S2R. Dan il-ftehim għandu jkun innegozjat mad-Direttur Eżekuttiv u trażmess lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. Dan għandu jipprovdi deskrizzjoni kwantitattiva u kwalitattiva tal-kontribuzzjoni tal-membri tal-Impriża Konġunta S2R, kif definit fl-Artikolu 4(2)(a), kif ukoll tal-pjan ta’ attivitajiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 4(2)(b), u għandha tinkludi dispożizzjonijiet li jirrelataw mar-rappreżentanza tal-Membri fi ħdan il-Bord ta’ Tmexxija.

4 –Bidliet għas-sħubija

1. Sakemm taċċetta l-Istatuti tal-Impriża Konġunta S2R u tikkommetti ruħha li tikkontribwixxi għall-iffinanzjar msemmi fil-paragrafu 4 biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta S2R stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe entità ġuridika jew grupp jew konsorzju ta’ entitajiet legali, stabbilit fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat mal-programm ta’ Qafas Orizzont 2020 jista’ japplika biex isir membru assoċjat tal-Impriża Konġunta S2R.

2. Il-membri assoċjati tal-Intrapriża Konġunta S2R għandhom jintgħażlu permezz ta’ sejħa miftuħa, mhux diskriminatorja u li tkun kompetittiva. L-ewwel sejħa għal membri assoċjati għandha tiġi mnedija sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-twaqqif tal-Impriża Konġunta S2R. Kwalunkwe sejħiet oħra għandhom ikunu stigati mill-ħtieġa għal kapaċitajiet ewlenin fl-implimentazzjoni tal-Master Plan tax-S2R. Is-sejħiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tax-S2R u kkomunikati permezz tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati u kanali oħra sabiex tiġi żgurat l-aktar parteċipazzjoni estensiva possibbli fl-interess li jintlaħqu l-għanijiet tal-Master Plan tax-S2R. L-Intrapriża Konġunta S2R għandha tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-SMEs, u tal-atturi tal-katina tal-valur ferrovjarju kollha, kif ukoll parteċipazzjoni minn barra s-settur ferrovjarju tradizzjonali.

3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jevalwa l-applikazzjonijiet għall-Membri Assoċjati b’qies, inter alia, tar-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali tal-applikant għall-kisba tal-għanijiet tal-Impriża Konġunta S2R, is-solidità finanzjarja tal-entità ġuridika, u kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali. Huwa għandu mbagħad jiddeċiedi rigward l-applikazzjoni.

4. Il-kontribuzzjoni proprja minima meħtieġa sabiex wieħed isir Membru Assoċjat għandha tkun ta’ 2.5% tal-baġit totali tal-Programm ta' Innovazzjoni li tieħu sehem fih.

5. Kwalunkwe membru jista' jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta S2R. It-terminazzjoni ssir effettiva u rrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-Membri l-oħra. Minn dak il-punt 'il hinn, l-ex-membru għandu jinħeles minn kwalunkwe obbligu minbarra dawk approvati jew imġarrba mill-Impriża Konġunta S2R qabel it-terminazzjoni tas-sħubija.

6. Is-sħubija fl-Impriża Konġunta S2R ma tistax tiġi ttrasferita lil parti terza mingħajr il-kunsens minn qabel u unanimu, tal-Bord tat-Tmexxija.

7. L-Impriża Konġunta S2R għandha tippubblika lista aġġornata tal-membri tal-Impriża Konġunta S2R flimkien mad-data meta sseħħ din il-bidla fuq is-sit elettroniku tagħha skont din il-klawżola.

5 – Organizzazzjoni tal-Impriża Konġunta

1. Il-korpi tal-Impriża Konġunta S2R għandhom ikunu:

(a) il-Bord tat-Tmexxija;

(b) id-Direttur Eżekuttiv;

(c) il-Kumitat Xjentifiku;

(d) il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati.

2. Il-Kumitat Xjentifiku u l-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati ikunu korpi konsultattivi għall-Impriża Konġunta S2R.

6 – Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn massimu ta’ għoxrin membru, inklużi:

(a) żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni;

(b) rappreżentant minn kull wieħed mill-Membri Fundaturi tal-Impriża Konġunta S2R għajr l-Unjoni;

(c) mill-inqas rappreżentant wieħed tal-Membri Assoċjati għal kull Programm ta' Innovazzjoni, imsemmi fil-klawżola 1(3). Dawn ir-rappreżentanti għandhom jinħatru mill-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta S2R, bil-ħsieb li tiġi żgurata rappreżentazzjoni bbilanċjata ta’ atturi mill-katina tal-valur ferrovjarja kollha, kif ukoll minn barra s-settur ferrovjarju tradizzjonali.

7– Funzjonament tal-Bord tat-Tmexxija

1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun presedut mill-Kummissjoni.

2. Il-membri ta' l-Impriża Konġunta S2R għandhom ikollhom numru ta' voti fi proporzjon għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-fondi ta' l-Impriża Konġunta. Minkejja l-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandu jkollha 50% tad-drittijiet tal-vot. Il-vot tal-Kummissjoni għandu jkun indiviżibbli u għandu jirrifletti l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Bord tat-Tmexxija.

3. Il-membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiksbu kunsens. Jekk ma jintlaħaqx kunsens u minkejja l-paragrafu 4, id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jiġu adottati b’maġġoranza ta’ mill-inqas żewġ terzi tal-voti kollha, inklużi l-voti ta’ dawk li mhumiex preżenti, sakemm ma jiġix previst diversament f’dawn l-Istatuti.

4. Dwar deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-adeżjoni ta’ Membri Assoċjati u r-rappreżentazzjoni tal-Membri Assoċjati fil-Bord tat-Tmexxija, il-Kummissjoni għandu jkollha l-vot deċiżiv jekk il-maġġoranza ta’ żewġ terzi ma tistax tintlaħaq.

5. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu li għandhom jiżguraw li l-proċedimenti tiegħu jimxu bla xkiel u b’mod effiċjenti. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu proċeduri speċifiċi għall-identifikazjoni u l-evitar ta’ konflitti ta’ interess.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiltaqa' mill-anqas tliet darbiet fis-sena. Għandhom jissejħu laqgħat straordinarji jew fuq it-talba ta' terz tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija li jirrappreżentaw mill-anqas 30 % tad-drittijiet tal-vot, jew fuq talba tal-Kummissjoni jew tad-Direttur Eżekuttiv;

Il-laqgħat għandhom normalment isiru fis-sede ta' l-Impriża Konġunta;

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, iżda ma jkollux dritt tal-vot.

Rappreżentant tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji u l-president jew viċipresident tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi.

Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden persuni oħra biex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi.

8 – Kompiti tal-Bord tat-Tmexxija

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkollu r-responsabbiltà globali għad-direzzjoni strateġika u l-operazzjonijiet tal-Impriża Konġunta S2R u għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tiegħu. B'mod partikolari, il-Bord tat-Tmexxija għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) jadotta l-Master Plan tax-S2R u kwalunkwe proposta għall-modifika tiegħu;

(b) jadotta l-pjan ta' ħidma annwali u l-istimi ta' nefqa korrispondenti tal-Impriża Konġunta S2R, kif propost mid-Direttur Eżekuttiva wara li jkun ikkonsulta mal-Kumitat Xjentifiku u l-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati;

(c) jivvaluta, jaċċetta jew jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal membri ġoddi skont il-klawżola 4;

(d) jiddeċiedi dwar it-terminazzjoni tas-sħubija fl-Impriza Konġunta S2R ta’ kwalunkwe Membru li ma jissodisfax l-obbligi tiegħu u dwar il-kundizzjonijiet ta' din it-terminazzjoni;

(e) japprova l-ftehimiet ta' sħubija msemmija fil-klawżola 3(2) wara li jikkonsulta, fejn xieraq, il-grupp ta’ konsultazzjoni ad hoc;

(f) jadotta r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta S2R skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

(g) jadotta il-baġit annwali tal-Impriża Konġunta S2R, kif propost mid-Direttur Eżekuttiv, inkluż il-pjan tal-istabbiliment tal-persunal li jindika n-numru ta’ postijiet temporanji bil-grupp ta’ funzjoni u bil-grad kif ukoll in-numru ta’ persunal bil-kuntratt u esperti nazzjonali sekondati espressi f’ekwivalenti full-time;

(h) jeżerċita s-setgħat ta' awtorità tal-ħatra fir-rigward tal-persunal, skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament;

(i) jaħtar, ineħħi, jestendi l-mandat, jipprovdi gwida lid-Direttur Eżekuttiv u jissorvelja l-prestazzjoni tiegħu;

(j) japprova l-programm ta’ organizzazzjoni fuq ir-rakkomandazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

(k) japprova l-kontijiet annwali;

(l) japprova r-rapport annwali tal-attività, inkluża l-ispiża korrispondenti;

(m) jagħmel l-arranġamenti kif xieraq għall-istabbiliment ta’ kapaċità ta’ verifika interna tal-Impriża Konġunta S2R;

(n) jiżviluppa proċeduri għal sejħiet miftuħa u trasparenti u japprova s-sejħiet kif ukoll, fejn xieraq, ir-regoli relatati għas-sottomissjoni, l-evalwazzjoni, l-għażla u l-proċeduri ta’ reviżjoni;

(o) japprova l-lista ta’ azzjonijiet magħżula għall-iffinanzjar;

(p) fejn huwa xieraq, jistabbilixxi l-gruppi ta' ħidma msemmija fil-klażola 14 addizzjonali għall-korpi tal-Impriża Konġunta S2R;

(q) fejn huwa xieraq, jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni konformi mal-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament, kif ukoll regoli dwar is-sekondar ta’ esperti nazzjonali lill-Impriża Konġunta S2R u dwar l-użu ta’ persuni li qed jitħarrġu skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament;

(r) fejn huwa xieraq, japprova u jissottometti lill-Kummissjoni kwalunkwe talba biex ikun emendat dan ir-Regolament proposta minn kwalunkwe Membru tal-Impriża Konġunta S2R;

(s) jiddeċiedi dwar proposti lill-Kummissjoni dwar l-estensjoni jew ix-xoljiment ta' l-Impriża Konġunta;

(t) jeżerċita kwalunkwe kompitu li mhuwiex speċifikament allokat lil wieħed mill-korpi tal-Impriża Konġunta S2R li huwa jista’ jagħti lil wieħed minn dawn il-korpi.

9 – Ħatra, tkeċċija jew estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv

1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara proċedura ta’ għażla miftuħa u trasparenti.

2. Id-Direttur Eżekuttiv huwa membru tal-persunal u għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Impriża Konġunta S2R taħt l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjiegi ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni.

3. Għall-għan li jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Impriża Konġunta S2R għandha tkun irrappreżentata mill-President tal-Bord ta' Tmexxija.

4. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sal-aħħar ta’ dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tikkunsidra l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Impriża Konġunta S2R.

5. Il-Bord tat-Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.

6. Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu globali.

7. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu biss b'deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.

10 – Kompiti tad-Direttur Eżekuttiv

1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli mit-tmexxija ta’ kuljum tal-Impriża Konġunta S2R skont id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Impriża Konġunta S2R. Hu/hi għandha tkun responsabbli lejn il-Bord tat-Tmexxija u twettaq id-dmirijiet tagħha b’indipendenza sħiħa fil-limiti tal-poteri assenjati lilha.

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Impriża Konġunta S2R. Huwa għandu jipprovdi lill-Bord tat-Tmexxija bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tiegħu.

4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu b'mod partikolari:

(a) iħejji u jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord tat-Tmexxija l-abbozz tal-baġit annwali inkluż il-pjan tal-istabbiliment tal-persunal korrespondenti billi jindika l-għadd ta’ postijiet temporanji skont il-grupp tal-funzjoni u skont il-grad u n-numru ta’ persunal b’kuntratt u esperti nazzjonali ssekondati espressi f’ekwivalenti ta’ full-time;

(b) iħejji u jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord tat-Tmexxija l-pjanijiet ta' ħidma annwali tal-Impriża Konġunta u l-istimi tal-ispejjeż korrispondenti;

(c) jippreżenta l-kontijiet annwali lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(d) jipprepara u jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord tat-Tmexxija r-rapport ta’ attività annwali msemmi fil-klawżola 19(2), u tali rapporti oħrajn li jistgħu jintalbu mill-Bord tat-Tmexxija;

(e) jimmaniġġja soluzzjoni tat-tilwim tas-sekonda istanza fi ħdan l-IPs;

(f) jimmaniġġa s-soluzzjoni ta' disputi fl-ewwel istanza fost l-IPs;

(g) jimmaniġġja s-sejħiet u jissottometti għall-approvazzjoni lill-Bord tat-Tmexxija l-lista ta’ azzjonijiet magħżula għall-iffinanzjar;

(h) jiffirma ftehimiet jew deċiżjonijiet individwali;

(i) jiffirma kuntratti ta’ akkwist;

(j) jiżgura li jitwettqu l-obbligi ta' l-Impriża Konġunta, fir-rigward tal-kuntratti u l-ftehim li hija tikkonkludi;

(k) jiżgura l-koordinazzjoni bejn id-diversi IPs u jieħu azzjoni xierqa biex jimmaniġġja l-konġunzjonijiet, tiġi evitata d-duplikazzjoni bla ħtieġa bejn proġetti u jiffavorixxi s-sinerġiji fost l-IPs;

(l) jipproponi lill-Bord tat-Tmexxija adattament tal-kontenut tekniku u allokazzjonijiet baġitarji bejn l-IPs;

(m) jiżgura li l-għanijiet ppjanati u l-iskedi huma ssodisfati, jikkoordina u jsegwi l-attivitajiet tal-IPs u jipproponi kwalunkwe evoluzzjoni xierqa tal-għanijiet u l-iskeda relatata;

(n) jissorvelja l-progress li jsir mill-IPs lejn il-kisba tal-għanijiet;

(o) ifassal u jimplimenta l-politika ta’ komunikazzjoni tal-Impriża Konġunta S2R;

(p) jissottometti lill-Bord tat-Tmexxija proposti dwar l-iskema tal-organizzazzjoni;

(q) jorganizza, jidderieġi u jissorvelja l-operazzjonijiet u l-persunal tal-Impriża Konġunta fil-limiti tad-delegazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija kif mitlub fl-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament;

(r) jiżgura li l-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta jitwettqu b'indipendenza sħiħa u mingħajr kwalunkwe konflitt ta' interess;

(s) jistabbilixxa u jiżgura l-funzjonament ta’ sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern u jirrapporta kwalunkwe bidla sinifikanti fiha lill-Bord tat-Tmexxija;

(t) jiżgura li l-evalwazzjoni tar-riskju u l-immaniġġjar tar-riskju jitwettqu;

(u) jieħu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa għall-valutazzjoni tal-progress tal-Impriża Konġunta S2R biex tilħaq l-għanijiet tagħha;

(v) jorganizza skambju ta’ informazzjoni mal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji;

(w) iwettaq kwalunkwe kompiti oħra mogħtija jew delegati lid-Direttur Eżekuttiv mill-Bord tat-Tmexxija.

5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi Uffiċċju tal-Programm għall-eżekuzzjoni, taħt ir-responsabilità tiegħu/tagħha, ta’ kull kompitu ta’ appoġġ li joħorġu minn dan ir-Regolament. L-Uffiċċju tal-Programm għandu jkun magħmul mill-persunal tal-Impriża Konġunta S2R u għandu b’mod partikolari iwettaq dawn il-kompiti li ġejjin:

(a) jipprovdi appoġġ għall-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ sistema xierqa ta’ kontijiet skont ir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta S2R;

(b) jimmaniġġa s-sejħiet kif previst fil-pjan ta’ ħidma annwali u jamministra l-ftehimiet jew deċiżjonijiet, inklużi l-koordinazzjoni tagħhom;

(c) jipprovdi lill-membri u lill-korpi l-oħra tal-Impriża Konġunta S2R l-informazzjoni rilevanti kollha u l-appoġġ meħtieġ għalihom biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom kif ukoll iwieġeb it-talbiet speċifiċi tagħhom;

(d) jaġixxi bħala s-segretarjat tal-korpi tal-Impriża Konġunta S2R u jipprovdi appoġġ lil kwalunkwe grupp ta' ħidma stabbilit mill-Bord tat-Tmexxija.

11 – L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandu jkollhom status ta’ osservatur fuq il-Bord tat-Tmexxija u tikkontribwixxi għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Master Plan tax-S2R, b’mod partikolari billi twettaq il-kompiti konsultattivi li ġejjin:

(a) tipproponi emendi possibbli għall-Master Plan tax-S2R u l-pjanijiet ta’ ħidma annwali, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tar-riċerka li għandha x’taqsam mal-ħolqien ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea jkunu koperti;

(b) tipproponi, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati msemmija fl- Artikolu 2(1)(e) ta’ dan ir-Regolament, standards tekniċi għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u validazzjoni bil-ħsieb li tiġi ggarantita l-interoperabbiltà u s-sikurezza tar-riżultati;

(c) tirrevedi l-iżviluppi komuni għas-sistema futura u tikkontribwixxi għad-definizzjoni tas-sistemi fil-mira fil-qasam tar-rekwiżiti regolatorji;

(d) tirrevedi l-attivitajiet u r-riżultati ta' proġetti bl-għan li tivverifika r-rilevanza tagħhom għall-għanijiet identifikati fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament u tiżgura l-interoperabbiltà u s-sikurezza tar-riżultati tar-riċerka.

12 – Il-Kumitat Xjentifiku

1. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun kompost minn mhux iktar minn tnax-il membru. Għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu.

2. Il-membri għandhom jirriflettu rappreżentazzjoni bbilanċjata ta' xjenzati u inġiniera rikonoxxuti mad-dinja kollha mill-akkademja, l-industrija, intrapriżi żgħar u medji, organizzazzjonijiet non-governattivi u korpi regolatorji. Kollettivament, il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandu jkollhom il-kompetenzi xjentifiċi u l-esperjenza meħtieġa li jkopru d-dominju tekniku meħtieġ biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet strateġiċi bbażati fuq ix-xjenza lill-Impriża Konġunta S2R.

3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterja speċifika u l-proċess tal-għażla għall-kompożizzjoni tal-Kumitat Xjentifiku u għandu jaħtar il-membri tiegħu. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jqis il-kandidati potenzjali proposti mill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati, il-Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Ewropea fil-Ferroviji (ERRAC) u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji.

4. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) jagħti parir dwar il-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi li għandhom ikunu indirizzati fil-pjani ta’ ħidma annwali;

(b) jagħti pariri dwar il-kisbiet xjentifiċi u teknoloġiċi deskritti fir-rapport tal-attività annwali;

(c) jissuġġerixxu oqsma possibbli ta’ riċerka avvanzata li jistgħu jkunu soġġetti għal aktar żviluppi;

(d) jissuġġerixxi sinerġiji possibbli ma’ attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali u internazzjonali fil-qasam tekniku ferrovjarju, b’mod partikolari permezz tal-Pjattaforma Teknoloġika tal-Kunsill Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka Ferrovjarja (ERRAC), kif ukoll ma’ dawk f’oqsma oħra, kif identifikati fil-klawżola 2(k).

5. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-laqgħat għandhom jissejħu mill-president tiegħu.

6. Il-Kumitat Xjentifiku jista’, bil-qbil taċ-chairperson, jistieden persuni oħra biex jattendu l-laqgħat tiegħu.

7. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

13 –Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istat

1. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jikkonsisti minn rappreżentat wieħed ta' kull Stat Membru u ta' kull pajjiż assoċjat mal-Programm ta' Qafas Orizzont 2020. Huwa għandu jeleġġi president u viċipresident minn fost il-membri tiegħu.

2. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-laqgħat għandhom jissejħu mill-president tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv u l-president tal-Bord tat-Tmexxija jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jattendu l-laqgħat.

3. Il-membri tal-Kumitat taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, stabbilit permezz tal-Artikolu 62 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[1], jew ir-rappreżentanti tagħhom, jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati.

4. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jiġi kkonsultat u, b'mod partikolari, għandu jivvaluta informazzjoni u jipprovdi opinjonijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:

(a) l-aġġornament ta’ orjentazzjoni strateġika u l-Master Plan tax-S2R u dwar il-progress lejn il-kisba tal-miri tagħhu;

(b) il-pjanijiet ta' ħidma annwali tal-Impriża Konġunta S2R;

(c) konnessjonijiet mal-Programm ta’ Qafas Orizzont 2020 u strumenti ta’ finanzjament tal-UE u tal-Istati Membri, inkluż il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fondi Strutturali Ewropej;

(d) konnessjonijiet mar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju u l-għan tal-ksib ta' Żona Ferrovjarja Unika Ewropea;

(e) l-involviment tal-SMEs u atturi rilevanti minn barra is-settur ferrovjarju tradizzjonali.

5. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu wkoll jipprovdi informazzjoni lill–Impriża Konġunta S2R u jaġixxi bħala intefaċċa magħha fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) l-istatus ta’ programmi ta’ riċerka u innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali u l-identifikazzjoni ta’ oqsma potenzjali ta’ kooperazzjoni, inkluż l-użu effettiv tagħhom;

(b) il-miżuri speċifiċi meħuda fil-livell nazzjonali fir-rigward ta’ avvenimenti ta’ disseminazzjoni, workshops tekniċi dedikati u attivitajiet ta’ komunikazzjoni.

6. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati jista’ joħroġ, fuq inizjattiva tiegħu stess, rakkomandazzjonijiet lill-Impriża Konġunta S2R rigward kwistjonijiet tekniċi, maniġerjali u finanzjarji, b’mod partikolari meta dawk il-kwistjonijiet jaffettwaw interessi nazzjonali jew reġjonali. L-Impriża Konġunta S2R għandha tinforma lill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati bis-segwitu li tat lil tali rakkomandazzjonijiet.

7. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

14 – Il-Gruppi ta' Ħidma

1. Sabiex jitwettqu l-kompiti previsti fil-klawżola 2, il-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta S2R jista' jistabbilixxi numru limitat ta' gruppi ta' ħidma sabiex iwettqu attivitajiet li jkunu delegati lilu mill-Bord tat-Tmexxija. Dawn il-gruppi għandhom ikunu magħmula minn professjonisti u għandhom jaħdmu b’mod trasparenti.

2. L-esperti li jieħdu sehem fil-gruppi ta' ħidma m'għandhomx jappartjenu għall-persunal ta' l-Impriża Konġunta S2R.

3. Sabiex tiġi żgurata firxa wiesgħa ta’ għarfien espert, l-Impriża Konġunta S2R għandha tinkoraġġixxi u tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-SMEs, organizzazzjonijiet ta’ riċerka u atturi minn barra s-settur ferrovjarju tradizzjonali fil-gruppi ta’ ħidma.

4. Il-gruppi ta' ħidma għandhom ikunu preseduti minn rappreżentant ta' l-Impriża Konġunta S2R. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għandhom jassistu f’dawn il-gruppi ta’ ħidma fil-kwalità ta’ osservatur.

15– Sorsi ta' finanzjament

1. L-Impriża Konġunta S2R għandha tiġi ffinanzjata b’mod konġunt mill-Unjoni u l-membri għajr l-Unjoni u l-entitajiet affiljati tagħhom permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji u in natura mħallsa f’installazzjonijiet u kontribuzzjonijiet li jikkonsistu mill-kostijiet imġarrba minnhom u li mhumiex rimborsati mill-Impriża Konġunta S2R.

2. Il-kostijiet amministrattivi tal-Impriża Konġunta S2Rma għandhomx jaqbżu s-EUR 27 miljun u għandhom ikunu koperti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji maqsuma ugwalment fuq bażi annwali bejn l-Unjoni u l-membri tal-Impriża Konġunta S2R għajr l-Unjoni, ħlief iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet. Il-kontribuzzjoni tal-membri għajr l-Unjoni għandha tiġi determinata b’mod proporzjonali mal-impenn tal-baġit rispettiv tagħhom. Jekk parti mill-kostijiet amministrattivi ma tintużax, tista’ tkun disponibbli biex tkopri l-kostijiet operattivi tal-Impriża Konġunta S2R.

3. Il-kostijiet operattivi tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jiġu koperti permezz ta':

(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni;

(b) kontribuzzjonijiet in natura mill-Membri għajr l-Unjoni permezz tal-entitajiet affiljati li jikkonsistu mill-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjonijiet ta’ azzjonijiet indiretti li minnhom titnaqqas il-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta S2R u kwalunkwe kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni għal dawk l-ispejjeż.

4. Ir-riżorsi tal-Impriża Konġunta S2R imdaħħla fil-baġit tagħha għandhom ikunu magħmula mill-kontribuzzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri għall-ispejjeż amministrattivi;

(b) il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-ispejjeż operattivi;

(c) kwalunkwe dħul iġġenerat mill-Impriża Konġunta S2R;

(d) kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja, riżorsa u dħul oħrajn.

5. L-imgħaxijiet kollha ġġenerati mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jitqiesu bħala dħul tagħha.

6. Ir-riżorsi kollha ta' l-Impriża Konġunta S2R għandhom jiġu ddedikati għall-issodisfar ta' l-objettivi stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament.

7. L-Impriża Konġunta S2R għandu jkollha l-assi kollha ġġenerati minnha jew trasferiti lilha sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha previsti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

8. Suġġett għall-klawżola 22(4), ma għandu jsir l-ebda pagament permezz ta' diviżjoni ta' kwalunkwe dħul żejjed fuq l-infiq lill-membri ta' l-Impriża Konġunta S2R.

16 – Allokazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta S2R ddedikata għal kostijiet operattivi msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) u l-kontribut addizzjonali msemmi fl-Artikolu 3(1)(b) għandhom jiġu allokati kif ġej:

(a) sa 40% għandu jiġi allokat lill-Membri Fundaturi għajr l-Unjoni u l-entitajiet affiljati tagħhom.

(b) sa 30 % għandu jiġi allokat lill-Membri Assoċjati u l-entitajiet affiljati tagħhom.

(c) mill-inqas 30% għandu jiġu allokat permezz ta’ sejħiet kompetittivi għal proposti u sejħiet għal offerti.

2. Il-finanzjament taħt il-paragrafu 1 għandu jkun allokat wara evalwazzjoni ta’ proposti minn esperti indipendenti.

3. L-impenji finanzjarji tal-Impriża Konġunta S2R ma għandhomx jaqbżu l-ammont ta’ riżorsi finanzjarji disponibbli jew impenjati għall-baġit mill-Membri tagħha.

17 – Sena finanzjarja

Is-sena finanzjarja għandha tkun bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru.

18 – Ippjanar operattiv u finanzjarju

1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara u jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord tat-Tmexxija abbozz ta’ pjan ta’ ħidma annwali abbażi tal-Master Plan tax-S2R, li għandu jinkludi pjan dettaljat tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, l-attivitajiet amministrativi u l-istimi tal-infiq korrispondenti għas-sena li jkun imiss. L-abbozz ta’ pjan ta’ ħidma għandu jinkludi wkoll il-valur stmat tal-kontribuzzjonijiet li għandhom isiru skont il-klawżola 15(3)(b).

2. Il-programm ta’ ħidma annwali għal sena partikolari għandu jkun adottat sa tmiem is-sena preċedenti. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun disponibbli pubblikament.

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara l-abbożż tal-baġit annwali għas-sena segwenti u jissottomettih lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni.

4. Il-baġit annwali għal sena partikolari għandu jkun adottat mill-Bord tat-Tmexxija sa tmiem is-sena preċedenti.

5. Il-baġit annwali għandu jkun adottat biex iqis l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif stabbilit fil-baġit tal-Unjoni.

19 – Rappurtar operattiv u finanzjarju

1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta annwalment lill-Bord ta' Tmexxija dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu skont ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta S2R.

2. Sal-15 ta’ Frar kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni rapport ta' ħidma annwali dwar il-progress li sar mill-Impriża Konġunta S2R fis-sena kalendarja preċedenti, b’mod partikolari b’rabta mal-pjan ta’ ħidma annwali għal dik is-sena. Dak ir-rapport għandu jinkludi, inter alia, informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) riċerka, innovazzjoni u azzjonijiet oħra mwettqa u l-ispiża relatata;

(b) l-azzjonijiet sottomessi, inkluż analiżi statistika skont it-tip ta’ parteċipant, inkluż SMEs, u bil-pajjiż;

(c) l-azzjonijiet magħżula għall-iffinanzjar inkluż analiżi statistika skont it-tip ta’ parteċipant, inkluż SMEs, u bil-pajjiż u li tindika l-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta S2R lill-parteċipanti u l-azzjonijiet individwali.

Meta jkun approvat mill-Bord tat-Tmexxija, ir-rapport ta’ attività annwali għandu jiġi trażmess lill-Grupp Rappreżentattiv tal-Istati u jkun disponibbli pubblikament.

3. L-Impriża Konġunta S2R għandha tirrapporta annwalment lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

4. Il-kontijiet tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jiġu eżaminati minn korp indipendenti ta’ verifika kif stipulat fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Il-kontijiet tal-Impriża Konġunta S2R ma għandhomx ikunu soġġetti għal eżami mill-Qorti tal-Awdituri.

20 – Awditu intern

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżegwixxi l-istess segħat fuq l-Impriża Konġunta S2R bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

21 – Responsabbiltà tal-membri u assigurazzjoni

1. L-obbligu finanzjarju tal-membri għad-djun tal-Impriża Konġunta S2R għandu jkun limitat għall-kontribuzzjoni tagħhom li huma jkunu diġà għamlu għall-kostijiet amministrattivi.

2. L-Impriża Konġunta S2R għandha tieħu u żżomm assigurazzjoni xierqa.

22 – Kunflitt ta’ interess

1. L-Impriża Konġunta S2R, il-korpi tagħha u l-persunal għandhom jevitaw kunflitt ta’ interess fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom.

2. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-Membri, il-korpi, il-persunal u l-persunal issekondat. F’dawk ir-regoli, għandu jsir provvediment biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess għar-rappreżentanti tal-Membri li jservu fil-Bord ta' Tmexxija.

23 – Proċess ta’ stralċ

1. Il-proċess ta’ stralċ tal-Impriża Konġunta S2R għandu jibda fi tmiem il-perjodu definit fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

2. Il-proċedura tal-proċess ta’ stralċ għandha tinbeda awtomatikament jekk il-Kummissjoni jew il-membri l-oħra kollha għajr l-Unjoni jirtiraw mill-Impriża Konġunta S2R.

3. Bil-għan li jitmexxew il-proċeduri biex jinbeda l-proċess ta’ stralċ tal-Impriża Konġunta S2R, il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar likwidatur wieħed jew iktar, li għandhom ikunu konformi mad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija.

4. Meta l-Impriża Konġunta S2R tkun għaddejja mill-proċess ta’ stralċ, l-assi tagħha għandhom jintużaw biex ikopru l-obbligi tagħha u n-nefqa relatata mal-proċess ta’ stralċ. Kwalunkwe eċċess għandu jitqassam fost il-membri fiż-żmien tal-proċess ta’ stralċ b'mod proporzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom lill-Impriża Konġunta S2R. Kwalunkwe fdal bħal dan imqassam lill-Unjoni għandu jiġi ritornat lill-baġit tal-Unjoni.

5. Għandha tiġi stabbilita proċedura ad hoc li tiżgura l-ġestjoni xierqa ta’ kwalunkwe ftehim konkluż jew deċiżjoni adottata mill-Impriża Konġunta S2R kif ukoll kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist b’tul ta’ żmien itwal mit-tul ta’ żmien tagħha.

ANNESS II –IL-MEMBRI FUNDATURI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA S2R GĦAJR L-UNJONI

1. ALSTOM TRANSPORT

2. ANSALDO STS

3. BOMBARDIER TRANSPORTATION

4. CONSTRUCCIONES Y AUXILIAR DE FERROCARRILES

5. NETWORK RAIL

6. SIEMENS AKTIENGESELLSCHAFT

7. THALES

8. TRAFIKVERKET

[1]               Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-istabbiliment ta' żona ferrovjarja Ewropea unika (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

Top