This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0079
Proposal for a COUNCIL DECISION on the position to be taken by the European Union within the relevant Committees of the United Nations Economic Commission for Europe regarding the adaptation to technical progress of Regulations Nos 3, 6, 7, 13, 19, 37, 43, 45, 46, 48, 51, 53, 60, 67, 69, 77, 87, 91, 106, 109, 117, 118, 119, 121, 128 and 129, and regarding the adaptation to technical progress of Global Technical Regulation No 12 of the United Nations Economic Commission for Europe
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nri 3, 6, 7, 13, 19, 37, 43, 45, 46, 48, 51, 53, 60, 67, 69, 77, 87, 91, 106, 109, 117, 118, 119, 121, 128 u 129, u fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolament Globali Tekniku Nru 12 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nri 3, 6, 7, 13, 19, 37, 43, 45, 46, 48, 51, 53, 60, 67, 69, 77, 87, 91, 106, 109, 117, 118, 119, 121, 128 u 129, u fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolament Globali Tekniku Nru 12 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa
/* COM/2013/079 final - 2013/0050 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nri 3, 6, 7, 13, 19, 37, 43, 45, 46, 48, 51, 53, 60, 67, 69, 77, 87, 91, 106, 109, 117, 118, 119, 121, 128 u 129, u fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolament Globali Tekniku Nru 12 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa /* COM/2013/079 final - 2013/0050 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni
Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) tiżviluppa
rekwiżiti armonizzati, li huma maħsubin biex ineħħu
l-ostakoli tekniċi fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn
il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958 u biex jiżguraw
li vetturi bħal dawn joffru livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien
ambjentali. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE
tas-27 ta' Novembru 1997 l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni
Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa ("UNECE”) dwar
l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi
bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew
jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent
reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn
il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”)[1] u
bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE
tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li
jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti,
apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw
f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”)[2]
l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim Parallel. Il-laqgħat tal-UNECE WP29, il-Forum Dinji
għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi, jittellgħu tliet
darbiet fis-sena f’Marzu, Ġunju u Novembru ta’ kull sena kalendarja.
F'kull sessjoni tal-laqgħa jiġu adottati emendi ġodda għal
Regolamenti UNECE jew Regolamenti Globali Tekniċi eżistenti sabiex
jippermettu l-progress tekniku. Qabel kull laqgħa tad-WP29, dawn l-emendi
ġew adottati minn xi wieħed mis-sitt gruppi ta' ħidma (GRs) li
huma attivi fid-WP29. Sussegwentement, f'laqgħa tad-WP29
jintefa’ l-vot finali għall-adozzjoni tal-emendi, is-supplimenti u
r-rettifiki, dment li jintlaħaq il-kworum u jkun hemm maġġoranza
kwalifikata fost il-partijiet kontraenti. L-UE hija parti kontraenti
f'żewġ ftehimiet (tal-1958 u tal-1998) fid-WP29 u tivvota f'isem
l-Istati Membri. Deċiżjoni tal-Kunsill imsejħa l-"mega
Deċiżjoni" li tħaddan fiha l-lista ta’ emendi, supplimenti
u rettifiki, tiġi ppreparata kull darba u tippermetti lill-Kummissjoni
tivvota f’isem l-Istati Membri f'kull laqgħa tad-WP29. Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill
tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni tal-emendi, is-supplimenti
u r-rettifiki sottomessi għall-vot fil-laqgħa tad-WP29 ta'
Marzu 2013 li se ssir bejn it-12 u l-15 ta' Marzu 2013. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Il-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur
kien ikkonsultat fis-6 ta’ Frar 2013 u ġew ikkunsidrati
l-osservazzjonijiet minn esperti tal-Istati Membri. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA ·
Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta tiddefinixxi l-pożizzjoni
tal-Unjoni fil-votazzjoni tal-emendi tar-Regolamenti tal-UNECE Nri 3, 6, 7, 13,
19, 37, 43, 45, 46, 48, 51, 53, 60, 67, 69, 77, 87, 91, 106, 109, 117, 118,
119, 121, 128 u 129, u tar-Rettifika 1 tar-Regolament Globali Tekniku Nru 12
tal-UNECE. ·
Bażi legali Sabiex jaddattaw
għall-ispeċifiċitajiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea, il-bażijiet legali użati qabel, imsemmija
fil-premessi 1 u 2 inbidlu b’referenza diretta għall-Artikolu 218(9). ·
Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-vot favur strumenti internazzjonali,
bħall-abbozz tar-Regolamenti tal-UNECE u r-Regolamenti Tekniċi
Globali u l-inkorporazzjoni tagħhom fis-sistema tal-Unjoni
għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur jista' jsir biss
mill-Unjoni. Dan ma jipprevenix biss il-frammentazzjoni tas-Suq Intern,
iżda jiżgura wkoll standards ugwali tas-saħħa u s-sigurtà
madwar l-Unjoni. Dan joffri wkoll vantaġġi tal-ekonomiji ta’ skala:
il-prodotti jistgħu jsiru għas-suq tal-Unjoni kollu u anki
għas-suq internazzjonali, minflok jiġu manifatturati apposta biex
jingħataw l-approvazzjoni tat-tip għal kull Stat Membru. Għaldaqstant, il-proposta hija konformi
mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. ·
Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju
tal-proporzjonalità għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li huwa
meħtieġ biex tilħaq l-għanijiet li tiżgura
t-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm
livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien pubbliku. ·
Għażla tal-istrumenti L-istrument propost: Deċiżjoni
tal-Kunsill. L-użu ta' Deċiżjoni tal-Kunsill
huwa kkunsidrat adegwat minħabba li hu f'konformità mar-rekwiżiti
tal-Artikolu 218(9) tat-TFUE. 2013/0050 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha
tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitati relevanti
tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward
tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nri 3, 6, 7, 13, 19,
37, 43, 45, 46, 48, 51, 53, 60, 67, 69, 77, 87, 91, 106, 109, 117, 118, 119,
121, 128 u 129, u fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku
tar-Regolament Globali Tekniku Nru 12 tal-Kummissjoni Ekonomika
tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari
l-Artikolu 114 u l-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Bid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 97/836/KE[3]
tas-27 ta’ Novembru 1997 l-Unjoni laqgħet il-Ftehim
tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNECE”)
dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi
bir-roti, għat-tagħmir u l-partijiet li jistgħu
jitwaħħlu u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u
għall-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku
tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet
("il-Ftehim tal-1958 Rivedut"). (2) Bid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2000/125/KE[4]
tal-31 ta' Jannar 2000 l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim dwar
l-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi globali għall-vetturi
bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew
jintużaw f'vetturi bir-roti (Ftehim Parallel); (3) Id-Direttiva 2007/46/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li
tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u
l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi
separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru)[5]
issostitwiet is-sistemi ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura
ta’ approvazzjoni tal-Unjoni, li stabbilixxiet qafas armonizzat li jinkludi
d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi
ġenerali għall-vetturi l-ġodda kollha, is-sistemi, il-komponenti
u l-unitajiet tekniċi separati. Dik id-Direttiva inkorporat ir-Regolamenti
tal-UNECE fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, jew
bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi
għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn meta ġiet adottata
d-Direttiva 2007/46/KE, ir-Regolamenti tal-UNECE, qegħdin jissostitwixxu
dejjem aktar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni
tat-tip tal-UE tal-vetturi. (4) Fid-dawl tal-esperjenza u
l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma' ċerti
elementi jew fatturi koperti bir-Regolamenti tal-UNECE Nri 3, 6, 7, 13, 19, 37,
43, 45, 46, 48, 51, 53, 60, 67, 69, 77, 87, 91, 106, 109, 117, 118, 119, 121,
128 u 129 u bir-Regolament Tekniku Globali Nru 12 jeħtieġ li
jiġu adattati. (5) Huwa xieraq li tkun
stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni
fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat
Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel dwar l-emendi li għandhom isiru
għall-atti tal-UNECE msemmija aktar ’il fuq. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha
tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim
Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel mit-12
sal-15 ta’ Marzu 2013 għandha tkun dik li tivvota favur
l-emendi proposti elenkati fl-Anness. Artikolu 2 Din id-Deċizjoni għandha tidħol
fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata
lill-Kummissjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Il-Lista msemmija
fl-Artikolu 1: Proposta għas-Suppliment 14 għas-serje 02 tal-emendi tar-Regolament Nru 3 (mezzi ta’ retroriflessjoni għal vetturi motorizzati) || ECE/TRANS/WP.29/2013/13 Proposta għas-Suppliment 24 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 6 (Indikaturi tad-direzzjoni) || ECE/TRANS/WP.29/2013/14 Proposta għas-Suppliment 22 tas-serje 02 tal-emendi tar-Regolament Nru 7 (Fanali tal-pożizzjoni, tal-waqfien u x-xifer aħħari) || ECE/TRANS/WP.29/2013/15 Proposta għar-Rettifika 3 tas-serje 11 ta’ emendi tar-Regolament Nru 13 (L-ibbrejkjar tal-vetturi tqal) || ECE/TRANS/WP.29/2013/26 Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 19 (Fanali taċ-ċpar ta’ quddiem) || ECE/TRANS/WP.29/2013/16 Proposta għas-Suppliment 41 tas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament Nru 37 (Fanali bil-filament) || ECE/TRANS/WP.29/2013/17 Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 43 (Ċinturini tas-sikurezza) || ECE/TRANS/WP.29/2013/8 Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 45 (Naddafa tal-fanali ta' quddiem) || ECE/TRANS/WP.29/2013/19 Proposta għas-Suppliment 2 tas-sensiela 03 u s-Suppliment 01 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 46 (Tagħmir għal viżjoni indiretta), || ECE/TRANS/WP.29/2013/9 Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl) || ECE/TRANS/WP.29/2013/20 Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 05 ta’ emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl) || ECE/TRANS/WP.29/2013/21 Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 06 ta’ emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl) || ECE/TRANS/WP.29/2013/22 Proposta għal Rettifika 1 tas-Suppliment 10 tas-serje 04 ta’ emendi, skont is-Suppliment 3 tas-serje 05 ta’ emendi u għas-Suppliment 1 tas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 48 (Stallazzjoni ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl) || ECE/TRANS/WP.29/2013/28 Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament Nru. 51 (Il-ħoss tal-kategoriji ta’ vetturi M u N) || ECE/TRANS/WP.29/2013/3 Proposta għar-Rettifika 1 tas-Suppliment 14 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 53 (Stallazzjonijiet ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl) || ECE/TRANS/WP.29/2013/29 WP.29-159-02 Proposta għas-Suppliment 4 tar-Regolament Nru 60 (Kontrolli mħaddma mis-sewwieq għall-mopeds u l-muturi), || ECE/TRANS/WP.29/2013/10 Proposta għas-Suppliment 12 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 67 (Vetturi tal-LPG) || ECE/TRANS/WP.29/2013/11 Proposta għal Rettifika 1 tas-Suppliment 5 tas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 69 (Pjanċi li jimmarkaw wara għall-vetturi li jimxu bil-mod) || ECE/TRANS/WP.29/2013/30 Proposta għas-Suppliment 16 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 77 (Lampi tal-ipparkjar) || ECE/TRANS/WP.29/2013/39 Proposta għas-Suppliment 17 tar-Regolament Nru 87 (Fanali tas-sewqan ta’ bi nhar) || ECE/TRANS/WP.29/2013/23 Proposta għas-Suppliment 15 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 91 (Lampi li jindikaw il-ġenb) || ECE/TRANS/WP.29/2013/40 Proposta għal Suppliment 10 tar-Regolament Nru 106 (Tajers pnewmatiċi għall-vetturi agrikoli) || ECE/TRANS/WP.29/2013/6 Proposta għal Rettifika 1 tar-Reviżjoni 1 tar-Regolament Nru 109 (Tajers pnewmatiċi retreaded għall-vetturi kummerċjali) || ECE/TRANS/WP.29/2013/27 Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 117 (Tajers: Rolling resistance, rolling noise u wet grip) || ECE/TRANS/WP.29/2013/7 Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament Nru 118 (Test tar-reżistenza għan-nar) || ECE/TRANS/WP.29/2013/12 Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 119 (Fanali għall-kantunieri) || ECE/TRANS/WP.29/2013/24 Proposta għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 121 (Identifikazzjoni tal-kontrolli, sinjali ta’ avvertiment u indikaturi), || ECE/TRANS/WP.29/2012/30 Proposta għas-Suppliment 1 tar-Regolament Nru [128] (sorsi tad-dawl light emitting diode (LED)) || ECE/TRANS/WP.29/2013/25 Proposta għar-Rettifika 1 tar-Regolament Nru [129] (Sistemi Msaħħa ta’ Trażżin għat-Tfal) || ECE/TRANS/WP.29/2013/31 Proposta għas-Suppliment 1 tar-Regolament Nru [129] (Sistemi Msaħħa ta’ Trażżin għat-Tfal) || ECE/TRANS/WP.29/2013/37 Proposta għall-Emenda 1 għal gtr Nru. 12 (Controls tell-tales u indikaturi għal vetturi b’żewġ roti) || ECE/TRANS/WP.29/2013/34 ECE/TRANS/WP.29/2013/35 ECE/TRANS/WP.29/2012/AC.3/35 [1] ĠU L
346, 17.12.1997, p. 78. [2] ĠU
L 35, 10.2.2000, p 12. [3] ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78. [4] ĠU
L 35, 10.2.2000, p 12. [5] ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.