This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0040
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending Regulation (EU) No 912/2010 setting up the European GNSS Agency
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS
/* COM/2013/040 final - 2013/0022 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS /* COM/2013/040 final - 2013/0022 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-ħtiġijiet
ta’ sigurtà huma parti essenzjali mid-disinn, l-implimentazzjoni u l-operat
tal-infrastrutturi li jirriżultaw mill-programmi Galileo u EGNOS, li
l-użu tagħhom jista’ jaffettwa s-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati
Membri tagħha. Tabilħaqq, minħabba l-importanza strateġika
tagħhom, is-sistemi ta’ radjunavigazzjoni bis-satelliti huma
infrastrutturi sensittivi, suxxetibbli b’mod partikolari għal użu
ħażin. Barra minn hekk, minħabba l-użu dejjem akbar ta’
radjunavigazzjoni bis-satellita f’diversi oqsma ta’ attività, l-interruzzjoni
tal-provvista tas-servizzi tista’ tikkawża ħsara sinifikanti
fis-soċjetajiet kontemporanji. Ir-Regolament
(KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008
dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni
bis-satellita (EGNOS u Galileo)[1] jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tamministra l-aspetti kollha
relatati mas-sigurtà taż-żewġ sistemi li ħarġu
mill-programmi Galileo u EGNOS. Madankollu, is-sigurtà tas-sistemi nnifisha
hija soġġetta għal xogħol ta’ akkreditament li jikkonsisti
fil-verifika tal-konformità tas-sistemi mar-rekwiżiti definiti f’termini
ta’ sigurtà u li jkun żgurat li r-regoli ta’ sigurtà rilevanti li
japplikaw għall-Kunsill u għall-Kummissjoni jkunu rrispettati.
Bħal kwalunkwe attività ta’ akkreditament, l-akkreditament tas-sigurtà
taż-żewġ sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita
għandu jsir b’mod indipendenti, b’mod partikolari fil-konfront ta’ dawk kollha
involuti fid-disinn, il-kostruzzjoni u l-isfruttar tagħhom. L-Aġenzija
Ewropea GNSS hija inkarigata minn din l-attività ta’ akkreditament
b’applikazzjoni kemm tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE)
Nru 683/2008 kif ukoll dawk tar-Regolament (UE) Nru 912/2010
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea
GNSS, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-
istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’
radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE)
Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[2]. Dan
tal-aħħar jispeċifika l-kundizzjonijiet għat-twettiq
tal-missjoni ta’ akkreditament fdata f’idejn l-Aġenzija u jipprovdi fost
affarijiet oħrajn li d-deċiżjonijiet ta’ akkreditament tas-sigurtà
jittieħdu b’mod indipendenti mill-Kummissjoni u mill-entitajiet
responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi. L-obbligu ta’ indipendenza
japplika wkoll fir-rigward tal-kompiti l-oħrajn assenjati
lill-Aġenzija. Biex
ikun żgurat li l-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà jsiru b’mod
indipendenti, inkluż sa ċertu punt fir-rigward ta’ attivitajiet
oħra fdati lill-Aġenzija Ewropea GNSS, ir-Regolament (UE)
Nru 912/2010 jagħti lill-Aġenzija korp awtonomu, il-bord
għall-akkreditament tas-sigurtà, li, flimkien mad-Direttur Eżekuttiv
tal-Bord tad-Diretturi, jikkostitwixxi wieħed mit-tliet korpi
tal-Aġenzija. Il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà jinsab
fl-istess livell tal-bord tad-Diretturi u huwa biss huwa kompetenti li jieħu
d-deċiżjonijiet ta’ akkreditament. Dawn xorta waħda
jittieħdu f’isem l-Aġenzija li, fuq livell ġuridiku, tibqa’
l-unika entità b’personalità ġuridika. L-Aġenzija
Ewropea GNSS tidher għalhekk bħala struttura b’organizzazzjoni
partikolari minħabba li fi ħdan l-Aġenzija hemm distinzjoni bejn
l-attivitajiet marbuta mal-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi u
l-attivitajiet l-oħrajn tal-Aġenzija, jiġifieri l-ġestjoni
taċ-ċentru tas-sigurtà, il-kontribut għat-tħejjija
tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sistemi u l-attivitajiet kollha li
l-Kummissjoni tista’ tiddelega lill-Aġenzija. Fit-30 ta' Novembru 2011,
il-Kummissjoni adottat proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej
tar-radjunavigazzjoni bis-satellita[3]. Dan
ir-regolament futur dwar il-GNSS ser jissostitwixxi r-Regolament (KE)
Nru 683/2008 mill-1 ta' Jannar 2014 u jistabbilixxi l-qafas
għall-governanza tal-programmi matul il-perjodu 2014-2020. Huwa jipprovdi
b’mod partikolari li l-parti l-kbira tal-kompiti relatati mal-isfruttar
taż-żewġ sistemi Galileo u EGNOS ikunu fdati f’idejn
l-Aġenzija Ewropea GNSS. Ix-xewqa espressa mill-Kummissjoni fil-proposta
tagħha li tiddelega dawn il-kompiti lill-Aġenzija hija kondiviża
mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li rrevedew it-test mill-bidu tas-sena
2012. Fis-7 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta
approċċ ġenerali parzjali (dokument 11105/12
tal-11 ta' Ġunju 2012) li jikkonferma dan
l-approċċ. Il-kwistjoni
tal-futur tal-attivitajiet ta' akkreditament fi ħdan l-Aġenzija
għalhekk se tiddetermina dwar jekk l-Aġenzija Ewropea GNSS hux se
tkun kapaċi timmaniġġja l-isfruttar taż-żewġ
sistemi wara l-2013. Fil-fatt, għal raġunijiet ta’ kunflitti ta’
interessi potenzjali u l-fatt li wieħed ma jistax ikollu s-setgħa li
jieħu deċiżjoni meta jkun hemm interessi personali,
il-ħtieġa ta’ indipendenza tad-deċiżjonijiet ta’
akkreditament tas-sigurtà ma tidhirx li hija faċilment rikonċiljabbli
mal-fatt li jittieħdu fi ħdan entità inkarigata fost affarijiet
oħrajn mill-isfruttar, anki jekk, kif ġie spjegat hawn fuq,
ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’
ċerta indipendenza tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà.
Fil-proposta dwar ir-regolament futur dwar il-GNSS, il-Kummissjoni, konxja minn
din id-diffikultà, ipprovdiet ukoll li l-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi
għandu jkun wieħed mill-kompiti tal-Aġenzija “sa mhux aktar tard
mit-30 ta' Ġunju 2016”, data li fiha l-attivitajiet ta’
sfruttar jassumu l-portata sħiħa tagħhom. Għalhekk hija
ħalliet miftuħa l-kwistjoni dwar x’ser jiġri mill-attivitajiet
ta’ akkreditament lil hinn minn din id-data li fiha għandha ssir proposta
leġiżlattiva ulterjuri. Matul
ir-reviżjoni tat-test mill-membri parlamentari f’diversi kumitati
parlamentari, l-approċċ tal-Kummissjoni rigward id-data
tat-30 ta' Ġunju 2016 irċieva ħafna
appoġġ. Fi ħdan il-Kunsill, l-Istati Membri saħqu fuq
il-ħtieġa li tabilħaqq l-attivitajiet ta’ akkreditament jsiru
b’mod indipendenti u ttamaw li l-kwistjoni tal-futur tal-akkreditament
tas-sigurtà tas-sistemi wara l-1 ta' Jannar 2014 tkun solvuta
mill-aktar fis possibbli. Barra minn hekk,
fis-7 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta dikjarazzjoni
(dokument 11279/12 ADD 1) li fih jikkunsidra li l-attivitajiet ta’ akkreditament
għandhom ikunu segwiti b’mod strettament indipendenti fil-konfront ta’
kompiti oħrajn assenjati lill-Aġenzija Ewropea GNSS, li għandu
jkun stabbilit qsim strutturali u effiċjenti għal dan il-għan fi
ħdan l-Aġenzija bejn l-attivitajiet differenti tagħha sa mhux
aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014 u li l-President tal-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandu jkun l-uniku responsabbli fi
ħdan l-Aġenzija f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet ta’
akkreditament. Il-Kunsill għalhekk stieden lill-Kummissjoni sabiex tissottometti
proposta ta’ emenda tar-Regolament (UE) Nru 912/2010 f’waqtha dwar dan. Huwa
effettivament importanti li tiġi indirizzata l-kwistjoni futura
tal-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni
bis-satellita matul il-qafas finanzjarju li ġej tal-2014-2020. Dan
jinvolvi l-emenda tar-Regolament (UE) Nru 912/2010. Bidla
fir-Regolament (UE) Nru 912/2010 hija wkoll opportunità sabiex fit-test
tar-Regolament jiddaħħlu bidliet li jagħmlu r-Regolament (UE)
Nru 912/2010 konformi mal-prinċipji li jinsabu fl-approċċ komuni
tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-aġenziji
deċentralizzati, li kien approvat mill-Kummissjoni
fit-12 ta' Ġunju 2012. Fl-aħħar
nett, il-proposta dwar ir-regolament futur dwar il-GNSS imsemmija hawn fuq u
adottata mill-Kummissjoni fit-30 ta' Novembru 2011, li
tipprevedi l-possibbiltà li jiġu estiżi l-kompiti tal-Aġenzija
Ewropea GNSS u li tagħtiha kompiti marbuta mal-isfruttar, taffettwa
sostanzjalment il-ħtiġijiet tagħha tal-persunal, u
għalhekk, għandha konsegwenzi fuq il-baġit futur tagħha.
Huwa importanti għaldaqstant li tiġi emendata d-dikjarazzjoni
finanzjarja leġiżlattiva assoċjata mar-Regolament (UE)
Nru 912/2010. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-ANALIŻI TAL-IMPATT Il-proposta
tal-Kummissjoni ma kinitx soġġetta għal analiżi tal-impatt
u mhijiex ir-riżultat ta’ konsultazzjonijiet formali mal-partijiet
interessati. Minħabba
li dawn huma emendi li jallinjaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE)
Nru 912/2010 mal-prinċipji tal-approċċ interistituzzjonali
dwar l-aġenziji deċentralizzati, ma kienx hemm lok ta’ analiżi
tal-impatt u konsultazzjonijiet formali mal-partijiet interessati minħabba
li dan l-approċċ kien preċiżament ir-riżultat ta’
konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew. Fir-rigward
tal-bidliet li jikkonċernaw l-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi
Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita, huwa importanti li wieħed
jinnota li l-Istati Membri, li huma ferm involuti fil-kwistjonijiet marbuta
mas-sigurtà, huma f’dan il-każ, minbarra l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u
tal-Aġenzija Ewropea GNSS, il-partijiet interessati ewlenin,
saħansitra l-uniċi. Madankollu l-Istati Membri ġew ikkonsultati
b’mod wiesa’ dwar dan il-punt waqt diskussjonijiet dwar ir-regolament futur
dwar il-GNSS fi ħdan il-Kunsill, li esprima l-pożizzjoni tiegħu
fl-istqarrija msemmija hawn fuq tas-7 ta' Ġunju 2012. Barra
minn hekk, it-termini tal-iskema li finalment intgħażlet kienu
l-fokus ta’ diskussjonijiet dettaljati mal-Aġenzija Ewropea GNSS.
Fil-każ tal-Parlament Ewropew, li ġie mgħarraf dwar il-proposta
tar-regolament futur dwar il-GNSS Ewropea, s’issa għadu ma esprimiex
opinjoni partikolari dwar din il-kwistjoni. Ġew
eżaminati ukoll id-diversi soluzzjonijiet li huma possibbli teoretikament
għall-akkreditament tas-sistemi ta’ sigurtà wara l-2013. Dawn
is-soluzzjonijiet huma sitta. 1) L-akkreditament jiġi fdat lis-settur privat: L-akkreditament
tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita jaffettwa
direttament is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, li jixtiequ
ferm li jkunu involuti fil-ħidma u d-deċiżjonijiet ta’
akkreditament. Għaldaqstant, il-fatt li dan l-akkreditament ikun fdat
lis-settur privat ma jistax jiġi kkunsidrat b’mod serju. 2) Tinħoloq aġenzija regolatorja ġdida li tieħu
ħsieb l-akkreditament: Il-ħolqien
ta’ aġenzija regolatorja li tieħu ħsieb l-akkreditament
tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej ta’ GNSS jista’ jidher pass għaqli,
iżda jmur kontra x-xewqa komuni minn diversi snin ’l hawn tal-istituzzjonijiet
tal-Unjoni li ma jinħolqux aġenziji regolatorji ġodda. Barra
minn hekk, din is-soluzzjoni jkollha spiża sinifikanti, jew sproporzjonata
mal-ħtiġijiet attwali tal-qasam. Fil-fatt il-persunal permanenti
inkarigat mill-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi jikkonsisti f’madwar
għaxar persuni. 3) L-akkreditament jiġi fdat f’idejn aġenzija regolatorja
oħra eżistenti: Soluzzjoni
alternattiva għall-ħolqien ta’ aġenzija ġdida tista’ tkun
li wieħed jafda l-akkreditament tas-sigurtà lil aġenzija regolatorja
oħra eżistenti. Fost id-diversi aġenziji tal-Unjoni,
l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (AESA) u, sa grad inqas,
l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża biss jidhru a priori li huma
kapaċi jiżguraw l-akkreditament tas-sigurtà ta’ sistemi kumplessi bħal
Galileo u EGNOS. Madankollu
ta’ min jinnota li kompitu ta’ akkreditament bħal dan ma jagħmilx
parti mill-missjonijiet attwali ta’ dawn l-aġenziji. Rigward ukoll l-AESA
li eventwalment għandha tieħu ħsieb iċ-ċertifikazzjoni
ta’ EGNOS, jeżisti kunflitt serju ta’ interessi bejn din il-missjoni
futura ta’ ċertifikazzjoni u l-kompitu eventwali ta’ akkreditament
tas-sigurtà. Rigward l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża li
tieħu ħsieb prinċipalment il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn
l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-armamenti u l-industriji
tad-difiża, jekk l-akkreditament tas-sigurtà ta’ Galileo u EGNOS tiġi
fdata lilha dan jista’ jikkontradixxi l-affermazzjoni li dawn
iż-żewġ sistemi huma sistemi ċivili taħt kontroll ċivili. 4) L-akkreditament
jiġi fdat f’idejn il-Kummissjoni: Fl-2007,
matul il-ħidma ta’ tħejjija għat-tfassil
tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 li rriforma l-governanza
tal-programmi, kien ġie propost li l-akkreditament tas-sigurtà
taż-żewġ sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita tiġi
fdata lill-Kummissjoni. Din is-soluzzjoni ġiet abbandunata minħabba
li dehret inkompatibbli mar-rekwiżit ta’ indipendenza, peress li
l-Kummissjoni tamministra, skont dan ir-regolament “l-aspetti kollha relatati
mas-sigurtà tas-sistemi”. L-istess diffikultà għadha teżisti llum
minħabba li r-regolament futur dwar il-GNSS li ser jissostitwixxi
r-Regolament (KE) Nru 683/2008 mill-1 ta' Jannar 2014
jipprovdi wkoll li l-Kummissjoni għandha tiżgura s-sigurtà tal-programmi,
inkluża s-sigurtà tas-sistemi. Barra minn hekk, l-Istati Membri
għandhom ferm għal qalbhom l-istruttura tal-Bord
għall-Akkreditament kif teżisti bħalissa fi ħdan
l-Aġenzija Ewropea GNSS u jkun diffiċli, fuq il-livell tad-Diretturi,
li wieħed iċaqlaq korp bħal dan fi ħdan is-servizzi
tal-Kummissjoni 5) L-akkreditament jiġi fdat f’idejn il-Kunsill: Hemm
diversi vantaġġi jekk l-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi Ewropej
GNSS jiġi fdat lill-Kunsill. L-ewwel nett il-Kunsill mhuwiex involut
fil-ġestjoni tal-programmi u l-indipendenza tiegħu ma tistax
tiġi kkontestata. Imbagħad huwa għandu ċerta esperjenza
fil-qasam tal-akkreditament ta’ sistemi komplessi minħabba li diġa
ħa ħsieb l-akkreditament ta’ madwar ħamsin sistema
għall-ħtiġijiet tiegħu stess. Huwa wkoll l-entità li tinsab
fl-aħjar pożizzjoni li tassumi l-konsegwenzi politiċi
tad-deċiżjonijiet meħuda dwar l-akkreditament, li jista’
jkollhom impatt sinifikanti fuq l-iżvolġiment tal-programmi f’termini
ta’ spejjeż u skeda ta’ żmien. Fl-aħħar nett, l-Istati
Membri, li jixtiequ li jkunu involuti sew fil-proċess ta’ akkreditament,
huma naturalment irrappreżentati ħafna aħjar fi ħdan
il-Kunsill milli fi kwalunkwe korp ieħor tal-Unjoni. L-iżvantaġġi
tal-implimentazzjoni ta’ din is-soluzzjoni madankollu jgħelbu
l-benefiċċji. Fil-fatt, il-Kunsill mhuwiex bord ta’ ġestjoni u,
għalkemm effettivament għandu esperjenza fl-akkreditament ta’ diversi
sistemi, s’issa dawn kienu biss sistemi interni tal-Kunsill li jiżguraw
l-operat tiegħu. Barra minn hekk, it-trasferiment u t-trapjant dirett, fi
ħdan l-amministrazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill,
tal-istruttura li tikkonsisti mill-Bord għall-Akkreditament u l-korpi
subordinati tiegħu kif inhi bħalissa, bil-persunal tiegħu li
jinkludi aġenti permanenti, joħolqu l-istess diffikultajiet fuq
il-livell amministrattiv bħal fil-każ li jsir trasferiment fi
ħdan il-Kummissjoni. 6)
Tisħiħ tad-distinzjoni bejn l-attivitajiet fi ħdan
l-Aġenzija Ewropea GNSS: Dan
jinvolvi l-modifikazzjoni tal-organizzazzjoni interna tal-Aġenzija b’tali
mod li ma jkunx hemm dubju dwar l-indipendenza tal-attivitajiet ta’
akkreditament fir-rigward tal-attivitajiet l-oħrajn imwettqa fi ħdan
l-Aġenzija. Din
is-soluzzjoni, li tkompli tissepara l-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea
GNSS u ssaħħaħ l-awtonomija taż-żewġ entitajiet
differenti taħt saqaf wieħed legali u istituzzjonali, tiżgura
livell għoli ta’ indipendenza fl-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’
akkreditament, u finalment irriżulta li hija l-orħos waħda,
l-iktar waħda sempliċi u l-eħfef waħda biex tiġi
implimentata. Barra minn hekk, ġiet irrakkomandata mill-Kunsill
fid-dikjarazzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2012. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Rigward
il-ħtieġa li tiġi żgurata l-indipendenza
tal-eżerċizzju tal-attivitajiet relatati mal-akkreditament
tas-sistemi u t-tisħiħ, għal dan il-għan, tad-distinzjoni
bejn dawn l-attivitajiet u l-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija Ewropea
GNSS, il-proposta tipprovdi prinċipalment li jiżdiedu s-setgħat
tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u dawk tal-President tal-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà billi tallinjahom parzjalment ma’ dawk tal-Bord tad-Diretturi u
tad-Direttur Eżekuttiv rispettivament. Huwa
għalhekk mistenni li l-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà
jħejji u japprova l-parti tal-programmi ta’ ħidma tal-Aġenzija
li tiddeskrivi l-attivitajiet operattivi marbuta mal-akkreditament tas-sigurtà
tas-sistemi kif ukoll il-parti tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet u
l-perspettivi tal-Aġenzija marbuta mal-attivitajiet ta’ akkreditament
tas-sigurtà tas-sistemi u li jibgħathom fil-ħin lill-bord tad-Diretturi
sabiex jiġu integrati fil-programm ta’ ħidma u fir-rapport annwali
tal-Aġenzija. Għandu wkoll jeżerċita awtorità
dixxipplinarja fuq il-president tiegħu. Il-president
tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà, min-naħa tiegħu,
għandu, fir-rigward tal-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà, rwol
komparabbli ma’ dak eżerċitat mid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward
tal-attivitajiet l-oħrajn tal-Aġenzija. Minbarra l-funzjoni ta’
rappreżentant tal-Aġenzija diġà previst fir-Regolament (UE)
Nru 912/2010 fil-forma attwali tiegħu, issa jamministra
l-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà taħt id-direzzjoni tal-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà u jiżgura l-implimentazzjoni
tal-parti tal-programmi ta’ ħidma tal-Aġenzija marbuta
mal-akkreditament. Jista’ wkoll, fuq stedina tal-Parlament Ewropew jew
tal-Kunsill, jippreżenta rapport dwar it-twettiq tal-missjoni tiegħu
u jagħmel dikjarazzjoni quddiem dawn l-istituzzjonijiet. Rigward
l-implimentazzjoni tal-approċċ interistituzzjonali
għall-aġenziji deċentralizzati, l-allinjament mal-prinċipji
definiti f’dan l-approċċ jaffettwa b’mod partikolari r-regoli ta’
adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi, it-tul tal-mandat
tal-membri tal-Bord tad-Diretturi u tal-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà kif ukoll dak tal-presidenti tagħhom, l-eżistenza ta’
programm ta’ ħidma multiannwali, is-setgħat tal-Bord tad-Diretturi
f’dak li jirrigwarda l-ġestjoni tal-persunal, il-valutazzjoni u
r-reviżjoni tar-regolament, il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, u
l-ipproċessar ta’ informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA L-elementi
legali tal-proposta msemmija fil-punt 3 hawn fuq fihom infushom
m’għandhom l-ebda implikazzjoni baġitarja. Madankollu,
id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva assoċjata
mar-Regolament (UE) Nru 912/2010, li takkumpanja l-proposta u li
tinkorpora r-rekwiżiti ġodda ta’ persunal tal-Aġenzija
assoċjati mal-kompiti ġodda li jistgħu jkunu fdati lilha,
bħall-isfruttar tas-sistemi Ewropej GNSS, tirrifletti dawn ir-rekwiżiti
fuq il-livell finanzjarju. F’termini baġitarji, l-ammonti
meħtieġa huma diġà inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni
għall-qafas finanzjarju li jmiss tal-2014-2020. Dawn sejrin jiġu
ffinanzjati mit-trasferimenti fi ħdan il-linji baġitarji
tal-programmi GNSS bħar-rekwiżiti addizzjonali għas-sena 2013.
Ta’ min jinnota li l-ispejjeż marbuta mal-ħtiġijiet
il-ġodda ta’ persunal tal-Aġenzija se jiġu kkumpensati
parzjalment minn tnaqqis ta' 30 post ta’ xogħol mit-tabella
tal-persunal tal-Kummissjoni matul l-istess perjodu, bejn l-2014 u l-2020.
Id-dettalji baġitarji jidhru fid-dikjarazzjoni finanzjarja
leġiżlattiva fl-Anness. Jeħtieġ
fi kwalunkwe każ li jiġi mfakkar li l-figuri msemmija
fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva huma soġġetti,
minn naħa għall-adozzjoni mill-awtorità baġitarja tal-qafas
finanzjarju 2014-2020, u min-naħa l-oħra għall-adozzjoni
tar-regolament futur dwar il-GNSS. 2013/0022 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010
li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li ntbagħat l-abbozz ta’ att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4], Wara li kkonsultaw lill-Kumitat
tar-Reġjuni[5], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Jirriżulta
mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE)
Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri
tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)[6] kif ukoll mill-Artikolu 2
tar-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li
jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE)
Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija
tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda
r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7] li l-Aġenzija Ewropea GNSS
(minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija”) tipprovdi l-akkreditament tas-sistemi
Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (minn hawn ’il quddiem
“is-sistemi”) għas-sigurtà u, li għal dan il-għan, hija
għandha tibda u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’
sigurtà u twettaq verifiki tas-sigurtà. (2) Id-dispożizzjonijiet
tar-Regolament (UE) Nru 912/2010, b’mod partikolari dawk tal-Kapitolu III
tar-Regolament, jispjegaw il-kundizzjonijiet li taħthom l-Aġenzija
għandha tissodisfa l-missjoni tagħha f’dak li jirrigwarda
l-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi. Huma jipprovdu b’mod partikolari,
bħala prinċipju, li d-deċiżjonijiet ta’ akkreditament
tas-sigurtà jittieħdu b’mod indipendenti mill-Kummissjoni u
mill-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej
ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (minn hawn ’il quddiem “il-programmi”) u li
l-awtorità ta’ akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi tikkostitwixxi
għalhekk, fi ħdan l-Aġenzija, korp awtonomu li jieħu
d-deċiżjonijiet tiegħu b’mod indipendenti. (3) Skont dan il-prinċipju,
ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 jistabbilixxi l-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà tas-sistemi Ewropej GNSS (minn hawn ’il
quddiem “Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà”) li, flimkien mal-Bord
tad-Diretturi u mad-Direttur Eżekuttiv, jikkostitwixxi wieħed
mit-tliet korpi tal-Aġenzija. Dan il-korp iwettaq il-kompiti fdati lill-Aġenzija
marbuta mal-akkreditament tas-sigurtà u huwa awtorizzat li, f’isem
l-Aġenzija, jieħu d-deċiżjonijiet rigward l-akkreditament
tas-sigurtà. Huwa għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u
jaħtar lill-president tiegħu. (4) Ir-Regolament (UE)
Nru xxx/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u
l-operat tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita[8], li jissostitwixxi r-Regolament
(KE) Nru 683/2008 u li ser jidħol fis-seħħ
fl-1 ta' Jannar 2014, jiddefinixxi l-iskema ta’ governanza pubblika
tal-programmi matul il-perjodu 2014-2020. Huwa jwessa’ l-kompiti assenjati
lill-Aġenzija u jipprovdi fost affarijiet oħrajn li l-Aġenzija
jkollha rwol ewlieni fl-isfruttar tas-sistemi. (5) F’dan il-kuntest ġdid,
huwa imperattiv li jiġi żgurat li l-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà jkun jista’ jwettaq il-missjoni fdata lilu b’mod indipendenti,
b’mod partikolari fil-konfront ta’ korpi u attivitajiet oħrajn
tal-Aġenzija. Għalhekk huwa essenzjali li tkompli s-separazzjoni, fi
ħdan l-Aġenzija stess, tal-attivitajiet marbuta mal-akkreditament
tal-attivitajiet l-oħra tagħha, bħall-ġestjoni
taċ-ċentru tas-sigurtà, il-kontribuzzjoni
għall-kummerċjalizzazzjoni tas-sistemi u l-attivitajiet kollha li
l-Kummissjoni tista’ tafda lill-Aġenzija permezz ta’ delega, b’mod
partikolari dawk marbuta mal-isfruttar tas-sistemi. Għal dan il-għan,
għandu jiġi żviluppat qsim strutturali tanġibbli u
effikaċi fi ħdan l-Aġenzija bejn id-diversi attivitajiet
tagħha sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014. (6) Huwa importanti li biex isir
dan jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 l-aktar sabiex
jiżdiedu l-awtonomija u s-setgħat tal-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà u tal-president tiegħu, u sabiex il-parti l-kbira ta’ dawn
tal-aħħar jiġu allinjati ma’ dawk tal-Bord tad-Diretturi u
tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija rispettivament, filwaqt li
jipprovdi l-obbligu ta’ kooperazzjoni bejn il-korpi differenti
tal-Aġenzija. (7) Rigward il-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà, huwa dan, u mhux il-Bord tad-Diretturi,
li għandu jħejji u japprova l-parti tal-programmi ta’ ħidma
tal-Aġenzija li tiddeskrivi l-attivitajiet operattivi marbuta
mal-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi kif ukoll il-parti tar-rapport
annwali dwar l-attivitajiet u l-prospetti tal-Aġenzija marbuta mal-attivitajiet
ta’ akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi u tibgħathom fil-ħin
lill-Bord tad-Diretturi sabiex ikunu integrati fil-programm ta’ ħidma u
fir-rapport annwali tal-Aġenzija. Għandu wkoll jeżerċita
awtorità dixxiplinarja fuq il-president tiegħu. (8) Rigward il-president tal-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà, ikun xieraq li jiġi fdat,
fir-rigward tal-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà, rwol komparabbli
ma’ dak eżerċitat mid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward
tal-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija. B’hekk, minbarra l-funzjoni ta’
rappreżentant tal-Aġenzija diġà prevista fir-Regolament (UE)
Nru 912/2010 kif miktub fit-22 ta' Settembru 2010,
il-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandu jmexxi
l-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà taħt id-direzzjoni tal-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà u jiżgura l-implimentazzjoni
tal-programmi ta’ ħidma tal-Aġenzija marbuta mal-akkreditament. Huwa
għandu wkoll, fuq stedina tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, ikun
jista’ jippreżenta rapport dwar it-twettiq tal-missjoni tiegħu u
jagħmel dikjarazzjoni quddiem dawn l-istituzzjonijiet. (9) Barra minn hekk, dejjem
sabiex tinżamm l-awtonomija tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà
u sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess, ikun utli wkoll, minn
naħa, li l-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u l-persunal
tal-Aġenzija mqiegħed taħt il-kontroll tiegħu jwettqu
xogħolhom f’post li jiggarantixxi l-awtonomija u l-indipendenza
tagħhom fil-konfront ta’ attivitajiet oħrajn tal-Aġenzija, b’mod
partikolari fil-konfront tal-attivitajiet operattivi marbuta mal-isfruttar
tas-sistemi, u min-naħa l-oħra li r-regoli interni tal-Aġenzija
dwar il-persunal jiżguraw l-awtonomija u l-indipendenza tal-persunal li
jwettaq attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà fil-konfront tal-persunal li
jwettaq l-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija. (10) Barra minn hekk, minħabba
l-involviment ta’ ċerti pajjiżi terzi fil-programmi Ewropej GNSS,
inkluż dwar is-sigurtà, jeħtieġ li jkun ipprovdut b’mod
espliċitu li rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi jistgħu
jieħdu sehem, f’kundizzjonijiet li għandhom ikunu definiti,
fil-ħidma tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà. (11) Barra minn hekk, huwa
neċessarju li r-Regolament (UE) Nru 912/2010 jinġieb konformi
mal-prinċipji li jinsabu fl-Istrateġija Komuni tal-Parlament,
tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-aġenziji deċentralizzati,
adottata minn dawn it-tliet istituzzjonijiet rispettivament
fil-5 ta’ Lulju, fis-26 ta' Ġunju u
fit-12 ta' Ġunju 2012, b’mod partikolari f’dak li
jirrigwarda r-regoli għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord
tad-Diretturi, it-tul tal-kariga tal-membri tal-Bord tad-Diretturi u tal-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà kif ukoll dik tal-presidenti tagħhom,
l-eżistenza ta’ programm ta’ ħidma multiannwali, is-setgħat tal-Bord
tad-Diretturi rigward il-ġestjoni tal-persunal, il-valutazzjoni u
r-reviżjoni tar-Regolament, il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess, u
t-trattament tal-informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata. (12) L-interessi finanzjarji
tal-Unjoni għandhom jitħarsu permezz ta' miżuri proporzjonati
fiċ-ċiklu kollu tal-infiq, partikolarment permezz tal-prevenzjoni,
id-ditezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, it-twettiq ta'
inkjesti, l-irkupru tal-fondi li jintilfu, jitħallsu bi żball jew
jintużaw b'mod ħażin u, jekk ikun il-każ, bl-applikazzjoni
ta' sanzjonijiet. (13) Fl-aħħar nett,
peress li l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru xxx/2013 [regolament
futur GNSS] jipprovdi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jipprovdu fondi
addizzjonali sabiex jiffinanzjaw ċerti elementi tal-programmi, huwa xieraq
li l-Aġenzija tkun tista’ tagħmel kuntratti konġunti mal-Istati
Membri meta dan ikun meħtieġ sabiex twettaq il-missjonijiet
tagħha. (14) Huwa għalhekk
meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 912/2010, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 huwa
emendat skont kif ġej: (1)
L-Artikolu 3 huwa ssostitwit b’dan li
ġej: “Artikolu 3 Korpi 1. Il-korpi tal-Aġenzija
huma: a)
il-bord tad-diretturi, b)
id-direttur eżekuttiv, c)
il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà
għas-sistemi tal-GNSS Ewropej 2. Il-korpi tal-Aġenzija
għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom, kif stabbiliti
fl-Artikoli 6, 8 u 11 rispettivament, skont il-linji gwida
maħruġa mill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 16 tar-Regolament
(KE) Nru 683/2008. 3. Il-Bord tad-Diretturi u
d-Direttur Eżekuttiv minn naħa, il-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà għas-sistemi tal-GNSS Ewropej u l-president tiegħu
min-naħa l-oħra, għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw
il-funzjonament tal-Aġenzija skont il-proċeduri stabbiliti mir-regoli
interni tal-Aġenzija, bħar-regoli ta’ proċedura tal-Bord
tad-Diretturi, ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà, ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija,
il-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-istatut tal-persunal u
r-regoli ta’ aċċess għad-dokumenti.” (2)
L-Artikolu 4 huwa ssostitwit b’dan li
ġej: “Artikolu 4 Status ġuridiku, uffiċċji
lokali 1. L-Aġenzija hija korp
tal-Unjoni. Hi għandha personalità ġuridika. 2. F’kull Stat Membru, l-Aġenzija
għandha l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil
persuni legali mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali B’mod partikolari,
tista’ takkwista jew teħles minn proprjetà immobbli u trasferibbli u tkun
parti fi proċeduri legali. 3. L-Aġenzija tista’
tiddeċiedi li tistabbilixxi uffiċċji lokali fl-Istati Membri,
soġġett għall-qbil tagħhom, jew f'pajjiżi terzi li
jipparteċipaw fil-ħidmiet tal-Aġenzija skont l-Artikolu 23. Id-dispożizzjonijiet li jirrelataw
mal-istabbiliment u t-tħaddim tal-Aġenzija fl-Istati Membri u
f’pajjiżi terzi ospitanti kif ukoll dawk relatati mal-vantaġġi
mogħtija minn dawn tal-aħħar lid-Direttur Eżekuttiv,
lill-membri tal-kunsill ta' amministrazzjoni, lill-persunal tal-Aġenzija u
lill-membri tal-familji tagħhom huma suġġetti għal
arranġamenti partikolari konklużi bejn l-Aġenzija u dawn
l-Istati Membri u pajjiżi. L-arranġamenti partikolari huma approvati
mill-Bord tad-Diretturi. L-Istati Membri u l-pajjiżi terzi ospitanti
joffru l-aqwa qafas għat-twettiq tajjeb tal-attivitajiet tal-Aġenzija,
b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda: a) l-aċċessibbiltà tas-siti, b) l-eżistenza ta' infrastrutturi
tal-edukazzjoni xierqa għat-tfal tal-membri tal-persunal u tal-esperti
nazzjonali sekondati, c) l-aċċess għas-suq
tax-xogħol, għas-sistema tas-sigurtà soċjali u għas-sistema
tas-saħħa għall-familji tal-membri tal-persunal u tal-esperti
nazzjonali sekondati. 4. L-Aġenzija hija
rrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, suġġett
għall-Artikolu 11a(1)(d).” (3)
L-Artikolu 5 huwa emendat skont kif ġej a)
Għandu jiġi sostitwit il-paragrafu 2
bit-test li ġej: « 2. Il-Bord tad-Diretturi għandu jkun
kompost: a) minn rappreżentant wieħed
maħtur minn kull Stat Membru, b) minn ħames rappreżentanti
maħtura mill-Kummissjoni u, c) minn rappreżentant wieħed
mingħajr dritt għall-vot maħtur mill-Parlament Ewropew. It-tul tal-mandat tal-membri tal-Bord tad-Direttur
għandu jkun ta’ erba’ snin, u jista’ jiġġedded. Rappreżentant tal-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà tas-sistemi Ewropej tal-GNSS,
rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli għall-affarijiet
barranin u l-politika tas-sigurtà (minn hawn ’il quddiem ir-“RGħ”) u
rappreżentant tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (minn hawn ’il quddiem
“ESA”) għandhom ikunu mistiedna biex jattendu għal-laqgħat
tal-Bord tad-Diretturi bħala osservaturi.”; b)
Għandu jiġi sostitwit il-paragrafu 4
bit-test li ġej: « 4. Il-Bord tad-Diretturi għandu
jaħtar President u Viċi-President minn fost il-membri tiegħu
Il-viċi-president għandu awtomatikament jieħu post il-president
meta dan ma jkunx jista’ jaqdi dmirijietu. Il-mandat tal-President u
tal-Viċi-President għandu jkun ta’ sentejn, u jista’
jiġġedded għal darba, u għandu jiskadi meta ma
jibqgħux membri tal-Bord tad-Diretturi.” c)
Għandu jiġi sostitwit il-paragrafu 6
bit-test li ġej: « 6. Ħlief jekk ikun previst mod
ieħor f’dan ir-Regolament, il-Bord tad-Diretturi għandu jieħu
d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza assoluta
tal-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot. Maġġoranza ta’ żewġ terzi
tal-membri kollha li jkollhom id-dritt tal-vot hija meħtieġa għall-ħatra
tal-president tal-Bord tad-Diretturi u tal-Viċi President, l-adozzjoni
tal-baġit u tal-programmi ta’ ħidma.” (4)
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Kompiti tal-Bord tad-Diretturi 1. Il-Bord tad-Diretturi
għandu jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-ħidma fdata lilha,
skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, u għandu
jieħu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa għal dan
il-għan, bla ħsara għas-setgħat mogħtija lill-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà għall-attivitajiet li jaqgħu taħt
il-Kapitolu III. 2. Barra minn hekk, il-Bord
tad-Diretturi għandu wkoll: a)
jadotta, sa mhux aktar tard
mit-30 ta' Ġunju tal-ewwel sena tal-qafas finanzjarju
pluriennali previst fl-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea, il-programm ta’ ħidma multiannwali tal-Aġenzija
għall-perjodu kopert mill-qafas finanzjarju pluriennali wara li tkun
ġiet inkluża fih il-parti żviluppata mill-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà skont l-Artikolu 11(3)(b), u wara li
jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni; b)
jadotta, sa mhux aktar tard
mill-15 ta' Novembru ta’ kull sena, il-programm ta’ ħidma
tal-Aġenzija għas-sena ta’ wara, wara li tkun ġiet inkluża
fih il-parti żviluppata mill-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà
skont l-Artikolu 11(3)(c), u wara li jkun irċieva l-opinjoni
tal-Kummissjoni; c)
iwettaq id-dmirijiet tiegħu fir-rigward
tal-baġit previsti fl-Artikolu 13, il-paragrafi 5, 6, 10 u 11 u
l-Artikolu 14, il-paragrafu 5; d)
jissorvelja l-isfruttar taċ-ċentru ta’
sigurtà ta’ Galileo (minn hawn ’il quddiem iċ-“Ċentru ta’
Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo” jew il-“GSMC”) kif imsemmi
fl-Artikolu 16(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 683/2008; e)
jadotta l-arranġamenti
għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar
l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew,
tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (*), skont l-Artikolu 21; f)
jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet u
l-prospetti tal-Aġenzija wara li tkun ġiet inkluża fih il-parti
żviluppata mill-Bord ta' Akkreditament tas-Sigurtà skont
l-Artikolu 11(3)(d), u jibagħtu, sa mhux aktar tard
mill-1 ta’ Lulju, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill,
lill-Kummissjoni, u lill-Qorti tal-Awdituri; g)
jiżgura s-segwitu adegwat
tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-valutazzjonijiet
imsemmija fl-Artikolu 26, kif ukoll dawk li jirriżultaw
mill-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew kontra
l-Frodi (OLAF) u tar-rapporti kollha tal-awditjar intern jew estern u
jittrasmetti lill-awtorità baġitarja kwalunkwe informazzjoni rilevanti
dwar ir-riżultati tal-proċeduri ta’ valutazzjoni; h)
jiġi kkonsultat mid-Direttur Eżekuttiv
dwar il-ftehimiet ta’ delegazzjoni li jsiru bejn il-Kummissjoni u
l-Aġenzija skont l-Artikolu [15(1)(d)] tar-Regolament [ir-Regolament
futur dwar il-GNSS ] qabel ma jiġu ffirmati i)
jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. 3. Fir-rigward tal-persunal
tal-Aġenzija, il-Bord tad-Diretturi jeżerċita s-setgħat
tal-awtorità li jkollha s-setgħa tal-ħatra u dawk tal-awtorità li
tista’ tikkonkludi l-kuntratti ta’ xogħol, mogħtija mill-istatut
tal-uffiċjali tal-Unjoni u r-reġim li japplika għall-aġenti
l-oħra rispettivament (is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra'). Il-Bord Amministrattiv jadotta skont
il-proċedura prevista fl-Artikolu 2(1), tal-Istatut tal-Persunal u
skont l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg għal aġenti
oħra, li tiddelega is-setgħat ta' ħatra korrispondenti lid-Direttur
Eżekuttiv u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li bihom din id-delegazzjoni
tal-kompetenzi tista' tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttivhuwa
awtorizzat li jissottodelega dawn il-kompetenzi. Skont is-subparagrafu preċedenti, fil-każ
ta' ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Bord Amministrattiv jista', permezz
ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delegazzjoni tas-setgħat
tal-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv u ta' dawk sottodelegati minnu, u
jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri
tiegħu jew lil xi membru tal-persunal ieħor minbarra d-Direttur
Eżekuttiv. Madankollu, b’deroga mit-tieni paragrafu, il-Bord
tad-Diretturi għandu jiddelega lill-president tal-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà s-setgħat imsemmija fl-ewwel
paragrafu f’dak li jirrigwarda r-reklutaġġ, il-valutazzjoni u
l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-persunal involut fl-attivitajiet koperti
mill-Kapitolu III kif ukoll il-miżuri dixxiplinarji li għandhom
jittieħdu kontra tali persunal. Il-Bord tad-Diretturi għandu jadotta
l-miżuri ta' implimentazzjoni tar-Regolament tal-Persunal
tal-Uffiċjali tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet applikabbli
għall-aġenti l-oħrajn skont il-proċedura prevista
mill-Artikolu 110 tar-Regolament tal-Persunal. F’dak li jirrigwarda
r-reklutaġġ, l-evalwazzjoni, ir-riklassifikazzjoni tal-persunal
involut fl-attivitajiet koperti mill-Kapitolu III u l-miżuri dixxiplinari
li għandhom jittieħdu fil-konfront tiegħu, għandu qabel
jitqiesu l-osservazzjonijiet tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà. Għandu jadotta wkoll il-miżuri relatati
mal-issekondar tal-esperti nazzjonali koperti mill-Artikolu 15(b), wara
l-konsultazzjoni mal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u jittieħed
kont xieraq tal-osservazzjonijiet tiegħu. 4. Il-Bord tad-Diretturi
għandu jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jista’ jestendi jew itemm
il-mandat tiegħu skont l-Artikolu 15c(4). Huwa jeżerċita
l-awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv. _________________ (*) ĠU L 145, 31.5.2001,
p. 43.” (5)
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej; “Artikolu 7 Direttur
Eżekuttiv L-Aġenzija għandha tiġi
amministrata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jwettaq
dmirijietu taħt is-sorveljanza tal-Bord tad-Diretturi, bla ħsara
għas-setgħat mogħtija mill-Artikolu 11 u
l-Artikolu 11(a) lill-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u
lill-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà rispettivament. (6)
L-Artikolu 8 huwa emendat skont kif ġej: “Artikolu 8 Kompiti
tad-Direttur Eżekuttiv Id-Direttur Eżekuttiv iwettaq
il-kompiti li ġejjin: (1)
huwa responsabbli għar-rappreżentanza
tal-Aġenzija, minbarra l-attivitajiet u tad-deċiżjonijiet
relatati mal-Kapitoli II u III, u għandu r-responsabbiltà
tal-ġestjoni tagħha; jiffirma
l-ftehimiet ta’ delegazzjoni li jsiru bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija
skont l-Artikolu [15(1)(d)] tar-Regolament [ir-Regolament futur dwar
il-GNSS]; (2)
jipprepara x-xogħol tal-Bord tad-Diretturi u
jipparteċipa, mingħajr id-dritt tal-vot, fix-xogħol tal-Bord
tad-Diretturi. (3)
huwa responsabbli għall-implimentazzjoni
tal-programmi ta’ ħidma tal-Aġenzija taħt il-kontroll tal-Bord
tad-Diretturi minbarra l-parti tal-programmi koperti mill-Kapitolu III;” (4)
jieħu l-miżuri kollha meħtieġa,
b’mod partikolari l-adozzjoni ta’ istruzzjonijiet amministrattivi interni u
l-pubblikazzjoni ta’ avviżi, biex jiżgura l-funzjonament
tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament; (5)
jistabilixxi abbozz tad-dħul pproġettat u
l-ħruġ tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 13, u jimplimenta
l-baġit skont l-Artikolu 14; (6)
iħejji kull sena, filwaqt li jikkunsidra
l-osservazzjonijiet tal-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà
f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet koperti mill-Kapitolu III, abbozz ta’
rapport ġenerali kull sena u jippreżentah lill-Bord tad-Diretturi; (7)
jiżgura li l-Aġenzija, bħala
l-operatur tal-GSSB, tkun kapaċi taġixxi skont l-istruzzjonijiet
mogħtija skont l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK; (8)
jiddefinixxi l-istruttura organizzattiva
tal-Aġenzija u jippreżentaha għall-approvazzjoni tal-Bord
tad-Diretturi; (9)
jeżerċita, fir-rigward tal-persunal
tal-Aġenzija, is-setgħat koperti mill-ewwel subparagrafu
tal-Artikolu 6(3), sal-punt li dawn is-setgħat jistgħu jiġu
ddelegati lilu skont it-tieni subparagrafu tal-istess paragrafu u mingħajr
preġudizzju għat-tielet u r-raba’ subparagrafi; (10)
jista’ jadotta, bil-qbil tal-Bord tad-Diretturi,
l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-uffiċċji lokali
fl-Istati Membri, skont l-Artikolu 4; (11)
jiżgura li l-Bord ta’ Akkreditament
tas-Sigurtà u l-korpi maħluqa taħt l-awtorità tiegħu msemmija
fl-Artikolu 11(11), ikollhom segretarjat u r-riżorsi kollha
meħtieġa għat-tħaddim tajjeb tagħhom; (12)
jipprepara pjan ta’ azzjoni biex jiżgura
s-segwitu tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjoni tal-evalwazzjoni
mwettqa, u jippreżenta rapport darbtejn fis-sena dwar il-progress li jkun
sar lill-Kummissjoni; (13)
jieħu l-miżuri li ġejjin
għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni: i) jieħu miżuri ta’ prevenzjoni kontra
l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività oħra illegali kif ukoll
permezz ta' miżuri effikaċi ta' kontroll; ii) fejn jinstabu l-irregolaritajiet, għandu
jipproċedi biex jirkupra s-somom li tħallsu b’mod ħażin u,
kif xieraq, japplika s-sanzjonijiet amministrattivi u finanzjarji
effikaċi, proporzjonati u diżważivi. (14)
ifassal strateġija kontra l-frodi
għall-Aġenzija u jibgħatha lill-Bord tad-Diretturi
għall-approvazzjoni.” (7)
Għandu jiddaħħal
l-Artikolu 8(a) li ġej: “Artikolu 8(a) Programmi ta’
ħidma u rapport annwali 1. Il-programm pluriennali
tal-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 6(2)(a), jipprovdi l-azzjonijiet li
l-Aġenzija għandha twettaq matul il-perjodu kopert mill-qafas
finanzjarju pluriennali previst fl-Artikolu 312 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-azzjonijiet marbuta
mar-relazzjonijiet internazzjonali u mal-komunikazzjoni li tagħhom hija
responsabbli. Dan il-programm għandu jiddetermina r-riżorsi umani u
finanzjarji allokati għal kull attività. Għandu jqis ir-riżultat
tal-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26. 2. Fuq il-bażi tal-programm
ta’ ħidma multiannwali, il-programm ta’ ħidma annwali msemmi
fl-Artikolu 6(2)(b), jipprovdi l-azzjonijiet li l-Aġenzija
għandha twettaq matul is-sena ta’ wara, inklużi l-azzjonijiet marbuta
mar-relazzjonijiet internazzjonali u mal-komunikazzjoni li minnhom hija
responsabbli. Dan il-programm għandu jiddetermina r-riżorsi umani u
finanzjarji allokati għal kull attività. Għall-finijiet ta’
informazzjoni għandu jinkludi l-kompiti li l-Kummissjoni, skont
il-każ, tiddelega lill-Aġenzija skont l-Artikolu [15(1)(d)]
tar-Regolament (ir-Regolament futur dwar il-GNSS). 3. Ir-rapport ġenerali
annwali msemmi fl-Artikolu 8(f), għandu jirreferi
għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma tal-Aġenzija.” (8)
Fl-Artikolu 10, il-punt (g) huwa
ssostitwit b’dan li ġej: “g) l-awtorità tal-akkreditament tas-sigurtà
għas-sistemi tal-GNSS Ewropej għandha tkun, fi ħdan
l-Aġenzija, korp awtonomu li jieħu d-deċiżjonijiet
tiegħu b’mod strettament indipendenti, inkluż fil-konfront tal-Kummissjoni
u entitajiet oħrajn responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi, kif
ukoll fil-konfront tad-Direttur Eżekuttiv u l-Bord tad-Diretturi
tal-Aġenzija;” (9)
L-Artikolu 11 huwa emendat skont kif ġej: a)
Għandu jiġi sostitwit il-paragrafu 3
bit-test li ġej: « 3. Il-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin: a) ix-xogħol ta’ akkreditament
tas-sigurtà tas-sistemi li jikkonsisti fil-verifika tal-konformità tas-sistemi
mar-rekwiżiti ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE)
Nru 683/2008 u r-rispett tar-regoli ta’ sigurtà rilevanti applikabbli
għall-Kunsill u l-Kummissjoni; b) jipprepara u japprova l-parti
tal-programm ta’ ħidma multiannwali msemmija fl-Artikolu 8(a)(1),
dwar l-attivitajiet operattivi taħt dan il-Kapitolu u dwar ir-riżorsi
finanzjarji u umani meħtieġa għat-twettiq tagħhom, u
jibgħatha fil-ħin lill-Bord tad-Diretturi biex tkun integrata
fl-imsemmi programm ta’ ħidma multiannwali; c) jipprepara u japprova l-parti
tal-programm ta’ ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 8(a)(2), dwar
l-attivitajiet operattivi taħt dan il-Kapitolu u dwar ir-riżorsi
finanzjarji u umani meħtieġa għat-twettiq tagħhom, u
jibgħatha fil-ħin lill-Bord tad-Diretturi biex tkun integrata
fl-imsemmi programm ta’ ħidma; d) jipprepara u japprova l-parti tar-rapport
annwali msemmi fl-Artikolu 6(2)(f), li jirrigwarda l-attivitajiet u
l-perspettivi tal-Aġenzija taħt dan il-Kapitolu kif ukoll
ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa għat-twettiq
tagħhom, u jibgħatha fil-ħin lill-Bord tad-Diretturi biex tkun
integrata fl-imsemmi rapport; e) jeżerċita l-awtorità
dixxiplinari fuq il-president tiegħu; f) jadotta r-regoli ta’ proċedura
tiegħu.” b)
Il-paragrafi 7 u 8 huma sostitwiti b’dan li
ġej: « 7. Il-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn
kull Stat Membru, rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni u ieħor
mir-Rappreżenant Għoli. It-tul tal-mandat tal-membri tal-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà huwa ta’ erba’ snin, li jistgħu
jiġġeddu. Għandu jiġi mistieden rappreżentant tal-ESA
biex jattendi l-laqgħat tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà
bħala osservatur. Jekk ikun il-każ, il-parteċipazzjoni ta’
rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ din
il-parteċipazzjoni għandhom ikunu stabbiliti skont
l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 23. 8. Il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà
għandu jaħtar president u viċi-president fost il-membri
tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha
li għandhom id-dritt tal-vot. Il-viċi-president għandu
awtomatikament jieħu post il-president meta dan ma jkunx jista’ jaqdi
dmirijietu. Il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà huwa
intitolat li jirrevoka l-president u l-viċi-president. Huwa għandu
jieħu d-deċiżjoni ta’ revoka b’maġġoranza ta’
żewġ terzi. Il-mandat tal-president u tal-viċi-president
tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandu jkun ta’ sentejn, u
jkun jista’ jiġġedded darba. Il-mandat jintemm meta l-president jew
il-viċi-president ma jibqax membru tal-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà.” c)
Il-paragrafu 9 huwa mħassar; d)
Għandu jiġi sostitwit
il-paragrafu 10 bit-test li ġej: « 10. Il-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà għandu jkollu aċċess għar-riżorsi umani u
materjali kollha meħtieġa biex jipprovdi funzjonijiet ta’
appoġġ amministrattiv xieraq u biex ikun jista’, flimkien mal-korpi
msemmija fil-paragrafu 11, iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod
indipendenti, b’mod partikolari meta jittratta fajls, jagħti bidu
għal u jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ proċeduri tas-sigurtà u
jwettaq verifiki tas-sigurtà ta’ sistema, iħejji deċiżjonijiet u
jorganizza l-laqgħat tiegħu. Għandu jkollu wkoll
aċċess għal kull informazzjoni utli għat-twettiq
tal-kompiti tiegħu u li jkollha l-Aġenzija, bla ħsara
għall-prinċipji ta’ awtonomija u ta’ indipendenza msemmija
fl-Artikolu 10(g).” e)
Għandu jiżdied il-paragrafu 17 li
ġej: « 17. Il-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà u l-persunal tal-Aġenzija li jkun taħt il-kontroll
tiegħu għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b'mod li
jiggarantixxi l-awtonomija u l-indipendenza fil-konfront ta’ attivitajiet
oħrajn tal-Aġenzija, b’mod partikolari fil-konfront tal-attivitajiet
operattivi marbuta mal-isfruttar tas-sistemi.” (10)
L-Artikolu 11(a) li ġej għandu
jiddaħħal wara l-Artikolu 11: “Artikolu 11(a) Kompiti
tal-president tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà 1. Il-president tal-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandu jeżerċita l-kompiti
li ġejjin: a) imexxi l-attivitajiet ta’ akkreditament
tas-sigurtà taħt id-direzzjoni tal-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà; b) jiżgura l-implimentazzjoni tal-parti
tal-programmi ta’ ħidma tal-Aġenzija li jaqgħu taħt dan
il-Kapitolu taħt il-kontroll tal-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà; c) jikkoopera mad-Direttur Eżekuttiv
sabiex jgħinu jħejji l-abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment imsemmi
fl-Artikolu 13(3); d) jirrappreżenta lill-Aġenzija
fl-attivitajiet u d-deċiżjonijiet rilevanti skont dan il-Kapitolu; e) jeżerċita, fir-rigward
tal-persunal tal-Aġenzija involut fl-attivitajiet li jaqgħu taħt
dan il-Kapitolu is-setgħat previsti mill-ewwel subparagrafu
tal-Artikolu 6(3) li huma ddelegati lilu skont ir-raba’ subparagrafu
tal-istess paragrafu. 2. Il-president tal-Bord
għall-Akkreditament tas-sigurtà jista’ jiġi mistieden mill-Parlament
Ewropew jew mill-Kunsill sabiex jippreżenta rapport dwar it-twettiq
tal-missjoni tiegħu u jagħmel dikjarazzjoni quddiem dawn
l-istituzzjonijiet.” (11)
L-Artikolu 13 huwa emendat skont kif ġej: a)
Għandu jiġi sostitwit il-paragrafu 3
bit-test li ġej: « 3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu
jfassal, b’konsultazzjoni mill-qrib mal-president tal-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà għall-attivitajiet taħt
il-Kapitolu III, abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi ta’ dħul u nfiq
tal-Aġenzija għas-sena suċċessiva u għandu
jibagħtu lill-Bord tad-Diretturi u lill-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà, flimkien ma’ abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment.” b)
Għandu jiġi sostitwit il-paragrafu 5
bit-test li ġej: « 5. Kull sena l-Bord tad-Diretturi,
abbażi tal-abbozz tal-istimi ta’ dħul u nfiq u f’konsultazzjoni
mill-qrib mal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għall-attivitajiet
taħt il-Kapitolu III, għandu jipproduċi dikjarazzjoni
tal-estimi ta’ dħul u nfiq għall-Aġenzija għas-sena
finanzjarja suċċessiva.” (12)
Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 10 huwa
ssostitwit b’dan li ġej: “Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni
tal-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu,
qabel it-30 ta’ April tas-sena N + 2, jagħti kwittanza
lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit
għas-sena N; minbarra għal dik il-parti tal-implimentazzjoni
tal-baġit li tkopri kompiti li huma, skont il-każ, fdati lill-Aġenzija
skont l-Artikolu [15(1)(d)] tar-Regolament [ir-Regolament futur dwar
il-GNSS], li għalihom tapplika l-proċedura msemmija
fl-Artikoli 164 u 165 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012
tal-Parlament Ewropw u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli
finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li
jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002
tal-Kunsill. _________________ (*) ĠU L 292, 26.10.2012,
p. 1.” (13)
Wara l-Kapitolu IV għandu
jiddaħħal il-Kapitolu IV li ġej: “KAPITOLU IVa RIŻORSI UMANI Artikolu 15(a) Persunal 1. L-Istatut tal-Uffiċjali
tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-aġenti oħra u r-regoli
adottati konġuntament mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-finijiet
tal-applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-kundizzjonjiet ta’
impjieg, għandhom japplikaw għall-persunal impjegat
mill-Aġenzija. 2. Ir-regoli interni
tal-Aġenzija, bħar-regoli ta’ proċedura tal-Bord tad-Diretturi,
ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà,
ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, ir-regoli ta’
implimentazzjoni tal-istatut tal-persunal u t-termini ta’ aċċess
għad-dokumenti, għandhom jiggarantixxu l-awtonomija u l-indipendenza
tal-persunal li jeżerċita l-attivitajiet ta’ akkreditament
tas-sigurtà fil-konfront tal-persunal li jeżerċita l-attivtajiet
l-oħrajn tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 10(g). Artikolu 15(b) Nominazzjoni u
mandat tad-Direttur Eżekuttiv 1. Id-Direttur Eżekuttiv
jiġi impjegat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija b’mod
konformi mal-Artikolu 2(a) tar-reġim applikabbli
għall-aġenti l-oħra. 2. Id-Direttur Eżekuttiv
huwa maħtur mill-Bord tad-Diretturi fuq il-bażi tal-mertu tiegħu
u tal-ħiliet iċċertifikati tiegħu fil-qasam
tal-amministrazzjoni u l-ġestjoni, kif ukoll tal-kompetenzi u l-esperjenza
tiegħu fl-oqsma kkonċernati, fuq il-bażi ta' lista ta' kandidati
proposti mill-Kummissjoni wara akkwist pubbliku miftuħ u trasparenti, wara
sejħa għall-espressjoni ta’ interess li tidher f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, f’pubblikazzjonijiet oħra. Għall-konklużjoni tal-kuntratt
tad-direttur eżekuttiv, il-president tal-Bord tad-Diretturi għandu
jirrappreżenta l-Aġenzija. Il-Bord tad-Diretturi għandu jieħu
d-deċiżjoni tiegħu għall-ħatra tad-Direttur
Eżekuttiv b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri
tiegħu. 3. Il-mandat tad-Direttur
Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Fit-tmiem tal-mandat
tiegħu, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni
tal-prestazzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri
tal-Aġenzija. Fuq proposta tal-Kummissjoni li tqis
l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord tad-Diretturi jista’
jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba biss għal ħames
snin jew inqas. Id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-mandat
tad-Direttur Eżekuttiv għandha tiġi adottata
b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu. Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu
ikun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura
tal-għażla għall-istess post wara li tkun ħarġet
l-estensjoni tal-mandat tiegħu. 4. Il-Bord tad-Diretturi jista’
jirrevoka lid-Direttur Eżekuttiv, fuq proposta tal-Kummissjoni, permezz
ta’ deċiżjoni adotatta b’maġġoranza ta’ żewġ
terzi tal-membri tiegħu. 5. Il-Parlament Ewropew jew
il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jippreżenta
rapport dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu u biex jagħmel
dikjarazzjoni quddiem dawn l-istituzzjonijiet. Artikolu 15(c) Esperti nazzjonali
sekondati L-Aġenzija tista’ wkoll tagħmel
użu mill-esperti nazzjonali sekondati. Dawn l-esperti għandu jkollhom
l-approvazzjonijiet tas-sigurtà xierqa." (14)
L-Artikolu 16 huwa emendat skont kif ġej: “Artikolu 16 Ġlieda kontra
l-frodi 1. Għall-finijiet
tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali
oħrajn, ir-Regolament Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(KE) (*) japplika mingħajr restrizzjonijiet. Għal dan il-għan,
l-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim interistituzzjonali
tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill
tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar
l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra
l-Frodi (OLAF) (**) u għandha tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa
applikabbli għall-persunal tal-Aġenzija u għall-esperti
nazzjonali sekondati bid-deċiżjoni mudell fl-Anness tal-ftehim
imsemmi hawn fuq. 2. Il-Qorti tal-Awdituri
għandu jkollha s-setgħa li timmonitorja lill-benefiċjarji
tal-finanzjament tal-Aġenzija kif ukoll lill-kuntratturi u
s-subkuntratturi li jkunu rċevew fondi mill-Unjoni permezz
tal-Aġenzija, abbażi tad-dokumenti pprovduti lilha jew spezzjonijiet
fuq il-post. 3. Fir-rigward tal-għotjiet
iffinanzjati jew tal-kuntratti mogħtija mill-Aġenzija, l-OLAF jista’
jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post,
skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u
tar-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 (***), sabiex
jiġġieled kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra l-attivitajiet
illegali kollha l-oħra li jagħmlu l-ħsara lill-interessi
finanzjarji tal-Unjoni. 4. Bla ħsara
għall-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-ftehimiet ta’
kooperazzjoni konklużi mill-Aġenzija ma’ pajjiżi terzi jew
organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti u ftehimiet tal-għotjiet
konklużi mill-Aġenzija ma’ partijiet terzi, u kull
deċiżjoni ta' finanzjament li tittieħed mill-Aġenzija
għandhom jipprovdu b'mod espliċitu l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri u
l-OLAF jistgħu iwettqu verifiki u investigazzjonijiet skont il-kompetenzi
rispettivi tagħhom. _________________ (*) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1. (**) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15. (***) ĠU L 298, 15.11.1996, p. 2.” (15)
L-Artikolu 17 huwa sostitwit mit-test li
ġej: “Artikolu 17 Privileġġi
u immunitajiet Il-Protokoll 7 dwar
il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandhom
japplikaw għall-Aġenzija u l-persunal tagħha." (16)
L-Artikolu 18 huwa mħassar; (17)
L-Artikolu 22 huwa ssostitwit b’dan li
ġej: “Artikolu 22 Regoli ta’ sigurtà
dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata jew sensittiva L-Aġenzija tapplika r-regoli dwar
is-sigurtà tal-Kummissjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni
klassifikata tal-Unjoni li tinstab fl-Anness
tad-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tal-Kummissjoni
tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni
tal-Proċedura (*). Hija għandha tapplikahom ukoll
għall-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata. B’mod partikolari, huma
kkonċernati d-dispożizzjonijiet għall-iskambju, it-trattament u
l-ħżin ta’ din l-informazzjoni. _________________ (*) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.” (18)
L-Artikolu 22(a) li ġej għandu
jiddaħħal wara l-Artikolu 22: “Artikolu 22(a) Kunflitt ta’
interessi 1. Id-Direttur Eżekuttiv
kif ukoll l-uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fuq
bażi temporanja għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta’ impenn u
dikjarazzjoni ta’ interessi li tindika n-nuqqas ta’ kwalunkwe interess dirett
jew indirett li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza
tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru bil-miktub meta
jibdew id-dmirijiet tagħhom u jiġġeddu f’każ li tinbidel
iċ-ċirkostanza personali tagħhom. 2. L-esperti esterni li
jipparteċipaw fil-gruppi ta’ ħidma ad hoc għandhom jiddikjaraw
bil-miktub qabel kull laqgħa li jattendu, kwalunkwe interess li jista’
jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fir-rigward tal-punti
fuq l-aġenda. 3. Il-Bord tad-Diretturi u l-Bord
għall-Akkreditament tas-Sigurtà għandhom jistabbilixxu politika li
tippermetti li jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess.” (19)
L-Artikolu 23(a) li ġej għandu
jiddaħħal wara l-Artikolu 23: “Artikolu 23(a) Akkwist pubbliku
konġunt mal-Istati Membri Fit-twettiq tal-kompiti tagħha,
l-Aġenzija hija awtorizzata tagħti kuntratti b’mod konġunt
mal-Istati Membri skont il-modalitajiet previsti mir-Regolament ta' Delega
tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012
dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli
għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (*). _________________ (*) ĠU L 362, 31.12.2012,
p. 1.” (20)
L-Artikolu 26 huwa ssostitwit b’dan li
ġej: “Artikolu 26 Evalwazzjoni u
reviżjoni ta’ dan ir-Regolament 1. Sa mhux aktar tard mill-2016,
u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tagħmel
evalwazzjoni tal-Aġenzija li jikkonċerna, b’mod partikolari, l-impatt
tagħha, l-effikaċja tagħha, it-tħaddim tajjeb tagħha,
il-metodi ta’ ħidma tagħha, il-ħtiġijiet tagħha u
l-użu tar-riżorsi fdati lilha. Din l-evalwazzjoni għandha
tinkludi b’mod partikolari eżami ta’ bidla possibbli fil-kompiti
tal-Aġenzija u tal-impatt finanzjarju ta’ bidla bħal din. 2. Il-Kummissjoni għandha
tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni kif ukoll il-konklużjonijiet
tagħha dwar il-kontenut ta’ dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew,
lill-Kunsill, lill-Bord tad-Diretturi u lill-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà tal-Aġenzija. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom
ikunu ppubblikati. 3. Evalwazzjoni minn kull tnejn
għandha tinkludi analiżi tal-bilanċ tal-Aġenzija
fir-rigward tal-għanijiet u l-kompiti tagħha. Jekk il-Kummissjoni
tqis li ż-żamma tal-Aġenzija ma għadhiex ġustifikata
fir-rigward tal-għanijiet u l-missjonijiet li ġew assenjati lilha,
il-Kummissjoni tista’ tipproponi li jitħassar dan ir-Regolament.” Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-[għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni
tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titlu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Il-qasam/l-oqsma
ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 1.3. In-natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. L-għan(ijiet) 1.5. Ir-raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.6. It-tul
ta’ żmien u l-impatt finanzjarju 1.7. Il-metodu(i)
ta’ ġestjoni previst(i) 2. IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Ir-regoli
tal-monitoraġġ u r-rappurtar 2.2. Is-sistema
ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 2.3. Il-miżuri
għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet 3. L-ISTIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. L-intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwata/i 3.2. L-istima
tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.1. Is-sinteżi
tal-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.2. L-impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet [tal-Aġenzija] 3.2.3. L-impatt stmat fuq
ir-riżorsi umani [tal-Aġenzija] 3.2.4. Il-kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Il-parteċipazzjoni
ta’ partijiet terzi fil-finanzjament 3.3. L-impatt stmat fuq
id-dħul 3.4. L-impatt stmat fuq
ir-riżorsi umani tal-Kummissjoni ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titlu
tal-proposta/inizjattiva Regolament
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE)
Nru 912/2010 tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi
l-Aġenzija Ewropea GNSS– emenda tad-dikjarazzjoni finanzjarja 1.2. Il-qasam/l-oqsma ta’ politika
kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[9] Il-qasam/l-oqsma
ta’ politika konċernat(i): l-Intrapriża u l-Industrija Kapitolu
02 05: Programm TA’ RADJUNAVIGAZZJONI
BIS-SATELLITA (Galileo U EGNOS) 1.3. In-natura
tal-proposta/inizjattiva ¨ Il-proposta/inizjattiva
tirrigwarda azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija marbuta ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett
pilota/azzjoni preparatorja[10] ¨ Il-proposta/inizjattiva
tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti þ Il-proposta/inizjattiva
tirrigwarda azzjoni li terġa’ tiġi indirizzata għal azzjoni
ġdida 1.4. L-għan(ijiet) 1.4.1. L-għan(ijiet)
strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni mmirat/i
mill-proposta/inizjattiva L-appoġġ
għall-preżenza Ewropea fl-ispazju u l-iżvilupp tas-servizzi
marbuta mas-satelliti Il-programmi
ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (minn hawn ’il quddiem il-“programmi”) huma
proġetti ewlenin tal-Unjoni. Huma għandhom l-għan li jipprovdu
servizzi ta’ radjunavigazzjoni u sejrin jiġġeneraw żviluppi
kunsiderevoli f’diversi setturi ta’ attività, ikunu fatturi ta’ innovazzjoni
teknoloġika u ta’ tkabbir tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, kif
ukoll sors ta’ impjiegi ġodda, dħul kummerċjali u
benefiċċji soċjoekonomiċi. Huma għalhekk jaqgħu
taħt il-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-politiki tal-iżvilupp
sostenibbli. B’mod
aktar speċifiku, il-programm Galileo għandu l-għan li
jistabbilixxi s-sistema dinjija ta’ navigazzjoni bis-satellita tal-Ewropa (minn
hawn ’il quddiem il-“GNSS”). Huwa ser jipprovdi lill-utenti fid-dinja kollha
servizzi ta’ pożizzjonament, ta’ sinkronizzazzjoni u ta’ navigazzjoni
għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, mit-trasport u
l-likwidazzjoni ta’ titoli finanzjarji, sal-provvista tal-elettriku, it-tbassir
tat-temp u l-pedaġġ tat-toroq. EGNOS
huwa sistema Ewropea maħsuba sabiex ittejjeb il-prestazzjoni tal-GPS
Amerikan fiż-żona Ewropea. Huwa jippermetti l-użu tas-servizzi
eżistenti ta’ navigazzjoni bis-satellita għal applikazzjonijiet
kritiċi f’termini ta’ sigurtà bħall-pilotaġġ u l-inżul
ta’ ajruplan jew il-qsim ta’ kanal fuq dgħajsa, biex insemmu ftit
eżempji fil-qasam tal-avjazzjoni u dak marittimu. Fuq
il-bażi tal-istruttura ta’ governanza ppreżentata mill-Kummissjoni
fil-proposta tagħha għal regolament dwar l-implimentazzjoni u
l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita[11] kif ukoll l-istruttura ta’
governanza appoġġjata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill,
fl-approċċ ġenerali parzjali tiegħu adottat
fis-7 ta' Ġunju 2012, l-Aġenzija Ewropea GNSS (minn
hawn ’il quddiem l-“Aġenzija” sejra ssir attur ewlieni fil-fażi
tal-operat tas-sistemi. Madankollu,
peress li r-Regolament dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi
Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (minn hawn ’il quddiem “Regolament
GNSS”) qed jiġi diskuss mill-koleġiżlatur u għadu ma
ġiex adottat, u huwa suġġett għad-deċiżjoni
finali dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, ċerti
suppożizzjonijiet li jistabbilixxu din id-dikjarazzjoni finanzjarja
leġiżlattiva jistgħu jinbidlu. 1.4.2. L-għan(ijiet)
speċifiku/ċi u l-attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernati Minħabba
l-involviment akbar tal-Aġenzija fil-fażi tal-isfruttar
tal-programmi, din il-proposta għandha l-għan li
ssaħħaħ l-indipendenza tal-Bord għall-Akkreditament
tas-Sigurtà (wieħed mit-tliet korpi tal-Aġenzija) u li tiżgura
l-provvista ta’ riżorsi umani u finanzjarji adegwati sabiex
l-Aġenzija tkun tista’ twettaq il-kompiti fdati lilha. 1. Akkreditament tas-sigurtà: Minħabba
l-importanza strateġika tagħhom, is-sistemi Ewropej ta’
radjunavigazzjoni bis-satellita huma infrastrutturi essenzjali. Dawn
jistgħu jintużaw b’mod ħażin, li jista’ jhedded is-sigurtà
tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Barra minn hekk, kwalunkwe
interruzzjoni tas-servizzi tagħhom jista’ jirriżulta f’telf kbir
għall-ekonomija Ewropea, peress li aktar u aktar setturi ekonomiċi
saru jiddependu fuq in-navigazzjoni bis-satellita. Sabiex
tiġi żgurata s-sigurtà tas-sistemi, għandha ssir akkreditament
tas-sigurtà indipendenti u din hija vitali għas-sistemi. Akkreditament
bħal din tiggarantixxi li l-miżuri ta’ sigurtà jkunu
biżżejjed sabiex jipproteġu lis-sistema minn theddid u
vulnerabbiltajiet, li s-sistema nnifisha ma tkunx esposta għal riskji mhux
aċċettabbli sakemm iddum taħdem u li tkun tista’
tipproċessa, taħżen u titrasferixxi informazzjoni sensittiva jew
ikklassifikata mingħajr riskji mhux aċċettabbli, skont
kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti. Peress
li l-Aġenzija sejra tkompli tipparteċipa fl-implimentazzjoni
tal-programmi fil-qafas tal-istruttura l-ġdida ta’ governanza,
is-separazzjoni bejn l-attivitajiet marbuta mal-akkreditament tas-sigurtà u
l-attivitajiet l-oħrajn għandha tkun imsaħħa sabiex
jiġi evitat kunflitt ta’ interessi bejn iż-żewġ tipi ta’
attivitajiet u tinżamm l-indipendenza tal-akkreditament tas-sigurtà. 2. Żvilupp tas-suq u tal-applikazzjonijiet: L-Aġenzija
għandha tikkontribwixxi għall-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi
Galileo u EGNOS sabiex tiffaċilita l-adozzjoni tagħhom mis-suq.
Fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi, dan l-aħħar
aspett huwa importanti ħafna għall-immassimizzar
tal-benefiċċji soċjoekonomiċi mistennija mis-sistemi. 3. L-isfruttar taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ
tas-Sigurtà Galileo (‘Galileo Security Monitoring Centres’) u l-iżvilupp
tal-applikazzjonijiet PRS: L-Aġenzija
sejra tkun responsabbli mill-isfruttar tal-GSMC (‘Galileo Security Monitoring
Centre’ - Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo). Il-GSMC
huwa meqjus bħala l-“moħħ” tas-sistema Galileo f’dak li
jirrigwarda s-sigurtà kollha tagħha. Dan huwa ċentru operattiv
essenzjali għas-sistema. Dan għandu jkollu l-kapaċità li
janalizza u jiġġieled kontra theddid jew attakki varji.
Għaldaqstant dan għandu jibda jaħdem qabel ma s-servizzi ta’
Galileo jkunu implimentati u operattivi; għandu jitħaddem 24
siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa minn esperti kkwalifikati.
Huwa bbażat f’żewġ postijiet li jinsabu f’Saint-Germain-en-Laye
fi Franza, u fi Swanwick fir-Renju Unit. 4. L-isfruttar tas-sistemi: L-għan
tal-isfruttar tas-sistemi huwa li jipprovdu servizzi ta’ kwalità għolja
sabiex iwieġbu għall-ħtiġijiet tal-utenti u li
jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex l-adozzjoni ta’
dawn is-servizzi tkun usa’ u mgħaġġla kemm jista’ jkun.
Strutturazzjoni xierqa tal-isfruttar hija essenzjali sabiex ikun żgurat
il-funzjonament fuq żmien twil tas-sistemi u l-immassimizzar
tal-benefiċċji soċjoekonomiċi. Il-qafas
ta’ governanza għandu jkun adattat għall-programmi differenti
(Galileo u EGNOS) sal-punt fejn dawn ikunu fi stadju differenti ta’
żvilupp. Għandu jkun adattat ukoll għall-fażijiet li fihom
jinsabu l-programmi sabiex jiġu eliminati r-riskji ta’ interruzzjoni tal-provvista
tas-servizzi. Filwaqt li EGNOS huwa diġà operattiv u fil-fażi ta’
sfruttar tiegħu, Galileo ser jidħol dalwaqt fi stadju kruċjali
tal-iżvilupp tiegħu bil-provvista ta’ servizzi li sejra timmarka
l-bidu tal-fażi operattiva tiegħu. Fir-rigward
ta’ EGNOS, -
il-fażi ta’ sfruttar tiegħu bdiet f’Ottubru 2009; -
attwalment il-Kummissjoni hija inkarigata mill-ġestjoni tal-isfruttar ta’
EGNOS. Din ir-responsabbiltà sejra tgħaddi f’idejn l-Aġenzija
fl-1 ta' Jannar 2014, b’introduzzjoni gradwali ppjanata fl-2012; -
fil-qafas ta’ governanza l-ġdid propost (mill-2014), l-Aġenzija serja
tmexxi l-attivitajiet kollha marbuta mal-isfruttar ta’ EGNOS u sejra
testernalizza ċerti kompiti operattivi lil korpi oħrajn, b’mod
partikolari l-operatur tas-sistema EGNOS. Fir-rigward
ta’ Galileo, -
fażijiet differenti tal-programm sejrin jikkoinċidu matul is-snin li
ġejjin; -
matul il-fażi kostituttiva, li għaddejja bħalissa,
l-organizzazzjoni attwali sejra tkompli tiżgura l-kontinwità u
l-konsistenza ta’ din il-fażi. Għalhekk, il-Kummissjoni sejra tibqa’
responsabbli għat-tlestija tal-infrastruttura tal-programm; -
waqt il-fażi tal-isfruttar, li għandha tibda fl-2014 bil-provvista
tal-ewwel servizzi, l-Aġenzija sejra gradwalment tkun iddelegata
l-ġestjoni tal-attivitajiet marbuta ma’ din il-fażi ta’ operat
fil-qafas ta’ ftehim ta’ delegazzjoni mal-Kummissjoni. L-Aġenzija sejra
tkun inkarigata mill-koordinazzjoni tal-kompiti kollha marbuta mal-isfruttar
tas-sistema, bħall-manutenzjoni, il-kompiti meħtieġa
għall-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tas-sistema, il-provvista
tas-servizzi u l-implimentazzjoni tal-ġenerazzjonijiet futuri tas-sistemi.
Hija għandha wkoll tikkontribwixxi għad-definizzjoni
tal-ħtiġijiet tas-sistemi futuri billi tipprovdi rispons dwar l-iżvilupp
tal-ħtiġijiet operattivi u tal-ħtiġijiet tal-utenti. Din
il-fażi tal-isfruttar hija fażi ġdida għall-programm u
t-tmexxija tiegħu sejra ssir fil-qafas ta’ delegazzjoni ta’ ġestjoni
tal-programm tal-Kummissjoni lill-Aġenzija. Biex
twettaq dawn il-kompiti marbuta mal-isfruttar tas-sistemi, l-Aġenzija
għandu jkollha biżżejjed impjegati. Barra minn hekk, sabiex
tiżġura l-kontinwità tas-servizzi u bidu tajjeb tal-fażi
tal-isfruttar ta’ Galileo fl-2014, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti
l-perjodi ta’ tranżizzjoni meħtieġa qabel l-2014. Għan speċifiku L-iżvilupp
u l-provvista ta’ infrastruttura u servizzi bbażati fuq
ir-radjunavigazzjoni bis-satellita (Galileo) L-attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernati 02
05 PROGRAMM TA’ RADJUNAVIGAZZJONI BIS-SATELLITA (GALILEO U EGNOS) 1.4.3. Ir-riżultat(i) u
l-impatt(i) mistennija Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/popolazzjoni fil-mira. Il-programmi
Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita tnedew aktar minn għaxar snin
ilu bl-ambizzjoni politika li tiġi żviluppata u mħaddma sistema
li tkopri lid-dinja kollha u li tippermetti lill-Unjoni Ewropea tikseb minnha
vantaġġi strateġiċi u ekonomiċi u tipprovdi servizzi
ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita perfettament adattati għall-użu
ċivili. Galileo
u EGNOS għandhom jiksbu vantaġġi soċjoekonomiċi kbar
għall-Unjoni Ewropea minħabba: i)
il-vantaġġi diretti li jirriżultaw mit-tkabbir tas-suq tal-GNSS
downstream (riċevituri u applikazzjonijiet). Pereżempju, jekk aktar
ajruplani jkunu mgħammra b’riċevituri GNSS, il-manifatturi ta’ dawn
ir-riċevituri sejrin jibbenefikaw minn dħul addizzjonali; ii)
il-vantaġġi indiretti li jirriżultaw mill-ħolqien ta’
applikazzjonijiet ġodda. Jekk il-ħin tat-titjiriet jonqos
minħabba navigazzjoni aħjar, l-ajruplani sejrin iniġġsu inqas
u l-passiġġieri jiffrankaw ħin prezzjuż. Barra minn hekk,
mezzi ta’ trasport aktar siguri u servizzi ta’ emerġenza aktar
effikaċi jwasslu sabiex jissalvaw aktar ħajjiet; iii)
il-vantaġġi diretti li jirriżultaw mit-tkabbir tas-suq upstream
u l-impatti teknoloġiċi fuq setturi oħrajn. L-investimenti li
jsiru fis-segment tal-GNSS upstream sejrin ikunu ta’ benefiċċju
għall-industrija. Madankollu, setturi oħrajn sejrin jibbenefikaw
ukoll mill-iżviluppi ġodda fl-industrija spazjali. Pereżempju,
l-istrumenti maħsuba sabiex jevalwaw u jimmonitorjaw is-saħħa
strutturali tar-rokits jew tat-tankijiet jistgħu jintużaw
fl-impriżi tas-settur tal-karozzi, tal-kostruzzjoni u tal-enerġija u
fl-impriżi tas-servizz pubbliku. Anki
jekk is-sistema stabbilita mill-programm Galileo sejra tkun awtonoma,
is-servizzi tagħha sejrin ikunu ottimizzati minħabba
l-interoperabbiltà tagħha ma’ sistemi oħrajn bħall-GPS Amerikan
jew il-GLONASS Russu. Għalhekk, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi
oħra li jipprovdu servizzi ta’ navigazzjoni bis-satellita ttejjeb
il-vantaġġi għall-utenti, iċ-ċittadini jew l-ekonomija
inġenerali. Bil-ġestjoni
tal-isfruttar tas-sistemi ta’ akkreditament tas-sigurtà, l-Aġenzija sejra
tkun il-pedament tal-provvista tas-servizzi. Hija sejra tkun ukoll attur
ewlieni li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ suq downstream.
Għaldaqstant, il-prestazzjoni tal-Aġenzija sejra jkollha impatt
dirett fuq il-benefiċċji soċjoekonomiċi mistennija minn
dawn is-sistemi. 1.4.4. Indikaturi ta’ riżultati
u impatti Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. L-indikaturi
li jippermettu l-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Aġenzija
għandhom ikunu stabbiliti skont it-tip ta’ attività, kif indikat hawn
taħt: 1. Akkreditament taS-sigurtà: L-Aġenzija
għandha tiżgura li l-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà jsiru
fil-ħin għal kull stadju tal-programm Galileo (pereżempju biex
ikun jista’ jsir kull varar tas-satellita). L-implimentazzjoni għandha
tkun ivvalutata fuq il-bażi tal-kontribut tagħha
għas-suċċess tal-iskjerament tal-infrastruttura u tan-numru ta’
verifiki/kontrolli ta’ sigurtà li jsiru kull sena. Dawn
il-verifiki u l-kontrolli jikkonsistu f’eżami tekniku dettaljat minn jew
għall-awtorità xierqa, jew ir-rappreżentanti kompetenti
magħżula tagħha, tal-aspetti li jirrigwardaw is-sigurtà
tas-sistemi, ta’ prodott ta’ kriptografija jew tal-informatika marbut
mas-sigurtà. L-evalwazzjoni għandha tikkonferma l-preżenza
tal-funzjonalitajiet tas-sigurtà meħtieġa u tivvaluta n-nuqqas ta’
korruttibbiltà ta’ dawn il-funzjonalitajiet. L-evalwazzjoni għandha
tiddetermina l-grad li bih ir-rekwiżiti ta’ sigurtà tas-sistema kienu
ssodisfati u tistabbilixxi l-grad ta’ affidabbiltà tas-sistema. L-għadd
ta’ verifiki/kontrolli li jsiru għandu jkun marbut mal-attività u
mal-iskjerament ta’ stazzjonijiet terrestri. Huwa
stmat li għandhom isiru madwar 10 kontrolli kull sena bejn l-2013 u
l-2015, imbagħad madwar ħames kontrolli kull sena bejn l-2016 u
l-2020. 2. Żvilupp tas-suq u tal-applikazzjonijiet: L-attivitajiet
tal-Aġenzija b’rabta mal-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi sejrin
ikunu vvalutati fuq il-bażi tal-adozzjoni mis-suq tas-servizzi pprovduti
minn EGNOS u Galileo permezz ta’ indikaturi speċifiċi li
għandhom jiġu żviluppati għas-servizzi ladarba jsiru
operattivi, bħall-għadd ta’ ajruporti li jkollhom proċeduri ta’
avviċinament ibbażati fuq EGNOS, l-għadd ta’ tratturi
mgħammra b’riċevituri EGNOS jew l-istima tal-benefiċċji
soċjoekonomiċi totali li jirriżultaw mis-sistemi. Sal-lum,
82 ajruport żviluppaw proċeduri ta’ avviċinament permezz
tas-sistema EGNOS. L-għan għall-2020 huwa li 50 % tal-ajruporti
adattati u li għalihom l-użu ta’ EGNOS ikun rilevanti jkunu
żviluppaw proċeduri bħal dawn. 3. L-isfruttar taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ
tas-Sigurtà Galileo (‘Galileo Security Monitoring Centres’) u l-iżvilupp
tal-applikazzjonijiet PRS: Il-grad
ta’ prestazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet jista’ jitkejjel mill-għadd ta’
proċeduri operattivi stabbiliti. L-għan huwa li jkun hemm
500 proċedura fl-2016. Sal-lum, minħabba li ċ-ċentri
mhumiex operattivi, dawn il-proċeduri għadhom ma ġewx
stabbiliti. 4. L-isfruttar tas-sistemi: Skont
il-proposta tar-Regolament dwar l-istabbiliment u l-operat tas-sistemi Ewropej
ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita, l-attivitajiet marbuta mal-isfruttar
tas-sistemi sejrin ikunu bbażati fuq ftehim ta’ delegazzjoni bejn
il-Kummissjoni u l-Aġenzija. Dan il-ftehim ta’ delegazzjoni ser
jippreżenta fid-dettall l-indikaturi operattivi
għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet, kif
inhu l-każ bħalissa b’EGNOS. 1.5. Ir-raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u)
jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew twila ta’ żmien Minħabba
ċ-ċifri attwali dwar l-iżvilupp tal-Aġenzija, mhuwiex
possibbli li jitwettqu l-kompiti ġodda previsti fil-proposta
tar-Regolament dwar l-istabbiliment u l-isfruttar tas-sistemi Ewropej ta’
radjunavigazzjoni bis-satellita, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-parti
tal-“operat”. Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi rriveduta
d-dikjarazzjoni finanzjarja sabiex tkun adattata għar-realtà
tal-ħtiġijiet ta’ persunal tal-Aġenzija. Barra
minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-implimentazzjoni tal-mudell ta’
governanza propost jeħtieġ li l-Aġenzija jkollha l-persunal
tekniku u operattiv xieraq b’livell għoli ta’ kompetenza f’qasam ferm
speċjalizzat. L-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija għandha
tkun ibbażata wkoll fuq l-attivitajiet speċifiċi li jkollha
twettaq. Anki
jekk l-Aġenzija ma twettaqx l-attivitajiet kollha internament u
testernalizza għadd kbir ta’ kompiti marbuta mal-provvista tas-servizzi u
mal-iżvilupp ta’ bidliet kbar u ta’ ġenerazzjonijiet ġodda ta’
sistemi, hija għandu jkollha l-esperti tekniċi xierqa sabiex
jamministraw l-akkwisti li jkunu meħtieġa, jikkontrollaw
l-attivitajiet esternalizzati u jħejju rapporti ta’ kwalità għolja
għall-Kummissjoni. Minħabba l-kumplessità tal-programmi, huwa
daqstant importanti li jiġi evitat kwalunkwe “riskju intellettwali” li
jista’ jipprevjeni l-kisba, il-komunikazzjoni, l-isfruttar u l-applikazzjoni
tajba ta’ informazzjoni essenzjali għas-suċċess
tal-operazzjonijiet u b’hekk ikun ta’ theddida għall-funzjonament
armonjuż, razzjonali u effettiv tal-programmi. Il-finanzjament
ta’ dan il-persunal addizzjonali għandu jkun ipprovdut minn riallokazzjoni
fi ħdan il-linji baġitarji tal-programmi GNSS. 1.5.2. Il-valur miżjud
tal-intervent tal-UE Id-dritt
tal-UE li taġixxi huwa bbażat fuq l-Artikolu 172 tat-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fuq ir-Regolament dwar il-GNSS. Is-sistemi
maħluqa fil-qafas tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni
bis-satellita huma infrastrutturi stabbiliti bħala netwerks trans-Ewropej
li l-użu tagħhom jestendi sew lil hinn mill-fruntieri nazzjonali
tal-Istati Membri. Barra minn hekk, is-servizzi offruti permezz ta’ dawn
is-sistemi jikkontribwixxu b’mod partikolari għall-iżvilupp ta’
netwerks trans-Ewropej fl-oqsma tal-infrastrutturi tat-trasport,
tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġija. Stat
Membru waħdu ma jistax jistabbilixxi sistemi ta’ navigazzjoni
bis-satellita għaliex dan jaqbeż il-kapaċitajiet finanzjarji u
tekniċi tiegħu. Għaldaqstant, azzjoni fil-livell tal-UE biss
tista’ tasal biex tikseb dan. 1.5.3. Tagħlimiet miksuba minn
esperjenzi simili fil-passat Mhux
applikabbli. 1.5.4. Il-koerenza u s-sinerġija
possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn Hemm
il-possibbiltà ta’ sinerġiji ma’ programmi spazjali oħrajn
eżistenti jew futuri, pereżempju għall-espansjoni tas-segmenti
tal-utenti (applikazzjonijiet għas-suq downstream). Għandhom
jinstabu wkoll sinerġiji mad-direttorati l-oħrajn tal-Kummissjoni
Ewropea f’dak li jirrigwarda r-riċerka u l-innovazzjoni.
L-applikazzjonijiet u t-teknoloġiji li jużaw is-sistemi ta’
navigazzjoni bis-satellita jistgħu jkollhom impatt fuq diversi setturi
tal-ekonomija u tas-soċjetà, bħat-trasport, l-enerġija, is-servizzi
ta’ lokazzjoni, is-servizzi bankarji, l-agrikoltura, eċċ. Huwa
importanti li jiġi żgurat li l-programmi ta’ riċerka u
innovazzjoni jkunu kkordinati fil-livell tal-Kummissjoni sabiex timmassimizza
l-benefiċċji soċjoekonomiċi mistennija mill-programmi involuti
f’dawn is-setturi ta’ attività. Barra
minn hekk, jeħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni
maċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka. Il-programmi jistgħu
jibbenefikaw mill-għarfien xjentifiku u tekniku tiegħu kif ukoll
mill-faċilitajiet ta’ ttestjar u ta’ kejl ultramoderni
għall-attivitajiet marbuta mas-sigurtà tas-sistemi GNSS u
mal-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet GNSS. 1.6. It-tul ta’ żmien u
l-impatt finanzjarju ¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’
żmien limitat –
¨ Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa
[JJ/XX]SSSS –
¨ L-impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS þ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’
żmien mhux limitat –
Implimentazzjoni b’perjodu b’ritmu
aċċellerat mill-2014 sal-2016, –
imbagħad operat b'ritmu stabbli. 1.7. Il-metodu(i) ta’
ġestjoni previst(i[12]) þ Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil: –
¨ aġenziji eżekuttivi –
þ korpi stabbiliti mill-Unjoni Ewropea[13] –
¨ korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz
pubbliku –
¨ persuni inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet
speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u
identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49
tar-Regolament Finanzjarju ¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li għandhom jiġu
speċifikati) Jekk tindika aktar minn
metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji
fit-taqsima "Kummenti". Kummenti Il-qafas ta’
governanza attwali nħoloq għall-fażi tad-disinn u l-użu ta’
Galileo kif ukoll għall-isfruttar inizjali ta’ EGNOS, jiġifieri
għall-perjodu 2008-2013. Dan il-qafas jeħtieġ li jiġi
rivedut fid-dawl tal-fatt li l-fażi ta’ mobilizzazzjoni ta’ Galileo sejra
testendi lil hinn mill-2013 u li fażi ġdida tal-programm għandha
tibda fl-2014, bil-provvista tas-servizzi inizjali. Għandha tiġi
ddefinita wkoll il-governanza EGNOS peress li s-sistema daħlet
fil-fażi operattiva tagħha. Il-proposta ta’ Regolament dwar il-GNSS,
li bħalissa qiegħda tiġi diskussa quddiem il-Parlament Ewropew u
l-Kunsill, għandha l-għan li tiddefinixxi l-qafas ta’ governanza
tal-programmi f’dan il-kuntest ġdid. Kif kien
speċifikat fil-proposta għar-Regolament dwar il-GNSS,
jeħtieġ li jiġi ddefinit qafas ta’ governanza stabbli,
sostenibbli u fit-tul. Dan il-qafas għandu jottimizza u jissimplifika
l-użu tal-istrutturi eżistenti u għandu jiżgura
tranżizzjoni bla xkiel bejn il-fażi ta’ skjerament u l-fażi ta’
sfruttar filwaqt li jiżgura l-kontinwazzjoni tas-servizzi. 2. IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Ir-regoli
tal-monitoraġġ u r-rappurtar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Fil-qafas
tal-kompiti tagħha stess, l-Aġenzija sejra tapplika
d-dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ u r-rappurtar
stabbiliti fl-approċċ komuni għall-aġenziji
deċentralizzati adottat mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u
l-Kunsill. Għalhekk l-Aġenzija sejra tipproponi: -
qafas strateġiku (programm ta’ ħidma multiannwali) li jinkludi
l-azzjonijiet ewlenin, baġit stmat u skeda meħtieġa
għall-kisba tal-objettivi tagħha sa mhux aktar tard
mit-30 ta' Ġunju 2014; -
programm ta’ ħidma annwali li jirrifletti l-qafas strateġiku ta’
miżuri u indikaturi dettaljati li għandhom ikunu proposti sa mhux
aktar tard mill-15 ta' Novembru tas-sena preċedenti; -
rapport annwali li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma
annwali. Barra
minn hekk, kull ħames snin, il-prestazzjoni tal-Aġenzija għandha
tkun ivvalutata fir-rigward tal-għanijiet u l-missjoni tagħha.
Il-leġittimità tagħha għandha tkun ivvalutata mill-ġdid
ukoll kull għaxar snin. Minbarra
dawn il-miżuri standard, għall-kompiti ddelegati lilha,
l-Aġenzija għandha tiżgura li l-kuntratti u l-ftehimiet kollha
konklużi fil-qafas tal-programmi Galileo u EGNOS jipprovdu s-sorveljanza u
l-kontroll finanzjarju. Fil-kuntest tal-mekkaniżmi kollha ta’
monitoraġġ u evalwazzjoni, għandha tingħata attenzjoni
partikolari għall-kontroll tal-ispejjeż tal-programmi bil-provvista
skont l-iskeda stabbilita. Barra
minn hekk, il-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’
superviżjoni politika tal-programmi Galileo u EGNOS, għandha
ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll u ta’ evalwazzjoni billi
titlob pjanijiet ta’ ġestjoni annwali dettaljati u rapporti ta’
implimentazzjoni, kif ukoll billi torganizza laqgħat regolari dwar
l-istatus tal-progress tal-programmi u billi twettaq verifiki finanzjarji u
teknoloġiċi. Fl-aħħar
nett, fil-qafas tal-ġestjoni ta’ kuljum, l-Aġenzija għandha
timplimenta mekkaniżmu ta’ ġestjoni tar-riskji u għandha
tuża l-għodod ta’ ġestjoni xierqa sabiex tikkontrolla
l-ispejjeż marbuta mal-programmi fuq il-bażi ta’ stima aħjar
tal-ispejjeż, billi tagħmel valutazzjoni tal-esperjenzi tal-passat u
tal-implimentazzjoni attwali tas-sistema. 2.2. Is-sistema ta’ ġestjoni
u ta’ kontroll 2.2.1. Ir-riskju(i) identifikat(i) L-Aġenzija
sejra tkun responsabbli għall-attivitajiet kruċjali
għas-sistemi, is-sigurtà tagħhom u l-adozzjoni tagħhom mis-suq. Jekk
hija ma jkollhiex l-istruttura organizzativa u l-persunal xieraq sabiex
tagħmel dawn l-attivitajiet, il-programmi kollha jkunu f’riskju. Ir-riskji
ewlenin identifikati huma dawn: •
Riskji tas-suq: l-adozzjoni mis-suq tas-servizzi proposti mis-sistemi Ewropej
ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita tiddependi minn żewġ fatturi
ewlenin: il-kwalità tas-servizzi offruti u l-propensità tas-suq li jadotta dawn
is-servizzi ġodda. Prestazzjoni teknika inferjuri għal dik
imwiegħda jkollha effett negattiv fuq l-utenti tad-dinja kollha u twassal
sabiex l-infrastrutturi ma jintużawx. Għaldaqstant huwa essenzjali li
l-isfruttar tas-sistemi jkun wieħed effikaċi. Barra minn hekk,
jeħtieġ li tkun żgurata d-disponibbiltà ta’ riċetturi
affidabbli għas-servizzi kollha li għandhom jiġu offruti minn
Galileo, b’mod partikolari għas-“servizz pubbliku rregolat” (PRS), u li
l-utenti jiġu informati dwar is-servizzi fornuti minn Galileo u EGNOS
sabiex tkun immassimizzata l-adozzjoni mis-suq u, għalhekk,
il-benefiċċji soċjoekonomiċi mistennija minn dawn
is-sistemi. •
Riskji teknoloġiċi: ir-radjunavigazzjoni bis-satellita
teħtieġ teknoloġiji avvanzati li l-validazzjoni tagħhom
għadha trid issir u li l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom jevolvu
kostantament. Proċessi effettivi għandhom jiġu stabbiliti biex
jiżguraw li l-bidliet u l-ġenerazzjonijiet ġodda ta’ sistemi
jkunu bbażati fuq l-aħħar bżonnijiet tal-utenti u fuq it-teknoloġiji
l-aktar effiċjenti. L-Aġenzija għandu jkollha riżorsi
adegwati sabiex timplimenta dawn il-proċessi u tipprovdi l-informazzjoni
meħtieġa lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista’ tiddetermina
l-prijoritajiet f’dak li jirigwarda l-evoluzzjoni tal-missjoni. •
Riskji industrijali: l-istabbiliment tal-infrastruttura jinvolvi għadd ta’
atturi industrijali f’ħafna pajjiżi; ix-xogħol tagħhom
għandu jkun ikkordinat b’mod effiċjenti biex jinkisbu sistemi
affidabbli u għal kollox integrati, partikolarment fir-rigward tas-sigurtà.
Jekk ma jkunx hemm koordinazzjoni effettiva tal-programmi, in-nuqqas ta’
riżorsi fi ħdan l-Aġenzija jista’ jirriżulta f’dewmien u
spejjeż addizzjonali. •
Riskji ta’ sigurtà: l-Aġenzija għandha tiżgura li s-sigurtà
tas-sistemi tkun żgurata b’mod effiċjenti sabiex tiżgura
s-sigurtà tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. •
Riskju ta’ governanza: il-governanza tal-programmi tirrikjedi li diversi
entitajiet jaħdmu flimkien; għalhekk huwa importanti li tiġi
żgurata stabbiltà u organizzazzjoni xierqa. L-Aġenzija għandha
rwol importanti fl-isfruttar tal-programmi u, għalhekk, l-inabbiltà
tagħha biex topera b’mod effettiv tirrappreżenta riskju kbir ta’
governanza. 2.2.2. Il-metod(i) ta’ kontroll
previst(i) Il-kontijiet
tal-Aġenzija għandhom ikunu soġġetti
għall-approvazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri u għall-proċedura ta’
kwittanza. Is-Servizz ta’ Verifika Interna tal-Kummissjoni għandu jkun
l-awditur intern tal-Aġenzija. Barra minn hekk, l-Aġenzija
qiegħda taħdem fuq iċ-ċertifikazzjoni ta’ kwalità u sigurtà
għall-proċessi ewlenin tagħha li għandha tiġi
applikata mill-2014. 2.3. Il-miżuri
għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet Speċifika
l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti. L-Aġenzija
għandha tkun soġġetta għall-kontroll tal-Uffiċċju
ta’ Kontra l-Frodi. 3. L-ISTIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. L-intestatura/i tal-qafas
finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i · Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti Fl-ordni skont
l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni…………………] || AD/AMD ([14]) || minn pajjiżi tal-EFTA[15] || minn pajjiżi kandidati[16] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 1 || 02.0502.01 Aġenzija Ewropea GNSS (GSA) – Titoli 1 u 2 02.0502.02 Aġenzija Ewropea GNSS (GSA) – Titolu 3 || AD || IVA || LE || LE || LE · Linji baġitarji ġodda mitluba Fl-ordni skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju
pluriennali u l-linji tal-baġit. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni.………………...……………] || AD/AMD || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju || L-ebda linja ġdida baġitarja ma hija meħtieġa || || || || || 3.2. L-istima tal-impatt fuq
in-nefqa Qabel ma wieħed jidħol fid-dettalji
tad-deskrizzjoni tal-impatt stmat ta’ din il-proposta, huwa importanti li
wieħed jinnota li din l-istima hija provviżorja f’dan l-istadju
minħabba li hija soġġetta għall-adozzjoni tal-qafas
finanzjarju pluriennali li jmiss 2014-2020[17]
mill-Awtorità tal-baġit. Barra minn hekk, ċerti
suppożizzjonijiet li jsiru sabiex titħejja din id-dikjarazzjoni
finanzjarja leġiżlattiva jistgħu jinbidlu. Il-qafas ta’
governanza tal-programmi u l-kompiti tal-Aġenzija taħtu, mhumiex
definiti f’din il-proposta leġiżlattiva iżda fir-Regolament
GNSS, li qed ikun diskuss fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. Il-ħtieġa
għal persunal addizzjonali tal-Aġenzija hija konsegwenza tal-kompiti
ġodda mogħtija lill-Aġenzija fil-proposta għal regolament
dwar il-GNSS. Għalhekk, il-Kummissjoni tirriżerva
d-dritt li timmodifika l-proposta tagħha fil-każ ta’ bidliet
sinifikanti fl-iffinanzjar jew fil-qafas ta’ governanza propost fit-test
tar-Regolament futur dwar il-GNSS. Għalhekk, jekk l-awtorità
baġitarja tiddeċiedi li tnaqqas drastikament il-baġit allokat
għall-programmi, il-kompiti u l-persunal allokati lill-Aġenzija
għandhom ikunu evalwati mill-ġdid. Bl-istess mod, jekk l-awtorità
baġitarja tiddeċiedi li talloka kompiti addizzjonali
lill-Aġenzija, il-ħtieġa tal-persunal ikollha tiġi evalwata
mill-ġdid. Per eżempju, l-abbozz ta’ rapport tal-Parlament Ewropew
dwar ir-Regolament dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi
Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita[18]
(rapporteur: is-Sur Marinescu) jipprevedi li l-Aġenzija tkun inkarigata
mit-tmexxija ta’ “ċentri ta’ eċċellenza” li jippromwovu
l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-applikazzjonijiet GNSS, u dan minbarra
l-attivitajiet addizzjonali li l-Kummissjoni kienet allokat fil-proposta
tagħha għal Regolament dwar il-GNSS. 3.2.1. Is-sinteżi tal-impatt
stmat fuq in-nefqa EUR miljuni (sa tliet (3) punti deċimali) L-intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru || Intestatura 1 – Tkabbir intelliġenti u inklużiv [Korp]: <…….> || || || 2013[19][20] || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL 2014-2020 Linja baġitarja 02.050201 Aġenzija Ewropea GNSS (GSA) – Titoli 1 u 2 || Impenji || (1) || 11,087[21] || 18,632 || 21,495 || 22,710 || 22,272 || 24,623 || 24,497 || 25,239 || 159,468 Ħlasijiet || (2) || 11,087 || 18,632 || 21,495 || 22,710 || 22,272 || 24,623 || 24,497 || 25,239 || 159,468 Linja baġitarja 02.050202 Aġenzija Ewropea GNSS (GSA) – Titolu 3 || Impenji || (1a) || 2,363 || 6,550 || 6,150 || 6,100 || 6,150 || 6,800 || 6,800 || 6,300 || 44,85 Ħlasijiet || (2a) || 2,363 || 6,550 || 6,150 || 6,100 || 6,150 || 6,800 || 6,800 || 6,300 || 44,85 || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-GSA || Impenji || =1+1a -3a || 13,450 || 25,182 || 27,645 || 28,810 || 28,422 || 31,423 || 31,297 || 31,539 || 204,318 Ħlasijiet || =2+2a -3b || 13,450 || 25,182 || 27,645 || 28,810 || 28,422 || 31,423 || 31,297 || 31,539 || 204,318 Il-baġit tal-Aġenzija
għall-2014-2020 diġà ġie inkluż fil-proposta
tal-Kummissjoni għall-MFF il-ġdid 2014-2020. Il-kompiti ġodda u
l-ispejjeż assoċjati sejrin jiġu ffinanzjati permezz ta’ riallokazzjoni
fi ħdan il-programm GNSS kif kien oriġinarjament maħsub
għas-snin 2013 sa 2020. L-impatt se jkun kif ġej u ser jammonta
għal EUR 117.1 miljun.
Linja Baġitarja 02.0501 Programmi Ewropew ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) || Impenji || (3a) || -1,750 || -13,482 || -15,645 || -16,610 || -16,022 || -18,723 || -18,297 || -18,339 || -117,118 || Ħlasijiet || (3b) || -1,750 || -13,482 || -15,645 || -16,610 || -16,022 || -18,723 || -18,297 || -18,339 || -117,118 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-GSA fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali || Impenji || =1+1a +3a || || 11,700 || 12,000 || 12,200 || 12,400 || 12,700 || 13,000 || 13,200 || 87,200 Ħlasijiet || =2+2a +3b || || 11,700 || 12,000 || 12,200 || 12,400 || 12,700 || 13,000 || 13,200 || 87,200 L-intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || “Nefqa amministrattiva” EUR miljuni (sa tliet (3) punti deċimali) || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL DĠ: <…….> || Riżorsi umani || || || || || || || || 0 Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || 0 TOTAL DĠ <…….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || || || 0 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total tal-impenji) = Total tal-pagamenti) || || || || || || || || EUR miljuni (sa tliet (3) punti deċimali) || || || Sena N[22] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || || || || || || || || 0 Ħlasijiet || || || || || || || || 0 3.2.2. L-impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet tal-Aġenzija GSA – analiżi skont l-għan u
l-intestatura Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa 3
figuri deċimali) || Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || || Sena 2020 || RIŻULTATI (outputs) || Tip || Spiża medja || Nru || Spiża totali || Nru || Spiża totali || Nru || Spiża totali || Nru || Spiża totali || Nru || Spiża totali || Nru || Spiża totali || Nru || Spiża totali || Nru || Spiża totali || Għan Nru 1 - Akkreditament tas-sigurtà GNSS || || Titoli 1 u 2 || || || || 2,123 || || 2,749 || || 2,804 || || 2,762 || || 2,637 || || 2,878 || || 2,845 || || 2,912 || Titolu 3 || || || || 1,043 || || 1,400 || || 1,400 || || 1,400 || || 1,400 || || 1,400 || || 1,400 || || 1,400 || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || 3,166 || || 4,149 || || 4,204 || || 4,162 || || 4,037 || || 4,278 || || 4,245 || || 4,312 || Għan Nru 2 - L-iżvilupp tas-suq u l-applikazzjonijiet, inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità u l-komunikazzjoni dwar il-GNSS || || Titoli 1 u 2 || || || || 1,415 || || 1,833 || || 1,869 || || 1,688 || || 1,612 || || 1,759 || || 1,739 || || 1,780 || Titolu 3 || || || || 664 || || 3,750 || || 3,250 || || 3,200 || || 3,250 || || 3,750 || || 3,750 || || 3,250 || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || 2,079 || || 5,583 || || 5,119 || || 4,888 || || 4,862 || || 5,509 || || 5,489 || || 5,030 || Għan Nru 3 - L-isfruttar taċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo u l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet PRS || || Titoli 1 u 2 || || 3,303 || || 5,193 || || 5,763 || || 6,138 || || 5,861 || || 6,396 || || 6,322 || || 6,472 || Titolu 3 || || 656 || || 1,400 || || 1,500 || || 1,500 || || 1,500 || || 1,650 || || 1,650 || || 1,650 || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 3 || || 3,959 || || 6,593 || || 7,263 || || 7,638 || || 7,361 || || 8,046 || || 7,972 || || 8,122 || Għan Nru 4 - L-isfruttar tas-sistemi GNSS || || Titoli 1 u 2 || || 1,750 || || 6,567 || || 8,878 || || 9,974 || || 10,110 || || 11,352 || || 11,379 || || 11,811 || Appoġġ (l-akkwist, il-finanzi, HR, ġestjoni tal-proġett u l-kontroll, l-affarijiet legali, il-komunikazzjoni) || || Titoli 1 u 2 || || 2,496 || || 2,291 || || 2,181 || || 2,148 || || 2,051 || || 2,238 || || 2,213 || || 2,265 || SPIŻA TOTALI GSA || || 13,450 || || 25,182 || || 27,645 || || 28,810 || || 28,422 || || 31,423 || || 31,297 || || 31,539 || Is-suppożizzjonijiet li abbażi
tagħhom huwa kkalkulat il-baġit tal-Aġenzija għall-perjodu
bejn l-2013 u l-2020 huma kif ġej: –
ir-Regolament dwar il-GNSS il-ġdid, li
bħalissa qed jiġi diskuss bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill,
għandu jkun adottat skont il-kundizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni. Jekk
dan ikun il-każ, il-ġestjoni tal-fażi tal-isfruttar ta’ EGNOS
għandha tkun trasferita lill-Aġenzija u l-ġestjoni tal-fażi
tal-isfruttar tal-programm Galileo għandha tiġi ddelegata
lill-Aġenzija mill-1 ta' Jannar 2014. Biex tkun tista’
twettaq din il-missjoni importanti, l-Aġenzija għandu jkollha
l-persunal u riżorsi baġitarji xierqa biex twettaq l-istadji
differenti tal-programm. Ir-rekwiżiti tal-programmi GNSS u
tal-iżvilupp tagħhom għandhom iwasslu għall-espansjoni
tal-Aġenzija, li għandha tkun partikolarment mgħaġġla
sal-2016 u tikber gradwalment wara dan; –
l-istabbiliment taċ-Ċentri ta’
Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo fi Franza u r-Renju Unit għadu
qed jitħejja. L-implimentazzjoni sħiħa tagħhom għandha
titlesta bejn l-2013 u l-2014 u t-testijiet ta' validazzjoni operazzjonali li
jdumu 24 xahar għandhom jibdew f'dan iż-żmien, li jispjega
l-ħtieġa għal ċertu numru ta’ impjegati addizzjonali u
spejjeż okkażjonali fl-2014; Il-ħtieġa ta’ dan iċ-ċentru
ġiet enfasizzata b’mod partikolari waqt il-ħidma dettaljata ta’
tħejjija tas-servizzi. Dan iċ-ċentru għandu jkun
mgħammar b’operaturi kwalifikati li jużaw is-softwer u t-tagħmir
b’għarfien profond tal-aspetti ta’ sigurtà tas-sistema u li għandhom
jitħarrġu matul il-fażi tat-tnedija u tal-forniment progressiv
tas-servizzi. Għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti f’termini ta’
aċċess għall-PRS (Servizz Pubbliku Regolat – ‘Public regulate
service) għall-utenti tal-PRS. Iridu wkoll ifasslu l-proċeduri
operattivi u jiżguraw il-monitoraġġ u l-ġestjoni
tal-inċidenti tas-sigurtà mas-sistema kollha. –
sa Ġunju 2017, ma teħtieġ
l-ebda kera għall-istabbiliment tal-Aġenzija fi Praga. Wara din
id-data, l-Aġenzija għandha tagħti ħlasijiet tal-kiri
lill-awtoritajiet Ċeki, li jammontaw għal 25 % tal-valur
kummerċjali tal-bini okkupat. L-istima saret fuq il-bażi
tal-prezzijiet fil-belt ta’ Praga. Barra minn hekk, l-Aġenzija sejra
jkollha spejjeż ta’ kiri addizzjonali għas-siti l-oħrajn fejn
l-Aġenzija sejra tagħmel xi xogħol bħal fi Franza (Saint
Germain en Laye, Toulouse), ir-Renju Unit (Swanwick) u l-Pajjiżi l-Baxxi
(ESTEC, Aġenzija Spazjali Ewropea); –
l-ispiża tal-persunal Aġenzija hija
kkalkulata fuq il-bażi tal-ispejjeż medji tal-Kummissjoni. Hija
tipprovdi għal rotazzjoni relattivament baxxa tal-persunal u dħul
fis-servizz ta’ persunal ġdid f’April ta’ kull sena bħala medja.
Differenzi fis-salarji li jikkunsidraw l-għoli tal-ħajja huma wkoll
ikkunsidrati (dak ta’ Praga huwa 15 % inqas minn dak ta’ Brussell, li huwa
16 % aktar baxx minn dak ta’ Franza); –
l-ispejjeż suġġetti għal rata
ta’ inflazzjoni annwali stmata ta’ 3 % huma s-salarji, l-ispejjeż ta’
kiri, l-ispejjeż relatati mat-teknoloġija tal-informazzjoni u
s-servizzi pprovduti mill-Kummissjoni, kif ukoll is-servizzi tal-posta u
telekomunikazzjonijiet. L-ispejjeż l-oħra kkalkolati ma kinux
affettwati mill-inflazzjoni, li hija, fil-fatt, tnaqqis fl-ispejjeż reali
għall-Aġenzija; –
l-ispejjeż amministrattivi attwali kienu
kkalkulati fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali mġarrba fl-2011 u
l-2012, mingħajr ebda żieda minħabba l-inflazzjoni; –
matul is-snin 2012 u 2013, in-netwerks u
t-tagħmir tal-informatika tal-Aġenzija se jkunu kompletament
aġġornati wara r-rilokazzjoni tal-kwartieri ġenerali
tal-Aġenzija fi Praga f’Settembru 2012. Minħabba d-deprezzament u
l-użu tagħhom, tali apparat għandu jiġġedded fl-2018,
kemm fil-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija kif ukoll
fiċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo; –
matul il-perjodu bejn l-2014 u l-2020, sejrin ikunu
implimentati xi wħud mill-attivitajiet tal-komunikazzjoni l-aktar
importanti: it-tnedija tas-servizzi inizjali ta’ Galileo fl-2014-2015,
it-tnedija tal-fażi tal-isfruttar sħiħ tal-Galileo fl-2018-2019.
Dawn l-avvenimenti ewlenin sejrin jeħtieġu wkoll li jinkludu aktar
segmenti tas-suq fil-kampanji ta’ komunikazzjoni globali tal-Aġenzija, u
jsir id-disinn mill-ġdid tas-siti elettroniċi u l-għodod
eżistenti tal-komunikazzjoni (inkluż it-titjib tas-servizzi ta’
kontenut dak il-ħin stess); –
l-ispejjeż huma kkalkolati fuq
is-suppożizzjoni li t-tisħiħ tas-separazzjoni bejn
l-attivitajiet relatati mal-akkreditament tas-sigurtà u l-attivitajiet
l-oħra tal-Aġenzija mhux se jirriżulta f’duplikazzjoni
tas-servizzi amministrattivi ċentrali. It-tabella t’hawn taħt tippreżenta
baġit dettaljat tal-Aġenzija għall-perjodu 2013-2020. 3.2.3. L-impatt stmat fuq ir-riżorsi
umani u l-baġit tal-Aġenzija 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet amministrattivi. –
þ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt: EUR miljuni (sa tliet
(3) punti deċimali) || 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL Uffiċjali (grad AD) || || || || || || || || || Uffiċjali (grad AST) || || || || || || || || || Aġenti kuntrattwali || || 1,125 || 1,276 || 1,376 || 1,393 || 1,435 || 1,478 || 1,522 || 9,606 Aġenti temporanji || || 9,768 || 11,081 || 13,071 || 12,960 || 13,550 || 14,061 || 14,599 || 89,090 Esperti nazzjonali ssekondati || || || || || || || || || TOTAL || || 10,893 || 12,357 || 14,447 || 14,353 || 14,985 || 15,539 || 16,122 || 98,696 L-ispejjeż tal-persunal huma kkalkolati
abbażi tas-suppożizzjonijiet ewlenin li ġejjin: - rata ta’ AT = rata medja
tal-Kummissjoni (EUR 95 000 + inflazzjoni); - rata ta’ AK = rata medja
tal-Kummissjoni (total FGIII u FGIV =EUR 40 000 + inflazzjoni); - inflazzjoni ta’ 3 % fis-sena; - tnaqqis ta’ 3 % tal-ispejjeż
tal-persunal minħabba r-rotazzjoni; - tnaqqis ta’ 25 % tal-ispejjeż
assoċjati mar-reklutaġġ ta’ persunal ġdid - dħul
fis-servizz fl-1 ta' April fil-medja; - spejjeż ta’ installazzjoni skont
ir-regolamenti tal-persunal: konċessjoni għall-installazzjoni,
konċessjoni ta’ kuljum (tliet xhur biss), spejjeż ta’ ċaqliq,
spejjeż tal-ivvjaġġar. Persunal tal-Aġenzija meħtieġ
għall-perjodu 2013-2020 (f’numru ta’ persuni) || 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 Aġenti temporanji || 77 || 97 || 109 || 117 || 121 || 123 || 124 || 125 ENS / AK || 17 || 25 || 29 || 31 || 31 || 31 || 31 || 31 TOTAL || 94 || 122 || 138 || 148 || 152 || 154 || 155 || 156 Persunal tal-Aġenzija skont l-attività
(f’numru ta’ persuni) || 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 Persunal direttament assenjat għall-isfruttar tas-sistemi GNSS || 20 || 43 || 57 || 65 || 69 || 71 || 72 || 73 Persunal direttament assenjat lil GSMC || 28 || 34 || 37 || 40 || 40 || 40 || 40 || 40 Persunal assenjat għall-kompiti tal-GSA stess (kompiti eżistenti) || 46 || 45 || 44 || 43 || 43 || 43 || 43 || 43 TOTAL || 94 || 122 || 138 || 148 || 152 || 154 || 155 || 156 Persunal tal-Aġenzija skont l-attività
(f’% tat-total) || 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 Perċentwal ta’ persunal tal-GSA assenjat għall-isfruttar || 21 % || 35 % || 41 % || 44 % || 45 % || 46 % || 46 % || 47 % Perċentwal ta’ persunal tal-GSA assenjat lil GSMC || 30 % || 29 % || 27 % || 26 % || 26 % || 26 % || 26 % || 26 % Perċentwal ta' persunal tal-GSA assenjat għall-kompiti essenzjali tal-GSA (kompiti eżistenti) || 49 % || 36 % || 32 % || 30 % || 29 % || 28 % || 28 % || 27 % TOTAL || 100% || 100% || 100% || 100% || 100% || 100% || 100% || 100% Kif indikat hawn fuq, l-Aġenzija sejra
tkun responsabbli għall-kompiti varji, li wħud minnhom huma
ġodda u oħrajn huma biss estensjoni tal-attivitajiet attwali
tagħha. It-tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal allokat għall-kompiti
attwali tal-Aġenzija ġie implimentat u rriżulta
fit-tneħħija ta’ tliet FTEs għat-twettiq ta’ dawn il-kompiti
b’rata ta’ FTE wieħed għal kull sena 2014, 2015 u 2016. Il-ħtiġijiet tal-persunal
tal-Aġenzija ġew evalwati mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni
mal-Aġenzija u fuq il-bażi ta’ studju li jistabbilixxi f’aktar
dettall l-attivitajiet kollha li għandhom jiġu implimentati
fil-kuntest tal-isfruttar tal-programmi[23]. Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom
jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji || 1. L-akkreditament tas-sigurtà tas-sistemi GNSS (kompitu tal-Aġenzija stess) 2. Il-ġestjoni taċ-Ċentri ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo (kompitu essenzjali tal-Aġenzija, li se jkompli jiżdied, prinċipalment fl-2014, wara l-ewwel postijiet tax-xogħol fl-2012 u l-2013) 3. Żvilupp tas-suq u tal-applikazzjonijiet GNSS, inklużi teknoloġiji għall-utenti ta’ PRS (kompitu tal-Aġenzija stess, possibbilment issupplimentat minn kompiti addizzjonali ddelegati) 4. Komunikazzjonijiet GNSS: (kompitu essenzjali tal-Aġenzija) 5. L-isfruttar tas-sistemi GNSS (kompitu ġdid iddelegat mill-Kummissjoni - l-isfruttar ta’ EGNOS jirrappreżenta trasferiment ta’ ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni lill-Aġenzija waqt li l-isfruttar tas-sistema taħt il-programm Galileo jirrappreżenta delegazzjoni tal-ġestjoni tal-programm mill-Kummissjoni lill-Aġenzija) L-attivitajiet li għandhom jitwettqu matul il-fażi tal-isfruttar tal-programmi kienu identifikati u strutturati fi skema ta’ tqassim tal-kompiti. Ir-responsabbiltà għall-attivitajiet kollha ta’ sfruttar se tiġi ddelegata lill-Aġenzija li trid tiżgura l-koordinazzjoni tagħhom iżda mhux neċessarjament l-eżekuzzjoni tagħhom. Għandu jiġi nnutat li ħafna minn dawn l-attivitajiet ġejjin mill-bżonn li jiġu żgurati l-operazzjonijiet ta’ provvista ta’ servizzi u li dawn l-attivitajiet bħalissa mhumiex indirizzati fl- organizzazzjoni eżistenti tal-programmi. Fl-iskema ta’ tqassim tal-kompiti, l-attivitajiet kollha relatati mal-isfruttar jistgħu jinqassmu f’ħames oqsma msemmija hawn taħt: - Il-ġestjoni tal-eżekuzzjoni tal-programmi, li tikkonsisti prinċipalment fi: o spjegazzjoni fid-dettall tal-għanijiet ta’ livell għoli stipulati mill-Kummissjoni, il-ftehimiet internazzjonali u intergovernattivi kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ sigurtà tas-sistema f’"Mission Requirement Document" (Dokument tar-Rekwiżiti tal-Missjoni); o il-kontroll tal-ippjanar, l-ispejjeż u r-riskji tal-programmi; o l-iżgurar tal-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-ftehimiet u tal-kuntratti meħtieġa għall-isfruttar tal-programmi. - L-inġinerija tal-programmi li tikkonsisti fit-tfassil tal-iżviluppi futuri b’konformità mad-dokument tar-rekwiżiti tal-missjoni, il-koordinazzjoni tal-proċess ta’ standardizzazzjoni tas-sistema, l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ infrastrutturi ġodda (inkluż is-softwer), l-iżgurar tal-inġinerija tal-missjoni u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistema. - It-taqsima dwar l-infrastrutturi li tkopri l-attivitajiet li jikkonsistu fil-ġestjoni tal-proġett ta’ infrastruttura, fl-iżgurar tal-inġinerija tas-sistema, il-bini tal-infrastrutturi spazjali u terrestri u l-aġġornamenti tas-sistema. - L-isfruttar u l-provvediment ta’ servizzi li jinkludu l-ġestjoni tal-attivitajiet ta’ twassil tas-servizzi, l-operat tal-infrastrutturi u l-kontroll tal-eżekuzzjoni xierqa tal-operazzjonijiet. - L-użu tas-servizzi permezz tad-definizzjoni u ż-żamma ta’ strateġija kummerċjali, għall-promozzjoni tal-użu u tal-adozzjoni tas-servizzi u l-appoġġ għad-disinn u l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ġodda. Persunal estern || Essenzjalment kompiti ta’ appoġġ /ta’ ammistrazzjoni maħsuba sabiex jiżguraw l-operat bla xkiel tal-operazzjonijiet. Mill-2015, l-istaff ta’ appoġġ ser jirrappreżenta 16 % tal-persunal kollu tal-Aġenzija u se jkun ammont baxx meta mqabbel mal-istandards tal-aġenziji u tal-Unjoni (fil-fatt, din ir-rata hija stmata għal 25 % għall-aġenziji tal-Unjoni li laħqu veloċità moderata u hija saħansitra ogħla fil-Kummissjoni). It-tabella t’hawn taħt tippreżenta
l-persunal tal-Aġenzija fid-dettall għall-perjodu 2013-2020: Il-persunal addizzjonali meħtieġ
biex jiġu sfruttati s-sistemi huwa primarjament maħsub għal
pożizzjonijiet AD, li minnhom inqas minn 10 % huma assenjati
għall-kompiti superviżorji (grad AD10 sa AD12). Ħafna
mill-postijiet l-oħrajn sejrin jimtlew bir-reklutaġġ fil-gradi
ta’ AD6 sa AD9 minħabba d-diffikultà tar-reklutaġġ ta’ persunal
b’esperjenza b’ħiliet tekniċi speċjalizzati ħafna. 3.2.3.2. Ir-rekwiżiti stmati
fir-riżorsi umani għad-DĠ –
þ Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu tar-riżorsi
umani. Il-proposta ma tirrikjedix l-użu ta'
riżorsi umani addizzjonali mill-Kummissjoni iżda, għal
kuntrarju, huwa previst tnaqqis kif spjegat fil-paragrafu 3.4. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu tar-riżorsi
umani, kif spjegat hawn isfel: 3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali attwali –
þ Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju
pluriennali attwali għas-sena 2013 u - f'dak li jirrigwarda s-snin
ta' wara - mal-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas
finanzjarju 2014-2020. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva sejra tinvolvi l-ipprogrammar
mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju
pluriennali[24]. Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li
tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u
l-ammonti korrispondenti. 3.2.5. Il-parteċipazzjoni ta’
partijiet terzi fil-finanzjament –
þ Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdi l-ebda kofinanzjament minn
partijiet terzi. –
Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi
l-kofinanzjament stmat hawn taħt: 3.3. L-impatt stmat fuq
id-dħul –
þ Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju
fuq id-dħul. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: –
¨ fuq ir-riżorsi proprji –
¨ fuq dħul mixxellanju 3.4. L-impatt stmat fuq
ir-riżorsi umani tal-Kummissjoni Anki jekk dan ir-rendikont finanzjarju jiffoka
fuq l-effetti li d-delegazzjoni ta’ responsabbiltajiet ġodda ta’
ġestjoni operattiva tal-programmi GNSS se jkollha fuq l-Aġenzija,
huwa utli li wieħed jikkunsidra wkoll l-impatt li l-governanza futura
tal-programmi GNSS jista’ jkollha fuq ir-riżorsi umani tal-Kummissjoni. Kif spjegat hawn fuq, il-kompiti li jkunu
għadhom kif ġew allokati lill-Aġenzija, fil-parti l-kbira, huma
kompiti ġodda li għalihom m’hemm l-ebda ekwivalenti
fl-organizzazzjoni attwali tal-programmi GNSS. Fil-fatt, jekk il-kompiti
marbuta mal-operat tal-EGNOS jiġu trasferiti mill-Kummissjoni għall-Aġenzija,
il-kompiti marbuta mal-isfruttar tas-sistema li tirriżulta mill-programm
Galileo ddelegati lill-Aġenzija huma kompiti ġodda minħabba li
s-sistema għadha mhijiex operattiva. Huwa għalhekk li Galileo għadu
mhux qed jipprovdi servizzi u li t-timijiet li hemm fil-Kummissjoni u
fl-Aġenzija ffukaw l-isforzi tagħhom fuq l-iskjerament
tal-infrastruttura. It-tranżizzjoni għal infrastruttura operattiva u
l-bidu tal-provvista tas-servizzi li minnhom jiddependu ħajjiet jeħtieġu
attivitajiet totalment ġodda u persunal addizzjonali. Filwaqt li
l-persunal tal-Kummissjoni u l-Aġenzija ser jiżdied, b’mod
kumulattiv, b’31 %, il-baġit annwali medju ġestit ser jikber
b’103 % bejn l-2007-2013 u l-2014-2020. Għal xi snin u sakemm titlesta
l-fażi rilevanti, il-Kummissjoni sejra tkompli tkun responsabbli
għall-implimentazzjoni tal-infrastruttura Galileo u sejra żżomm
it-timijiet li jissorveljaw dawn l-isforzi. Wara dan, ir-rwol tal-Kummissjoni
se jikkonċentra fuq is-superviżjoni politika tal-programmi u
għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas total ta’ 30 post
tax-xogħol mill-pjan ta’ stabbiliment tagħha matul
il-perjodu 2014-2020. Dan it-tnaqqis jirrifletti prinċipalment: 2)
il-proċess ta’ trasferiment lill-Aġenzija
fir-rigward tal-attivitajiet tal-isfruttar ta’ EGNOS (il-fażi
tal-isfruttar tal-programm Galileo tirrappreżenta kompitu ġdid) li se
jwassal għal tnaqqis fil-persunal GNSS tal-Kummissjoni ta’ tliet FTE
(3,3 %); 3)
il-prinċipju ta’ tnaqqis ta’ ħaddiema
deċiż mill-Kummissjoni għall-attivitajiet eżistenti, li jirriżulta
fi tnaqqis supplimentari ta’ 12 FTE (13 %). 4)
il-prinċipju ta’ tnaqqis addizzjonali ta’
persunal ta’ 15 FTE wara tqassim mill-ġdid tal-persunal intern
fil-Kummissjoni. Għalhekk l-evoluzzjoni tal-persunal
fil-Kummissjoni għas-servizzi GNSS hija kif ġej: Persunal tal-Kummissjoni assenjat għal kompiti GNSS || 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Tnaqqis totali Tnaqqis || 0 || -3 || || || -3 || -4 || -5 || 0 || -15 TOTAL || 92 || 89 || 89 || 89 || 86 || 82 || 77 || 77 || It-tnaqqis addizzjonali msemmi fil-punt 3
hawn fuq se jkun imqassam fuq bażi mhux lineari matul is-seba’ snin.
It-tnaqqis ta’ 30 post tax-xogħol huwa indipendenti u għalhekk
addizzjonali mat-tnaqqis orizzontali ta’ 5 % bejn l-2013 u l-2017 tal-pjan
ta’ stabbiliment tal-Kummissjoni; dawn il-postijiet se jkunu mnaqqsa
kompletament mill-pjan ta’ stabbiliment tal-Kummissjoni. Tnaqqis addizzjonali tal-persunal
tal-Kummissjoni || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Tnaqqis totali TOTAL Tnaqqis addizzjonali ta' persunal fil-Kummissjoni || -2 || -3 || -3 || -2 || -2 || -2 || -1 || -15 Dawn il-ħtiġijiet fir-riżorsi
umani se jkunu koperti permezz tal-persunal tad-DĠ li diġà jkunu
assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew imqassma mill-ġdid
internament fi ħdan id-DĠ, u jekk ikun il-każ jiġu
kkompletati minn kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata
lid-DĠ li jiġġestixxi fil-qafas tal-proċedura ta’
allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji
eżistenti. Dan it-tnaqqis huwa implimentat minkejja li
l-Kummissjoni sejra tkompli tassumi r-responsabbiltà ġenerali
għall-programmi GNSS u minkejja l-ħafna kompiti ġodda assenjati
lill-Kummissjoni mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew (kif instab matul
in-negozjati tar-Regolament il-ġdid dwar il-GNSS), bħad-definizzjoni
ta’ politika ġdida dwar l-IPR, l-evoluzzjoni tal-missjoni u r-rekwiżiti
stretti ta’ rapporti lill-Kumitat għall-GNSS, lill-Kunsill u
lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni sejra tagħmel ħilitha biex
tittratta dawn il-kompiti ġodda permezz ta’ riallokazzjoni interna. B’mod aktar speċifiku, ir-rwol futur
tal-Kummissjoni jista’ jitqassar fis-sitt blokok ta’ attività li ġejjin: –
il-kontribut għall-għanijiet
strateġiċi usa’ tal-UE: l-għan huwa li tippromwovi
l-inklużjoni ta’ teknoloġiji tal-GNSS fl-oqsma varji ta’ riċerka
u l-kunsiderazzjoni tagħhom fl-inizjattivi ta’ politika settorjali dwar,
pereżempju, il-modi ta’ trasport, l-agrikultura, il-mobilità tal-persuni,
is-sinkronizzazzjoni jew l-enerġija, u dan, sabiex tiżgura li
l-politiki tal-UE f’dawn is-setturi tisfrutta l-potenzjal sħiħ
tal-innovazzjoni u valur miżjud tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni
bis-satellita; –
id-definizzjoni u l-iżvilupp
tal-għanijiet ta’ livell għoli tal-programmi sabiex jirriflettu
l-ħtiġijiet politiċi u l-ħtiġijiet tal-partijiet
interessati u l-utenti oħra, u jsarrfu dawn ir-rekwiżiti u ħtiġijiet
fi strateġija u f’rekwiżiti tekniċi; –
id-definizzjoni u l-adattament tal-kundizzjonijiet
ta’ implimentazzjoni. Skont l-objettivi strateġiċi tal-Kummissjoni
dwar il-programmi, jeħtieġ li jkunu definiti l-miżuri
meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom,
bħall-ftehimiet ta’ delega, jiġu speċifikati l-ftehimiet dwar
l-ospitalità tas-siti u jiġu elaborati standards xierqa. Barra minn hekk,
il-Kummissjoni sejra tibqa’ responsabbli għas-sigurtà tas-sistemi. Hija
ser ikollha għalhekk tiddefinixxi l-ħtiġijiet tas-sigurtà u
tiżgura l-koordinazzjoni għall-kwistjonijiet tas-sigurtà; –
id-definizzjoni u l-iżvilupp tal-politiki
relatati mal-GNSS, il-ħolqien tal-ambjent regolatorju u l-ambjent
internazzjonali li jwassal għall-kisba tal-għanijiet tal-programmi
GNSS. Fil-kuntest tal-ħidma fuq il-qafas regolatorju tal-programmi GNSS,
il-Kummissjoni sejra teżamina l-kwistjoni tas-sigurtà u tas-sigurezza
tal-utenti tal-GNSS, tevalwa l-vulnerabilità ta’ sistemi u tagħmir ta’
radjunavigazzjoni bis-satellita u tipproponi miżuri ta’ kumpens, sejra
tiżgura l-armonizzazzjoni tas-servizzi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni,
iżżid l-istabbiltà sabiex l-industrija tkun tista’ tippjana
l-investiment futur u ssaħħaħ is-sikurezza u s-sigurtà (eż.
permezz tal-implimentazzjoni ta’ miżuri biex titnaqqas id-dipendenza fir-rigward
tal-GPS). Fil-qasam internazzjonali, sejra tabbozza u tinnegozja ftehimiet
internazzjonali u tikkoordina ma’ korpi internazzjonali sabiex tiżgura
l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà ma’ sistemi GNSS oħra; –
is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-programmi.
Anki jekk il-Kummissjoni mhux sejra tkun responsabbli mill-ġestjoni
operattiva tal-programmi, hija sejra żżomm ir-responsabbiltà
ġenerali għall-andament tajjeb tagħhom u sejra tkun responsabbli
għal kwalunkwe spiża addizzjonali jew dewmien fl-iskeda.
Għalhekk, huwa kruċjali li l-Kummissjoni ssegwi mill-qrib
l-implimentazzjoni tal-programmi mill-Aġenzija Spazjali Ewropea
(għat-tlestija tal-fażi ta’ skjerament) u mill-Aġenzija Ewropea
tal-GNSS (għall-fażi tal-isfruttar). L-Istati Membri u l-Parlament
Ewropew ressqu wkoll permezz tal-abbozz tar-Regolament dwar il-GNSS li
attwalment jinsab fi proċedura ta’ kodeċiżjoni, rekwiżiti
stretti ħafna għat-trażmissjoni ta’ rapporti. Fl-aħħar
nett, il-Kummissjoni sejra tiżgura t-tħejjija, il-preżentazzjoni
u t-tixrid ta’ dawn ir-rapporti lill-Kumitat għall-GNSS u b’mod
partikolari, lill-awtorità baġitarja; –
il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-partijiet
interessati billi tipprovdilhom informazzjoni aġġornata,
pożittiva, konsistenti u utli dwar il-progress ta’ EGNOS u Galileo, kif
ukoll billi tħejji rapporti professjonali regolari għall-pubbliku
intern u estern. [1] ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1. [2] ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11. [3] COM(2011) 814 finali [4] ĠU C, p. . [5] ĠU C, p. . [6] ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1. [7] ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11. [8] ĠU L …, …...2013, p. …[Jekk
jogħġbok innota li, peress li dan ir-Regolament u dak li
jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali futur għadhom ma ġewx
adottati, l-ambitu tal-kompiti fdati lill-Aġenzija Ewropea GNSS u
l-baġits allokati għaldaqstant ma jistgħux jitqiesu bħala
finali] [9] ABM: (Activity-Based Management) Ġestjoni
Bbażata fuq l-Attività–ABB: (Activity-Based Budgeting) Baġit
Ibbażat fuq l-Attività. [10] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b)
tar-Regolament Finanzjarju. [11] COM(2011) 814 finali [12] Id-dettalji
dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju
jistgħu jinstabu fuq is-sit tal- BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [13] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament
Finanzjarju. [14] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD =
Approprjazzjonijiet mhux differenzjati. [15] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [16] Il-pajjiżi kandidati u, meta applikabbli,
pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani. [17] "Baġit għall-Istrateġija Ewropa
2020", COM(2011)500 [18] PE489.561v02-00 [19] Dan l-ammont ivarja mill-baġit allokat
lill-Aġenzija għas-sena 2013 minħabba li jikkunsidra
l-finanzjament ta’ 20 post addizzjonali fl-2013 bir-riallokazzjoni
tal-programmi GNSS. Il-Kummissjoni se tippreżenta proposta matul
is-sena 2013 lill-Awtorità Baġitarja. [20] Ma’ dan l-ammont għandu jiżdied ir-rimbors
tal-bilanċ tar-riżultat (0,709) u l-kontribuzzjoni tal-pajjiżi
terzi (0,325). Għalhekk it-total tal-approprjazzjonijiet disponibbli
jammontaw għal 14,484 għas-sena 2013. [21] Dan l-ammont jinkludi 1.75 għall-finanzjament ta’
20 post supplimentari fl-2013. L-istima użata tikkonsisti
f’6 xhur ta’ paga għas-sena 2013 minħabba ż-żmien
meħud għar-reklutaġġ ta’ 20 post ġdid. [22] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [23] Dan l-istudju sar mill-konsulenti Roland Berger fl-2011
għal EGNOS u fl-2012 għal Galileo. Dan irriżulta
fl-istabbiliment ta’ skema ta’ tqassim tal-kompiti li jiżguraw
it-tħaddim tas-sistemi, inkluż il-persunal meħtieġ biex
iwettaq dawn il-kompiti. Sommarju ta’ dawn il-kompiti ġie inkluż
fit-tabella li tiddeskrivi l-kompiti li għandhom jitwettqu. [24] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.