This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013DC0941
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS Preventing Radicalisation to Terrorism and Violent Extremism: Strengthening the EU's Response
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Prevenzjoni tar-Radikalizzazzjoni għat-Terroriżmu u l-Estremiżmu Vjolenti: It-Tisħiħ tar-Reazzjoni tal-UE
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Prevenzjoni tar-Radikalizzazzjoni għat-Terroriżmu u l-Estremiżmu Vjolenti: It-Tisħiħ tar-Reazzjoni tal-UE
/* COM/2013/0941 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Prevenzjoni tar-Radikalizzazzjoni għat-Terroriżmu u l-Estremiżmu Vjolenti: It-Tisħiħ tar-Reazzjoni tal-UE /* COM/2013/0941 final */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament
Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u
lill-Kumitat tar-Reġjuni Il-Prevenzjoni tar-Radikalizzazzjoni
għat-terroriżmu u l-Estremiżmu Vjolenti: It-Tisħiħ
tar-Reazzjoni tal-UE 1. Introduzzjoni 1.1
Xejriet
u sfidi Peress li
l-istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda
r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ ġiet aġġornata
l-aħħar fl-2008, ix-xejriet, il-mezzi u t-tendenzi
tar-radikalizzazzjoni evolvew u twessgħu. L-ewwel nett,
it-terroriżmu fl-Ewropa issa jsib l-ispirazzjoni tiegħu f'varjetà
aktar wiesgħa ta' ideoloġiji, kif muri mir-rapport TE-Sat tal-Europol
tal-2013. Dawn jinkludu ideoloġiji nazzjonalisti u separatisti, dawk
ispirati mill-Al Qaida, ideoloġiji tax-xellug vjolenti, anarkisti,
u tal-lemin. It-tieni nett,
attivitajiet terroristi u estremisti vjolenti fl-UE mhumiex id-dominju
esklussiv ta' organizzazzjonijiet ċentralizzati u ġerarkiċi.
It-theddida evolviet progressivament biex tinkludi gruppi iżgħar
ibbażati fl-UE, ċelloli, u atturi solitarji li joperaw b'inqas
restrizzjonijiet u b'mod iktar imprevedibbli. Huma jippjanaw attakki
b'direzzjoni limitata jew mingħajr ebda direzzjoni minn xi
organizzazzjoni, biex b'hekk jagħmlu l-prevenzjoni iktar diffiċli. Ħafna
terroristi li jippjanaw attakki fuq art Ewropea jkunu Ewropej huma stess.
Attakki bħal dawn jikkawżaw iktar minn telf ta' ħajjiet u
ħsara ekonomika; jistgħu jiżirgħu
ż-żerriegħa tas-separazzjoni bejn il-komunitajiet fl-Ewropa,
biex b'hekk iżidu opinjonijiet reazzjonarji u estremisti f'partijiet
oħrajn tas-soċjetà. Dan jikkontribwixxi għall-ħolqien
tal-estremiżmu, li jipperpetwa ċirku vizzjuż ta'
radikalizzazzjoni, aggressjoni, u reazzjonijiet vjolenti. L-Ewropa hija
wkoll direttament affettwata minn attività terrorista madwar id-dinja.
L-Ewropej jistgħu jkunu vittmi ta' attakki, bħal ma wrew
biċ-ċar l-atroċitajiet riċenti f'Nairobi. Iżda
jistgħu wkoll ikunu l-awturi ta' dawn l-attakki. Ħafna drabi
mpoġġija fuq it-triq għar-radikalizzazzjoni fl-Ewropa minn
propaganda estremista jew minn rekluti, l-Ewropej jivvjaġġaw barra
minn xtuthom biex jitħarrġu u jiġġieldu f'żoni ta'
kumbattiment, u fil-proċess isiru iktar radikali. Armati
b'ħiliet ta' kumbatt akkwistati riċentement, ħafna minn dawn
"il-ġellieda barranin" Ewropej jistgħu jpoġġu
theddida għas-sigurtà tagħna mar-ritorn tagħhom minn żona
ta' kunflitt. Fit-terminu twil jistgħu jaġixxu bħala katalisti
għat-terroriżmu. Il-fenomenu tal-ġellieda barranin mhuwiex
wieħed ġdid, iżda hekk kif qed ikompli l-ġlied fis-Sirja,
in-numru ta' estremisti li jivvjaġġaw biex jieħdu sehem
fil-kunflitt qed jiżdied. U hekk kif in-numru ta' ġellieda barranin
Ewropej qed jiżdied, hekk ukoll tiżdied it-theddida għas-sigurtà
tagħna. Gruppi
terroristiċi u estremisti qed jikkapitalizzaw fuq l-avvanzi
fit-teknoloġija biex isibu modi ġodda biex jimpenjaw ruħhom ma'
żgħażagħ li mhumiex affettwati, billi jieħdu
vantaġġ minn siti ta' netwerking soċjali, kanali tal-vidjos
onlajn u chat rooms radikali. Qed iferrxu l-propaganda tagħhom b'mod iktar
wiesa', iktar rapidu, u iktar effettiv. Tekniki ta'
nfurzar tal-liġi tradizzjonali mhumiex biżżejjed biex jiġu
trattati xejriet fir-radikalizzazzjoni li qed jevolvu, u għalhekk metodu
iktar wiesa' huwa meħtieġ biex tiġi evitata u
miġġielda r-radikalizzazzjoni. Dan
il-metodu iktar wiesa' li jirrispondi għax-xejriet fir-radikalizzazzjoni
jrid jimpenja s-soċjetà kollha kemm hi. Din
il-Komunikazzjoni tindirizza r-radikalizzazzjoni fil-forom kollha tagħha u
tidentifika ż-żoni li jkopru spettru wiesa' ta' miżuri biex
tiġi evitata u miġġielda r-radikalizzazzjoni
għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti. 1.2
Approċċ
u għan ġenerali L-Istati Membri
huma responsabbli biex jiddisinjaw u jimplimentaw miżuri mmirati biex
jipprevjenu u jiġġieldu r-radikalizzazzjoni, u l-azzjonijiet ewlenin
huma, u għandhom jibqgħu, fuq livelli nazzjonali u lokali. Ċerti
Stati Membri għamlu ħafna xogħol f'dan il-qasam, u jistgħu
jaqsmu l-esperjenza tagħhom ma' Stati Membri oħra interessati. Bit-tħassib
li qiegħed jikber dwar ir-radikalizzazzjoni onlajn u ż-żieda
notevoli fi gruppi estremisti pubbliċi fl-Ewropa, iktar u iktar Stati
Membri qed jiffaċċjaw theddid mir-radikalizzazzjoni. Madwar l-UE,
ir-riskju tar-radikalizzazzjoni li twassal għall-vjolenza estremista qed
jiżdied, u l-Istati Membri jibbenefikaw billi jżidu l-isforzi
tagħhom biex jirrispondu effettivament għal dawn l-isfidi. Ir-radikalizzazzjoni
taqsam fruntieri nazzjonali b'ħafna modi. Pereżempju, l-użu ta'
chat rooms, midja soċjali, u għodod onlajn oħra ħafna drabi
għandu dimensjoni internazzjonali. It-tip ta' theddid li l-Istati Membri
jiffaċċjaw hu ħafna drabi simili, allura jista' jkun effettiv
kieku tittieħed azzjoni fuq livell ta' UE. Il-Kummissjoni
Ewropea digà qed tappoġġja l-Istati Membri fl-isforzi tagħhom
biex jiġi evitat u miġġieled l-estremiżmu. Fl-2011,
il-Kummissjoni stabbilixxiet in-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar
ir-Radikalizzazzjoni (RAN), li jlaqqa' flimkien iktar minn 700 espert u
prattikant minn madwar l-Ewropa. L-RAN jiġbor kompetenzi u
jiffaċilita l-iskambju ta' ideat dwar suġġetti li jvarjaw
mill-għoti tas-setgħa ta' atturi lokali sal-organizzazzjoni ta'
konferenzi internazzjonali, biex b'hekk iġib flimkien il-kompetenzi fuq
kull livell. Din
il-Komunikazzjoni tistipula kif il-Kummissjoni Ewropea, b'kollaborazzjoni
mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta' Sigurtà (Rappreżentant Għoli) u bl-appoġġ
tal-Koordinatur għal Kontra t-Terroriżmu tal-UE (CTC), tista'
tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex tiġi prevista
r-radikalizzazzjoni. Magħha l-Kummissjoni tirrispondi
għall-konklużjonijiet ta' Ġunju 2013, u tikkontribwixxi
għall-eżerċizzju iktar wiesa' li bih tiġi
aġġornata l-Istrateġija tal-UE Kontra r-Radikalizzazzjoni u
r-Reklutaġġ għat-Terroriżmu. Il-kapitolu segwenti
jiddefinixxi għaxar oqsma fejn L-Istati Membri u l-UE jistgħu
jieħdu aktar azzjoni biex jipprevjenu r-radikalizzazzjoni f'pajjiżhom
u barra minn xtuthom. L-azzjonijiet
ippreżentati f'din il-Komunikazzjoni jirriflettu l-impenn tal-UE sabiex
jiġu żgurati s-sigurtà u r-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet
fundamentali taċ-ċittadini tal-UE, kif minqux fil-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inklużi l-libertà tal-espressjoni u
l-informazzjoni, ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, u r-rispett
għad-diversità lingwistika, kulturali u reliġjuża. 2.
Il-Prevenzjoni tar-Radikalizzazzjoni Il-Kummissjoni,
bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli u s-CTC, u b'input
sinifikanti mill-RAN, identifikat għaxar oqsma li l-Istati Membri u l-UE
jistgħu jikkonsidraw bħala parti mill-isforzi tagħhom biex
tiġi ttrattata r-radikalizzazzjoni f'pajjiżhom u barra minn xtuthom.
Din it-taqsima tinkludi spjegazzjonijiet qosra dwar kif dawn l-ideat
jistgħu jżidu l-valur mal-isforzi tal-Istati Membri biex tiġi
evitata r-radikalizzazzjoni, u tiddefinixxi f'kull każ kif il-Kummissjoni
tista' tappoġġja l-Istati Membri interessati. L-RAN ġabar
kollezzjoni ta' metodi u l-aħjar prattiki minn ġewwa l-UE li
l-Kummissjoni qed tpoġġi onlajn sabiex takkumpanja din
il-Komunikazzjoni. Din il-kollezzjoni tinkludi firxa wiesgħa ta' prattiki
li jindirizzaw aktar l-azzjonijiet proposti f'din il-Komunikazzjoni.[1] L-azzjonijiet
definiti fit-taqsimiet li ġejjin huma intenzjonati li jiġu
implimentati billi jintużaw ir-riżorsi ta' programmi eżistenti
taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. Se jkunu ffinanzjati fi
ħdan il-baġit ippjanat u b'mod konformi mal-objettivi tal-programmi.
F'każ li jkun hemm bżonn iktar riżorsi umani, jerġa'
jiġi mqassam persunal eżistenti. Kull missjoni assenjata lil
aġenzija deċentralizzata taqa' taħt il-mandat kurrenti ta' dik
l-aġenzija u tkun akkomodata taħt ir-riżorsi tagħha
għall-perjodu 2014-2020. L-inizjattivi proposti mhux se jinvolvu kostijiet
addizzjonali għall-baġit tal-UE. 2.1
L-Istati
Membri jibbenefikaw minn strateġiji nazzjonali li qed jiżviluppaw
biex tiġi evitata r-radikalizzazzjoni Għalkemm
it-terroriżmu ma affettwax l-Istati Membri kollha direttament, it-theddida
hija persistenti u l-attakki terroristi huma imprevedibbli. It-terroriżmu
jista' jolqot kullimkien fi kwalunkwe ħin. Huwa għalhekk
kruċjali li naħdmu flimkien biex nagħmlu dak li nistgħu
biex nantiċipaw din it-theddida. Numru ta' Stati
Membri diġà implimentaw miżuri sabiex tiġi evitata
r-radikalizzazzjoni, kemm internament u kemm esternament. Iżda metodi
komprensivi taħt il-fergħa tal-Istrateġija tal-UE ta' Kontra
t-Terroriżmu mmirati biex jindirizzaw r-radikalizzazzjoni u
r-reklutaġġ mhumiex użati ħafna. Ċerti Stati Membri
għandhom metodi bħal dawn, iżda oħrajn m'għandhomx.
L-istrateġiji li jintużaw huma bbażati fuq kooperazzjoni
orizzontali u vertikali bejn il-partijiet ikkonċernati mil-livell lokali
għal-livell internazzjonali. Prevenzjoni effettiva tfisser l-involviment
ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi, ħaddiema f'kuntatt dirett,
servizzi tas-sigurtà u esperti fil-qasam. Dawn l-istrateġiji
jirrikjedu l-bini ta' fiduċja fi ħdan u bejn il-komunitajiet,
il-promozzjoni ta' fehim aħjar tas-sensittivitajiet u l-problemi ta'
xulxin, l-impenn f'taqsimiet differenti tas-soċjetà, u ħafna aktar.
Il-ġabra ta' dawn l-aspetti differenti kollha flimkien tnaqqas ir-riskju
ta' radikalizzazzjoni, u tirriżulta f'ċans akbar li jitwaqqfu
l-proċessi li jwasslu għall-estremiżmu u l-vjolenza. Kif identifikat
mill-RAN, prerekwiżit għal prevenzjoni effettiva hu li aktar Stati
Membri jintroduċu strateġiji biex jipprevjenu l-estremiżmu
vjolenti u t-terroriżmu kemm ġewwa u kemm barra l-UE, ibbażati
fuq l-analiżi u l-ispeċifikazzjonijiet tat-theddid tagħhom
stess. Strateġiji nazzjonali jistgħu jorbtu mal-istrateġija
riveduta tal-UE u jistgħu jikkonsidraw kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
u atturi rilevanti oħra, sabiex jiġu identifikati modi innovattivi
biex jiġu evitati u miġġielda r-radikalizzazzjoni u
l-estremiżmu vjolenti. Il-Kummissjoni,
b'kollaborazzjoni mar-Rappreżentant Għoli u bl-appoġġ
tas-CTC, tista' wkoll tappoġġja l-Istati Membri fl-iżvilupp u
l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tagħhom, tinkoraġġixxi
l-iżvilupp ta' proġetti ġodda, u tiffaċilita
l-kooperazzjoni ġewwa l-UE u lil hinn minnha. 2.2
Il-konsolidazzjoni
ta' għarfien espert dedikat għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni Hemm massa kbira
ta' għarfien espert u l-aħjar prattika ġewwa l-UE u lil hinn
minnha. Dawk li jfasslu l-politika u partijiet oħra interessati fl-Istati
Membri għandu jkollhom aċċess għal din il-bażi tal-għarfien
u jibnu b'mod attiv fuqha. It-twaqqif tal-RAN kien pass lejn dik id-direzzjoni;
id-djalogi strutturati li rawwem għandhom jitkomplew u r-repożitorju
tal-aħjar prattiċi li kien inġabar bħala riżultat
għandu jiġi żviluppat aktar. L-UE għandha tkompli
tgħin biex titqawwa l-kooperazzjoni bejn dawk li jfasslu l-politika,
l-akkademiċi, l-imsieħba privati, u l-fora internazzjonali. Sabiex
jintlaħaq dan, il-Kummissjoni tipproponi li jissaħħaħ
ir-rwol tas-segretarjat tal-RAN u tagħmlu iktar bħala fus
tal-għarfien sal-2015, billi tikkonċentra l-għarfien espert
dedikat biex jiġu evitati u miġġielda r-radikalizzazzjoni
għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti. Barra mir-rwol
loġistiku tiegħu, il-ħidmiet prinċipali jkunu: -
Primarjament
jirrispondi għal rikjesti għal appoġġ minn Stati Membri u l-Kummissjoni
fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw il-proposti dwar il-prevenzjoni
tar-radikalizzazzjoni; -
Ilaqqa'
l-għarfien espert fil-qasam tal-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni,
inkluż il-ġbir flimkien u t-tixrid tal-aħjar prattika, u
jgħin b'mod attiv biex tieħu forma l-aġenda ta' riċerka; -
Iservi
bħala ċentru ta' koordinazzjoni għal inizjattivi ta' prevenzjoni
ġewwa u barra l-UE. Is-segretarjat
tal-RAN se jkun immexxi fuq bażi ta' żmien limitat wara
l-ħruġ ta' tender. 2.3
Allinjament
aħjar tax-xogħol tan-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar
ir-Radikalizzazzjoni mal-bżonnijiet tal-Istati Membri L-RAN kellu
suċċess fl-iżvilupp ta' għodod għall-indirizzar
tal-isfidi tar-radikalizzazzjoni. Ir-repożitorju onlajn tal-aħjar
prattiki huwa eżempju tajjeb ta' dan ix-xogħol. Eżempju
ieħor huwa l-faċilità tat-tagħlim elettroniku li tippermetti
skambju remot ta' informazzjoni u ideat fost membri tan-netwerk. L-RAN beda
wkoll jindirizza fenomeni speċifiċi f'sessjonijiet ta' ħidma u
proġetti dedikati. Riċentement lesta xogħol fuq impenn ma'
ġellieda barranin, billi ffoka fuq il-prevenzjoni, komunikazzjoni,
ir-riabilitazzjoni u r-reintagrazzjoni. Dan huwa suġġett li dejjem
qed isir iktar rilevanti hekk kif il-kunflitt fis-Sirja ma juri l-ebda sinjal
li jbatti. F'Jannar 2013
il-Kummissjoni żammet konferenza ta' livell għoli li fiha esperti
tal-RAN iltaqgħu ma' dawk li jfasslu l-politika mill-Istati Membri biex
jabbozzaw rakkomandazzjonijiet biex jiġi miġġieled
l-estremiżmu vjolenti. Dan kien l-ewwel pass biex tingħalaq id-diskrepanza
bejn l-RAN u dawk li jfasslu l-politika tal-Istati Membri, u l-Kummissjoni se
tkompli taħdem biex tingħalaq din id-diskrepanza. Skont
l-esperjenza miġbura mill-RAN, il-Kummissjoni se: -
Torganizza
konferenza oħra ta' livell għoli f'nofs l-2014; -
Tagħti
struzzjonijiet lill-RAN biex jiffoka fuq l-appoġġ lill-Istati Membri
fl-implimentazzjoni tal-miżuri ssuġġeriti f'din
il-Komunikazzjoni; -
Tilqa'
l-inizjattivi tal-Istati Membri biex joħolqu pjattaformi nazzjonali –
bbażati fuq il-mudell tal-RAN kull fejn ikun xieraq – immirati biex
jipprovdu gwida aktar dettaljata għal dawk li jfasslu l-politika
nazzjonali u lokali u partijiet interessati li mhumiex statutorji; -
Tappoġġja
konferenza dwar ġellieda barranin fis-Sirja li għandha ssir kmieni
fl-2014 u mmexxija mill-RAN. Din il-konferenza se tlaqqa' flimkien
rappreżentanti tas-setturi rilevanti kollha (infurzar tal-liġi, kura
tas-saħħa, eċċ.) mill-ibliet fl-UE fejn ġellieda
barranin qed jikkawżaw l-ikbar tħassib. Prattikanti lokali u esperti
nazzjonali se jaqsmu prattiki u jiskambjaw ideat dwar il-prevenzjoni ta'
ġellieda potenzjali milli jmorru s-Sirja u jimpenjaw ruħhom ma'
ġellieda barranin wara li jirritornaw. 2.4
It-taħriġ
ta' prattikanti biex jipprevjenu r-radikalizzazzjoni Skont
l-esperjenza mill-RAN, atturi lokali għandhom bżonn ikunu
mgħammra b'mod xieraq biex jirrikonoxxu mġieba radikalizzata. Dan
jgħodd speċjalment għal dawk li huma f'kuntatt dirett ma'
individwi f'riskju ta' radikalizzazzjoni. Dawn il-ħaddiema f'kuntatt
dirett jinkludu ħaddiema soċjali, edukaturi, ħaddiema fil-kura
tas-saħħa, pulizija, persunal tal-ħabs, u persunal
tal-probation. Għalkemm dawn il-professjonisti mhumiex kollha persunal
tas-sigurtà, it-taħriġ u l-għarfien tagħhom tal-bżonnijiet
tal-individwi f'riskju jfissru li huma fl-aħjar pożizzjoni biex
jirrikonoxxu dawk l-individwi fil-proċess li jkunu radikalizzati.
Iżda ħaddiema f'kuntatt dirett mhux dejjem ikollhom fehim tajjeb
tal-proċess tar-radikalizzazzjoni jew għarfien ta' kif jirrispondu
għalih. It-taħriġ huwa għalhekk bżonnjuż biex
jgħinhom jirrikonoxxu u jinterpretaw is-sinjali tar-radikalizzazzjoni, u
biex jgħinhom jiġġudikaw jekk intervent ikunx xieraq jew le. Madwar
l-Ewropa, korsjiet u taħriġ diġà ġew żviluppati biex
jitqajmu għarfien u fehim fost ħaddiema li għandhom kuntatt
dirett ma' individwi jew gruppi f'riskju. Iżda kif it-theddida tkompli
tevolvi, qed isir iktar ċar li huwa meħtieġ metodu iktar
komprensiv ġewwa u fost is-setturi. Metodu bħal dan għandu jibni
fuq it-taħriġ eżistenti u jinkorpora l-aktar ħsibijiet
riċenti. Ċerti Stati Membri waqqfu programmi ta' taħriġ
għal varjetà ta' setturi, iżda oħrajn jillimitaw il-programmi
ta' taħriġ tagħhom għall-gruppi destinatarji iktar
tradizzjonali, bħall-persunal ta' nfurzar tal-liġi u l-persunal
tal-ħabs. Xejriet riċenti fir-radikalizzazzjoni jirrikjedu li moduli
ta' taħriġ jiġu estiżi għal setturi oħrajn,
bħas-servizzi soċjali, il-kura tas-saħħa, u l-edukazzjoni. Il-Kummissjoni
se: -
B'kontribut mill-Istati Membri, se tagħti
d-dmir lill-RAN li jwaqqaf programm Ewropew biex "jiġu
mħarrġa dawk li jħarrġu", billi jiġi offrut kemm
taħriġ speċifiku għas-settur u kemm taħriġ
transsettorjali; -
Fejn ikun xieraq, tagħti d-dmir lill-RAN li
jmexxi l-korsijiet ta' taħriġ li tiżviluppa; -
B'appoġġ mill-RAN, taħdem
mal-Kulleġġ tal-Pulizija Ewropew (CEPOL) biex jiġi
żviluppat modulu ta' taħriġ għall-professjonisti
tal-infurzar tal-liġi dwar kif jiġi rikonoxxut u evitat
il-proċess tar-radikalizzazzjoni. 2.5
L-Istati
Membri jibbenefikaw minn "strateġiji ta' ħruġ" biex
jgħinu individwi jħallu warajhom l-estremiżmu vjolenti Anke xi
ħadd li ġie radikalizzat sal-punt tal-estremiżmu vjolenti jew
it-terroriżmu jista' jirrinunzja l-vjolenza u l-ideoloġija
tagħha. "L-Istrateġiji ta' ħruġ" jistgħu
jgħinu r-radikali jiddiżimpenjaw (jirrinunzjaw il-vjolenza mingħajr
ma jċedu l-ideoloġija li mibnija fuqha) u jwaqqfu r-radikalizzazzjoni
(jirrinunzjaw kemm il-vjolenza u kemm l-ideoloġija mibnija fuqha). Dawn
l-istrateġiji jvarjaw fl-ambizzjoni, mill-iskoraġġament
tal-estremisti mill-vjolenza għar-reintegrazzjoni tal-eks radikali
fis-soċjetà. Kull radikali huwa individwu bil-motivazzjonijiet u
r-raġunament tiegħu, għalhekk il-programmi ta' ħruġ
għandhom ikunu mfassla għall-bżonnijiet individwali. L-istrateġiji
ta' ħruġ ġeneralment jiddependu fuq superviżjoni individwali
li tikkonsisti f'appoġġ psikoloġiku u servizz ta' konsulenza.
Dan huwa kombinat ma' appoġġ soċjali u ekonomiku biex tiġi
ffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid. Is-superviżuri jridu
jippossjedu l-kompetenzi professjonali speċifiċi, ikunu
mħarrġa b'mod adegwat, u jkunu appoġġjati minn prattikanti
oħrajn. L-istrateġiji
ta' ħruġ għandhom ikunu nkorporati fil-kuntest soċjetali
iktar wiesa'. Strateġiji bħal dawn għandhom jimpenjaw
ruħhom ma' familji u komunitajiet, li jkunu ħafna drabi fl-aħjar
pożizzjoni biex jikkontribwixxu għad-deradikalizzazzjoni, billi
jinkoraġġixxu d-diskussjoni ta' kwistjonijiet diffiċli, billi
jelenkaw għajnuna mill-komunità aktar wiesgħa, u billi jibqgħu
attenti għal kambjamenti ta' tħassib fl-imġiba. Esperjenzi
mill-RAN urew li awtoritajiet nazzjonali u lokali jistgħu jibbenefikaw
mill-appoġġ ta' impenn akbar ma' familji, billi jgħinuhom jifhmu
u jisfidaw ir-radikalizzazzjoni tal-qraba tagħhom, jew, fejn possibbli,
jipprevjenuha. Servizzi ta' konsulenza, hotlines, u netwerks ta'
appoġġ lokali jistgħu jipprovdu appoġġ kruċjali
f'ċirkostanzi diffiċli. B'metodu
bħal dan, l-istrateġiji ta' żvilupp iridu jkunu diżinjati u
implimentati b'kollaborazzjoni ma' varjetà wiesgħa ta' partijiet
interessati tal-istat u mhux tal-istat. Dan huwa magħruf bħala
l-approċċ ta' aktar minn aġenzija waħda. L-isforzi biex
jiġu promossi l-istrateġiji ta' ħruġ jistgħu
jużaw kollaborazzjoni transsettorjali bejn l-awtoritajiet rilevanti
bħall-pulizija, is-servizzi tal-ħabs u tal-probation, dawk li
jipprovdu s-servizzi soċjali, l-iskejjel, eċċ. Għandhom
jieħdu perspettiva fit-tul, billi jieħdu in konsiderazzjoni fatturi
soċjoekonomiċi moħbija, u billi jkollhom riżorsi dedikati għad-dispożizzjoni
tagħhom. Sabiex
tgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi ta' ħruġ
bħal dawn, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, se
tqabbad l-RAN jiġbor l-informazzjoni u għarfien espert biex
tappoġġjhom, fuq talba tagħhom stess, fl-istabbiliment ta'
programmi effettivi ta' deradikalizzazzjoni u diżimpenn. Appoġġ
bħal dan jinkludi: -
L-organizzazzjoni
ta' gruppi ta' ħidma madwar l-UE mal-Istati Membri biex jiġu
esplorati programmi differenti ta' deradikalizzazzjoni u diżimpenn u biex
jiġu diskussi mekkaniżmi ta' referenza għal familji,
komunitajiet, u ħaddiema b'kuntatt dirett; -
It-twaqqif
ta' taħriġ għal prattikanti lokali li jgħinu individwi
jiddiżimpenjaw u jwaqqfu r-radikalizzazzjoni; -
Il-ħidma,
fuq talba ta' kull Stat Membru, mal-amministrazzjoni ċentrali u
l-awtoritajiet lokali tiegħu biex jiġi appoġġjat it-twaqqif
ta' programmi nazzjonali ta' deradikalizzazzjoni jew diżimpenn. 2.6
Kooperazzjoni
iktar mill-qrib mas-soċjetà ċivili u s-settur privat biex jiġu
indirizzati l-isfidi ffaċċjati onlajn It-teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna
toffri aċċess mingħajr preċedent għall-informazzjoni.
Ir-radikalizzaturi qed jieħdu vantaġġ minn dan billi jużaw
għodod onlajn biex jibgħatu l-messaġġi ta' mibegħda
tagħhom b'mod iktar effettiv minn qatt qabel. Barra minn hekk, l-utenti
tal-internet tal-lum jistgħu jaċċessaw materjal estremist
fil-privatezza tad-djar tagħhom. Barra minn hekk, individwi radikalizzati
jistgħu jikkomunikaw faċilment ma' nies f'riskju ta'
radikalizzazzjoni. Rivisti, bħall-Inspire tal-Al Qaida
fil-Peniżola Għarbija, li hija ppubblikata onlajn, juru stampa mhux
reali tal-ħajja bħala terrorist. Vidjos promozzjonali għal
gruppi bħal Al-Shabab huma faċli biex jinsabu. Anke vidjos
grafiċi li juru atti ta' terroriżmu jistgħu jinsabu fuq
pjattaformi tal-internet tradizzjonali popolari. Jista' jsir aktar sabiex tiġi pprevenuta din
il-propaganda perikoluża milli tipprolifera u tilħaq l-udjenza
destinatarja tagħha, u sabiex tittieħed azzjoni fuqha. L-Istati
Membri u l-fornituri tas-servizz jikkooperaw fuq bażi ad hoc biex
jitneħħa materjal illeċitu, iżda peress li ħafna
websajts estremisti huma bbażati barra l-UE din hija biċċa
xogħol diffiċli. Id-Direttiva dwar Servizzi tal-Midja
Awdjoviżivi diġà tobbliga l-awtoritajiet f'kull pajjiż tal-UE li
jiżguraw li s-servizzi awdjoviżivi ma jkollhomx l-ebda
inċitament għall-mibegħda bbażat fuq razza, sess,
reliġjon jew nazzjonalità. L-azzjonijiet kollha meħuda taħt din
id-Direttiva jridu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inkluż
id-dritt għal-libertà tal-espressjoni. Il-ġlieda kontra l-propaganda estremista
tfisser iktar minn projbizzjoni jew tneħħija ta' kontenut illegali
biss. Irid jinfirex messaġġ pożittiv u ffokat bir-reqqa, u jrid
jinfirex 'il bogħod biżżejjed biex joffri lill-utenti vulnerabbli
tal-internet alternattiva aċċessibbli faċilment
għall-propaganda terrorista. Il-Kummissjoni tinsab lesta li toffri
appoġġ lill-Istati Membri, pajjiżi terzi, is-settur privat,
is-soċjetà ċivili, u l-individwi fl-isforzi tagħhom biex
jinħoloq counter-messaging onlajn u biex kontenut illegali jinżamm
mill-aċċess pubbliku. Sabiex jintlaħaq dan, il-Kummissjoni se
tieħu l-azzjonijiet li ġejjin: -
Twaqqaf
forum b'persuni prinċipali fl-industrija biex jiddiskutu l-kobor
tal-problema, il-passi li qed jieħdu l-partijiet interessati, u
l-opportunitajiet għal kooperazzjoni iktar mill-qrib. Il-parteċipanti
jiddiskutu firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, inklużi l-modi kif
il-pubbliku jsibha iktar faċli jimmarka materjal offensiv jew
potenzjalment illegali, biex jiġi promoss il-ħolqien ta'
kontronarrativi onlajn, u biex isiru disponibbli messaġġi
alternattivi aċċessibbli faċilment li jistimolaw ħsieb
kritiku. Dan il-forum ikollu laqgħat regolari ta' livell għoli u
tekniku, u jirrapporta dwar l-attivitajiet tiegħu; -
Tkompli
tinkoraġġixxi l-gruppi tal-komunità, iċ-ċittadini,
il-vittmi u l-eks estremisti biex jiżviluppaw kontronarrativi. Bħala
parti minn dan l-isforz il-Kummissjoni se tqabbad lill-RAN biex jiżviluppa
kontronarrativi onlajn mingħand eks terroristi u vittmi tat-terroriżmu.
L-għan huwa li tiġi prodotta varjetà ta' vidjos u messaġġi
onlajn li jolqtu n-nies f'riskju. L-ilħiq u l-impatt ta' dawn il-vidjos se
jiġi mkejjel, u għandu jiġi prodott rapport
għall-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-kontronarrativi onlajn
effettivi. 2.7
L-għoti
tas-setgħa lill-vittmi biex jgħin fl-evitatar tar-radikalizzazzjoni Il-vittmi ta'
vjolenza estremista jsofru ħsara kbira u jkollhom bżonn ikunu
appoġġjati fl-irkupru tagħhom. Jekk jingħataw tip ta'
appoġġ tajjeb, jistgħu jagħżlu li jitkellmu kontra
l-estremiżmu vjolenti u t-terroriżmu. Preċiżament għax
is-sofferenza tagħhom hija daqshekk personali u diretta, huma xhieda
kredibbli għall-aħħar, u l-impatt tagħhom huwa akbar minn
dak li kwalunkwe organizzazzjoni statutorja tista' tispera li tilħaq.
Jistgħu jġibu lura d-dar il-konsegwenzi veri tat-terroriżmu u
l-estremiżmu vjolenti u jifformaw bilanċ iktar effettiv
għall-propaganda unilaterali tal-estremisti. Il-Kummissjoni
hija impenjata li tgħin il-vittmi tat-terroriżmu u l-vjolenza
estremista, u se: -
Tkompli
ssaħħaħ id-drittijiet tal-vittmi u tappoġġja l-gruppi
u n-netwerks, kemm ġewwa l-UE u lil hinn minnha; -
Tiffinanzja
proġetti li jippermettu l-vittmi jgħidu l-istejjer tagħhom, kemm
bħala parti mill-irkupru tagħhom u kemm bħala parti mill-isforz
biex jinħolqu kontronarrativi ġodda; -
Iżżid
l-għarfien pubbliku dwar is-sitwazzjoni tal-vittmi billi tikkommemora Jum
il-Vittmi fil-11 ta' Marzu kull sena, u billi twaqqaf wirjiet iddedikati
għall-istejjer tal-vittmi. 2.8
Jista'
jsir aktar biex iż-żgħażagħ jiġu
mħeġġa jaħsbu b'mod kritiku dwar il-messaġġi
estremisti In-nies
jiġu influwenzati l-aktar fl-adolexxenza u kmieni fil-ħajja adulta, u
ħafna mill-valuri u l-attitudnijiet li jiżviluppaw f'dan l-istadju
jibqgħu magħhom għall-maġġoranza ta' ħajjithom.
Għalhekk mhux sorprendenti, li dawk l-iktar f'riskju minn propaganda
radikali huma adolexxenti u adulti żgħażagħ. Fil-passat,
l-aċċess għal materjal estrem seta' jiġi kkontrollat
aħjar minn ġenituri, għalliema, u mexxejja tal-komunità.
Madankollu, b'teknoloġiji ġodda u l-firxa ta' dan il-materjal, dan
m'għadux il-każ. Iż-żgħażagħ
ħafna drabi jużaw l-internet waħedhom, meta ma jkun hemm
ħadd jikkritika l-materjal ħażin. Dan iżid il-periklu li
l-messaġġ jieħu l-ħajja u jwassal iż-żgħażagħ
għall-vjolenza. Iżda hekk kif iż-żgħażagħ
jistgħu jkunu esposti għal materjal dannuż onlajn, hekk ukoll
jistgħu jsibu kontronarrativi pożittivi. Hemm bżonn li
jittieħdu passi biex iż-żgħażagħ jiġu
nkuraġġuti ma jibqgħux passivi iżda jaħsbu b'mod
kritiku, biex jisfidaw l-opinjonijiet estremisti u jagħżlu fosthom.
L-RAN identifika djalogu interkulturali u skambji personali bejn
iż-żgħażagħ bħala metodu prinċipali biex
tinbena reżiljenza għall-propaganda estremista. Impenn ċiviku u
parteċipazzjoni fil-komunitajiet jgħinu wkoll fil-bini ta'
attitudnijiet pożittivi. L-RAN
għaraf li l-edukazzjoni, it-taħriġ, u s-setturi tax-xogħol
taż-żgħażagħ ħafna drabi jkunu fl-aħjar
pożizzjoni biex jgħinu ż-żgħażagħ
jiżviluppaw ħiliet ta' ħsieb kritiku. Sabiex jitkabbar l-impatt
tal-isforzi ta' kontra r-radikalizzazzjoni, dawk li jfasslu l-politika
tal-Istati Membri fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-attivitajiet
għaż-żgħażagħ informali, u s-sigurtà jistgħu
jikkooperaw iktar mill-viċin biex jiġu żviluppati programmi
iktar effettivi. Sabiex
jintlaħaq dan, il-Kummissjoni se tieħu l-azzjonijiet li ġejjin: -
Tappoġġja
l-Istati Membri billi tidentifika u tqassam programmi ddisinjati biex jitrawmu
ħiliet ta' ħsieb kritiku. L-espożizzjoni ta' difetti fi
propaganda estremista u terrorista tinkoraġġixxi
ż-żgħażagħ jisfidaw l-opinjonijiet li din il-propaganda
tippreżenta. L-attività tal-Kummissjoni dwar il-litteriżmu medjatiku
ġewwa l-Programm Ewropa Kreattiva toffri l-Istati Membri u l-esperti modi
kif jiżviluppaw għodod effettivi f'dan il-qasam; -
Tuża
Erasmus+, il-programm ta' finanzjament tal-UE għal kooperazzjoni
fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ, u
l-isport biex toffri opportunitajiet sostanzjali fl-2014-2020
għall-mobilità tal-istudenti u l-għalliema u biex tappoġġja
sħubiji bejn partijiet interessati. Dan iżid il-livelli ta'
ħiliet, ikabbar il-kwalità tat-tgħalim, jimmodernizza l-edukazzjoni u
s-sistemi ta' taħriġ u fl-aħħar mill-aħħar
jgħin liż-żgħażagħ fl-iżvilupp
tar-reżiljenza tagħhom għal opinjonijiet estremisti; -
Tappoġġja
gruppi lokali u tal-komunità li jaħdmu ma' eks estremisti vjolenti u
mal-vittmi tal-vjolenza biex turi ż-żgħażagħ li hemm
naħa oħra tal-istorja. Il-Kummissjoni se tqabbad ukoll lill-RAN
bit-twaqqif ta' ġabra ta' prattikanti, vittmi tat-terroriżmu, u eks
terroristi għall-benefiċċju ta' skejjel interessati fl-indirizzar
ta' dawn il-kwistjonijiet b'mod iktar dettaljat. 2.9
Għandha
titwettaq iktar riċerka fix-xejriet tar-radikalizzazzjoni u l-evalwazzjoni
ta' prattiki eżistenti Ma nistgħux
niżviluppaw reazzjoni immirata tajjeb għal sfidi emerġenti ta'
estremiżmu vjolenti sakemm ma nifhmux x'imexxi l-proċess.
Riċerka mwettqa fuq livell ta' UE tista' żżid mal-valur meta
l-għan tagħha jkun li titraċċa u tanalizza xejriet
wiesgħin fir-radikalizzazzjoni. Il-Kummissjoni bħalissa qed
tiffinanzja riċerka fil-motivazzjonijiet ta' atturi solitarji u
għalfejn iduru għall-vjolenza, iċ-ċaqliq minn moderazzjoni
għal estremiżmu vjolenti, u l-ħolqien ta' gwida
għall-evalwazzjoni tal-impatt ta' programmi li jindirizzaw
r-radikalizzazzjoni. Hemm bżonn ta' iktar riċerka biex nifhmu kif u
għalfejn in-nies jirradikalizzaw jew jidderadikalizzaw. Din
ir-riċerka għandha tindirizza r-rwoli tal-ideoloġija, tekniki
ġodda ta' reklutaġġ fuq l-internet, u mudelli. Biex
tappoġġja iktar riċerka l-Kummissjoni se: -
Tuża
l-programm Orizzont 2020 biex tiffinanzja riċerka f'Soċjetajiet
Siguri, sforz kollaborattiv li jinkludi riċerka fir-radikalizzazzjoni u
r-reklutaġġ; -
Tuża
s-sorsi ta' fondi Reżilienza għad-Diżastri u Ġlieda kontra
l-Kriminalita u t-Terroriżmu (li fil-futur se jkun Fond għas-Sigurtà
Interna) biex tiġi ffinanzjata iktar riċerka dwar modi biex tiġi
indirizzata r-radikalizzazzjoni. -
Taħdem
ma' persuni li jfasslu l-politika nazzjonali, l-RAN, u r-riċerkaturi, biex
tiżgura li r-riċerka tibqa' mmirata. 2.10
Ħidma
iktar mill-qrib ma' pajjiżi msieħba biex tiġi evitata u
miġġielda r-radikalizzazzjoni kemm ġewwa u kemm barra l-UE Flimkien ma'
azzjonijiet meħuda internament, l-UE u l-Istati Membri tagħha
għandhom jippromwovu inizjattivi f'pajjiżi terzi, b'enfasi
partikolari fuq pajjiżi fraġli jew affettwati minn kunflitt,
pajjiżi fi tranżizzjoni jew dawk karatterizzati minn governanza
dgħajfa. Il-vulnerabbilità għar-radikalizzazzjoni ma tiqafx
fil-fruntieri tal-UE; huwa magħruf sew li l-proċess
tar-radikalizzazzjoni jiġri wkoll barra mill-Unjoni, f'kampijiet ta'
taħriġ tat-terroriżmu u f'żoni ta' kunflitt. Għalhekk,
flimkien ma' dawn il-miżuri interni, l-UE u l-Istati Membri tagħha
għandhom jinkoraġġixxu pajjiżi msieħba biex
jieħdu miżuri tagħhom stess. Peress
li hemm konnezzjoni ċara bejn dimensjonijiet interni u esterni,
il-Kummissjoni se taħdem iktar mill-viċin mar-Rappreżentant
Għoli u s-CTC biex tiżgura li l-aspetti interni u esterni
tar-reazzjoni Ewropew dwar il-Prevenzjoni tar-Radikalizzazzjoni huma allineati
sew. Dawn l-aspetti għandhom bżonn jindirizzaw il-prioritajiet
it-tajba u jkunu nformati sew minn analiżi tar-riskju meħuda jew
għodod ta' valutazzjoni tal-kunflitt oħrajn użati f'pajjiżi
terzi. Fl-istess ħin, trid tingħata attenzjoni speċjali
lid-dimensjonijiet transnazzjonali u transkontinentali tal-programmi u
l-proġetti li jindirizzaw ir-radikalizzazzjoni. Għal
dan l-għan, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli se
jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin: -
Iżidu l-isforzi ta' bini ta' kapaċità
esterni li jiffokaw fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni
u jkunu ċerti li dan ix-xogħol huwa integrat fil-pjanijiet ta'
azzjoni u fid-djalogi politiċi bejn l-UE u l-pajjiżi msieħba
tagħha. Xogħol estern imwettaq biex tiġi evitata
r-radikalizzazzjoni sar komponent dejjem iktar importanti tal-kooperazzjoni ta'
kontra t-terroriżmu tal-UE, u huwa ppjanat iktar investiment f'dan
il-qasam, speċjalment taħt l-Istrument għall-Istabbiltà. L-UE se
tappoġġja proġetti dwar il-Ġlieda Kontra l-Estremiżmu
Vjolenti (CVE) fil-Qarn tal-Afrika u fl-Asja tan-Nofsinhar. Huwa ppjanat
iffinanzjar addizzjonali għal dawn l-attivitajiet fl-Afrika tal-Punent.
L-UE timmira wkoll li tniedi proġetti permezz taċ-Ċentru
Internazzjonali ta' Eċċellenza għall-Ġlieda Kontra
l-Estremiżmu Vjolenti f'Abu Dhabi (iċ-Ċentru Hedaya) biex
tiżviluppa, fost affarijiet oħra, programmi ta' taħriġ
interni biex taqsam ħiliet speċifiċi għas-settur ma'
prattikanti f'kuntatt dirett f'pajjiżi msieħba; -
Tenfasizza r-rabtiet bejn programmi ta' edukazzjoni
u sigurtà ffinanzjati permezz ta' strumenti ta' assistenza esterni biex it-tfal
u ż-żgħażagħ f'pajjiżi terzi jiġu
mħeġġa jiżviluppaw ħsieb kritiku mill-istadji bikrija
tal-edukazzjoni tagħhom u għalhekk iżżommhom milli jsiru
vittmi tar-radikalizzazzjoni, il-vjolenza estremista jew it-terroriżmu; -
Tappoġġja l-midja bħala attur
prinċipali biex jissaħħaħ id-djalogu ma' organizzazzjoniet
tas-soċjetà ċivili, awtoritajiet lokali, atturi tas-settur privat,
akkademiċi, organizzazzjonijiet reġjonali jew internazzjonali
f'pajjiżi terzi fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni;
-
Tgħin fit-tiswir tal-Fond Globali
għall-Impenn u r-Reżilienza tal-Komunità riċentement imniedi
mill-Forum Globali Kontra t-Terroriżmu. Dan il-Fond jappoġġja
inizjattivi ta' kontra r-radikalizzazzjoni fuq livell lokali u jopera
parzjalment ma' riżorsi privati; -
Tinkorpora strateġiji biex tiġi evitata
r-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti f'għodod u strumenti ta'
kooperazzjoni ta' żvilupp tradizzjonali, partikolarment fi stati
fraġli bit-tendenza għal estremiżmu vjolenti; -
Tistabbilixxi netwerks esterni biex tippromwovi
strateġiji preventivi bejn delegazzjonijiet tal-UE u ambaxxati tal-Istati
Membri tal-UE f'reġjuni ta' priorità, u tiżgura li d-delegazzjonijiet
jistgħu jidentifikaw opportunitajiet biex jappoġġjaw impenn
tas-soċjetà ċivili u proġetti tas-CVE. Il-Kummissjoni u
r-Rappreżentant Għoli se jappoġġjaw ukoll delegazzjonijiet
tal-UE biex jistħarrġu attitudnijiet lejn l-UE u jivvalutaw kif
il-messaġġi tal-UE qed jiġu rċevuti f'pajjiżi ta'
priorità. 3. It-Triq ’il Quddiem Din
il-Komunikazzjoni identifikat azzjonijiet li l-Istati Membri u l-UE
jistgħu jieħdu biex jevitaw u jiġġieldu r-radikalizzazzjoni
b'mod iktar effettiv. Il-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni mar-Rappreżentant
Għoli u bl-appoġġ tal-Koordinatur għal Kontra
t-Terroriżmu, toffri lill-Istati Membri għodod u appoġġ
għax-xogħol tagħhom. Din
il-Komunikazzjoni hija maħsuba wkoll biex iddaħħal
il-viżjonijiet tal-Kummissjoni għar-reviżjoni
tal-Istrateġija biex jiġu Miġġielda r-Radikalizzazzjoni u
r-Reklutaġġ għat Terroriżmu tal-UE, li għandha
tiġi mibdija fl-2014. Il-Kummissjoni,
b'ħidma mar-Rappreżentant Għoli u l-Koordinatur għal Kontra
t-Terroriżmu, se tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni
tal-azzjonijiet differenti li jinsabu f'din il-Komunikazzjoni lejn
l-aħħar tal-2015. *** [1] http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/networks/radicalisation_awareness_network/index_en.htm.