This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0078
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on consumer product safety and repealing Council Directive 87/357/EEC and Directive 2001/95/EC
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE
/* COM/2013/078 final - 2013/0049 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE /* COM/2013/078 final - 2013/0049 (COD) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-moviment liberu ta' prodotti siguri
għall-konsumatur huwa wieħed mill-pilastri ewlenin tal-Unjoni
Ewropea. Dan huwa pilastru importanti tas-suq uniku, u lill-konsumaturi
jagħtih kunfidenza meta jkun qed jixtri l-prodotti. Din il-proposta għal Regolament dwar
is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur, li se jieħu post
id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza
ġenerali tal-prodotti[1]
("id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti" jew
sempliċiment il-GPSD), tikkonċerna prodotti mmanifatturi
għall-konsumatur u li mhumiex għall-ikel. Anke bħall-GPSD,
ir-Regolament propost li l-prodotti għall-konsumatur jridu jkunu
"siguri", jistabbilixxi ċerti obbligi fuq l-operaturi
ekonomiċi u fih dispożizzjonijiet għall-iżvilupp ta'
standards favur ir-rekwiżit ġenerali tas-sigurtà. Madanakollu, it-tħaddim tar-Regolament
propost u r-relazzjoni tiegħu ma' leġiżlazzjoni oħra
tal-Unjoni se jkun razzjonalizzat u ssimplifikat b'mod sinifikanti filwaqt li
jżomm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà
tal-konsumaturi. Meta r-regoli tas-sorveljanza tas-suq jirfsu
l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti f'bosta atti ta'
leġiżlazzjoni tal-Unjoni (il-GPSD, ir-Regolament (KE)
Nru 765/2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u
għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta'
prodotti[2]
u leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika
għas-settur li tkopri wkoll il-prodotti għall-konsumatur), tinħoloq
konfużjoni kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll
għall-awtoritajiet nazzjonali u tixxekkel serjament l-effikaċja
tal-attività tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni. Din il-proposta għandha l-għan li
tiċċara l-qafas regolatorju għall-prodotti għall-konsumatur
filwaqt li tqis l-iżviluppi leġiżlattivi fis-snin riċenti
bħall-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid dwar
il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Prodotti adottata fl-2008[3], l-allinjament
tal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika
għas-settur mal-qafas il-ġdid[4]
u d-dħul fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013 ta'
Regolament ġdid dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea[5]. Il-proposta hija parti mill-"Pakkett dwar
is-Sigurtà tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq" li tinkludi wkoll
proposta għal regolament dwar is-sorveljanza tas-suq uniku u pjan ta'
azzjoni pluriennali għas-sorveljanza tas-suq li jkopri l-perjodu mill-2013
sal-2015. L-Att dwar is-Suq Uniku (2011)[6]
identifika r-reviżjoni tal-GPSD u t-tfassil ta' pjan għas-sorveljanza
tas-suq bħala inizjattivi li se jgħinu biex jagħtu spinta
lit-tkabbir u jinħolqu l-impjiegi. L-Att II dwar is-Suq Uniku[7], adottat fl-2012, jikkonferma
l-"Pakkett dwar is-Sigurtà tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq"
bħala azzjoni ewlenija "biex titjieb is-sigurtà tal-prodotti li jduru
mal-UE permezz ta' koerenza aħjar u infurzar tar-regoli dwar is-sigurtà
tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq". 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Mill-2009 sal-2011, il-Kummissjoni għamlet
konsultazzjonijiet pubbliċi estensivi dwar r-reviżjoni tal-GPSD dwar
l-ambitu tal-valutazzjoni tal-impatt. Wara d-definizzjoni tal-ambitu
tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni proċediet għat-tieni
sessjoni ta' konsultazzjoni pubblika li kkonċentrat fuq erba' oqsma sostantivi
ewlenin għal titjib fir-reġim tas-sigurtà tal-prodotti tal-UE: (i)
il-proċeduri biex jobbligaw l-istandards skont il-GPSD għal prodotti
mhux armonizzati, (ii) armonizzazzjoni tal-evalwazzjonijiet tas-sigurtà, (iii)
koperazzjoni u koordinazzjoni tas-sorveljanza tas-suq, inkluż
il-funzjonament tas-Sistema tal-UE ta' Informazzjoni Rapida (RAPEX) u l-kanali
online tad-distribuzzjoni, u (iv) l-allinjament mal-Pakkett dwar il-Moviment
Liberu tal-Oġġetti. It-tieni sessjoni ta' konsultazzjoni pubblika dwar
il-problemi identifikati u s-soluzzjonijiet proposti mill-Kummissjoni saret
bejn Mejju u Diċembru 2010. Bejn it-18 ta' Mejju u
l-20 ta' Awwissu 2010, il-Kummissjoni għamlet
konsultazzjoni pubblika bl-internet b'fokus fuq dawk l-erba' oqsma.
Il-Kummissjoni fittxet ir-rispons b'erba' dokumenti ta' konsultazzjoni u
b'disa' kwestjonarji onlajn immirati lejn bosta gruppi ta' partijiet
interessati. Wieġbu 55 awtorità nazzjonali, mill-Istati Membri kollha
tal-UE ħlief wieħed u min-Norveġja, l-Islanda u l-Isvizzera.
Bosta partijiet interessati oħra, inklużi aktar minn tletin
assoċjazzjoni tan-negozju, 17-il organizzazzjoni tal-konsumatur, u aktar
minn 50 operatur ekonomiku individwali (inklużi bosta SMEs) ħadu
sehem f'din il-konsultazzjoni. B'kollox, waslu 305 tweġibiet mid-disa'
kwestjonarji onlajn. Barra minn hekk, 13-il negozju u organizzazzjoni
tal-konsumaturi taw dokumenti ta' pożizzjoni separata. Matul il-perjodu
ta' konsultazzjoni saru għadd ta' preżentazzjonijiet u skambji
diretti mal-partijiet interessati (kemm mal-organizzazzjonijiet tan-negozju kif
ukoll mal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur). It-tieni sessjoni ta' konsultazzjoni pubblika
ntemmet b'konferenza internazzjonali tal-partijiet interessati dwar
ir-"Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali
tal-Prodotti" fl-1 ta' Diċembru 2010 li matulha
l-Kummissjoni rċeviet rispons mingħand il-partijiet interessati dwar
il-konklużjonijiet ewlenin tal-konsultazzjoni pubblika bl-internet. It-tielet sessjoni ta' konsultazzjoni pubblika
saret bejn Jannar u Marzu 2011. Din ħadet il-forma ta' laqgħat
immirati għall-partijiet interessati bil-parteċipazzjoni ta' esperti
fl-oqsma rilevanti. Dawn il-laqgħat koprew suġġetti strutturali,
inklużi l-organizzazzjoni tal-koordinazzjoni tas-sorveljanza tas-suq,
l-impatt tad-definizzjonijiet il-ġodda tal-obbligi tal-operaturi
ekonomiċi (b'mod partikolari l-obbligi tat-traċċabbiltà),
proċeduri biex jitwaqqfu mandati li jwasslu biex jitwaqqfu standards
Ewropej skont il-GPSD u modi biex tkun stabbilita struttura ċara u li tista'
tiftiehem għar-regoli dwar is-sigurtà tal-prodotti li mhumiex
għall-ikel. Wieħed mir-riżultati tal-proċess
tal-konsultazzjoni pubblika u d-djalogu mal-partijiet interessati kien li jkunu
trasferiti r-regoli tas-sorveljanza tas-suq mill-GPSD attwali għal
Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq ġdid u awtonomu li jrid
jinħoloq u jiġi adottat id f'id mal-proposta attwali
għar-reviżjoni tal-GPSD. Il-valutazzjoni tal-impatt li ħejjiet
il-Kummissjoni biex tkun tkopri aspetti relatati ma' din il-proposta kif ukoll
mal-proposta għal Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq ġdid.
F'Settembru 2012 il-Bord tal-Kummissjoni għall-Valutazzjoni
tal-Impatt ta opinjoni favorevoli. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA ·
Il-kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet Ir-Regolament propost jidentifika b'mod ċar
il-kamp tal-applikazzjoni tiegħu meta mqabbel mal-leġiżlazzjoni
ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Filwaqt li
l-prinċipju ġenerali li kull prodott għall-konsumatur li mhuwiex
għall-ikel irid ikun sigur, japplika dejjem u kullimkien, l-obbligi aktar
dettaljati tal-operaturi ekonomiċi japplikaw biss għal dawk
l-operaturi li mhumiex soġġetti għal obbligi korrispondenti
stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni li tkopri settur
speċifiku tal-prodotti. Il-Kummissjoni beħsiebha tfassal gwida li se
tgħin lin-negozji, b'mod partikolari lill-intrapriżi żgħar
u medji, biex jidentifikaw liema leġiżlazzjoni tapplika
għall-prodotti għall-konsumatur li huma jimmanifatturaw jew iqassmu. It-taqsima tad-definizzjonijiet ġiet
aġġornata u, fejn applikabbli, allinjata mal-Qafas
Leġiżlattiv il-ġdid għall-Kummerċjalizzazzjoni
tal-Prodotti[8]. ·
Ir-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali u
l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi Ir-rekwiżit li kull prodott
għall-konsumatur irid ikun sigur meta jitqiegħed jew ikun disponibbli
fis-suq tal-Unjoni huwa pilastru fundamentali tal-leġiżlazzjoni
tal-UE fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti. Dan ir-rekwiżit tas-sigurtà
ġenerali tal-prodotti li diġa huwa stabbilit fil-GPSD, inżamm.
Madanakollu, it-tħaddim tiegħu fil-prattika se jkun issimplifikat
b'mod sinifikanti għax se tiddaħħal rabta ċara
mal-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur u se jkunu
ssimplifikati r-regoli dwar l-istandards. Għandu jkun preżunt li l-prodotti
għall-konsumatur li jkunu konformi mal-leġislazzjoni ta'
armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur bil-għan li
tiżgura s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, ikunu siguri wkoll
permezz ta' dan ir-Regolament propost. Jekk dawn ma jkunux konformi
mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni applikabbli, dawn ma jgawdux
mill-preżunzjoni tas-sigurtà iżda l-korrezzjoni ta' sitwazzjoni
bħal din tiġi rregolata minn leġiżlazzjoni speċifika
għas-settur flimkien ma' regolament futur dwar is-sorveljanza tas-suq
uniku. Barra minn hekk, il-proposta tistabbilixxi l-obbligi
elementari tal-operaraturi ekonomiċi (il-manifatturi, l-importaturi u
d-distributuri) involuti fil-katina tal-provvista tal-prodotti
għall-konsumatur diment li dawn ma jkunux soġġetti
għar-rekwiżiti korrispondenti fil-leġislazzjoni ta'
armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. L-obbligi huma
msejsa fuq id-dispożizzjonijiet ta' referenza stabbiliti
fid-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni
ta' prodotti[9],
u jindirizzaw, fost l-oħrajn, kwistjonijiet relatati mal-ittikkettar,
l-identifikazzjoni tal-prodott, azzjonijiet korrettivi li għandhom
jittieħdu f'każ ta' prodotti mhux siguri u l-informazzjoni
tal-awtoritajiet kompetenti. B'mod proporzjonat mar-riskji potenzjali
tal-prodotti tagħhom, il-manifatturi se jkunu obbligati jistabbilitxxu
dokumentazzjoni teknika dwar il-prodotti tagħhom li għandu jkun fih
l-informazzjoni meħtieġa biex jagħti prova li l-prodott
tiegħu hu sigur. Imsejsa bl-istess mod fuq id-Deċiżjoni 768/2008/KE,
il-proposta teħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu
jidentifikaw l-operaturi li fornewhom bil-prodott u lil min ikunu fornewh. Fejn
hu ġustifikat, minħabba r-riskji inerenti għal tipi speċifiċi
ta' prodotti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta
miżuri li jkunu jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi
jistabbilixxu jew jaderixxu ma' sistema ta' traċċabbiltà elettronika. ·
L-użu ta' standards Ewropej Bħall-GPSD, anke l-proposta
għar-Regolament il-ġdid tiffavorixxi l-użu ta' standards li
jsostnu l-implimentazzjoni tar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali.
Madanakollu, il-proċess li jidentifika l-istandards Ewropej eżistenti
jew li jitlob l-iżvilupp ta' standards Ewropej li joħolqu
l-preżunzjoni li prodott huwa sigur, kienu ssimplifikati b'mod sinifikanti
u allinjati mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li jistabbilixxi qafas
ġenerali ġdid għall-istandardizzazzjoni Ewropea[10]. Dan jenfasizza l-importanza
li l-Kummissjoni tagħti lil approċċ tal-koregolamentazzjoni u se
jsaħħaħ l-użu ta' standards Ewropej li jappoġġjaw
r-Regolament propost. ·
Trasferiment ta' regoli dwar is-sorveljanza
tas-suq u RAPEX għal Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq ġdid F'konformità mal-għan li
tissaħħaħ u tkun issimplifikata s-sorveljanza tas-suq
għall-prodotti kollha, kemm jekk armonizzati jew le, u kemm jekk
maħsuba għall-konsumaturi jew għal professjonisti,
id-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq u r-RAPEX li
bħalissa hemm fil-GPSD ġiet trasferita fil-proposta għal
Regolament ġdid dwar is-Sorveljanza tas-Suq uniku. Dan ir-Regolament
il-ġdid joħloq sistema ta' livell wieħed li fiha r-regoli kollha
dwar is-sorveljanza tas-suq jingħaqdu flimkien fi strument wieħed u
li fiha r-RAPEX tkun sistema unika ta' twissija għal prodotti riskjużi.
Aktar tagħrif qed jingħata fil-proposta għal Regolament dwar
is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti. ·
Il-kompetenza tal-Unjoni, is-sussidjarjetà,
il-proporzjonalità u l-forma legali Il-proposta hija msejsa fuq l-Artikolu 114
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jipprevedi
l-istess bażi legali għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq
intern li fuqu ġiet adottata l-GPSD attwali. Billi tirregola s-sigurtà
tal-prodotti, l-Unjoni qed teżerċita s-setgħat kondiviżi
tagħha skont l-Artikolu 4(2) tat-TFUE. Fis-suq intern, fejn il-prodotti jistgħu
jiċċirkolaw liberament, ir-regoli dwar is-sigurtà tal-prodotti
jistgħu b'mod effettiv jiġu adottati biss fil-livell ta' Unjoni. Dan
huwa meħtieġ sabiex ikun garantit livell għoli ta' protezzjoni
tal-konsumatur (f'konformità mal-Artikolu 169 tat-TFUE) u sabiex
jipprevjenu lill-Istati Membri milli jadottaw regolamenti diverġenti dwar
il-prodott li jwasslu għal frammentazzjoni tas-suq uniku. Skont
il-prinċipji tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5
tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak
li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet. Il-proposta tieħu l-għamla ta'
Regolament. Dan huwa l-istrument legali xieraq billi jimponi regoli ċari u
dettaljati li jsiru applikabbli b'mod uniformi u fl-istess waqt madwar
l-Unjoni. Dan jevita traspożizzjoni li tvarja minn Stat Membru għal
ieħor u li x'aktarx twassal għal livelli differenti ta' protezzjoni
tas-saħħa u s-sigurtà u toħloq xkiel għas-suq intern.
Is-sostituzzjoni tal-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni
għandhom ukoll effett qawwi ta' simplifikazzjoni għax b'hekk
l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jmexxu n-negozju tagħhom
skont qafas regolatorju wieħed, minflok "iraqqgħu" l-liġijiet
nazzjonali tal-Istati Membri. ·
Id-drittijiet fundamentali F'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali
tal-UE, din il-proposta tara li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni
tas-saħħa tal-bniedem (l-Artikolu 35 tal-Karta) u l-protezzjoni
tal-konsumatur (l-Artikolu 38) billi tiżgura livell għoli ta'
sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur li jkunu disponibbli fis-suq
tal-Unjoni. Il-proposta taffettwa l-libertà tal-operaturi ekonomiċi li
jagħmlu negozju (l-Artikolu 16) iżda l-obbligi imposti fuq
il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u
d-distributuri tal-prodotti għall-konsumatur huma meħtieġa biex
jiggarantixxu livell għoli ta' sigurtà ta' dawk il-prodotti. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet
baġitarji oħrajn ħlief dawk relatati mal-ġestjoni tajba
tar-Regolament li, fl-għamla tal-GPSD, diġà huwa parti mill-acquis,
il-liġi tal-Unjoni. L-implikazzjonijiet baġitarji diġà huma
previsti fil-programmi eżistenti jew proposti u jirrispettaw il-proposta
tal-Kummissjoni għal qafas finanzjarju pluriennali ġdid. Id-dettalji
huma stabbiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża ma' din il-proposta. 5. SIMPLIFIKAZZJONI U
REGOLAMENTAZZJONI INTELLIĠENTI Din il-proposta tgħin biex tkun
issimplifikata l-leġiżlazzjoni tal-UE u taderixxi mal-prinċipji
ta' regolamentazzjoni intelliġenti. Waqt li kienet qed tħejji din
il-proposta, il-Kummissjoni ħadet kont tal-iżvilupp importanti ta'
leġiżlazzjoni speċifika għas-settur li għandha
l-għan li tiżgura s-sigurtà tal-prodotti u li normalment ma
tagħmilx distinzjoni jekk il-prodotti koperti humiex maħsuba
għall-konsumaturi jew għall-utenti professjonali. Bil-maqlub
għal kif kienet is-sitwazzjoni 10 jew 15-il sena ilu, ma hemmx bżonn
li jkun applikat aktar it-tieni saff ta' obbligi għall-operaturi
ekonomiċi li diġà huma rregolati kif xieraq b'leġiżlazzjoni
speċifika għas-settur. Fl-istess waqt, l-obbligi għal dawk li
jipproduċu, jimportaw jew iqassmu prodotti għall-konsumatur li
mhumiex koperti minn leġiżlazzjoni speċifika, fil-biċċa
l-kbira tagħhom huma allinjati ma' dawk applikabbli għal prodotti
armonizzati. Dan l-approċċ se jnaqqas il-piż
amministrattiv u l-ispejjeż ta' konformità għan-negozji, b'mod
partikolari għall-intrapriżi żgħar u medji. Fil-futur, dawn
jistgħu faċilment jidentifikaw is-sett ta' regoli applikabbli
għall-attività kummerċjali tagħhom ħalli jiffrankaw
l-ispejjeż mill-inċertezza legali. Minħabba s-suġġett u l-għan
tar-Regolament propost, il-mikrointrapriżi, kif tiddefinixxi
r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE[11]
ma jistgħux jiġu eżentati mir-rekwiżiti tiegħu
għaliex ir-regoli li jimmiraw lejn il-protezzjoni tas-saħħa u
s-sigurtà tal-persuni jridu japplikaw irrispettivament mid-daqs tal-operatur
ekonomiku. Iżda l-mikrointrapriżi x'aktarx igawdu l-aktar
mis-simplifikazzjoni li se ġġib magħha din il-biċċa
leġiżlazzjoni ġdida li hija tajba għall-fini u
tissostitwixxi żewġ direttivi li spiċċa żmienhom.
Il-Kummissjoni hija impenjata li tipprovdi gwida ulterjuri lin-negozji, b'mod
partikolari lill-impriżi żgħar u medji, u lill-konsumaturi biex
tgħinhom jidentifikaw faċilment id-drittijiet u l-obbligi rispettivi
tagħhom. 2013/0049 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar is-sigurtà tal-prodotti
għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u
d-Direttiva 2001/95/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mingħand
il-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[12],
Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Id-Direttiva 2001/95/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001
dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti[13]
tistabbilixxi r-rekwiżit li l-prodotti għall-konsumatur iridu jkunu
siguri u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jridu
jaġixxu kontra prodotti perikolużi kif ukoll jiskambjaw informazzjoni
għal dan il-għan b'sistema Komunitarja ta' informazzjoni rapida
RAPEX. Id-Direttiva 2001/95/KE jeħtiġilha tkun fundamentalment
riveduta biex jittejjeb il-funzjonament tagħha u tiżgura konsistenza
mal-iżviluppi fil-liġijiet tal-Unjoni fejn jidħlu s-sorveljanza
tas-suq, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi u l-istandardizzazzjoni.
Fl-interessi taċ-ċarezza, id-Direttiva 2001/95/KE għandha
titħassar u tinbidel b'dan ir-Regolament. (2) Regolament huwa l-istrument
legali xieraq peress li dan jimponi regoli ċari u dettaljati li ma
jagħtux lok għal traspożizzjoni li tvarja bejn l-Istati Membri.
Regolament jiżgura li r-rekwiżiti legali jkunu applikabbli fl-istess
ħin fl-Unjoni kollha. (3) Dan ir-Regolament irid
jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 169
tat-TFUE. B'mod partikolari, dan għandu jkollu l-għan li jiżgura
l-funzjonament tas-suq intern fejn jidħlu l-prodotti maħsuba
għall-konsumaturi billi jistabbilixxi regoli uniformi dwar rekwiżit tas-sigurtà
ġenerali, il-kriterji tal-valutazzjoni u l-obbligi tal-operaturi
ekonomiċi. Minħabba li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq,
inklużi r-regoli dwar ir-RAPEX, huma stabbiliti fir-Regolament (UE)
Nru […/…] [dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti][14] li japplika wkoll
għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, l-ebda
dispożizzjonijiet ulterjuri dwar is-sorveljanza tas-suq jew tar-RAPEX ma
huma meħtieġa f'dan ir-Regolament. (4) Il-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni dwar l-ikel, l-għalf u oqsma relatati jistabbilixxi reġim
speċifiku li jiżgura s-sigurtà tal-prodotti koperti minnha.
Għalhekk dan ir-Regolament ma għandux japplika għal dawk
il-prodotti bl-eċċezzjoni ta' materjali u oġġetti
maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel safejn ir-riskji huma
konċernati, li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar
materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel[15] jew minn
leġiżlazzjoni oħra dwar ikel speċifiku li tkopri biss
riskji relatati ma' ikel kimiku u bijoloġiku. (5) Il-prodotti mediċinali
huma soġġetti għal evalwazzjoni qabel is-suq li tkun tinkludi
analiżi speċifika tar-riskji u l-benefiċċji. Għalhekk
dawn għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan
ir-Regolament. (6) Dan ir-Regolament ma
għandux ikopri servizzi. Madanakollu, sabiex ikun żgurat li jkun hemm
il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, dan għandu
japplika għal prodotti li jiġu fornuti jew huma disponibbli għal
konsumaturi fil-kuntest tal-provvista tas-servizzi, inklużi prodotti li
l-konsumaturi huma direttament esposti waqt il-provvista tas-servizz.
It-tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li
jitħaddem minn fornitur tas-servizz għandu jkun eskluż mill-kamp
ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi dan irid ikun trattat flimkien
mas-sigurtà tas-servizz mogħti. (7) Minkejja l-iżvilupp ta'
leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika
għas-settur li tindirizza l-aspetti tas-sigurtà ta' prodotti
speċifiċi jew kategoriji tal-prodotti, prattikament huwa impossibbli
li tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kull prodott
għall-konsumatur li jeżisti jew li jista' jiġi żviluppat.
Għaldaqstant hemm bżonn qafas leġiżlattiv ta' natura
orizzontali biex jimla l-lakuni u jiżgura protezzjoni lill-konsumatur li
mhux żgurat mod ieħor, b'mod partikolari bil-ħsieb li jinkiseb
livell għoli ta' protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa
tal-konsumaturi, kif meħtieġ bl-Artikolu 114 u
l-Artikolu 169 tat-TFUE. (8) Rigward il-prodotti
għall-konsumatur soġġetti għal dan ir-Regolament, il-kamp
ta' applikazzjoni tal-partijiet differenti tiegħu għandu jiġi
identifikat b'mod ċar lil hinn mil-leġiżlazzjoni ta'
armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Filwaqt li r-rekwiżit
tas-sigurtà ġenerali tal-prodotti u dispożizzjonijiet relatati
għandhom ikunu applikabbli għal kull prodott għall-konsumatur,
l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi ma għandhomx japplikaw fejn
il-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni tkun tinkludi
l-obbligi ekwivalenti, bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar
il-kosmetiċi, il-ġugarelli, it-tagħmir elettriku jew il-prodotti
għall-kostruzzjoni. (9) Sabiex tiġi żgurata
konsistenza bejn dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni ta'
armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur dwar l-obbligi speċifiċi
tal-operaturi ekonomiċi, id-dispożizzjonijiet li għandhom
x'jaqsmu mal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u
d-distributuri, għandhom jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet ta'
referenza li hemm inklużi fid-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni
għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti[16]. (10) Il-kamp ta' applikazzjoni ta'
dan ir-Regolament ma għandux ikun limitat għal kull teknika
tal-bejgħ tal-prodotti għall-konsumatur, u għalhekk ikopri wkoll
il-bejgħ mill-bogħod. (11) Dan ir-Regolament għandu
japplika għal prodotti użati li jerġgħu jidħlu
fil-katina tal-provvista waqt attività kummerċjali, ħlief għal
dawk il-prodotti użati li għalihom il-konsumatur bir-raġun ma
jkunx jista' jistenna li jilħqu standards tas-sigurtà moderni, bħalma
huma l-antikitajiet. (12) Dan ir-Regolament għandu
japplika wkoll għal prodotti għall-konsumatur li, għalkemm ma
jkunux tal-ikel, ikunu jixbhu l-ikel u jistgħu jiġu mfixkla mal-ikel
b'tali mod li l-konsumaturi, speċjalment it-tfal, jistgħu
jixħtuhom f'ħalqhom, isoffuhom jew jibilgħuhom, u għalhekk
minħabba fihom jaf pereżempju, jifggħu, jiġu avvelenati,
jinqasmu minn ġewwa jew ikollhom xkiel għas-sistema diġestiva.
S'issa dawn il-prodotti li jixbhu l-ikel ġew irregolati mid-Direttiva
tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar
l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li,
minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt
ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi[17], għandha titħassar. (13) Is-sigurtà tal-prodotti
għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod
partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif
ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi
jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u
l-persuni b'diżabbiltà. (14) Biex ikun evitat li
r-rekwiżiti tas-sigurtà jirfsu fuq xulxin u kunflitti ma'
leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, prodott konformi
mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika
għas-settur li jkollha l-għan li tħares is-saħħa u
s-sigurtà tal-persuni, għandu jkun preżunt li hu sigur skont dan
ir-Regolament. (15) L-operaturi ekonomiċi
għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-prodotti, fir-rigward
tar-rwoli rispettivi fil-katina tal-provvista, sabiex ikun żgurat livell
għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. (16) Kull operatur ekonomiku li
għandu sehem fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandu
jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li fis-suq jagħmel
disponibbli biss dawk il-prodotti jkunu konformi ma' din ir-Regolament.
Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata
tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta' kull operatur fil-proċess
tal-provvista u d-distribuzzjoni. (17) L-importaturi jerfgħu
r-responsabbiltà li l-prodotti minn pajjiżi terzi li jqiegħdu fis-suq
tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Għalhekk l-obbligi speċifiċi tal-importaturi għandhom jiddaħħlu
f'dan ir-Regolament. (18) Id-distributuri jagħmlu
prodott disponibbli fis-suq wara li dan ikun tqiegħed fis-suq
mill-manifattur jew mill-importatur, u għandhom jaġixxi bl-attenzjoni
dovuta biex jiżguraw li l-mod kif jittrattaw il-prodott ma jolqotx ħażin
il-konformità tal-prodott ma' dan ir-Regolament. (19) Kull operatur ekonomiku li
jqiegħed prodott fis-suq f'ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu
jew ibiddel prodott b'tali mod li tista' tintlaqat il-konformità
mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandu jitqies li huwa l-manifattur
u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur. (20) Li jkunu żgurati
l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina
tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi
ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi
kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata.
Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti
jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom
informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk
tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux
meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu
jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u
l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur.
Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet
tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu
li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu
aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi
jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u
lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta'
individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar
il-moviment liberu ta' dik id-dejta[18]
hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali
għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. (21) L-indikazzjoni
tal-oriġini tissupplimenta r-rekwiżiti bażiċi
tat-traċċabbiltà li għandhom x'jaqsmu mal-isem u l-indirizz
tal-manifattur. B'mod partikolari, l-indikazzjoni tal-pajjiż
tal-oriġini jgħin biex ikun identifikat il-post proprju
tal-manifattura f'dawk il-każijiet kollha meta l-manifattur ma jkunx
jista' jiġi kkuntattjat jew l-indirizz mogħti tiegħu jkun
differenti mill-post proprju tal-manifattura. Informazzjoni bħal din
tista' tħeffef il-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex
jittraċċaw lura l-prodott lejn il-post proprju tal-manifattura, u
permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru kuntatti mal-awtoritajiet tal-pajjiż
tal-oriġini fil-qafas tal-koperazzjoni bilaterali u multilaterali dwar
is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur biex jittieħdu l-azzjonijiet
xierqa ta' segwitu. (22) Sabiex titħeffef
l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' dawn ir-rekwiżiti tas-sigurtà
ġenerali stabbiliti f'dan ir-Regolament, huwa importanti li jintużaw
standards Ewropej li jkopru ċerti prodotti u r-riskji b'tali mod li
prodott konformi ma' standard Ewropew bħal dan, li r-referenza tiegħu
tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
ikun preżunt li hu konformi ma' dak ir-rekwiżit. (23) Meta l-Kummissjoni
tagħraf il-bżonn li jkun hemm standard Ewropew li jiżgura
konformità ta' ċerti prodotti mar-rekwiżit ġenerali tas-sigurtà
skont dan ir-Regolament, din għandha tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti
tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea[19] biex titlob organizzazzjoni
Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex tabbozza jew
tidentifika standard li jkun xieraq biex jiżgura li l-prodotti konformi
miegħu huma preżunti bħala siguri. Ir-referenzi ta' standards
Ewropej bħal dawn għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. (24) Il-proċeduri biex
jintalbu l-istandards Ewropej li jappoġġaw dan ir-Regolament, u dwar
l-oġġezzjonijiet formali kontrihom, għandhom jiġu
stabbiliti f'dan ir-Regolament u jiġu allinjati mar-Regolament (UE)
Nru 1025/2012. Sabiex tkun żgurata konsistenza ġenerali fi
kwistjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropea, it-talbiet għal standards
Ewropej jew l-oġġezzjonijiet għal standard Ewropew għandhom
jitressqu quddiem il-kumitat li stabbilixxa dan ir-Regolament, wara
konsultazzjoni xierqa mal-esperti tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott
għall-konsumatur. (25) L-istandards Ewropej, li
r-referenzi għalihom ġew ippubblikati skont id-Direttiva 2001/95/KE,
għandhom jibqgħu jagħtu l-preżunzjoni tal-konformità
mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali. Il-mandati tal-istandardizzazzjoni
li ħarġet il-Kummissjoni skont id-Direttiva 2001/95/KE għandhom
jitqiesu bħala talbiet tal-istandardizzazzjoni maħruġa skont dan
ir-Regolament. (26) Fejn ma jeżistu ebda
standards Ewropej rilevanti jew mezzi oħra rikonoxxuti biex tkun
eżaminata s-sigurtà tal-prodotti, il-valutazzjoni tas-sikurezza
tal-prodotti għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni adottati
għal dan l-iskop skont l-Artikolu 292 tat-TFUE. (27) Sabiex ikunu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament,
il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni
fejn jidħlu l-eżenzjoni mill-obbligu li jkunu infurmati
l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar prodotti li joħolqu riskju,
it-tip ta' trasportatur tad-dejta u tqegħid tiegħu fuq il-prodott
għall-finijiet tas-sistema tat-traċċabbiltà, it-talbiet
tal-istandardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej
tal-istandardizzazzjoni u d-deċiżjonijiet dwar
l-oġġezzjonijiet formali għal standards Ewropej. Dawn
is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont
ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u
l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati
Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta'
implimentazzjoni[20]. (28) Il-proċedura konsultattiva
għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni
fejn jidħlu l-oġġezzjonijiet għal standards Ewropej u meta
r-referenzi għal standard Ewropew konċernat ma jkunx għadhom
ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
diment li l-istandard relevanti jkun għadu ma ġiex
għall-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sigurtà
ġenerali stabbilit f'dan ir-Regolament. (29) Sabiex jinżamm livell
għoli ta' saħħa u sigurtà tal-konsumaturi, il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li jiġu adottati atti skont
l-Artikolu 290 tat-TFUE fejn jidħlu prodotti li l-isem u l-indirizz
tal-manifattur u l-importatur tagħhom ma għandhomx għalfejn
jidhru fuq il-prodott innifsu minħabba l-livell baxx ta' riskju relatat
ma' dawn il-prodotti, u fejn jidħlu l-identifikazzjoni u
t-traċċabbiltà ta' prodotti li jkollhom riskju serju potenzjali
għas-saħħa u s-sigurtà. Huwa partikolarment importanti li
l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma
preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni,
meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura
t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (30) L-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fuq ksur ta' dan ir-Regolament u
jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penali jridu jkunu effettivi,
proporzjonati u disważivi. (31) Sabex l-operaturi
ekonomiċi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jadattaw
għall-bidliet li daħħal dan ir-Regolament, huwa xieraq li jkun
previst perjodu tranżitorju biżżejjed sakemm ir-rekwiżiti
ta' dan ir-Regolament ikunu applikabbli. (32) Billi l-għan ta' dan
ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat il-funzjonament tas-suq
intern fejn jidħlu prodotti maħsuba għall-konsumaturi filwaqt li
jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u
s-sigurtà tal-konsumaturi, ma jistax jintlaħaq biżżejjed
mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-qies tal-miżura,
jista' jintlaħaq aħjar fuq livell ta' Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta
miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif inhu stabbilit
fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju
tal-proporzjonalità, kif inhu stabbilit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma
jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan
l-għan. (33) Dan ir-Regolament jirrispetta
d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji li rikonoxxuti b'mod
partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod
partikolari, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispett
sħiħ tal-obbligu li jkun żgurat livell għoli ta'
protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' protezzjoni tal-konsumatur
kif ukoll il-libertà li jsir negozju. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I Dispożizzjonijiet
ġenerali Artikolu 1 Is-suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar
is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur li tqiegħdu jew li huma
disponibbli fis-suq tal-Unjoni. Artikolu 2 Il-kamp ta' applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament għandu
japplika għal prodotti miksuba bi proċess ta' manifattura li
tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq, kemm jekk ġodda, użati
jew kkundizzjonati mill-ġdid, u li huma konformi ma' xi wieħed minn
dawn il-kriterji li ġejjin: (a)
maħsuba għall-konsumaturi; (b)
li x'aktarx, f'kundizzjonijiet raġonevolment
prevedibbli, ikunu se jintużaw mill-konsumaturi anke jekk ma jkunux
maħsuba għalihom; (c)
li l-konsumaturi jkunu esposti għalihom
fil-kuntest ta' servizz mogħti lilhom. 2. Dan ir-Regolament ma
għandux japplika għal prodotti li jridu jissewwew jew jiġu
kkundizzjonati mill-ġdid qabel jintużaw, meta dawn il-prodotti jkunu
saru disponibbli fis-suq bħala tali. 3. Dan ir-Regolament ma
għandux japplika għal dawn li ġejjin: (a)
prodotti mediċinali għall-użu
mill-bniedem jew veterinarju; (b)
ikel; (c)
materjali u oġġetti maħsuba biex
jiġu f'kuntatt mal-ikel safejn ir-riskji relatati ma' dawk il-prodotti
jkunu koperti mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 jew
leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-ikel; (d)
għalf; (e)
pjanti ħajjin u annimali, organiżmi
ġenetikament modifikati u mikroorganiżmi ġenetikament modifikati
f'użu fil-magħluq, kif ukoll prodotti ta' pjanti jew annimali
relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom; (f)
prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti
dderivati; (g)
prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; (h)
tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw
fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz fil-kuntest
ta' servizz mogħti lill-konsumaturi; (i)
antikitajiet. 4. Il-Kapitoli II sa IV ta'
dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal prodotti
soġġetti għal rekwiżiti maħsuba biex iħarsu
s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem li huma stabbiliti
fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha. Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,
għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1)
"prodott sigur" tfisser kull prodott li,
f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu
tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu
u fejn applikabbli d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti
tal-installazzjoni u l-manutenzjoni, ma joħloq ebda riskju jew joħloq
biss ir-riskju minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa
aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni
tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni; (2)
"tagħmel disponibbli fis-suq"
tfisser kull provvista ta' prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew
l-użu fis-suq tal-Unjoni matul l-attività kummerċjali, kemm jekk
issir bi ħlas kif ukoll mingħajru; (3)
"tqiegħed fis-suq" tfisser l-ewwel
darba li prodott isir disponibbli fis-suq tal-Unjoni; (4)
"manifattur" tfisser kull persuna
fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha
prodott iddisinjat jew immanifatturat u li tikkumerċjalizzah f'isimha jew
bil-marka kummerċjali tagħha; (5)
"rappreżentant awtorizzat" tfisser
kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun
irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur sabiex taġixxi
f'ismu fejn jidħlu kompiti speċifiċi; (6)
"importatur" tfisser kull persuna
fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott
minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni; (7)
"distributur" tfisser kull persuna
fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, li mhix il-manifattur
jew l-importatur, u li tagħmel il-prodott disponibbli fis-suq; (8)
"operaturi ekonomiċi" tfisser
il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur; (9)
"standard Ewropew" tfisser standard
Ewropew kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament (UE)
Nru 1025/2012; (10)
"standard internazzjonali" tfisser
standard internazzjonali kif definit fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament
(UE) Nru 1025/2012; (11)
"standard nazzjonali" tfisser standard
nazzjonali kif definit fl-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament (UE)
Nru 1025/2012; (12)
"organizzazzjoni Ewropea
tal-istandardizzazzjoni" tfisser organizzazzjoni Ewropea
tal-istandardizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; (13)
"awtorità tas-sorveljanza tas-suq"
tfisser awtorità tas-sorveljanza tas-suq kif definit fl-Artikolu [3(12)]
tar-Regolament (UE) Nru […/…] [dwar is-sorveljanza tas-suq
tal-prodotti]; (14)
"sejħa lura" tfisser kull
miżura mmirata biex jittieħed lura prodott li jkun diġà sar
disponibbli għall-utent aħħari; (15)
"irtirar" tfisser kull miżura
maħsuba biex ma tħallix prodott fil-katina tal-provvista jibqa'
disponibbli fis-suq; (16)
"leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni
tal-Unjoni" tfisser kull leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza
l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti; (17)
"riskju serju" tfisser riskju li
jeħtieġ intervent malajr u segwitu, inklużi każijiet meta
l-effetti jaf ma jkunux immedjati. Artikolu 4 Ir-rekwiżit tas-sigurtà
ġenerali L-operaturi ekonomiċi għandhom
iqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq tal-Unjoni dawk il-prodotti
biss li huma siguri. Artikolu 5 Il-preżunzjoni tas-sigurtà Għall-fini ta' dan ir-Regolament, prodott
għandu jiġi preżunt konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà
ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4 f'dawn il-każijiet li
ġejjin: (a)
fejn jidħlu r-riskji koperti minn
rekwiżiti maħsuba biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà
tal-bniedem stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni
tal-Unjoni jew skontha, jekk dan ikun konformi ma' dawn ir-rekwiżiti; (b)
fin-nuqqas ta' rekwiżiti stabbiliti
fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha li
tissemma fil-punt (a), fejn jidħlu r-riskji koperti mill-istandards
Ewropej, jekk dan ikun konformi ma' standards Ewropej rilevanti jew partijiet
minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikoli 16 u 17; (c)
fin-nuqqas ta' rekwiżiti stabbiliti
fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha li
tissemma fil-punt (a) u l-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b),
fejn jidħlu r-riskji li jkopri r-rekwiżiti tas-saħħa u
s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar
disponibbli fis-suq, jekk dan ikun konformi ma' rekwiżiti nazzjonali
bħal dawn. Artikolu 6 Aspetti għall-valutazzjoni
tas-sigurtà tal-prodotti 1. Fin-nuqqas ta'
leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, standards Ewropej jew
rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi
tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq kif jissemma
fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 5, għandhom jitqiesu dawn
l-aspetti li ġejjin fil-valutazzjoni jekk prodott ikunx sigur, b'mod
partikolari: (a)
il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi
il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil
u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni; (b)
l-effett fuq prodotti oħra, fejn ikun
raġonevolment prevedibbli li dan se jintuża ma' prodotti oħra; (c)
il-preżentazzjoni tal-prodott, l-ittikkettar,
kwalunkew twissija u istruzzjoni dwar l-użu u d-disponiment tiegħu u
kull indikazzjoni jew tagħrif ieħor dwar il-prodott; (d)
il-kategoriji tal-konsumaturi li huma f'riskju meta
jintużaw il-prodott, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli; (e)
id-dehra tal-prodott u b'mod partikolari meta
prodott, għalkemm ma jkunx tal-ikel, ikun jixbah l-ikel u jista' jiġi
mfixkel mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra,
l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew
karatteristiċi oħra. Il-fattibbiltà li jistgħu jintlaħqu
livelli ogħla ta' sigurtà jew id-disponibbiltà ta' prodotti oħra li
joħolqu grad inqas ta' riskju, ma għandhomx joħolqu
raġunijiet biex prodott jitqies perikoluż. 2. Għall-fini
tal-paragrafu 1, waqt il-valutazzjoni jekk prodott huwiex sigur,
għandhom jitqiesu dawn l-aspetti li ġejjin, meta disponibbli, b'mod
partikolari: (a)
l-aqwa kwalità u teknoloġija; (b)
L-istandards Ewropej ħlief dawk li r-referenzi
tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 16 u 17; (c)
standards internazzjonali; (d)
ftehimiet internazzjonali; (e)
rakkommndazzjonijiet u linji gwida tal-Kummissjoni
dwar il-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti; (f)
standards nazzjonali mfassla fl-Istat Membru li fih
il-prodott isir disponibbli; (g)
il-kodiċijiet tal-prattiċi t-tajba dwar
is-sigurtà tal-prodott li jkunu fis-seħħ fis-settur konċernat; (h)
aspettattivi raġonevoli tal-konsumatur dwar
is-sigurtà. Artikolu 7 Indikazzjoni tal-oriġini 1. Il-manifatturi u
l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti jkollhom indikazzjoni
tal-pajjiżi tal-oriġini tal-prodott jew, meta d-daqs jew in-natura
tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata indikazzjoni fuq
l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. 2. Għall-fini biex jinstab
il-pajjiż tal-oriġini skont it-tifsira tal-paragrafu 1,
għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-oriġini mhux preferenzjali
stabbiliti fl-Artikoli 23 sa 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE)
Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Komunità tal-Kodiċi Doganali[21]. 3. Meta l-pajjiż
tal-oriġini li jkun instab skont il-paragrafu 2 ikun Stat Membru
tal-Unjoni, il-manifatturi u l-importaturi jistgħu jirreferu
għall-Unjoni jew għal Stat Membru partikolari. KAPITOLU II Obbligi
tal-operaturi ekonomiċi Artikolu 8 L-obbligi tal-manifatturi 1. Il-manifatturi, meta
jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, għandhom jiżguraw li
dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti
tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4. 2. Il-manifatturi għandhom
jiżguraw li hemm proċeduri fis-seħħ biex il-produzzjoni
tas-serje tibqa' konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali
stabbiliti fl-Artikolu 4. 3. B'mod proporzjonat mar-riskji
possibbli ta' prodott, il-manifatturi, biex iħarsu s-saħħa u
s-sigurtà tal-konsumaturi, għandhom jittestjaw kampjuni ta' prodotti
disponibbli fis-suq, jistħarġu l-ilmenti u jżommu reġistru
tal-ilmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' sejħa lura ta' prodotti, u
għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kull
monitoraġġ ta' dan it-tip. 4. B'mod proporzjonat mar-riskji
possibbli ta' prodott, il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni
teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kif xieraq: (a)
deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u
tal-proprjetajiet essenzjali tiegħu li huma rilevanti
għall-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodott; (b)
analiżi tar-riskji possibbli relatati
mal-prodott u s-soluzzjonijiet adottati biex jitneħħew jew jitnaqqsu
dawn ir-riskji, inkluż ir-riżultat ta' kull test li jkun għamel
il-manifattur jew parti oħra f'ismu; (c)
fejn japplika, lista tal-istandards Ewropej
imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5 jew ir-rekwiżiti
tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta
l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq li jissemmew fil-punt (c)
tal-Artikolu 5, jew aspetti oħra li jissemmew fl-Artikolu 6(2),
applikati biex jissodisfaw ir-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit
fl-Artikolu 4. Meta xi standards Ewropej, rekwiżiti
tas-saħħa u s-sigurtà jew aspetti oħra msemmija
fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu jkunu ġew applikati biss
parzjalment, għandhom jiġu identifikati l-partijiet li ġew applikati. 5. Il-manifatturi għandhom
iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal 10 snin wara li l-prodott
ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli
għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jekk dawn jitolbuhielhom. 6. Il-manifatturi għandhom
jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew
tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott,
li l-konsumaturi jkunu jistgħu jarawh u jaqrawh faċilment jew li,
meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata l-informazzjoni
meħtieġa fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm
mal-prodott. 7. Il-manifatturi għandhom
iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka
kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq
il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ
tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm miegħu. L-indirizz għandu
jagħti punt wieħed fejn il-manifattur ikun jista' jiġi
kkuntattjat. 8. Il-manifatturi għandhom
jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u
l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha
faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar
disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr
periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet
u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw
lill-Kummissjoni dwar kull dispożizzjoni li jkunu adottaw li tiddetermina
l-lingwa/i meħtieġa. 9. Il-manifatturi li jqisu jew
li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq
mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom
minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott
isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn
hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw
minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma
jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li
jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju
għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. Artikolu 9 Ir-rappreżentanti awtorizzati 1. Il-manifattur jista',
b'mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat. L-obbligi
stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u (4) ma għandhomx ikunu parti
mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat. 2. Rappreżentant awtorizzat
għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi
mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jħalli
lir-rappreżentant awtorizzat jagħmel mill-inqas dan li ġej: (a)
wara talba mingħand awtorità tas-sorveljanza
tas-suq, lil din l-awtorità jagħtiha kull informazzjoni u dokumentazzjoni
meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott; (b)
jikkopera mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq,
fuq talba tagħhom, f'kull azzjoni li tittieħed biex
jitneħħew ir-riskji li ħolqu prodotti koperti mill-mandat
tagħhom. Artikolu 10 L-obbligi tal-importaturi 1. Qabel iqiegħdu prodott
fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun konformi
mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4 u li
l-manifattur ikun kkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti
fl-Artikolu 8(4), (6) u (7). 2. Meta importatur iqis jew
ikollu raġunijiet biex jemmen li prodott ma jkunx konformi
mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, dan ma għandux iqiegħed
il-prodott fis-suq qabel dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta prodott
ma jkunx sigur, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u
lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit
għal dan il-għan. 3. L-importaturi għandhom
iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka
kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq
il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ
tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. Dawn għandhom
jiżguraw li kull tikketta addizzjonali ma tgħatti l-ebda
informazzjoni li jkun hemm fuq it-tikketta mogħtija mill-manifattur. 4. L-importaturi għandhom
jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u
l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha
faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar
disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr
periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet
u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw
lill-Kummissjoni dwar kull dispożizzjoni li jkunu adottaw li tiddetermina
l-lingwa/i meħtieġa. 5. L-importaturi għandhom
jiżguraw li, waqt li l-prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom,
il-kundizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jkunux qed
ipoġġu f'periklu l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti
tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-konformità
tiegħu mal-Artikolu 8(6). 6. B'mod proporzjonat mar-riskji
possibbli ta' prodott, l-importaturi, biex iħarsu s-saħħa u
s-sigurtà tal-persuni, għandhom jittestjaw kampjuni ta' prodotti
disponibbli fis-suq, jistħarġu l-ilmenti u jżommu reġistru
tal-ilmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' sejħa lura ta' prodotti, u
għandhom iżommu lill-manifattur u lid-distributuri informati dwar
kull monitoraġġ bħal dan. 7. L-importaturi li jqisu jew li
jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux
sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih
jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir
konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk,
meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih
lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu
għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li
jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju
għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. 8. Il-manifatturi għandhom
iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal 10 snin wara li l-prodott
ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli
għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jekk dawn jitolbuhielhom. Artikolu 11 L-obbligi tad-distributuri 1. Meta distributur jagħmel
prodott disponibbli fis-suq, dan għandu jaġixxu bl-attenzjoni dovuta
fejn jidħlu r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. 2. Qabel jagħmlu prodott
disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-manifattur
u l-importatur ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti
fl-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif
applikabbli. 3. Meta distributur iqis jew
ikollu raġunijiet biex jemmen li prodott ma jkunx konformi ma' dan
ir-Regolament, dan ma għandux jagħmel il-prodott disponibbli fis-suq
qabel dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta prodott ma jkunx sigur,
id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur, kif
applikabbli, għal dan il-għan kif ukoll lill-awtorità tas-sorveljanza
tas-suq tal-Istat Membru li fih id-distributur huwa stabbilit. 4. Id-distributuri għandhom
jiżguraw li, waqt li l-prodott ikun taħt ir-responsabbiltà
tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jkunux
qed ipoġġu f'periklu l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti
stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-konformità tiegħu
mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif
applikabbli. 5. Id-distributuri li jqisu jew
li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu għamlu
disponibbli fis-suq ma jkunx sigur jew ma jkunx konformi
mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif
applikabbli, dawn għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni
korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew
jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx
sigur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew
lill-importatur, kif applikabbli kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza
tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli
għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari,
dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni
korrettiva meħuda. Artikolu 12 Każijiet fejn l-obbligi
tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u għad-distributuri Importatur jew distributur għandu jitqies
bħala manifattur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għandu
jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont
l-Artikolu 8, meta dan ikun qiegħed prodott fis-suq f'ismu jew
bil-marka kummerċjali tiegħu jew ibiddel prodott li jkun diġà
tqiegħed fis-suq b'tali mod li tista' tintlaqat il-konformità
mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Artikolu 13 Eżenzjoni minn ċerti obbligi
tal-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri 1. L-obbligu li jkunu informati
l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont l-Artikolu 8(9),
l-Artikolu 10(2) u (7) u l-Artikolu 11(3) u (5) ma għandux japplika
meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: (a)
għadd limitat biss ta' prodotti definiti sew
ma jkunux siguri; (b)
il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ikun
jista' juri li r-riskju ġie kkontrollata għalkollox u ma jistax
ipoġġi s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni fil-periklu; (c)
il-kawża tar-riskju tal-prodott hija tali li
l-għarfien dwarha ma jirrappreżentax informazzjoni utli
għall-awtoritajiet jew għall-pubbliku. 2. Il-Kummissjoni, permezz
tal-atti ta' implimentazzjoni, tista' tiddetermina s-sitwazzjonijiet li
jilħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1. Dawn l-atti ta'
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta'
eżami msemmija fl-Artikolu 19(3). 3. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20
li jiddeterminaw il-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti li
għalihom, minħabba l-livell baxx tar-riskju tagħhom,
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(7) u fl-Artikolu 10(3) ma
għandhiex għalfejn tidher fuq il-prodott innifsu. Artikolu 14 Identifikazzjoni tal-operaturi
ekonomiċi 1. Meta jintalbu, l-operaturi
ekonomiċi għandhom jidentifikaw dan li ġej
għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq: (a)
kull operatur ekonomiku li jkun forniehom
bil-prodott; (b)
kull operatur ekonomiku li huma jkunu fornew
bil-prodott. 2. L-operaturi ekonomiċi
għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija
fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew
fornuti bil-prodott u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew
il-prodott. Artikolu 15 It-traċċabbiltà tal-prodotti 1. Għal ċerti
prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba
l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet
speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li
jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni,
il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li
jqiegħdu u jagħmel disponibbli dawk il-prodotti fis-suq,
jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà. 2. Is-sistema
tat-traċċabbiltà għandha tikkonsisti mill-ġbir u
l-ħżin tad-dejta b'mezzi elettroniċi li jippermettu
l-identifikazzjoni tal-prodott u tal-operaturi ekonomiċi involuti
fil-katina tal-provvista tiegħu kif ukoll tat-tqegħid ta'
trasportatur tad-dejta fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu
jew fid-dokument li jkun hemm miegħu li jippermettu l-aċċess
għal dik id-dejta. 3. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità
mal-Artikolu 20: (a)
tiddetermina l-prodotti, il-kategoriji jew
il-gruppi tal-prodotti suxxettibbli li jkollhom riskju gravi
għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni kif jissemma
fil-paragrafu 1; (b)
tispeċifika d-dejta li għandhom
jiġbru u jaħżnu l-operaturi ekonomiċi permezz tas-sistema
tat-traċċabbiltà li tissemma fil-paragrafu 2. 4. Il-Kummissjoni, permezz
tal-atti ta' implimentazzjoni tista' tiddetermina t-tip ta' trasportatur
tad-dejta u t-tqiegħed tiegħu kif jissemma fil-paragrafu 2. Dawn
l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont
il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3). 5. Meta tadottata l-miżuri
msemmija fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni għandha tqis dan li
ġej: (a)
il-kosteffikaċja tal-miżuri, inkluż
l-impatt tagħhom fuq in-negozji b'mod partikolari intrapriżi
żgħar u medji; (b)
il-kompatibbiltà mas-sistemi
tat-traċċabbiltà disponibbli f'livell internazzjonali. KAPITOLU III L-istandards
Ewropej li jipprovdu l-preżunzjoni tal-konformità Artikolu 16 It-talbiet tal-istandardizzazzjoni
lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni 1. Il-Kummissjoni tista' titlob
organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex
tabbozza jew tidentifika standard Ewropew, bil-għan li tiżgura li
l-prodotti li jkunu konformi ma' standard bħal dan jew partijiet minnu,
ikunu konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit
fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti
fejn jidħol il-kontenut, li jridu jintlaħqu mill-istandard Ewropew
mitlub u skadenza għall-adozzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tadotta t-talba
msemmija fl-ewwel subparagrafu b'deċiżjoni ta' implimentazzjoni. Dawn
l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont
il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3). 2. Fi żmien xahar wara li
tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, l-organizzazzjoni Ewropea
tal-istandardizzazzjoni rilevanti għandha tindika jekk hijiex se
taċċettaha. 3. Meta ssir talba għal
għoti ta' fondi, il-Kummissjoni għandha tinforma
lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni rilevanti fi
żmien xahrejn wara li tirċievi l-aċċettazzjoni msemmija
fil-paragrafu 2, dwar l-għoti ta' għotja biex ikun abbozzat
standard Ewropew 4. L-orgagnizzazzjonijiet
Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar
l-attivitajiet li jsiru għall-iżvilupp tal-istandard Ewropew imsemmi
fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni, flimkien mal-organizzazzjonijiet Ewropej
tal-istandardizzazzjoni, għandha tivvaluta l-konformità tal-istandards
Ewropej abbozzati jew identifikati mill-organizzazzjonijiet Ewropej
tal-istandardizzazzjoni mat-talba inizjali tagħha. 5. Meta l-istandard Ewropew
jissodisfa r-rekwiżiti li jkollu l-għan ikopri u r-rekwiżit
tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4, il-Kummissjoni
għandha tippubblika referenza għal tali standard Ewropew
mingħajr dewmien f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 17 Oġġezzjonijiet formali
kontra standards Ewropej 1. Meta Stat Membru jew
il-Parlament Ewropew iqis li standard Ewropew imsemmi fl-Artikolu 16 ma
jkunx jissodisfa għalkollox ir-rekwiżiti li jkollu l-għan ikopri
u r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4, dan
għandu jinforma lill-Kummissjoni dwaru bi spjegazzjoni dettaljata u
l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi: (a)
li tippubblika, li ma tippubblikax jew li
tippubblika b'restrizzjoni r-referenzi għall-istandard Ewropew
konċernat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; (b)
li żżomm, li żżomm
b'restrizzjoni jew li tirtira r-referenzi għall-istandard Ewropew
konċernat li hemm f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 2. Il-Kummissjoni għandha
tippubblika informazzjoni fil-websajt tagħha dwar l-istandards Ewropej li
jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni li tissemma
fil-paragrafu 1. 3. Il-Kummissjoni għandha
tinforma lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni kkonċernata
dwar id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun
meħtieġ, titlob reviżjoni tal-istandards Ewropej
konċernati. 4. Id-deċiżjoni
msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha
tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija
fl-Artikolu 19(2). 5. Id-deċiżjoni
msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha
tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija
fl-Artikolu 19(3). KAPITOLU IV Dispożizzjonijiet
finali Artikolu 18 Penali 1. L-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur
tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu
l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu
implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u
dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet
lill-Kummissjoni sa [insert date - 3 months prior to the date of application
of this Regulation] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien
b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom. 2. Il-penali msemmija
fil-paragrafu 1 għandhom iqisu d-daqs tal-impriżi u b'mod
partikolari s-sitwazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji.
Il-penali jistgħu jiżdiedu jekk qabel, l-operatur ekonomiku rilevanti
ikun għamel ksur simili u jistgħu jkunu jinkludu sanzjonijiet
kriminali għal ksur serju. Artikolu 19 Il-proċedura tal-kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi
megħjuna minn Kumitat. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat skont
it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Madanakollu, għall-finijiet
tal-Artikoli 16 u 17 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha
tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bir-Regolament (UE)
Nru 1025/2012. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira
tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Meta ssir referenza għal
dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. 3. Meta ssir referenza għal
dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. 4. Meta l-opinjoni tal-Kumitat
imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tkun trid tinkiseb bi
proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm
mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien biex
tingħata l-opinjoni, dan ikun deċiż mill-president ta' dan
il-kumitat jew meta dan ikun mitlub minn maġġoranza sempliċi
tal-membri tal-kumitat. Artikolu 20 L-eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa tal-adozzjoni
ta' atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta
għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa tal-adozzjoni
ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 13(3) u 15(3) għandha
tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat
minn [insert date - the date of entry into force
of this Regulation]. 3. Id-delega tas-setgħa
msemmija fl-Artikoli 13(3) u 15(3) tista' titneħħa f'kull waqt
mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka
għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'din id-deċiżjoni.
Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni
tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew aktar
tard skont data speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità
tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ. 4. Malli tadotta att iddelegat,
il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
fl-istess waqt. 5. Att iddelegat adottat skont
l-Artikoli 13(3) u 15(3) għandu jidħol fis-seħħ biss
jekk ma tkunx saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew
mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament
Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dan il-perjodu, kemm
il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li
mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jista' jiġi
estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 21 Evalwazzjoni Mhux aktar tard minn [ħames] snin wara
d-data tal-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni
ta' dan ir-Regolament u tgħaddi rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament
Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport
għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament ikunx laħaq l-għanijiet
tiegħu, b'mod partikolari fejn jidħol iż-żieda
tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi, filwaqt li
jitqies l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b'mod partikulari fuq
intrapriżi żgħar u medji. Artikolu 22 Revoka 1. Id-Direttiva 2001/95/KE hija
rrevokata b'effett minn [insert date - day of application of this Regulation].
2. Id-Direttiva 87/357/KEE hija
rrevokata b'effett minn [insert date - day of application of this Regulation]. 3. Ir-referenzi
għad-Direttiva 2001/95/KE u għad-Direttiva 87/357/KE għandhom
jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom
jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness. Artikolu 23 Dispożizzjonijiet
tranżitorji 1. L-Istati Membri ma
għandhomx ixekklu d-disponibbiltà fis-suq ta' prodotti koperti
mid-Direttiva 2001/95/KE li jkunu konformi ma' dik id-Direttiva u li
jitqiegħdu fis-suq qabel [insert date - day of application of this
Regulation]. 2. L-istandards Ewropej li
r-referenza tagħhom tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE
għandhom jitqies bħala l-istandards Ewropej imsemmija
fil-punt (b) tal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament. 3. Mandati li tagħti
l-Kummissjoni lil xi organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni skont
id-Direttiva 2001/95/KE għandhom jitqiesu bħala t-talbiet
tal-istandardizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) ta' dan ir-Regolament. Artikolu 24 1. Dan ir-Regolament għandu
jidħol fis-seħħ fi [insert date - the same day as entry into
force of Regulation (EU) No […/…][on market surveillance of products]. 2. Dan għandu japplika minn
[insert date - the same day as date of application of Regulation (EU) No
[…/…][on market surveillance of products]. Dan
ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament
fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President Anness Tabella ta' korrelazzjoni Id-Direttiva 2001/95/KE || Id-Direttiva 87/357/KEE || Dan ir-Regolament L-Artikolu 1(1) || || L-Artikolu 1 L-Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu || || L-Artikolu 2(1) L-Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu || || L-Artikolu 2(4) L-Artikolu 2 || || L-Artikolu 3 L-Artikolu 2(b)(i)-(iv) || || L-Artikolu 6(1) L-Artikolu 3(1) || || L-Artikolu 4 L-Artikolu 3(2) || || L-Artikolu 5 L-Artikolu 3(3) || || L-Artikolu 6(2) L-Artikolu 3(4) || || - L-Artikolu 4 || || L-Artikoli 16 u 17 L-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu || || L-Artikolu 8(8) L-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu || || - L-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu || || L-Artikolu 8(9) L-Artikolu 5(1), ir-raba' subparagrafu || || L-Artikolu 8(3), (6) u (7) L-Artikolu 5(1), il-ħames subparagrafu || || - L-Artikolu 5(2) || || L-Artikolu 11 L-Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu || || L-Artikolu 8(9) u l-Artikolu 11(5) L-Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu || || - L-Artikolu 5(4) || || - L-Artikolu 6(1) || || - L-Artikolu 6(2) u (3) || || - L-Artikolu 7 || || L-Artikolu 18 L-Artikolu 8(1)(a) || || - L-Artikolu 8(1)(b)-(f) || || - L-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu || || - L-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu || || - L-Artikolu 8(2), it-tielet subparagrafu || || - L-Artikolu 8(3) || || - L-Artikolu 8(4) || || - L-Artikolu 9(1) || || - L-Artikolu 9(2) || || - L-Artikolu 10 || || - L-Artikolu 11 || || - L-Artikolu 12 || || - L-Artikolu 13 || || - L-Artikolu 14 || || - L-Artikolu 15 || || L-Artikolu 19 L-Artikolu 16 || || - L-Artikolu 17 || || - L-Artikolu 18(1) || || - L-Artikolu 18(2) || || - L-Artikolu 18(3) || || - L-Artikolu 19(1) || || - L-Artikolu 19(2) || || L-Artikolu 21 L-Artikolu 20 || || - L-Artikolu 21 || || - L-Artikolu 22 || || L-Artikolu 22 L-Artikolu 23 || || L-Artikolu 24 L-Anness I, it-Taqsima 1 || || L-Artikolu 8(9) u l-Artikolu 11(5) L-Anness I, it-Taqsima 2, l-ewwel sentenza || || - L-Anness I, it-Taqsima 2, it-tieni sentenza || || L-Artikolu 13(1) u (2) L-Anness I, it-Taqsima 3 || || - L-Anness II || || - L-Anness III || || - L-Anness IV || || L-Anness || L-Artikolu 1 || L-Artikolu 6(1)(e) || L-Artikoli 2 sa 7 || - DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/oqsma
tal-politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Għan(ijiet)
1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Tul
taż-żmien u impatt finanzjarju 1.7. Metodu/i
ta' ġestjoni previst(i) 2. MIŻURI TA'
ĠESTJONI 2.1. Regoli
dwar il-monitoraġġ u r-rapportar 2.2. Sistema
ta' ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. L-intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja affettwat(i) 3.2. Impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operattivi 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Parteċipazzjoni
minn partijiet terzi fil-finanzjament 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva Proposta
għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà
tal-prodotti għall-konsumatur 1.2. Qasam/Oqsma tal-politika
kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[22] Titolu 17
– Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumatur – Kapitolu 17 02:
Politika tal-konsumatur 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva ¨ Il-proposta/inizjattiva
għandha x'taqsam ma' azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/inizjattiva
għandha x'taqsam ma' azzjoni ġdida li ssegwi proġett
pilota/azzjoni preparatorja[23]
X Il-proposta/inizjattiva għandha x'taqsam
mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/inizjattiva
għandha x'taqsam ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni
ġdida 1.4. Għanijiet 1.4.1. L-għan(ijiet)
strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni mmirat(i)
bil-proposta/inizjattiva Il-proposta
tagħti sehemha fl-istrateġija tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea
għal għaxar snin "Ewropa 2020" billi ttejjeb il-kunfidenza
tal-konsumatur fis-sigurtà tal-prodotti u ttejjeb il-funzjonament tas-suq uniku. 1.4.2. Għan(ijiet)
speċifiku/ċi u l-attività/ajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i L-għan
speċifiku tas-SANCO: Li tiġi kkonsolidata u mtejba s-sigurtà
tal-prodotti b'sorveljanza effettiva tas-suq fl-Unjoni 1.4.3. Riżultat(i) mistenni(ja)
u l-impatt Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. Fuq
il-konsumaturi: Tisssaħħaħ mill-ġdid il-kunfidenza li
l-prodotti tal-konsumatur disponibbli fis-suq uniku huma siguri. Fuq
l-operaturi ekonomiċi: Regoli aktar ċari fir-rigward tal-obbligi
rispettivi fuq il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri. Fuq
l-awtoritajiet: Qafas legali ċar li jinforza r-rekwiżit tas-sigurtà
ġenerali u l-obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi u identifikazzjoni
aħjar ta' prodotti għall-konsumatur (perikolużi). 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati
u tal-impatt Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. Proporzjon
ta' prodotti għall-konsumatur traċċabbli/mhux
traċċabbli li huma koperti minn dan ir-Regolament u notifikati skont
ir-RAPEX. L-għadd
ta' mandati lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u
l-għadd ta' standards Ewropej li jirreferi għalihom il-ĠU skont
ir-Regolament il-ġdid. 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u)
jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew fit-tul L-għan
huwa li jinbena qafas regolatorju konsistenti għal prodotti siguri fis-suq
uniku. Dan għandha jegħleb il-frammentazzjoni tar-regoli dwar
is-sorveljanza tas-suq u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi fost diversi
atti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (id-Direttiva 2001/95/KE,
ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni
tal-Unjoni speċifika għas-settur) li wasslu għal konfużjoni
kemm lill-operaturi ekonomiċi kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali u
xekklet serjament l-effikaċja tal-attività tas-sorveljanza tas-suq
fl-Unjoni. Flimkien
ma' serje ta' azzjonijiet oħra, l-Att dwar is-Suq Uniku I u II
identifikaw ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali
tal-Prodotti bħala parti mill-Pakkett dwar is-Sigurtà tal-Prodotti u
s-Sorveljanza tas-Suq bħala inizjattivi importanti biex jgħinu
ħalli tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. 1.5.2. Valur miżjud
tal-involviment tal-UE Ir-reviżjoni
proposta tad-Direttiva 2001/95/KE li se tintegra l-modifiki tat-Trattat ta'
Lisbona, tista' ssir biss fuq livell ta' Unjoni. Il-proposta hija bbażata
fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
(TFUE), li jirreferi għalih ukoll l-Artikolu 169 tat-TFUE, sabiex
ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u
s-sigurtà tal-konsumaturi Ewropej kollha u jinħoloq suq intern
għall-prodotti għall-konsumatur. F'konformità
mal-prinċipji tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà, kif inhu stabbilit
fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, din il-proposta ma tmurx
lil hinn minn dak meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn
l-għanijiet. 1.5.3. Tagħlimiet minn
esperjenzi simili fil-passat L-użu
ta' standards Ewropej bħala appoġġ għad-Direttiva
2001/95/KE huwa wisq u jeħtieġ ħafna riżorsi. Il-proposta
għandha l-għan li tissimplifika l-proċeduri. L-applikazzjoni
tad-Direttiva 2001/95/KE fejn jidħlu l-miżuri tas-sorveljanza tas-suq
għal prodotti għall-konsumatur koperti wkoll minn
leġiżlazzjoni speċifika għas-settur mhux dejjem kienet
ċara liema se tiġi ċċarata. 1.5.4. Koerenza u sinerġija
possibbli ma' strumenti rilevanti oħrajn Din
il-proposta hija parti minn Pakkett dwar is-Sigurtà tal-Prodotti u
s-Sorveljanza tas-Suq u għalhekk hija koerenti għalkollox
mal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti. Din il-proposta tallinja d-definizzjonijiet u l-obbligi tal-operaturi
ekonomiċi mal-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid adottat fl-2008.
Għalhekk din hija koerenti mal-"Pakkett ta' Allinjament"
tal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika
għas-settur li bħalissa qed tiġi nnegozjata fil-Parlament
Ewropew u fil-Kunsill. Id-dispożizzjonijiet dwar l-istandards Ewropej huma koerenti
mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea li
ġie adottat dan l-aħħar. 1.6. Tul taż-żmien u
impatt finanzjarju ¨ Proposta/inizjattiva b'tul
taż-żmien limitat –
¨ Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa
[JJ/XX]SSSS –
¨ Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS X Il-proposta/inizjattiva b'tul
taż-żmien mhux limitat –
Implimentazzjoni b'perjodu ta' bidu minn SSSS sa
SSSS, –
u wara tħaddim fuq skala sħiħa. 1.7. Il-metodu/i ta' ġestjoni
previst(i)[24] X Ġestjoni diretta ċentralizzata
mill-Kummissjoni X Ġestjoni indiretta ċentralizzata
bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil: –
x aġenziji eżekuttivi –
¨ korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[25]
–
¨ korpi nazzjonali mis-settur pubbliku/korpi b'missjoni tas-servizz
pubbliku –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi
skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att
bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament
Finanzjarju ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi ¨ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (trid tiġi
speċifikata) Jekk jiġi indikat
aktar minn metodu wieħed ta' ġestjoni, jekk jogħġbok
agħti d-dettalji fit-taqsima tal-"Kummenti". Kummenti: L-implimentazzjoni
tar-Regolament propost għandha tkun żgurata b'ġestjoni diretta
ċentralizzata mill-Kummissjoni. Il-ġestjoni
tar-Regolament propost tista' tkun komplimentata minn azzjonijiet
bl-involviment tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u
l-Konsumaturi (EAHC) li, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003
tad-19 ta' Diċembru 2002[26],
tista' tkun fdata b'ċerti kompiti fil-ġestjoni tal-programmi
tal-Komunità. Il-Kummissjoni fdat[27]
lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi
bil-kompiti ta' implimentazzjoni għall-ġestjoni tal-Programm ta' Azzjoni
Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-Konsumatur għall-2007-2013.
Għaldaqstant il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tafda wkoll
lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi
b'kompiti ta' implimentazzjoni għall-ġestjoni tal-Programm
tal-Konsumatur 2014-2020, li, ladarba jiġu adottati, dawn għandhom
ikunu l-bażi legali għall-akkwist u l-għotjiet fil-qasam
tas-sigurtà tal-prodotti. Il-programm
ta' delega previst se jkun l-estensjoni tal-kompiti li diġà ġew
esternalizzati lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u
l-Konsumaturi (EAHC). 2. MIŻURI TA'
ĠESTJONI 2.1. Regoli dwar
il-monitoraġġ u r-rapportar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. Il-Kumitat
tal-GPSD (li r-Regolament propost se jibdlu
f'Kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011) u gruppi
eżistenti ta' esperti u/jew il-Forum Ewropew għas-Sorveljanza tas-Suq
previst fil-proposta għal regolament dwar is-sorveljanza tas-suq uniku se
jipprovdu pjattaforma regolari biex jiġu diskussi kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni
tar-Regolament il-ġdid. Il-proposta
tissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tirrevedi
l-implimentazzjoni tiegħu u tressaq rapport dwar dan lill-Parlament
Ewropew u lill-Kunsill. 2.2. Sistema ta' ġestjoni u
kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat/i Iż-żewġ
proposti (dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti u dwar is-sorveljanza
tas-suq) li huma parti mill-Pakkett, ġew isseparati minn xulxin waqt
in-negozjati leġiżlattivi u ma jiżviluppawx b'mod parallel. 2.2.2. Metodu/i ta' kontroll
previst(i) Id-dispożizzjonijiet
dwar id-dħul fis-seħħ huma interkonnessi fiż-żewġ
proposti. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet Speċifika
l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti. Minbarra
l-applikazzjoni ta' kull mekkaniżmu regolatorju ta' kontroll, id-DĠ
SANCO se joħloq strateġija kontra l-frodi allinjata
mal-istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni kontra l-frodi (CAFS;
adottata fl-24 ta' Ġunju 2011) sabiex jiżgura li fost
l-oħrajn, il-kontrolli interni relatati ma' kontra l-frodi jkunu allinjati
bis-sħiħ mal-CASF u l-approċċ tiegħu
għall-ġestjoni kontra l-frodi jitħaddem b'tali mod li jsib oqsma
b'riskju ta' frodi u tweġibiet xierqa għalihom. Meta jkun hemm
bżonn, jitwaqqfu gruppi ta' netwerking u għodod xierqa tal-IT biex
jiġu analizzati l-każijiet ta' frodi relatati mal-Programm
tal-Konsumatur. B'mod partikolari se tiddaħħal fis-seħħ
serje ta' miżuri bħal: -
deċiżjonijet, ftehimiet u kuntratti li jirriżultaw
mill-implimentazzjoni tal-Programm tal-Konsumatur u li jintitolaw espressament
lill-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, u lill-Qorti tal-Awdituri biex iwettqu
verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post; -
waqt il-fażi tal-evalwazzjoni ta' sejħa għall-proposti/offerti,
il-proponenti u l-offerenti jiġu ċċekkjati skont il-kriterji
tal-esklużjoni ppubblikati abbażi tad-dikjarazzjonijiet u tas-Sistema
ta' Twissija Bikrija (EWS); -
ir-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż se jiġu
ssimplifikati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju. -
taħriġ regolari dwar kwistjonijiet relatati ma' frodi u
irregolaritajiet se jingħata lill-persunal kollu involut fil-ġestjoni
tal-kuntratti kif ukoll lill-awdituri u lill-kontrolluri li jivverifikaw
id-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji fuq il-post. 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. L-intestatura/i tal-qafas
finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit affettwat(i) · Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti Skont l-intestaturi
tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Għadd [Deskrizzjoni……………………...……….] || Diff./mhux diff. ([28]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[29] || minn pajjiżi kandidati[30] || minn pajjiżi terzi || fit-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju Nru 3: Sigurtà u ċittadinanza || 17.01.04.01 Nefqa amministrattiva b'appoġġ għall-Programm tal-Konsumatur 2014 - 2020 || Ebda diff. || IVA || LE || LE || LE · Linji baġitarji ġodda mitluba Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju
pluriennali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Għadd [Intestatura…..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fit-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju Nru 3: Sigurtà u ċittadinanza || 17 02 01 Programm tal-Konsumatur 2014 - 2020 || Diff. || IVA || IVA || LE || LE 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq
in-nefqa[31]
EUR miljuni fi prezzijiet attwali (sa 3 punti
deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 3 || Sigurtà u ċittadinanza DĠ: SANCO || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || Numru tal-linja baġitarja 17.02.01 || Impenji || (1) || 1,107 || 1,189 || 1,272 || 1,356 || 1,443 || 1,530 || 7,897 Pagamenti || (2) || 0,554 || 1,148 || 1,230 || 1,314 || 1,400 || 2,251 || 7,897 Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi[32] || || || || || || || Numru tal-linja baġitarja: 17.01.04.01 || Impenji || (1a) || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,564 Pagamenti || (2a) || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,564 || || || || || || || || || Approprjazzjonijiet TOTALI għad-DĠ SANCO || Impenji || =1+1a || 1,201 || 1,283 || 1,366 || 1,450 || 1,537 || 1,624 || 8,461 Pagamenti || =2+2a || 0,648 || 1,242 || 1,324 || 1,408 || 1,494 || 2,345 || 8,461 Approprjazzjonijiet operattivi TOTALI || Impenji || (3) || 1,107 || 1,189 || 1,272 || 1,356 || 1,443 || 1,530 || 7,897 Pagamenti || (4) || 0,554 || 1,148 || 1,230 || 1,314 || 1,400 || 2,251 || 7,897 Approprjazzjonijiet TOTALI ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (5) || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,564 Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =3+ 5 || 1,201 || 1,283 || 1,366 || 1,450 || 1,537 || 1,624 || 8,461 Pagamenti || =4+ 5 || 0,648 || 1,242 || 1,324 || 1,408 || 1,494 || 2,345 || 8,461 Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || "Nefqa amministrattiva" EUR miljuni fi prezzijiet attwali (sa 3 punti
deċimali) || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL || || || || || || || Riżorsi umani || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 3,144 Nefqa amministrattiva oħra (missjonijiet, laqgħat) || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,414 TOTAL || Approprjazzjonijiet || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 3,558 Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 3,558 EUR miljuni fi prezzijiet attwali (sa 3 punti
deċimali) || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 1,794 || 1,876 || 1,959 || 2,043 || 2,130 || 2,217 || 12,019 Pagamenti || 1,241 || 1,835 || 1,917 || 2,001 || 2,087 || 2,938 || 12,019 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operattivi –
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ
l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet ta' impenji f'EUR miljuni
fil-prezzijiet attwali (sa 3 punti deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL || Tip ta' riżultat[33] || Kost medju tar-riżultat || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd totali ta' riżultati || Total tal-kost GĦAN SPEĊIFIKU: li tiġi kkonsolidata u mtejba s-sigurtà tal-prodotti b'sorveljanza effettiva tas-suq fl-Unjoni || || || || || || || || || || || || || || || Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || Sigurtà tal-prodott parir xjentifiku, koperazzjoni internazzjonali, monitoraġġ u valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti, bażi tal-għerf || || 1,316 || 4 || 1,107 || 4 || 1,189 || 4 || 1,272 || 4 || 1,356 || 4 || 1,443 || 4 || 1,530 || 24 || 7,897 || Subtotal għall-għan speċifiku li tiġi kkonsolidata u mtejba s-sigurtà tal-prodotti b'sorveljanza effettiva tas-suq fl-Unjoni || 4 || 1,107 || 4 || 1,189 || 4 || 1,272 || 4 || 1,356 || 4 || 1,443 || 4 || 1,530 || 24 || 7,897 || KOST TOTALI || 4 || 1,107 || 4 || 1,189 || 4 || 1,272 || 4 || 1,356 || 4 || 1,443 || 4 || 1,530 || 24 || 7,897 || 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ
l-użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt: EUR miljuni fi
prezzijiet attwali (sa 3 punti deċimali) || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || Riżorsi umani || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 3,144 Nefqa amministrattiva oħra || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,414 Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 3,558 Barra l-INTESTATURA 5[34] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || Riżorsi umani || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || 0 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,564 Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,564 TOTAL || 0,687 || 0,687 || 0,687 || 0,687 || 0,687 || 0,687 || 4,122 3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta'
riżorsi umani –
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ
l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: EUR miljuni fi prezzijiet attwali (sa 3 punti deċimali) || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL 17 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 3,144 XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || XX 01 04 yy [35] || fil-Kwartieri Ġenerali[36] || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || - fid-delegazzjonijiet || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || Linji baġitarji oħra (speċifika) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || TOTAL || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 3,144 XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu
tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma
diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà
ngħataw kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ,
ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun
qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u
fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji. Ir-riżorsi
meħtieġa huma indikati mingħajr ma jitqiesu l-kompiti li se
twettaq aġenzija eżekuttiva. Il-proposta ma twassalx biex
jiżdiedu r-riżorsi li diġà huma involuti fl-aġenzija
eżekuttiva. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji || Amministraturi: Jiżguraw, jissorveljaw u jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa tal-politiki tal-UE fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti. Isegwu l-iżviluppi fil-politika fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri. Jieħdu sehem u jirrappreżentaw lill-Kummissjoni f'laqgħat ta' komitoloġija u gruppi ta' esperti relatati mas-sigurtà tal-prodotti. Jidentifikaw u jħejju inizjattivi fil-qafas tar-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Prodotti għall-Konsumatur biex ikun żgurat livell għoli u konsistenti tas-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur, b'mod partikolari l-mandati ta' standardizzazzjoni u l-valutazzjoni tal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet li jappoġġaw l-applikazzjoni tar-Regolament. Assistenti: Jiżguraw l-appoġġ amministrattiv mat-tħaddim tal-kumitat tal-komitoloġija u l-gruppi ta' esperti. Iwettqu kompiti varji relatati mal-interfaċċa ma' korrispondenti interni u esterni u partijiet interessati fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti. Jassistu fit-tnedija, il-ġestjoni u l-monitoraġġ ta' sejħiet għall-offerti u l-implimentazzjoni ta' kuntratti. 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali attwali –
X Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli
mal-qafas finanzarju pluriennali l-ġdid 2014-2020 kif tipproponi
l-Kummissjoni. –
¨ Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-programmazzjoni mill-ġdid
tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija
meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji
konċernati u l-ammonti korrispondenti. NA –
¨ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju
pluriennali[37]. Spjega dak li huwa meħtieġ, billi
tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji konċernati u
l-ammonti korrispondenti. NA 3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
Il-proposta ma tipprevedi l-ebda kofinanzjament
minn partijiet terzi 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
–
X Il-proposta ma għandha l-ebda impatt
finanzjarju fuq id-dħul. [1] ĠU L 11, 15.1.2002,
p. 4. [2] ĠU L 218, 13.8.2008,
p. 30. [3] Li jikkonsisti mir-Regolament (UE) Nru 765/2008 u
d-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni
għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, ĠU L 218,
13.8.2008, p. 82. [4] Adottati mill-Kummissjoni
fil-21 ta' Novembru 2011,
http://ec.europa.eu/enterprise/policies/single-market-goods/internal-market-for-products/new-legislative-framework/index_en.htm. [5] Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012, ĠU
L 316, 14.11.2012, p. 12. [6] COM(2011) 206 finali. [7] COM(2012) 573 finali. [8] Ara n-nota 3 f'qiegħ
il-paġna. [9] ĠU L 218, 13.8.2008,
p. 82. [10] Ara n-nota 5 f'qiegħ il-paġna. [11] ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36. [12] ĠU C , , p. . [13] ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4. [14] ĠU L , , p. . [15] ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4. [16] ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82. [17] ĠU L 192, 11.7.1987, p. 42. [18] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. [19] ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12. [20] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. [21] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. [22] ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Baġit
Ibbażat fuq l-Attività. [23] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b)
tar-Regolament Finanzjarju. [24] Id-dettalji dwar il-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [25] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament
Finanzjarju. [26] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1. [27] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4943
tad-9 ta' Settembru 2008. [28] Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. =
Approprjazzjonijiet mhux differenzjati [29] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [30] Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli,
il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [31] L-ammonti soġġetti għall-eżitu
tal-proċess leġiżlattiv ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni
għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali il-ġdid 2014-2020. [32] L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva
b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew ta'
azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka
indiretta, riċerka diretta. [33] Ir-riżultat ifisser li jkun żgurat livell
għoli tas-sigurtà tal-prodott għall-konsumatur. Ikun diffiċli
biex dan jibqa' jinqasam f'riżultati kwantitattivi għax,
minħabba n-nuqqas ta' dejta affidabbli, ma jistax jintwera f'termini
assoluti jew relattivi għadd immirat għal prodotti anqas
perikolużi fis-suq. L-għadd ta' notifiki tar-RAPEX mhux bilfors
jirrifletti l-għadd ta' prodotti perikolużi fis-suq. Żieda
fl-għadd ta' notifiki tar-RAPEX tista' tfisser aktar sorveljanza effettiva
tas-suq iżda prodotti inqas siguri jew viċeversa. [34] L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva
b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew ta'
azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka
indiretta, riċerka diretta. [35] Taħt il-limitu ta' persunal estern minn
approprjazzjonijiet operattivi (dawk li kienu linji "BA"). [36] Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond
Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew
għas-Sajd (EFF). [37] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.