Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0037

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-GATT tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-UE (12213/2012 – C7-0409/2012 – 2012/0167(NLE))

    ĠU C 24, 22.1.2016, p. 118–118 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/118


    P7_TA(2013)0037

    Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-GATT tal-1994: modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-UE ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-GATT tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-UE (12213/2012 – C7-0409/2012 – 2012/0167(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2016/C 024/19)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12213/2012),

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (12214/2012),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0409/2012),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0430/2012),

    1.

    Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerika.


    Top