This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012SA0018
Special Report No 18/2012 ‘European Union assistance to Kosovo related to the rule of law’
Ir-Rapport Speċjali Nru 18/2012 “L-Assistenza tal-Unjoni Ewropea lill-Kosovo relatata mal-istat tad-dritt”
Ir-Rapport Speċjali Nru 18/2012 “L-Assistenza tal-Unjoni Ewropea lill-Kosovo relatata mal-istat tad-dritt”
Ir-Rapport Speċjali Nru 18/2012 “L-Assistenza tal-Unjoni Ewropea lill-Kosovo relatata mal-istat tad-dritt”
ABBREVJAZZJONIJIET CONOPS : Kunċett tal-Operazzjonijiet CPCC : Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija EULEX : Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo EUO : Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo ICO : Uffiċċju Ċivili Internazzjonali IfS : Strument għall-Istabbiltà IPA : Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni JRCB : Bord Konġunt ta’ Koordinazzjoni dwar l-Istat tad-Dritt KFOR : Forza tal-Kosovo KPS : Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà tal-Kunsill MIK : Monitoraġġ, Iggwidar u Konsulenza MIPD : Dokument Indikattiv ta’ Ppjanar Multiannwali NATO : L-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana OECD : L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi OPDAT : Uffiċċju għall-Iżvilupp, l-Assistenza u t-Taħriġ tal-Prosekuzzjoni extra-Ewropej OPLAN : Pjan Operattiv PPO : Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku PSDK : Il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni RSUE : Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea SEAE : Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna UNMIK : Missjoni Temporanja ta' Amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo SOMMARJU EŻEKUTTIV I. L-Unjoni Ewropea (UE) qed tipprovdi assistenza kbira għall-istat tad-dritt fil-Kosovo [1]. B’mod partikolari mill-2008 hija skjerat dik li s’issa hi l-akbar missjoni tagħha ta’ Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) fil-forma tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt ("EULEX"). L-EULEX kellha madwar 2500 impjegat jaħdmu fuq il-bini tal-kapaċità u jwettqu xi funzjonijiet eżekuttivi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea kienet qed tamministra proġetti relatati mal-istat tad-dritt, ukoll iffukati prinċipalment fuq il-bini tal-kapaċità, iffinanzjati mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA). Mill-2007 sal-2011, il-perjodu kopert mill-verifika, il-baġit tal-UE ffinanzja EUR 680 miljun b’appoġġ għall-istat tad-dritt. II. Il-verifika indirizzat il-kwistjoni dwar jekk l-assistenza tal-UE lill-Kosovo fil-qasam tal-istat tad-dritt hijiex effettiva. Biex twettaq dan, il-Qorti vvalutat jekk l-assistenza hijiex qed tikseb ir-riżultati intenzjonati tagħha u x’kien l-impatt tagħha fuq il-progress kumplessiv fl-oqsma differenti tal-istat tad-dritt (il-pulizija, il-ġustizzja, id-dwana, il-ħidma kontra l-korruzzjoni). Eżaminat ukoll il-ġestjoni tal-assistenza, partikolarment fir-rigward tal-koordinazzjoni u l-ġestjoni tal-EULEX. Il-verifika inkludiet kampjun ta’ 17-il intervent tal-UE fil-Kosovo. III. Il-verifika sabet li l-assistenza tal-UE lill-Kosovo fil-qasam tal-istat tad-dritt ma kinitx effettiva biżżejjed. Uħud mill-objettivi tal-interventi individwali ntlaħqu, għalkemm spiss kien hemm dewmien u dubji dwar is-sostenibbiltà tar-riżultati. Madankollu, il-progress kumplessiv fit-titjib tal-istat tad-dritt għaddej bil-mod, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, l-aktar fit-Tramuntana tal-Kosovo. IV. L-ewwel nett, l-effettività limitata tal-assistenza tal-UE tista’ tiġi spjegata miċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-Kosovo. Madankollu, il-verifika sabet li kien hemm oqsma sinifikanti fejn ġestjoni aħjar min-naħa tas-SEAE u l-Kummissjoni setgħet wasslet sabiex l-assistenza tal-UE ssir aktar effettiva. V. L-effettività tal-assistenza tal-UE ġiet imfixkla minħabba objettivi li mhumiex definiti b’mod ċar biżżejjed kif ukoll minħabba sfidi kbar ta’ koordinazzjoni għall-operazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-EULEX. Barra minn hekk, l-EULEX ġarrbet restrizzjonijiet ta’ persunal. Filwaqt li l-proġetti tal-Kummissjoni kienu ġeneralment ġestiti b’mod adegwat, is-SEAE u l-Kummissjoni setgħu għamlu aktar użu mid-djalogu dwar il-politiki u l-kundizzjonalità sabiex isaħħu l-istat tad-dritt. VI. Il-Qorti tirrakkomanda li: - Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-objettivi tal-istat tad-dritt għall-Kosovo jkunu marbuta ma’ punti ta’ riferiment konkreti li abbażi tagħhom jista’ jiġi vvalutat il-progress u jiġu kkunsidrati l-objettivi tas-sigurtà interna tal-UE. - Sabiex itejbu l-koordinazzjoni tagħhom, is-SEAE u l-Kummissjoni għandhom janalizzaw il-proċeduri ta’ pprogrammar u ta’ akkwist tal-Kummissjoni biex jiżguraw li dawn jirrispondu għall-ħtiġijiet operazzjonali tal-EULEX, u jippreparaw strateġija ta’ ħruġ għall-EULEX li tkun tinvolvi li l-Kummissjoni tieħu f’idejha l-funzjonijiet tal-bini ta’ kapaċità tal-EULEX. - Is-SEAE għandu jaħdem mal-Istati Membri biex jiżgura li l-missjonijiet futuri tal-PSDK joperaw bl-għadd sħiħ awtorizzat ta’ persunal u li jiġu skjerati għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ u li jkollhom il-ħiliet xierqa biex ikunu effettivi. - Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-missjonijiet futuri tal-PSDK ikollhom personalità ġuridika. - Is-SEAE u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-persunal fl-Uffiċċju tal-UE ġewwa Pristina għall-ġestjoni tal-appoġġ tal-istat tad-dritt tkun tirrifletti l-prijorità għolja mogħtija mill-UE lil dan il-qasam. - Il-Kunsill, is-SEAE u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li d-djalogi dwar il-politiki tagħhom mal-Kosovo jkunu jiffukaw partikolarment fuq it-tisħiħ tal-istat tad-dritt u jkunu marbuta ma’ inċentivi u kundizzjonijiet ta’ prijorità. INTRODUZZJONI SFOND 1. F’dik li kienet il-Jugoslavja, il-Kosovo kienet provinċja awtonoma fir-Repubblika tas-Serbja, waħda mis-sitt repubbliki li oriġinarjament kienu jiffurmaw il-pajjiż [2]. Kellha maġġoranza etnika Albaniża iżda b’minoranza Serba sinifikanti. Wara riforma kostituzzjonali fl-1974, il-Kosovo ngħatat aktar awtonomija, li wasslet biex ikollha l-amministrazzjoni, l-assemblea, u l-ġudikatura tagħha stess. Matul is-snin tmenin it-tensjonijiet etniċi żdiedu u fl-1989 l-awtonomija tal-Kosovo ġiet revokata mill-Gvern Serb nazzjonalista mmexxi minn Slobodan Milošević. 2. Is-snin disgħin raw id-diżintegrazzjoni tal-Jugoslavja u, fil-Kosovo, ir-ripressjoni dejjem tikber mill-Gvern Serb wasslet biex faqqgħet gwerrilja mmexxija mill-Armata tal-Liberazzjoni tal-Kosovo u tkissir sħiħ fl-istat tad-dritt. Huwa stmat li bejn l-1997 u Ġunju 1999 inqatlu 10000 Albaniż tal-Kosovo. Bħala reazzjoni għas-sitwazzjoni li kienet qed tiddeterjora b’rata mgħaġġla, l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) ibbumbardjat is-Serbja u l-forzi armati tas-Serbja fil-Kosovo sabiex tkeċċi lil dawn tal-aħħar mill-Kosovo. 3. F'Ġunju 1999, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) adotta r-Riżoluzzjoni 1244/99 li stabbilixxiet Missjoni Temporanja ta' Amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK) biex tissostitwixxi l-Gvern tas-Serbja. Il-Kunsill ta mandat lill-UNMIK biex twettaq l-aspetti kollha tal-amministrazzjoni ċivili, tistabbilixxi istituzzjonijiet demokratiċi u toħloq il-bażi biex eventwalment jiġi riżolt l-istatus tal-Kosovo [3]. Il-kompitu immedjat tal-UNMIK flimkien mal-Forza tal-Kosovo (KFOR) immexxija min-NATO kien li jiġu stabbiliti l-liġi u l-ordni billi jintemmu l-vjolenza u r-ripressjoni u billi jiġi permess ir-ritorn sikur tar-refuġjati kollha. 4. Mill-2003, taħt qafas kostituzzjonali stabbilit mill-UNMIK, l-istrutturi tal-hekk imsejħa "Istituzzjonijiet Provviżorji tal-Gvern Awtonomu" bdew jevolvu bil-mod. Filwaqt li l-UNMIK żammet l-awtorità finali, sar trasferiment gradwali ta’ setgħa mill-UNMIK għall-istituzzjonijiet tal-Kosovo. 5. Wara negozjati matul il-perjodu 2005-07, il-Mibgħut Speċjali tan-NU, Martti Ahtisaari, ippropona "indipendenza sorveljata" għall-Kosovo. Filwaqt li din il-proposta ma ġietx approvata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, żewġ partijiet ewlenin tal-proposta ta’ Ahtisaari kienu madankollu implementati sussegwentement: (a) Il-Kunsill tal-Ministri tal-UE stabbilixxa missjoni ta’ Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK), il-"Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo" (EULEX), sabiex ikun hemm monitoraġġ, iggwidar u konsulenza dwar l-oqsma kollha relatati mal-istat tad-dritt u sabiex jitwettqu ċerti funzjonijiet eżekuttivi. (b) Grupp ta’ stati favur l-indipendenza tal-Kosovo, il-Grupp ta’ Tmexxija Internazzjonali, stabbilixxa Uffiċċju Ċivili Internazzjonali (ICO) sabiex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-proposta. Il-Kap tal-ICO għandu l-awtorità li jannulla deċiżjonijiet jew liġijiet adottati mill-awtoritajiet tal-Kosovo u li jissanzjona jew ineħħi uffiċjali pubbliċi. 6. Il-Kosovo ddikjara b’mod unilaterali l-indipendenza mis-Serbja fi Frar 2008, iżda dan il-pass ma ġiex segwit minn rikonoxximent universali tal-Kosovo [4]. Ħames Stati Membri tal-UE ma rrikonoxxewx l-indipendenza tal-Kosovo [5] u dan wassal sabiex l-UE tadotta dik li hi msejħa pożizzjoni ta’ "status newtrali" [6]. Madankollu, l-Istati Membri kollha qablu li l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi finanzjament sostanzjali lill-Kosovo bil-għan li tiġi żgurata l-istabbiltà tal-Kosovo, tar-reġjun aktar wiesgħa tal-Balkani tal-Punent u tal-Ewropa kollha kemm hi [7]. 7. Il-Kosovo jibbenefika minn assistenza finanzjarja mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) u huwa kkunsidrat mill-Kummissjoni bħala kandidat potenzjali bl-iskop li jirċievi din l-assistenza [8]. Sa mill-2010 huwa ħa sehem fl-istess mekkaniżmu ta’ djalogu l-"Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni" (PSA) mal-Kummissjoni bħall-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali oħra fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent. 8. Is-Serbja ċaħdet l-indipendenza tal-Kosovo u ħafna Serbi etniċi fit-Tramuntana tal-Kosovo jixtiequ jibqgħu parti mis-Serbja [9]. L-UE qed tiffaċilita djalogu dirett bejn il-Kosovo u s-Serbja sabiex ittejjeb ir-relazzjonijiet ta’ bejniethom (l-hekk imsejjaħ "Djalogu Pristina-Belgrad"). F’Marzu 2012 il-Kunsill Ewropew ta lis-Serbja l-istatus ta’ pajjiż kandidat biex tingħaqad mal-UE u l-Kummissjoni sussegwentement ipproponiet emenda fir-Regolament tal-IPA sabiex is-Serbja tiġi trasferita mil-lista tal-pajjiżi kandidati potenzjali għal-lista tal-pajjiżi kandidati. 9. Ix-xewqa għall-indipendenza u r-rikonoxximent internazzjonali sussegwenti ddominaw l-aġenda kumplessiva tal-awtoritajiet tal-Kosovo. Iżda l-Kosovo għandu quddiemu sfidi ewlenin oħra, l-aktar il-faqar u l-kriminalità. Il-PDG tiegħu per capita ta’ EUR 2383 biss huwa l-aktar wieħed baxx fl-Ewropa [10]. Il-kollass tal-istat tad-dritt fis-snin disgħin ħoloq vakwu li ġie sfruttat mill-kriminalità organizzata kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-Kosovo. Fl-istess ħin, il-klijenteliżmu prevalenti fis-soċjetà kollha tal-Kosovo u r-rikors tradizzjonali għal liġi konswetudinarja bbażata fuq il-klann ifixklu l-bini tal-istat tad-dritt. 10. It-tisħiħ tal-istat tad-dritt fil-Kosovo huwa ġeneralment meqjus bħala prerekwiżit għall-iżvilupp ekonomiku. Minħabba n-natura internazzjonali tal-kriminalità organizzata, it-tisħiħ tal-istat tad-dritt fil-Kosovo huwa importanti wkoll għas-sigurtà interna tal-UE. 11. F’Jannar 2012 l-awtoritajiet tal-Kosovo ħabbru x-xewqa tagħhom li jtemmu l-indipendenza sorveljata sal-aħħar tas-sena. Fl-10 ta’ Settembru l-Assemblea tal-Kosovo adottat emendi kostituzzjonali f’dan is-sens, li temmew ir-rwol ta’ sorveljanza eżerċitat mill-ICO. Fl-istess waqt, l-awtoritajiet tal-Kosovo ġeddew l-istedina tagħhom lill-EULEX biex din twettaq il-funzjonjiet eżekuttivi tagħha sa tmiem il-mandat attwali tagħha f’Ġunju 2014. ASSISTENZA FINANZJARJA TAL-UE 12. Matul l-aħħar għaxar snin, il-komunità internazzjonali investiet riżorsi kbar fl-assistenza għaż-żamma tal-paċi, ir-rikostruzzjoni, il-bini ta’ istituzzjonijiet, l-iżvilupp ekonomiku u l-istat tad-dritt għall-Kosovo. Matul il-perjodu 1999-2007, il-Kosovo rċieva EUR 3,5 biljun f’assistenza minn donaturi, li żewġ terzi minnha ġew mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Istati Membri tal-UE. Konferenza tad-Donaturi fl-2008 rahnet EUR 1,2 biljun addizzjonali għall-perjodu 2009-11, inklużi EUR 508 miljun mill-Kummissjoni. B’mod kumplessiv, il-Kosovo huwa "l-akbar benefiċjarju per capita tal-assistenza tal-UE fid-dinja kollha" [11]. 13. Fil-perjodu 2007-11, aktar minn nofs l-assistenza tal-UE ġiet allokata għall-istat tad-dritt fil-Kosovo, l-aktar permezz tal-missjoni PSDK [12] iżda wkoll permezz tal-IPA (ara t-Tabella 1). 14. L-EULEX hija l-akbar operazzjoni ta’ maniġġar ta’ kriżi li qatt tvarat mill-UE. L-għan ċentrali tagħha huwa li tgħin lill-awtoritajiet tal-Kosovo biex isaħħu l-istat tad-dritt, speċifikament fl-oqsma tal-pulizija, tal-ġudikatura u tad-dwana (ara wkoll il-paragrafu 68). Hija ffinanzjata mill-baġit tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) tal-UE, bil-finanzjament implimentat permezz ta’ kuntratt bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kap tal-Missjoni tal-EULEX, li huwa personalment responsabbli għall-baġit tal-EULEX. Sa Ġunju 2012, l-UE kienet impenjat EUR 614-il miljun mill-Baġit Ġenerali tal-UE biex tappoġġja lill-EULEX [13]. Fl-aħħar tal-2011, l-EULEX kellha 2539 membru tal-persunal inklużi 1087 membru tal-persunal li kienu ġew issekondati, l-aktar mill-Istati Membri. F’analiżi strateġika tal-EULEX, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ippropona li jinżammu xi funzjonijiet eżekuttivi u li jiġi estiż il-mandat tagħha sa Ġunju 2014, u dan qabel miegħu l-Kunsill [14]. 15. L-IPA iffinanzja proġetti fl-oqsma tal-pulizija, tal-ġustizzja u tad-dwana, kif ukoll proġetti speċifiċi kontra l-korruzzjoni għal total ta’ EUR 92,47 miljun matul il-perjodu 2007-11. TABELLA 1 L-ASSISTENZA TAL-UE LILL-ISTAT TAD-DRITT 2007-11 (IMPENJI F’EUR MILJUN [1111]) Sors: Il-Kummissjoni Ewropea (analizzat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri). Strument | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | Total | EULEX (inkluż il-Grupp tal-Ippjanar) (linja baġitarja attwali: 19.03.01.02) | 76,50 | 120,00 | 121,22 | 120,75 | 144,00 | 582,47 | Stat tad-dritt usa’ tal-IPA [2222](22.02.02 u 22.02.04.01) | 9,30 | 44,52 | 12,05 | 14,20 | 12,40 | 92,47 | Strument għall-Istabbiltà (IfS) (19.06.01.01) | 0,00 | 5,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 5,00 | Assistenza totali tal-UE lill-istat tad-dritt usa’ | 85,80 | 169,52 | 133,27 | 134,95 | 156,40 | 679,94 | Assistenza totali tal-UE lill-Kosovo | 231,70 | 331,10 | 238,22 | 198,95 | 212,70 | 1212,67 | Assistenza totali lill-istat tad-dritt bħala % tal-assistenza totali tal-UE | 37 % | 51 % | 56 % | 68 % | 74 % | 56 % | 16. Is-servizz tal-Kummissjoni li għandu r-responsabbiltà ewlenija li jieħu ħsieb il-Kosovo huwa d-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir. Id-Direttorat huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-IPA li huwa s-sors ewlieni ta’ finanzjament għal proġetti ta’ assistenza fil-Kosovo. L-EULEX hija mmexxija mill-kmandant Ċivili tal-Operazzjonijiet, li huwa d-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC), li hija bbażata fi Brussell u tifforma parti mis-SEAE. Huwa jaqa’ taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà tal-Kunsill (KPS). L-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea (EUO) jiġġestixxi l-implimentazzjoni tal-assistenza tal-IPA u minn Frar 2012 il-Kap tiegħu jservi wkoll bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo (ara l-paragrafu 78). AMBITU U APPROĊĊ TA’ VERIFIKA 17. Ir-rapport jindirizza l-mistoqsija kumplessiva: "L-assistenza tal-UE lill-Kosovo fil-qasam tal-istat tad-dritt hija assistenza effettiva?" L-ewwel parti tar-rapport jiffoka fuq jekk l-assistenza tal-UE kisbitx ir-riżultati intenzjonati tagħha u x’kien l-impatt tagħha fuq il-progress kumplessiv fl-oqsma differenti tal-istat tad-dritt (il-pulizija, il-ġustizzja, id-dwana, il-ħidma kontra l-korruzzjoni). It-tieni parti tar-rapport tidentifika oqsma fejn titjib fil-ġestjoni tal-assistenza tal-UE jista’ jwassal għal aktar effettività fl-assistenza, b’mod partikolari: (a) ċarezza ta’ objettivi; (b) koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, u ma’ donaturi oħrajn u l-awtoritajiet tal-Kosovo; (c) il-ġestjoni tal-EULEX; (d) il-ġestjoni ta’ proġetti ta’ assistenza; (e) id-djalogu dwar il-politiki u l-kundizzjonalità. 18. Il-verifika kienet tinvolvi analiżi dokumentarja, intervisti u tliet żjarat tal-verifika fuq il-post fil-Kosovo fl-2011 u l-2012. Il-Qorti eżaminat kampjun ta’ 8 proġetti tal-IPA magħżula mill-20 proġett tal-IPA dwar l-istat tad-dritt li għalihom l-UE impenjat il-finanzjament bejn l-2007-10 u li ġew implimentati matul il-perjodu 2008-11. Eżaminat ukoll proġett wieħed iffinanzjat mill-Istrument għall-Istabbiltà. Il-proġetti verifikati kienu jammontaw għal EUR 21 miljun minn total ta’ EUR 85 miljun li ntefqu fuq proġetti dwar l-istat tad-dritt. Barra minn hekk, il-Qorti eżaminat kampjun ta’ 8 azzjonijiet ta’ Monitoraġġ, Iggwidar u Konsulenza (MIK) imwettqa mill-EULEX mill-45 azzjoni tal-MIK li tvaraw fil-bidu [15]. Dettalji tal-kampjun tal-verifika jinsabu fl-Anness II u l-kriterji tal-verifika ddettaljati huma ppreżentati fl-Anness III. 19. Sabiex jiġi vvalutat l-impatt tal-assistenza tal-UE fil-livell settorjali, il-Qorti użat evidenza tal-verifika oħra inkluża dokumentazzjoni minn proġetti oħra ffinanzjati mill-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt fil-Kosovo u minn azzjonijiet tal-MIK immexxija mill-EULEX. Analizzat ukoll rapporti mill-awtoritajiet tal-Kosovo u minn donaturi u partijiet interessati oħra preżenti fil-Kosovo, u wettqet ukoll analiżi tal-letteratura (ara l-Biblijografija fl-Anness V). Barra minn hekk, il-Qorti intervistat awtoritajiet relevanti tal-Kosovo kif ukoll rappreżentanti tal-komunità internazzjonali u tas-soċjetà ċivili fil-Kosovo. 20. Il-Qorti użat panel konsultattiv ta’ esperti internazzjonali sabiex tikseb informazzjoni ta’ sfond dwar is-sitwazzjoni fil-Kosovo u biex tittestja r-relevanza tal-mistoqsijiet tal-verifika. OSSERVAZZJONIJIET MINKEJJA L-ASSISTENZA SINIFIKANTI TAL-UE, IL-PROGRESS FIT-TITJIB TAL-ISTAT TAD-DRITT HUWA LIMITAT U L-LIVELLI TAL-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA U TAL-KORRUZZJONI GĦADHOM GĦOLJIN 21. Din it-taqsima tistabbilixxi r-riżultati tal-kampjun ta’ proġetti tal-IPA u ta’ azzjonijiet tal-MIK tal-EULEX ivverifikati mill-Qorti. Tfittex ukoll li tivvaluta l-impatt tal-assistenza tal-UE fuq il-progress kumplessiv fl-istat tad-dritt b’rabta mal-pulizija, il-ġudikatura, id-dwana u l-ħidma kontra l-korruzzjoni, anke fit-Tramuntana tal-Kosovo. Barra minn hekk, tivvaluta wkoll jekk huwiex probabbli li l-progress jiġi appoġġjat. IL-PULIZIJA TAL-KOSOVO: L-INTERVENTI TAL-UE VVERIFIKATI MILL-QORTI KELLHOM SUĊĊESS MODERAT IŻDA GĦAD FADAL SFIDI EWLENIN, B’MOD PARTIKOLARI FIL-ĠLIEDA KONTRA L-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA L-ASSISTENZA TAL-UE 22. Il-Kummissjoni u l-EULEX assistew lill-Pulizija tal-Kosovo f’ħafna modi mill-2007 ’l quddiem (16-il proġett tal-IPA li jammontaw għal EUR 33 miljun u 36 azzjoni tal-MIK). Il-Qorti vverifikat żewġ proġetti tal-IPA [16] u erba’ azzjonijiet tal-MIK [17]. 23. Iż-żewġ proġetti tal-IPA ivverifikati kellhom l-għan li jiżviluppaw il-kapaċità tal-Pulizija tal-Kosovo biex twettaq il-kompitu l-ġdid ta’ monitoraġġ tal-fruntieri u l-konfini tal-Kosovo [18]. L-appoġġ tal-Kummissjoni għal sistema ta’ intelliġenza separata tal-Pulizija tal-Fruntieri u tal-Konfini kienet tikkontradixxi l-objettiv tal-EULEX li tinħoloq sistema unika ta’ intelliġenza fi ħdan il-Pulizija tal-Kosovo minħabba koordinazzjoni insuffiċjenti matul it-tfassil ta’ dan il-proġett. Kien hemm dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni taż-żewġ proġetti, b’mod partikolari l-provvista tat-tagħmir li kienet aktar minn sena tard. 24. Parti ewlenija mill-proġett kienet li tiġi sostitwita s-sistema eżistenti ta’ ġestjoni tal-fruntieri, iffinanzjata mill-Istati Uniti [19], b’sistema ġdida kompletament konformi mal-istandards tal-UE. Il-fatt li oriġinarjament kienet installata sistema kompatibbli li mhix tal-UE, juri nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Uniti (ara wkoll il-paragrafu 86). L-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida kienet diffiċli minħabba l-preferenza tal-awtoritajiet tal-Kosovo li jkomplu bis-sistema eżistenti. 25. Il-proġett ta’ ġemellaġġ, implimentat minn Mejju 2009 sa Novembru 2010, ukoll ikkontribwixxa għall-iżvilupp tal-attività tal-pulizija fil-fruntiera u fil-konfini ġewwa l-Kosovo permezz ta’ pariri u taħriġ tekniċi. Madankollu, il-perjodu ta’ żmien tal-proġett ta’ 18-il xahar ma kienx twil biżżejjed biex jiġi żgurat li l-prattiki ġodda introdotti mill-proġett kienu ġew adottati bis-sħiħ mill-Pulizija tal-Kosovo. 26. Il-"Border Police – Enhanced Planning" (Pulizija tal-Fruntieri – Ippjanar Imsaħħaħ) tal-MIK kiseb suċċess fiż-żieda tal-kapaċità tal-ippjanar tal-Pulizija tal-Fruntieri u kkomplementa l-proġetti ffinanzjati mill-IPA għal din il-parti tal-Pulizija tal-Kosovo. 27. L-"Intelligence-led Policing" (Attività tal-Pulizija bbażata fuq l-Intelliġenza) tal-MIK kien serjament imxekkel min-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji u ta’ persunal meħtieġ għall-awtoritajiet tal-Kosovo. Ir-"Rationalise Kosovo Police Structure" (Razzjonalizzazzjoni tal-Istruttura tal-Pulizija tal-Kosovo) tal-MIK fi ħdan l-EULEX ikkontribwixxa għal struttura ġdida tal-pulizija li ċċentralizzat il-funzjonijiet li qabel kienu mxerrda tal-ġbir tal-intelligenza. Minkejja l-kontributi ta’ dawn iż-żewġ azzjonijiet tal-MIK, il-kapaċità kumplessiva tal-Pulizija tal-Kosovo fl-ippjanar strateġiku u fl-attività tal-pulizija bbażata fuq l-intelligenza għadha dgħajfa. 28. L-"Approċċ f’Tim - Investigazzjonijiet Kriminali" tal-MIK iffukat fuq il-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-prosekuturi, iżda kellha tiġi sospiża minħabba li l-prosekuturi ddeċidew li jipprijoritizzaw lill-investigazzjoni ta’ każijiet għaddejjin li llimita r-riżorsi disponibbli għal azzjonijiet ta’ bini tal-kapaċità (ara l-paragrafu 95). 29. Minkejja xi suċċessi moderati, l-aktar fit-trasferiment tar-responsabbiltajiet għall-kontroll tal-fruntieri u tal-konfini mill-KFOR għall-awtoritajiet tal-Kosovo, l-assistenza tal-UE lill-pulizija, ivverifikata mill-Qorti, ma wasslitx għal titjib sinifikanti. IL-ĠLIEDA KONTRA L-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA 30. Minkejja l-assistenza mill-UE u minn donaturi oħrajn, il-Kosovo ftit li xejn għamel progress fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Tabilħaqq, il-Valutazzjoni Strateġika tat-Theddid, "Il-Kriminalità Organizzata fil-Kosovo" tal-2010 mwettqa mill-Uffiċċju tal-UE għall-Intelliġenza Kriminali (EUOCI) ikkonkludiet li s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kriminalità organizzata fil-Kosovo ma nbidlitx b’mod konsiderevoli mill-wasla tal-komunità internazzjonali fis-sajf tal-1999 [20]. L-investigazzjoni ta’ reati serji għadha mhix effettiva minħabba l-esperjenza limitata u l-indħil politiku. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Kosovo m’għandhomx il-kapaċità biex jindirizzaw il-kriminalità finanzjarja u ekonomika u l-ħasil tal-flus. 31. Nuqqas ewlieni li jaffettwa l-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-prosekuturi huwa n-nuqqas ta’ database konġunta li jagħmilha impossibbli li tiġi traċċata u kkoordinata l-investigazzjoni tagħhom ta’ każijiet kriminali. Dan wassal għal sitwazzjonijiet fejn il-prosekuturi ma jkunux jafu bl-investigazzjonijiet tal-pulizija u viċeversa, sitwazzjonijiet li jxekklu b’mod serju l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Il-fatt li l-pulizija u l-prosekuturi ma implimentawx passi sempliċi, bħal numri ta’ referenza ta’ każijiet komuni, jindika nuqqas ta’ rieda politika biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni. 32. Il-Europol hija l-aġenzija Ewropea tal-infurzar tal-liġi li għandha l-għan li ttejjeb l-effettività u l-kooperazzjoni tal-pajjiżi fil-prevenzjoni ta’ u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. In-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-Kosovo minn xi Stati Membri tal-UE jipprevjeni lill-Europol milli jidħol fi ftehimiet operazzjonali u/jew strateġiċi [21] mal-awtoritajiet tal-Kosovo. Għaldaqstant, il-Kosovo ma jidhirx fil-lista ta’ pajjiżi terzi approvata mill-Kunsill li magħhom il-Europol ikun jista’ jidħol fi ftehimiet bħal dawn [22]. Barra minn hekk, il-Europol mhuwiex kapaċi jidħol fi ftehim ta’ kooperazzjoni diretta mal-EULEX peress li, bħall-missjonijiet kollha tal-PSDK, m’għandu l-ebda personalità ġuridika (ara l-paragrafu 93). Biex tingħeleb din id-diffikultà, il-Europol stabbilixxiet mekkaniżmu speċifiku ad hoc biex tiskambja informazzjoni relevanti mal-EULEX. Però dan il-mekkaniżmu jiddependi fuq kemm l-Istati Membri jkunu lesti jikkooperaw. Attwalment, tliet Stati Membri jipparteċipaw f’dan il-mekkaniżmu [23]. 33. Il-kapaċità limitata ta’ protezzjoni ta’ xhieda ewlenija f’każijiet ta’ profil għoli mill-awtoritajiet tal-Kosovo u d-diffikultajiet marbuta mar-rilokazzjoni tax-xhieda barra mill-pajjiż huma nuqqasijiet importanti minħabba li każijiet ta’ intimidazzjoni ta’ xhieda għadhom ifixklu l-funzjonament xieraq tas-sistema tal-ġustizzja [24]. Għalkemm l-assistenza tal-UE hija pprovduta permezz ta’ proġett reġjonali tal-IPA għall-Balkani tal-Punent [25], l-impatt tagħha fil-Kosovo x’aktarx li jkun limitat minħabba l-qafas finanzjarju u legali dgħajjef tal-Unità tal-Kosovo għall-Protezzjoni tax-Xhieda. ĠUDIKATURA TAL-KOSOVO: INTERVENTI TAL-UE VVERIFIKATI GĦENU SABIEX TINBENA L-KAPAĊITÀ IŻDA S-SISTEMA ĠUDIZZJALI QED TKOMPLI TBATI MINN DGĦUFIJIET FUNDAMENTALI ASSISTENZA TAL-UE 34. Il-Kummissjoni u l-EULEX iffinanzjaw 15-il proġett tal-IPA u proġett wieħed tal-Istrument għall-Istabbiltà (IfS) li b’kollox jammontaw għal EUR 58 miljun kif ukoll 6 azzjonijiet tal-MIK. Il-Qorti vverifikat żewġ proġetti: "Support to the Vetting and Re-appointment Process" (Appoġġ għall-Proċess ta’ Skrutinju u Ħatra mill-ġdid) (EUR 5,9 miljun iffinanzjati mill-IfS u l-IPA) u "Legal Education System Reform" (Riforma tas-Sistema tal-Edukazzjoni Legali) (EUR 3,6 miljun). Ivverifikat ukoll żewġ azzjonijiet tal-MIK (("Judges in the Criminal and Civil Fields" (Imħallfin fl-Oqsma Kriminali u Ċivili) u "Prosecutors" (Prosekuturi)). 35. Il-proċess ta’ skrutinju u ħatra mill-ġdid kellu l-għan li jidentifika u jirrakkomanda kandidati xierqa għal karigi ġudizzjali [26]. Dan il-proċess kien pass importanti biex tikber il-fiduċja fil-ġudikatura tal-Kosovo. Madankollu, fl-aħħar tal-proġett, 28 % tal-postijiet vakanti baqgħu vojta (127 minn 461). Dan kien parzjalment minħabba li 31 kandidat irrakkomandati mill-kummissarji internazzjonali [27] ma ġewx sussegwentement maħtura mill-awtoritajiet tal-Kosovo [28]. 33 % biss tal-pożizzjonijiet riżervati għal minoranzi mtlew. B’mod kumplessiv, l-għadd ta’ mħallfin u prosekuturi fil-Kosovo għadu baxx ħafna [29]. 36. Il-proġett tal-IPA "Riforma tas-Sistema tal-Edukazzjoni Legali" ġarrab dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tiegħu, parzjalment minħabba problemi fil-kisba ta’ kofinanzjament mill-awtoritajiet tal-Kosovo. Filwaqt li l-biċċa l-kbira mill-objettivi eventwalment intlaħqu, is-sostenibbiltà tar-riżultati hija dubjuża. Il-proġett ma setax jiġi implimentat fit-Tramuntana tal-Kosovo (ara l-paragrafu 56). 37. L-imħallfin u l-prosekuturi tal-EULEX iwettqu l-funzjonijiet eżekuttivi bħala parti integrali tal-ġudikatura tal-Kosovo. Dan illimita l-ħin li jistgħu jiddedikaw għall-bini ta’ kapaċità. Filwaqt li xi azzjonijiet tal-MIK huma kważi kkompletati, oħrajn jirrikjedu aktar sforzi sostanzjali, b’mod partikolari dawk li jinvolvu l-prosekuturi. Iż-żewġ azzjonijiet tal-MIK ivverifikati fid-dettall ikkontribwew għall-iżvilupp tal-kapaċità tal-imħallfin u l-prosekuturi lokali. Madankollu, il-ġudikatura lokali għadha mhix kapaċi tindirizza ċerti tipi ta’ każijiet serji (il-kriminalità organizzata, ir-reati ekonomiċi u l-korruzzjoni, kif ukoll reati tal-gwerra) minħabba kompetenza insuffiċjenti kif ukoll minħabba theddid u intimidazzjoni. IL-FUNZJONAMENT TAS-SISTEMA ĠUDIZZJALI 38. Għalkemm b’mod kumplessiv il-proġetti tal-UE vverifikati għenu biex tinbena l-kapaċità tal-ġudikatura, għad fadal dgħufijiet fundamentali. L-indħil politiku fuq il-ġudikatura għadu problema ewlenija fil-Kosovo, minkejja l-preżenza tal-imħallfin u l-prosekuturi tal-EULEX. L-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) irrappurtat, billi kkwotat ġurist, li l-imħallfin mhumiex kompletament lesti li joffru s-sentenzi tagħhom abbażi tal-liġi biss, iżda għandhom it-tendenza li jaġixxu f’ubbidjenza ta’ bil-quddiem lejn influwenzi esterni [30]. F’Awwissu 2011, l-awtoritajiet tal-Kosovo bdew leġiżlazzjoni biex inaqqsu s-setgħat eżekuttivi tal-EULEX permezz tar-riforma tal-Awla Speċjali li ttemm il-maġġoranza tal-imħallfin tal-EULEX fil-livell tal-Prim’Istanza tal-Awla Speċjali tal-Qorti Suprema [31]. 39. L-effiċjenza tal-imħallfin u l-prosekuturi għadha kwistjoni ewlenija. L-għadd kbir ta’ każijiet b’lura (211 588 sal- 31 ta’ Lulju 2011) jillimita l-fiduċja fil-ġustizzja u r-rikors għaliha. Strateġija ġdida varata f’Novembru 2010 kienet wasslet għal tnaqqis ta’ 46 % tax-xogħol b’lura ta’ qabel l-2008 [32] iżda l-Kummissjoni u l-EULEX mhumiex f’pożizzjoni li jindikaw jekk kienx dejjem osservat proċess dovut sabiex jinkiseb dan. Il-Kummissjoni u donaturi oħra ffinanzjaw ukoll proġetti komplementari bil-għan li jnaqqsu r-rikors għall-qrati, bħall-proġett Riżoluzzjonijiet Alternattivi tat-Tilwim jew l-introduzzjoni tal-professjoni ta’ nutara fil-Kosovo, iżda għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat l-impatt tagħhom fuq l-ammont ta’ xogħol tal-qrati. 40. M’hemmx biżżejjed trasparenza fl-allokazzjoni tal-każijiet fost l-imħallfin u l-prosekuturi, peress li l-allokazzjonijiet mhux dejjem ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi determinati minn qabel u fuq salvagwardji proċedurali. Dan huwa nuqqas kbir peress li jipprovdi opportunitajiet għal indħil politiku permezz tal-għażla tal-imħallef jew tal-prosekutur responsabbli. Proġett iffinanzjat mill-UE ta’ "Court Management Information System" (Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Qorti) varat fl-2004 biex jindirizza din il-kwistjoni għadu mhuwiex operazzjonali. 41. Filwaqt li kien hemm xi progress fir-riforma legali (ara l-paragrafu 62), l-implimentazzjoni u l-infurzar reali tal-liġijiet għadhom problema kbira. Fl-2011, il-Kummissjoni stmat li 40 % biss tad-deċiżjonijiet tal-Qorti fil-Kosovo ġew infurzati [33]. ID-DWANA TAL-KOSOVO: L-INTERVENTI TAL-UE KIENU FIL-BIĊĊA L-KBIRA TA’ SUĊĊESS FIL-BINI TA’ KAPAĊITÀ TAD-DWANA TAL-KOSOVO 42. Il-Kummissjoni u l-EULEX ipprovdew assistenza lid-Dwana tal-Kosovo permezz ta’ żewġ proġetti tal-IPA għal ammont ta’ EUR 2,7 miljun u permezz ta’ erba’ azzjonijiet tal-MIK. Il-verifika analizzat iż-żewġ proġetti tal-IPA, "Preparation of Fiscal and Customs Blueprint" (Preparazzjoni ta’ Pjan Fiskali u Doganali) u "Support to Customs and Taxation Administrations" (Appoġġ lill-Amministrazzjonijiet tad-Dwana u tat-Tassazzjoni), u żewġ azzjonijiet tal-MIK, "Enhanced internal communication and data sharing" (Komunikazzjoni interna u skambju ta’ data mtejba) u "Implementation of the Integrated Border Management (IBM) Action Plan" (Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBM)). 43. Għalkemm kien hemm problemi okkażjonali [34], l-assistenza pprovduta mill-Kummissjoni u l-EULEX laħqet fil-biċċa l-kbira l-objettiv tagħha ta’ bini ta’ kapaċità tad-Dwana tal-Kosovo. 44. B’mod aktar ġenerali, sar progress fil-qasam tad-dwana. Id-Dwana tal-Kosovo żiedet il-ġbir tad-dħul minn EUR 527 miljun fl-2007 għal EUR 700 miljun fl-2010. Ħadet ukoll sehem attiv fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus anki jekk il-kontrolli jeħtieġ li jsiru b’mod aktar sistematiku. Ġie introdott regolament ġdid dwar id-dwana, kompatibbli b’mod wiesa’ mal-leġiżlazzjoni tal-UE, għalkemm għad hemm xi lakuni fl-implimentazzjoni tar-regolament eżistenti dwar id-dwana. 45. Minkejja t-titjib kumplessiv, il-koordinazzjoni bejn id-Dwana tal-Kosovo u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (PPO) għadha batuta, u dan ifixkel l-effettività tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ reati serji. Barra minn hekk, id-Dwana tal-Kosovo nfisha għadha meqjusa miċ-ċittadini tal-Kosovo bħala wieħed mis-servizzi l-aktar korrotti tal-Gvern [35], għalkemm ftit każijiet ta’ korruzzjoni jitressqu quddiem il-qorti. ĦIDMA KONTRA L-KORRUZZJONI: L-INTERVENTI TAL-UE KELLHOM RIŻULTATI LIMITATI FIL-ĠLIEDA KONTRA L-KORRUZZJONI LI GĦADHA TIKKAWŻA TĦASSIB SERJU ASSISTENZA TAL-UE 46. Il-Kummissjoni ffinanzjat seba’ proġetti tal-IPA relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Dawn il-proġetti jammontaw għal EUR 8,5 miljun. L-EULEX ma implimentat l-ebda azzjoni speċifika tal-MIK peress li pproponiet li tindirizza l-korruzzjoni bħala kwistjoni trasversali relevanti għall-attivitajiet kollha tagħha. Il-Qorti vverifikat żewġ proġetti tal-IPA: "Support to Public Procurement Reform" (Appoġġ għar-Riforma tal-Akkwist Pubbliku) (EUR 2 miljun) u "Support to the Anti-Corruption Agency" (Appoġġ għall-Aġenzija kontra l-Korruzzjoni) (EUR 1 miljun). 47. L-implimentazzjoni tal-proġett "Appoġġ għar-Riforma tal-Akkwist Pubbliku" kienet affettwata minn nuqqas ta’ ftehim bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Kosovo dwar jekk Liġi dwar l-Akkwist Pubbliku li kienet għaddiet reċentement kinitx konformi mal-liġi u l-proċeduri tal-UE. Konsegwentement, il-Kummissjoni ffukat il-proġett fuq l-assistenza għall-abbozzar ta’ Liġi ġdida tal-Akkwist Pubbliku li kienet kompletament konformi. Din kienet it-tielet Liġi dwar l-Akkwist Pubbliku f’inqas minn tliet snin. Il-prijorità mogħtija lil din l-assistenza fissret li ma setax jitwettaq xogħol ferm meħtieġ dwar il-leġiżlazzjoni sekondarja u t-taħriġ biex tiġi implimentata l-liġi l-ġdida. 48. Il-proġett ta’ assistenza teknika "Support to the Anti-corruption Agency" (Appoġġ għall-Aġenzija kontra l-Korruzzjoni) analizza proposti leġiżlattivi relevanti dwar il-ħidma kontra l-korruzzjoni. Dan irriżulta f’35 rakkomandazzjoni. Madankollu, l-awtoritajiet tal-Kosovo aċċettaw biss 14 minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet (40 %) [36]. It-tfassil ta’ dan il-proġett inkluda t-twettiq ta’ analiżi organizzattiva tal-Aġenzija, iżda dan ġie sostitwit minn mekkaniżmu ġdid ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn il-korpi tal-infurzar tal-liġi tal-Kosovo, mekkaniżmu li għadu mhux operazzjonali. Il-proġett kellu l-għan li jtejjeb il-kapaċità tal-Aġenzija iżda l-abbozzar tal-istrateġija l-ġdida kontra l-korruzzjoni għall-perjodu 2012-16 sar kompletament minn espert barrani. Kellu l-għan ukoll li jżid l-għadd ta’ każijiet mibgħuta lill-prosekuzzjoni, iżda l-għadd ta’ każijiet mibgħuta naqas minn 68 fl-2009 għal 29 fl-2010 (ara l-paragrafu 55). 49. Filwaqt li l-imħallfin u l-prosekuturi tal-EULEX ipprijoritizzaw każijiet ta’ korruzzjoni, ir-riżultati reali jinsabu taħt l-aspettattivi għoljin tal-popolazzjoni tal-Kosovo [37]. Dan seħħ l-aktar minħabba d-diffikultajiet biex jingħalqu investigazzjonijiet kumplessi. 50. B’mod kumplessiv, l-assistenza tal-Kummissjoni u l-attivitajiet eżekuttivi tal-EULEX ma kisbux ir-riżultati mistennija, għalkemm dawn ikkontribwew għal xi progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. IL-ĠLIEDA KONTRA L-KORRUZZJONI 51. Il-korruzzjoni għadha prevalenti f’ħafna oqsma u hija ta’ tħassib kbir għall-popolazzjoni tal-Kosovo [38]. L-indikatur tal-Indiċi tal-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni (CPI) 2011 tal-Kosovo tal-organizzazzjoni Transparency International huwa 2.9, li huwa klassifikat bħala livell ta’ korruzzjoni rampanti. L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) irrappurtat ukoll li l-Kosovo għadu ferm permissiv għall-korruzzjoni fil-livelli kollha, li jfisser li r-riskju li jsir (jew saħansitra li diġà fil-fatt hu) stat maqbud huwa wieħed għoli [39]. 52. Minkejja riżorsi finanzjarji u umani limitati, l-awtoritajiet tal-Kosovo għażlu qafas istituzzjonali kumpless għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Tliet korpi ġew stabbiliti b’setgħat dgħajfa u b’responsabbiltajiet li jikkoinċidu [40]. Barra minn hekk, l-Aġenzija tal-Kosovo Kontra l-Korruzzjoni ma tistax tinvestiga attivitajiet kriminali u m’għandha l-ebda setgħa biex twettaq prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ korruzzjoni allegata. 53. Is-sorveljanza tal-akkwist pubbliku wkoll hija kumplessa bi tliet korpi ċentrali direttament involuti [41]. Barra minn hekk, hemm aktar minn 150 awtorità kontraenti fil-Kosovo. Minħabba d-daqs tal-Kosovo (popolazzjoni ta’ 1,7 miljun) din il-kumplessità u l-frammentazzjoni jżidu r-riskju ta’ korruzzjoni [42]. L-assistenza tal-UE għadha ma indirizzatx din il-kwistjoni u lanqas id-djalogu dwar il-politiki tal-UE ma ffoka fuqha f’livell politiku (ara wkoll il-paragrafu 97). 54. L-Assemblea tal-Kosovo reċentement adottat liġijiet ġodda biex trawwem it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fl-amministrazzjoni pubblika [43]. Madankollu, il-leġiżlazzjoni hija mħassra minħabba nuqqasijiet (ara l-Anness IV) u implimentazzjoni ħażina [44] filwaqt li n-nonkonformità mhijiex sanzjonata [45]. 55. B’mod ġenerali, l-awtoritajiet tal-Kosovo taw prijorità baxxa lill-attivitajiet kontra l-korruzzjoni. L-awtoritajiet tal-Kosovo għadhom ma evalwawx ir-riżultati u l-impatt taż-żewġ strateġiji preċedenti kontra l-korruzzjoni (2004-07 u 2009-11) minkejja li diġà approvaw strateġija ġdida għall-2012-16 (ara l-paragrafu 48). Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Sħubija Ewropea 2012 fih ħames azzjonijiet kontra l-korruzzjoni iżda b’finanzjament totali ta’ EUR 17000 biss. Bħala paragun, il-promozzjoni tas-sewqan ekoloġiku fil-Kosovo tirċievi finanzjament ta’ EUR 25000 mill-baġit tal-Kosovo. IT-TRAMUNTANA TAL-KOSOVO: L-INTERVENTI TAL-UE KIENU FERM LIMITATI U MA KIEN HEMM KWAŻI L-EBDA PROGRESS FIT-TWAQQIF TAL-ISTAT TAD-DRITT 56. L-assistenza tal-UE, implimentata permezz ta’ proġetti tal-IPA għall-istat tad-dritt u azzjonijiet tal-MIK, ma kinitx immirata speċifikament għat-Tramuntana tal-Kosovo. Il-proġetti tal-IPA u l-azzjonijiet tal-MIK li kienu maħsuba biex ikopru l-Kosovo kollu, b’mod ġenerali kellhom impatt negliġibbli fit-Tramuntana. Pereżempju, il-proġett "Support to Public Procurement Reform" (Appoġġ għar-Riforma tal-Akkwist Pubbliku) ikkontribwixxa għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali tal-akkwist, iżda l-ebda uffiċjal mill-muniċipalitajiet tat-Tramuntana b’maġġoranza Serba ma bbenefika mill-proġett. Bl-istess mod, il-proġett "Legal Education System Reform" (Riforma tas-Sistema tal-Edukazzjoni Legali) ikkontribwixxa għat-titjib tal-kurrikulu tal-liġi fl-Università ta’ Pristina, iżda l-attivitajiet tiegħu ma kinux ikopru l-Università ta’ Pristina-Kosovska Mitrovica kkontrollata mis-Serbi (ara l-paragrafu 36). 57. Din is-sitwazzjoni ġejja prinċipalment minħabba n-nuqqas ta’ kontroll fuq it-Tramuntana mill-awtoritajiet tal-Kosovo bbażati fi Pristina. Hija għandha r-reputazzjoni bħala rifuġju sikur għall-kriminalità organizzata [46] minħabba n-nuqqas kemm ta’ forza tal-pulizija qawwija kif ukoll minħabba nuqqas ta’ sistema ġudizzjali li taħdem. 58. Il-pulizija tal-EULEX għamlet sforzi sinifikanti biex tkompli l-attivitajiet tagħha fit-Tramuntana. L-EULEX appoġġjat it-twaqqif ta’ unità multietnika għall-kontroll tal-folol u l-irvellijiet hemmhekk, iżda sal-lum din għadha ma rnexxietx. L-għases tal-pulizija fit-Tramuntana, bi predominanza ta’ persunal Serb tal-Kosovo, huma fil-prinċipju integrati mal-linja tal-kmand tal-Pulizija tal-Kosovo, iżda fir-realtà l-komunikazzjoni tagħhom mal-Kwartieri Ġenerali fi Pristina hija limitata. L-unitajiet speċjalizzati tal-pulizija għall-kontroll tal-folol u l-irvellijiet fil-Kosovo għandhom persunal fil-biċċa l-kbira Albaniż tal-Kosovo, u dan huwa sors ta’ tensjoni meta dawn jiġu skjerati fit-Tramuntana. 59. Id-Dwana tal-Kosovo, servizz fejn il-minoranzi huma sottorappreżentati, ukoll issib diffikultajiet biex taħdem fit-Tramuntana. Pereżempju, il-persunal tagħha ma jkunx jista’ jilħaq żewġ postijiet ta’ qsim li jinsabu fuq il-konfini bejn is-Serbja u l-Kosovo [47], u jkollu jiġi ttrasportat hemm bl-ajru. F’dawn il-postijiet ta’ qsim, uffiċjali tad-Dwana tal-EULEX u tad-Dwana tal-Kosovo jiġbru informazzjoni dwar transitu kummerċjali iżda ma jiġbrux dazji doganali. 60. Mill-2008 l-ebda mħallef jew prosekutur lokali ma jista’ jaħdem fit-Tramuntana. Bl-istess mod, barrikati stradali rrestrinġew il-mobilità ta’ mħallfin u ta’ prosekuturi tal-EULEX li ma setgħux jamministraw il-liġi fil-Qorti ta’ Mitrovicë/Mitrovica minn Lulju 2011 sa Frar 2012. Qrati paralleli japplikaw il-liġi Serba, iżda l-legalità tad-deċiżjonijiet tagħhom hija kkontestata mill-awtoritajiet tal-Kosovo. 61. L-EULEX ilha mill-2011 timmira li tistabbilixxi "impronta" akbar fit-Tramuntana u żiedet il-persunal tagħha li jgħix hemmhekk għal 40. Hija waqqfet ukoll "Task Force Mitrovica" speċjali biex jiġu żviluppati investigazzjonijiet kriminali b’kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-UE għall-Intelliġenza Kriminali, unità li tieħu mir-riżorsi tal-Pulizija tal-Kosovo, tad-Dwana tal-Kosovo, tal-Pulizija tal-EULEX u tad-Dwana tal-EULEX. Madankollu, diffikultajiet fit-Tramuntana wasslu biex l-uffiċjali tat-task force li jgħixu fit-Tramuntana jiġu rilokati lejn in-Nofsinhar tax-Xmara Ibar. RIEDA POLITIKA LOKALI DUBJUŻA, KAPAĊITÀ FINANZJARJA DGĦAJFA U L-INFLUWENZA LIMITATA TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI JFIXKLU L-PROSPETTI GĦAS-SOSTENIBBILTÀ TAL-INTERVENTI TAL-UE 62. Appoġġ politiku mingħand l-awtoritajiet tal-Kosovo għat-tisħiħ tas-settur tal-istat tad-dritt huwa kundizzjoni ewlenija għas-sostenibbiltà tar-riżultati tal-assistenza tal-UE. Madankollu, l-impenn tal-awtoritajiet nazzjonali għal liġijiet ġodda huwa wieħed diskutibbli. Pereżempju, erba’ liġijiet fundamentali [48] ġew abbozzati b’parteċipazzjoni minima lokali. 63. Il-kapaċità finanzjarja tal-awtoritajiet tal-Kosovo biex ikomplu l-attivitajiet tal-proġetti wara t-tmiem tal-finanzjament tal-UE, u b’mod aktar ġenerali biex jiffinanzjaw is-settur tal-istat tad-dritt, hija dubjuża. Mill-2008, żieda fl-infiq tal-Gvern wasslet għal defiċits li qed jiżdiedu. Arranġament ta’ riżerva mal-Fond Monetarju Internazzjonali miftiehem f’Lulju 2010 mar lil hinn minn dak stabbilit ftit xhur wara l-firma minħabba żidiet kbar fil-pagi fis-settur pubbliku. 64. L-impatt ta’ din il-kapaċità finanzjarja dgħajfa huwa partikolarment sinifikanti fis-settur ġudizzjali minħabba li l-implimentazzjoni tal-liġijiet il-ġodda se teħtieġ fondi addizzjonali. Pereżempju, il-Bord Konġunt ta’ Koordinazzjoni dwar l-Istat tad-Dritt (JRCB) (ara l-paragrafu 76) esprima tħassib dwar l-ispejjeż baġitarji għoljin tal-Liġi l-ġdida dwar il-protezzjoni tax-Xhieda. L-analiżi tal-Qorti ta’ proġetti individwali tal-IPA indikat ukoll li l-baġits tal-Gvern tal-Kosovo ma kinux se jkunu biżżejjed għall-operazzjoni tar-riforma tal-ħabs ta’ sigurtà għolja u tal-ġustizzja taż-żgħażagħ. 65. Hemm riskju li l-bidliet frekwenti fil-maniġment superjuri tal-Pulizija tal-Kosovo, parzjalment marbuta ma’ ndħil politiku, ixekkel l-isforzi biex tinbena kapaċità ta’ ġestjoni fuq bażi sostenibbli [49]. Dan idgħajjef ukoll il-fiduċja fl-istat tad-dritt. L-indħil politiku fil-ġudikatura bl-istess mod jimmina l-istat tad-dritt u l-fiduċja f’istituzzjonijiet demokratiċi (ara l-paragrafi 35, 37, 38 u 40). Il-Kummissjoni Ewropea esprimiet tħassib dwar l-użu estensiv ta’ maħfriet presidenzjali mingħajr ġustifikazzjoni xierqa [50]. 66. Is-soċjetà ċivili, inkluża l-midja, ukoll għandha rwol importanti biex tiżgura li titjib fl-istat tad-dritt jiġi sostnut permezz tal-monitoraġġ u l-illobjar tagħha mal-awtoritajiet tal-Kosovo. Madankollu, is-soċjetà ċivili għadha fraġli u tħabbat wiċċha wkoll ma’ pressjoni politika. MINKEJJA T-TITJIB KONTINWU, GĦAD BAQA’ AMBITU SINIFIKANTI GĦAL TISĦIĦ TAL-EFFIĊJENZA U L-EFFETTIVITÀ TAL-ASSISTENZA TAL-UE 67. Kif enfasizzat fit-taqsima "Introduzzjoni", il-Kosovo kellu storja reċenti diffiċli ħafna b’esperjenza limitata ta’ awtoamministrazzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa ċar li t-tisħiħ tal-istat tad-dritt skont l-istandards tal-UE huwa proċess ta’ terminu bejn medju u fit-tul. Madankollu, il-verifika identifikat oqsma fejn l-effiċjenza u l-effettività fil-ġestjoni tal-appoġġ tal-UE lill-istat tad-dritt jistgħu jiġu mtejba. Din it-taqsima tenfasizza dawn l-oqsma. L-OBJETTIVI MA ĠEWX DEFINITI U KKOORDINATI B’MOD ĊAR BIŻŻEJJED L-OBJETTIVI U R-RWOLI TAL-BINI TA’ KAPAĊITÀ MHUMIEX DEFINITI B’MOD ĊAR 68. Il-missjoni kumplessiva tal-EULEX hija definita kif ġej: "għandha tassisti lill-istituzzjonijiet tal-Kosovo, lil awtoritajiet ġudizzjarji u lil aġenziji tal-infurzar tal-liġi fil-progress tagħhom lejn is-sostenibbiltà u r-responsabbiltà u fl-iżvilupp u t-tisħiħ ulterjuri ta’ sistema ġudizzjarja multietnika indipendenti u servizz tal-pulizija u tad-dwana multietniku, filwaqt li jiġi żgurat li dawn l-istituzzjonijiet huma ħielsa minn interferenzi politiċi u jaderixxu mal-istandards rikonoxxuti fl-ambitu internazzjonali u l-aħjar prattika Ewropea" [51]. Madankollu, il-Kunċett tal-Operazzjonijiet (CONOPS) u l-Pjan Operattiv (OPLAN) [52] tal-EULEX, id-dokumenti tal-ippjanar bażiċi għall-implimentazzjoni tal-missjoni, ma fihomx punti ta’ riferiment ċari u indikaturi verifikabbli b’mod oġġettiv sabiex jiġi vvalutat il-progress li sar biex jintlaħqu dawn l-objettivi. 69. L-EULEX twettaq il-missjoni tagħha kemm permezz tal-eżerċizzju ta’ ċerti setgħat eżekuttivi, li preċedentement kienet responsabbli għalihom l-UNMIK, kif ukoll permezz ta’ attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċità bbażati fuq azzjonijiet tal-MIK. Il-prijorità relattiva li għandha tingħata lil dawn iż-żewġ oqsma mhix definita b’mod ċar. 70. Il-Kummissjoni Ewropea ilha tipprovdi appoġġ għall-bini ta’ kapaċità għall-Kosovo fil-qasam tal-istat tad-dritt mis-sena 2000. Meta l-Kunsill ta kompiti lill-EULEX fl-istess qasam, la l-vantaġġi komparattivi tagħha u lanqas l-opportunitajiet għal sinerġiji ma’ proġetti tal-Kummissjoni ma ġew identifikati (ara l-paragrafu 91). L-OBJETTIVI TAS-SIGURTÀ INTERNA TAL-UE MHUMIEX INTEGRATI B’MOD ADEGWAT MAL-OBJETTIVI ESTERNI TAL-UE GĦALL-KOSOVO U L-BALKANI TAL-PUNENT 71. Il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni fil-Balkani tal-Punent hija kwistjoni ta’ tħassib serju għall-UE. Għaldaqstant, il-Kunsill b’mod ripetut appella għal approċċ koerenti u kkoordinat li jagħmel is-sigurtà interna prijorità ċentrali fl-objettivi u l-azzjonijiet esterni tal-UE. Minkejja dan, l-ipprogrammar tal-assistenza tal-UE lill-Kosovo ma kkunsidrax b’mod adegwat il-prijoritajiet tas-sigurtà interna tal-UE. 72. Pereżempju, iż-żieda fin-numru ta’ vittmi tat-traffikar tal-bnedmin mill-Balkani tal-Punent [53] ma qanqlitx bidliet fil-politika mill-Kummissjoni jew mill-EULEX. La l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill li tistabbilixxi l-EULEX, u lanqas id-diversi Dokumenti Indikattivi ta’ Ppjanar Multiannwali (MIPD) għall-Kosovo fi ħdan l-IPA tal-Kummissjoni, ma jirreferu b’mod espliċitu għall-prijoritajiet inklużi fid-diversi strateġiji tal-UE għad-dimensjoni esterna tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. 73. L-objettivi tas-sigurtà interna tal-UE għandhom it-tendenza li jkollhom firxa wiesgħa u l-pjanijiet ta’ azzjoni ġeneralment iffukaw fuq attivitajiet u prodotti aktar milli fuq riżultati kwantifikati u l-impatt. Dan in-nuqqas ta’ objettivi speċifiċi u ċari jagħmilha aktar diffiċli għall-EULEX u l-EUO li jfasslu interventi sabiex jindirizzaw prijoritajiet identifikati mill-Kunsill (ara l-paragrafu 96). Pereżempju, il-Valutazzjonijiet ta’ Theddid mill-Kriminalità Organizzata li saru mill-Europol b’mod ripetut iddikjaraw it-theddida għall-UE li ġejja minn punti ċentrali ta’ kriminalità fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent, inklużi gruppi tal-kriminalità organizzata li jitkellmu bl-Albaniż, u t-traffikar tal-eroina u tal-bnedmin. 74. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għarfu l-ħtieġa li jintegraw aħjar l-objettivi esterni u interni. Żewġ inizjattivi reċenti u relevanti li jistgħu jindirizzaw il-kwistjoni huma l-istabbiliment ta’ "Ċiklu tal-Politika tal-UE" [54] u l-iżvilupp ta’ pjan direzzjonali għat-tisħiħ tar-rabtiet bejn il-PSDK u l-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja (FSJ) [55]. Madankollu, għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat l-impatt tagħhom. IL-KOORDINAZZJONI BEJN L-ISTITUZZJONIJIET TAL-UE U L-KOORDINAZZJONI TAGĦHOM MAL-AWTORITAJIET TAL-KOSOVO U L-KOMUNITÀ INTERNAZZJONALI GĦADHOM MHUMIEX BIŻŻEJJED F’ĊERTI OQSMA IL-KOORDINAZZJONI BEJN L-ISTITUZZJONIJIET TAL-UE TJIEBET B’MOD KONSISTENTI, IŻDA GĦAD FADAL XI KWISTJONIJIET, B’MOD PARTIKOLARI SABIEX IL-PROĊEDURI TAL-KUMMISSJONI JKUNU JWIEĠBU AKTAR GĦALL-ĦTIĠIJIET TAL-MISSJONI TAL-PSDK MEKKANIŻMI TA’ KOORDINAZZJONI 75. L-eżistenza kemm ta’ programm kbir ta’ assistenza finanzjarja ġestit mill-Kummissjoni fil-Kosovo kif ukoll dik li s’issa hi l-akbar missjoni tal-PSDK, jeħtieġu mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni effettivi. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-EULEX stipulat li "għandhom jiġu stabbiliti l-arranġamenti meħtieġa ta’ koordinazzjoni fiż-żona ta’ EULEX KOSOVO, kif meħtieġ, kif ukoll fi Brussell" [56]. 76. Fl-2008, l-EULEX stabbilixxiet Bord Konġunt ta’ Koordinazzjoni dwar l-Istat tad-Dritt (JRCB) mal-awtoritajiet tal-Kosovo, kopresedut mill-Kap tal-Missjoni tal-EULEX u d-Deputat Prim Ministru tal-Kosovo [57]. L-EUO kien ukoll rappreżentat iżda minn persunal tekniku u l-prodotti tiegħu kienu relattivament limitati. Madankollu, l-EUO kien kapaċi jkollu rwol aktar influwenti peress li l-Kap tal-EUO sar it-tielet kopresident mill-bidu tal-2011. Dan wassal biex il-JRCB ikun aktar iffukat fuq il-kisba ta’ progress fil-Proċess usa’ ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni. 77. Il-Kunsill stabbilixxa l-pożizzjoni tal-RSUE fil-Kosovo biex jipprova jiżgura koordinazzjoni u gwida politiċi intra-UE [58]. Madankollu, sa ftit ilu, l-RSUE m’għamilx kontribut sostanzjali biex isaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-EUO u l-EULEX u ma ħax sehem fil-laqgħat tal-JRCB għalkemm saru f’livell politiku għoli u kellu mandat li jipprovdi parir politiku lill-EULEX. Bl-istess mod, huwa ma kienx rappreżentat fil-laqgħat ta’ kull xahar organizzati mill-EUO mal-Istati Membri u donaturi oħra (magħrufa bħala "laqgħat tal-Istati Membri Plus") minkejja l-ħtieġa li jiġu żgurati rabtiet bejn il-prijoritajiet politiċi u l-assistenza finanzjarja. 78. Fl-2012, it-taħlita flimkien tar-rwoli tal-RSUE u l-Kap tal-EUO aktarx li ttejjeb il-koordinazzjoni b’mod sinifikanti. Madankollu baqa’ lok għal integrazzjoni aħjar tar-rwol tal-RSUE mal-EULEX [59]. KOORDINAZZJONI TAL-IPPROGRAMMAR U TAL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ PROĠETTI 79. Il-proġetti tal-IPA jistgħu jintużaw biex jappoġġjaw l-attivitajiet tal-MIK tal-EULEX permezz ta’ finanzjament ta’ tagħmir u infrastruttura. Madankollu, il-ħin meħtieġ ta’ eżekuzzjoni biex proġett tal-IPA jiġi approvat u mbagħad biex l-akkwist ikun ikkompletat spiss huwa twil wisq biex jintlaħqu l-ħtiġijiet operazzjonali tal-EULEX. Dan minħabba li proposti ta’ proġetti tal-IPA ġeneralment iridu jiġu finalizzati ferm qabel is-sena li fiha se jkunu ffinanzjati. 80. Għalkemm l-EULEX tista’ takkwista tagħmir hija stess għall-operazzjonijiet tagħha, hija għandha ssegwi l-proċeduri ta’ akkwist stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju. Dawn mhumiex imfassla għal missjonijiet tal-PSDK bħal ma hi l-EULEX fejn reazzjonijiet ta’ malajr u flessibbli huma xi kultant meħtieġa. 81. Il-CONOPS u l-OPLAN tal-EULEX ma jinkludux strateġija ta’ ħruġ għalkemm il-mandati tal-EULEX huma limitati biss għal sentejn kull darba, minkejja li għandhom il-possibbiltà li jingħataw estensjonijiet. Għall-kuntrarju, l-involviment tal-Kummissjoni huwa wieħed miftuħ. Għalkemm il-Kunsill fil-prinċipju rrikonoxxa li wara t-tmiem ta’ missjoni tal-PSDK l-objettivi tiegħu jistgħu jkomplu jiġu segwiti permezz ta’ proġetti mmexxija mill-Kummissjoni [60], il-Kummissjoni u s-SEAE għadhom ma qablux dwar meta u kif jagħmlu dan fil-każ speċifiku tal-Kosovo. L-AWTORITAJIET TAL-KOSOVO GĦANDHOM KAPAĊITÀ LIMITATA BIEX JIŻGURAW IL-KOORDINAZZJONI U GĦAD FADAL SFIDI FIL-PROĊESS TA’ KOORDINAZZJONI MA’ DONATURI INTERNAZZJONALI OĦRAJN 82. Sa tmiem l-2011 l-awtoritajiet tal-Kosovo kienu għadhom ma stabbilixxewx mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni effettivi fil-qasam tal-istat tad-dritt minkejja li l-Kummissjoni u donaturi oħra jenfasizzaw l-importanza ta’ dan [61]. Sadanittant, kienet saret laqgħa waħda biss tal-Grupp ta’ Ħidma tas-settur tal-Istat tad-Dritt u t-tliet gruppi ta’ ħidma ppjanati tas-sottosetturi (Ġudikatura; Ħidma Kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata; Viża, Ażil, Ġestjoni tal-Fruntieri, Dwana u Pulizija) kienu għadhom ma sarux operazzjonali. 83. L-EULEX u l-awtoritajiet tal-Kosovo rrestrinġew il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-JRCB (ara l-paragrafu 76) għal ftit partijiet interessati ewlenin li jimpedixxi l-użu potenzjali ta’ dan il-forum għall-koordinazzjoni tal-assistenza tal-istat tad-dritt [62]. Barra minn hekk, il-JRCB jiffoka fuq kwistjonijiet ta’ politika ta’ livell għoli aktar milli fuq kwistjonijiet tekniċi. Filwaqt li l-Bord iddiskuta t-twaqqif ta’ gruppi ta’ ħidma biex tittejjeb il-koordinazzjoni fuq livell tekniku, dawn għadhom ma ġewx stabbiliti. 84. L-EOU għamel użu minn laqgħat regolari ta’ kull xahar tal-"Istati Membri Plus" (ara l-paragrafu 77) biex jaqsam l-informazzjoni dwar l-ipprogrammar tal-assistenza tal-IPA tiegħu. B’kuntrast ma’ dan, l-Istati Membri qasmu informazzjoni relattivament limitata dwar il-programmi tagħhom għalkemm l-iskambju ta’ informazzjoni dettaljata jista’ jkun l-ewwel pass lejn ipprogrammar konġunt tal-assistenza. 85. Sieħeb ewlieni għall-EULEX huwa l-KFOR immexxija min-NATO [63]. L-EULEX u l-KFOR ġeneralment jaħdmu flimkien mill-qrib f’livell operazzjonali u tattiku, minkejja n-nuqqas ta’ ftehim formali bejn l-UE u n-NATO. Madankollu, l-EULEX tiffaċċja diffikultajiet fil-qadi tal-obbligi tagħha fil-konfront tal-KFOR wara tnaqqis unilaterali ta’ 50 % fil-pulizija għall-kontroll tal-folol assenjata lill-EULEX mill-Istati Membri (ara l-paragrafu 90). Bħala riżultat ta’ dan, l-EULEX ma setgħetx taqdi r-rwol tagħha b’mod effettiv matul it-taqlib kbir fit-Tramuntana tal-Kosovo fis-sajf tal-2011 u minflok kellha tiddependi fuq il-KFOR. Din is-sitwazzjoni u avvenimenti fuq l-art ma ppermettewx lill-KFOR milli tipproċedi bil-fażi segwenti ta’ tnaqqis ta’ truppi u minħabba fihom kellha tiskjera l-Forza ta’ Riżerva Operazzjonali tagħha matul is-sena li għaddiet. 86. L-Istituzzjonijiet tal-UE għamlu sforzi sinifikanti biex jikkoordinaw mal-Istati Uniti, li hija l-akbar donatur bilaterali fil-Kosovo. Madankollu l-kisba ta’ koordinazzjoni sħiħa għadha diffiċli minħabba l-firxa wiesgħa ta’ parteċipanti tal-Istati Uniti involuti fil-Kosovo fil-qasam tal-istat tad-dritt [64]. Il-koordinazzjoni hija partikolarment ta’ sfida fl-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni, fejn l-Istati Uniti hija attiva ħafna minkejja l-interess tal-Kosovo li tadotta l-acquis communautaire tal-UE u l-fatt li l-qafas legali tal-Kosovo huwa bbażat fuq il-liġi Kontinentali Ewropea. Pereżempju, il-liġi l-ġdida dwar il-qrati kienet tirrikjedi madwar 50 abbozz li jibdew mill-2004 u ġiet adottata biss mill-Assemblea f’Awwissu 2010, bil-Gvern jisħaq li n-nuqqas ta’ qbil bejn l-EUO u l-USAID kien tort tad-dewmien sinifikanti. L-EFFIĊJENZA U L-EFFETTIVITÀ TAL-EULEX ĠARRBU RESTRIZZJONIJIET FUQ IR-RIŻORSI 87. Waqt iż-żmien tal-verifika l-EULEX setgħet topera biss b’madwar 75 % tal-qawwa awtorizzata tagħha minħabba diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ persunal, b’mod partikolari persunal issekondat mill-Istati Membri [65] li huwa l-mod ippreferut kif il-Kunsill jagħmel ir-reklutaġġ. L-Istati Membri rahnew anqas persunal milli kien awtorizzat u sussegwentement issekondaw anqas milli kienu rahnew [66] (ara t-Tabella 2). F’sitt Sejħiet għal Kontribuzzjonijiet li saru fl-2010 u l-2011, l-Istati Membri ppreżentaw anqas applikanti għall-pożizzjonijiet issekondati milli kien hemm postijiet vakanti. Bħala riżultat ta’ dan, 47 % biss tal-postijiet vakanti mtlew b’persunal ġdid issekondat [67]. Kien partikolarment diffiċli r-reklutaġġ għal pożizzjonijiet speċjalizzati, bħal maġistrati. 88. Żvantaġġ ieħor għal operazzjonijiet tal-EULEX huwa t-tul ta’ żmien qasir ta’ ssekondar. Il-perjodu ta’ żmien tipiku ta’ sena mhuwiex biżżejjed għal pożizzjonijiet ewlenin bħalma huma konsulenti għoljin, maġistrati jew investigaturi tal-kriminalità organizzata. F’xi każijiet il-persunal jista’ jkun biss kompletament operazzjonali wara 12-il xahar. Din il-bidla frekwenti ta’ konsulenti ewlenin ma twassalx għat-trasferiment effettiv ta’ għarfien lill-awtoritajiet tal-Kosovo u ddgħajjef l-effettività tal-azzjonijiet tal-MIK. TABELLA 2 PERSUNAL INTERNAZZJONALI TAL-EULEX IMQABBEL MA’ RAHNIET INDIKATTIVI Sors: Pjan Operazzjonali (OPLAN) tas-CPCC u tal-EULEX. Oriġini tal-persunal | Postijiet Internazzjonali skont l-OPLAN [3333] | Rahniet inizjali | Medja ta’ persunal (2010) | Rahniet modifikati (2011) | Medja ta’ persunal (2011) | 31.12.2011 | Issekondat minn Stati Membri | Total 2042 | 1405 | 1203 | 1145 | 1137 | 939 | Issekondat minn kontributuri oħrajn | 142 | 166 | 183 | 184 | 148 | Subtotal issekondat | 1547 | 1369 | 1328 | 1321 | 1087 | Persunal Internazzjonali b’kuntratt | 310 | 330 | 360 | 327 | 302 | Total ta’ persunal Internazzjonali | 1857 | 1699 | 1688 | 1648 | 1389 | 89. Il-kwalità tal-persunal skjerat mal-EULEX ukoll hija ta’ tħassib. Il-Qorti sabet li 11-il Stat Membru ssottomettew kandidati mhux kwalifikati għal mill-inqas 1 mill-10 proċeduri tal-għażliet li hija analizzat. Barra minn hekk, filwaqt li l-persunal tal-EULEX jeħtieġ kompetenza fil-ġestjoni ta’ proġetti u kompetenzi trasversali [68] biex iwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu fi ħdan il-MIK, l-Istati Membri ġeneralment la jivvalutaw il-kandidati f’dawn l-oqsma matul l-eżamini analitiku u lanqas jipprovdu taħriġ biżżejjed fir-rigward tagħhom qabel l-iskjerament. 90. Il-Kap tal-Missjoni tal-EULEX ma jistax jalloka il-persunal mill-ġdid skont il-ħtiġijiet li jinbidlu. Minflok ikun hemm bżonn approvazzjoni minn qabel mill-KPS jew saħansitra mill-Istati Membri [69]. Konsegwentement, kien hemm żbilanċi sinifikanti fir-riżorsi tal-persunal kemm bejn kif ukoll fi ħdan il-komponenti. Filwaqt li l-EULEX għandha nuqqas ta’ persunal fil-komponent tal-Ġustizzja, attwalment għandha aktar milli meħtieġ fil-komponent tad-Dwana u, b’mod ġenerali, fil-komponent tal-Pulizija. Min-naħa l-oħra, partijiet mill-komponent tal-Pulizija ġarrbu nuqqas sinifikanti ta’ persunal, l-aktar fl-unitajiet tal-pulizija għall-kontroll tal-folol u tal-irvellijiet wara rtirar unilaterali minn xi Stati Membri (ara l-paragrafu 85). 91. L-EULEX m’għandhiex sistema adegwata biex timmonitorja u tanalizza l-ammont ta’ ħin li l-persunal iqatta’ fuq azzjonijiet individwali tal-MIK u fuq funzjonijiet eżekuttivi. Barra minn hekk, is-SEAE ma jiġborx informazzjoni dwar il-pagamenti magħmula mill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri lill-persunal issekondat tal-EULEX u għalhekk ma jistax jistabbilixxi l-ispiża totali tal-EULEX għall-UE inklużi l-Istati Membri. Għalhekk mhux possibbli li jiġi vvalutat kemm hija kosteffettiva l-EULEX meta mqabbla ma’ forom oħra ta’ assistenza tal-UE għall-bini ta’ kapaċità. 92. L-EULEX, bħall-missjonijiet kollha tal-PSDK, m’għandhiex personalità ġuridika. Dan kien ta’ żvantaġġ sinifikanti minħabba li jfisser li l-operat tal-organizzazzjoni kollha, li tikkonsisti f’2 500 persunal, għalhekk jiddependi fuq il-mandat irċevut minn persuna waħda. Dan ifisser li l-Kap tal-Missjoni nnifsu huwa espost għal azzjonijiet ġudizzjali minħabba li l-EULEX m’għandha l-ebda pożizzjoni quddiem il-ġurisdizzjonijiet. 93. Barra minn hekk, l-EULEX ma tistax tiffirma ftehimiet li jikkommettu l-missjoni għax kwalunkwe ftehim iffirmat mill-Kap tal-Missjoni jikkommetti biss lilu nnifsu u mhux lill-EULEX bħala entità. Din ir-restrizzjoni, pereżempju, fixklet l-implimentazzjoni ta’ ftehim dwar skambju permanenti ta’ data mal-Europol [70] (ara l-paragrafu 32). 94. F’Ġunju 2012 il-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tal-missjonijiet tal-PSDK. Din kienet tinkludi talba lill-Kunsill biex jagħtihom personalità ġuridika, biex jistabbilixxi b’mod ċar l-istatus tagħhom bħala entitajiet maħluqa minn att tal-Kunsill, u biex dawn ikunu responsabbli quddiem il-Kummissjoni għall-fondi fdati lilhom [71]. MINKEJJA L-PERSUNAL LIMITAT FL-EUO ĠEWWA L-KOSOVO, IL-PROĠETTI TAL-IPA KIENU ĠENERALMENT ĠESTITI B’MOD ADEGWAT 95. L-importanza strateġika għall-UE tal-istat tad-dritt fil-Kosovo mhijiex riflessa fil-persunal allokat għall-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja għal dan il-qasam fl-EUO. Għaldaqstant, it-tim tal-operazzjonijiet jikkonsisti biss f’ħames membri tal-persunal. Dan jimpedixxi l-ispeċjalizzazzjoni tal-maniġers tal-kompiti f’oqsma differenti bħalma huma l-kwistjonijiet tal-pulizija jew tal-ġustizzja. Dan ifisser ukoll li hemm kapaċità limitata f’oqsma ewlenin bħalma huma l-applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika relatati mal-qasam tal-istat tad-dritt. Il-limitazzjonijiet ta’ persunal wasslu wkoll biex l-EUO jagħmel użu konsiderevoli minn konsulenti esterni għall-monitoraġġ ta’ proġetti. 96. Minkejja l-limitazzjonijiet ta’ persunal iffaċċjati, il-proġetti tal-IPA dwar l-istat tad-dritt kienu ġeneralment ġestiti b’mod adegwat mill-Kummissjoni bl-użu ta’ proċeduri ferm stabbiliti. In-nuqqasijiet prinċipali osservati waqt il-verifika kienu: (a) Il-proġetti vverifikati kienu jiffukaw fuq riformi ulterjuri u leġiżlazzjoni primarja ġdida aktar milli fuq l-iżgurar tal-istabbiliment u l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni sekondarja u li ġew imħaddma sistemi ġodda (ara l-paragrafu 47). (b) Il-proġetti ma kinux immirati b’mod effettiv biex jindirizzaw l-objettivi tal-UE dwar is-sigurtà interna (ara l-paragrafu 73). (c) Il-biċċa l-kbira mill-proġetti ma kinux jinkludu l-objettivi SMART [72], data ta’ referenza u indikaturi oġġettivament verifikabbli biex jiġi vvalutat il-progress li sar. (d) Id-dokumenti ta’ tħejjija għall-proġetti tal-IPA ma kinux jinkludu valutazzjoni adegwata tar-riskju, inkluża l-formulazzjoni ta’ strateġiji ta’ mitigazzjoni tar-riskju [73]. B’mod partikolari r-riskji ta’ korruzzjoni u ndħil politiku fl-oqsma tal-pulizija, il-ġudikatura u d-dwana ma kinux indirizzati biżżejjed. IL-KUMMISSJONI U S-SEAE MA GĦAMLUX BIŻŻEJJED UŻU MID-DJALOGU DWAR IL-POLITIKI U L-KUNDIZZJONALITÀ SABIEX ISAĦĦU L-ISTAT TAD-DRITT 97. Il-qafas formali għal djalogu dwar il-politiki bejn l-UE u l-Kosovo huwa l-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni (PSA). Madankollu fil-livell tekniku ssir laqgħa waħda biss fis-sena [74]. Il-Kummissjoni reċentement irrikonoxxiet din il-problema bil-varatura tal-hekk imsejjaħ Djalogu Strutturat dwar l-Istat tad-Dritt f’Mejju 2012, li jinsab fil-livell politiku. Dan jinvolvi żewġ laqgħat addizzjonali fis-sena bejn l-UE u l-Kosovo dwar l-istat tad-dritt, b’fokus speċjali fuq il-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata u l-ġudikatura. 98. L-inċentivi u l-kundizzjonalità użati mill-Kummissjoni u s-SEAE s’issa nstabu wkoll li huma ta’ użu limitat fil-promozzjoni tal-progress fir-rigward ta’ kwistjonijiet tal-istat tad-dritt fil-Kosovo. 99. B’kuntrast mal-bqija tal-Balkani tal-Punent, fil-każ tal-Kosovo l-inċentiv tal-adeżjoni potenzjali mal-UE huwa pperikolat minħabba n-nuqqas ta’ pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-indipendenza tiegħu (ara l-paragrafu 6). Fuq terminu ta’ żmien iqsar, il-possibbiltà tal-liberalizzazzjoni tal-viża tista’ tkun ta’ inċentiv minħabba li l-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża jinkludi kundizzjonijiet marbuta mal-istat tad-dritt. Madankollu, hemm 95 rekwiżit li għandhom jiġu ssodisfati għal-liberalizzazzjoni tal-viża, u b’hekk ikun hemm riskju li jiġi mminat l-effett tal-inċentiv [75]. 100. L-assistenza tal-UE lill-Kosovo fil-prinċipju hija kundizzjonali fuq il-progress fil-kisba tal-prijoritajiet stipulati fis-Sħubija Ewropea [76]. Madankollu, is-Sħubija fiha daqs 79 prijorità dwar l-istat tad-dritt biss. Barra minn hekk, is-Sħubija ma ġietx aġġornata mill-2008. Filwaqt li kundizzjonijiet speċifiċi huma inklużi fil-programmi annwali tal-IPA, dawn ġeneralment huma ta’ natura teknika u mhumiex marbuta ma’ tħassib ta’ politika aktar wiesa’. 101. L-unika kundizzjoni formalment stabbilita mill-EULEX fl-OPLAN tagħha hija li l-preżenza tagħha fil-Kosovo se tkun ibbażata fuq il-kooperazzjoni u l-appoġġ kontinwu mill-awtoritajiet tal-Kosovo. Madankollu, l-awtoritajiet tal-Kosovo qegħdin ifittxu dejjem aktar li jtemmu "l-indipendenza sorveljata" (ara l-paragrafi 5 u 11). L-EULEX ma tużax il-kundizzjonalità għal MIK individwali. KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET KONKLUŻJONIJIET 102. Il-verifika sabet li l-assistenza tal-UE lill-Kosovo fil-qasam tal-istat tad-dritt ma kinitx effettiva biżżejjed. L-assistenza għamlet biss kontribut żgħir għall-bini ta’ kapaċità tal-pulizija tal-Kosovo u ftit li xejn sar progress fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Fis-settur ġudizzjali, l-assistenza kienet utli iżda l-ġudikatura għadha tbati minn indħil politiku, nuqqas ta’ effiċjenza u ta’ trasparenza u infurzar. L-interventi tal-UE kellhom biss riżultati limitati meta indirizzaw il-korruzzjoni li għadha tipprevali f’ħafna oqsma. L-akbar progress sar fil-qasam tad-dwana. Ma kien hemm kważi l-ebda progress fl-istabbiliment tal-istat tad-dritt fit-Tramuntana tal-Kosovo. B’mod kumplessiv, is-sostenibbiltà tar-riżultati li nkisbu mill-assistenza hija mhedda minn nuqqas ta’ rieda politika, kapaċità finanzjarja dgħajfa u l-influwenza limitata tas-soċjetà ċivili. 103. L-ewwel nett, l-effettività limitata tal-assistenza tal-UE tista’ tiġi spjegata biċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-Kosovo: il-punt tat-tluq baxx waqt l-indipendenza għall-bini tal-istat tad-dritt u l-prijorità insuffiċjenti mogħtija mill-awtoritajiet ġodda tal-Kosovo lill-aġenda tal-istat tad-dritt. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ pożizzjoni komuni tal-UE dwar ir-rikonoxximent tal-Kosovo pperikola l-inċentiv ta’ adeżjoni fl-UE. 104. Madankollu, il-verifika sabet li kien hemm oqsma sinifikanti fejn ġestjoni aħjar min-naħa tas-SEAE u l-Kummissjoni setgħet wasslet sabiex l-assistenza tal-UE ssir aktar effettiva. Dan minkejja t-titjib li introduċew matul il-perjodu vverifikat. 105. L-objettivi u r-rwoli rispettivi tal-attivitajiet għall-bini ta’ kapaċità tal-Kummissjoni u tal-EULEX ma kinux ivvalutati u mqabbla ma’ punti ta’ riferiment b’mod adegwat matul l-istadju tal-ippjanar tal-missjoni tal-EULEX. L-objettivi tal-UE dwar is-sigurtà interna li huma relatati mal-Kosovo ma ġewx ikkoordinati biżżejjed mal-objettivi tal-politika esterna tal-UE għall-Kosovo. 106. Il-koordinazzjoni bejn l-operazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-PSDK kienet sfida kbira. Proċeduri ta’ pprogrammar u akkwist għadhom ostaklu għall-kooperazzjoni effettiva. L-UE għadha ma stabbilietx strateġija ta’ ħruġ li tkun tinvolvi li l-Kummissjoni tieħu f’idejha l-funzjonijiet tal-bini ta’ kapaċità tal-EULEX. Mill-2012, l-RSUE għandu rwol akbar sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni, iżda xorta jista’ jiġi integrat aħjar fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet tal-PSDK. B’mod ġenerali l-koordinazzjoni tad-donaturi fil-Kosovo ġiet imfixkla mill-kapaċità limitata tal-awtoritajiet tal-Kosovo li jieħdu t-tmexxija f’idejhom. Il-korpi tal-UE u tal-Istati Uniti fil-Kosovo għandhom isaħħu l-koordinazzjoni tagħhom fejn huwa possibbli. 107. Għalkemm l-EULEX hija bil-bosta l-akbar missjoni tal-PSDK sal-lum, l-effettività tagħha fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt ġiet imnaqqsa minħabba limitazzjonijiet ta’ riżorsi umani. L-Istati Membri ma ssekondawx persunal biżżejjed lill-EULEX. Barra minn hekk, il-persunal huwa spiss issekondat għal perjodi qosra wisq u mingħajr il-ħiliet meħtieġa għall-bini ta’ kapaċità. L-EULEX ġiet ukoll żvantaġġata minħabba li m’għandhiex personalità ġuridika. 108. L-għadd ta’ persunal tal-EUO allokat għas-sorveljanza tal-appoġġ tal-Kummissjoni lill-istat tad-dritt ma jirriflettix l-importanza ta’ dan il-qasam. Minkejja dan, il-proġetti tal-IPA kienu ġeneralment ġestiti b’mod adegwat. 109. Is-SEAE u l-Kummissjoni m’għamlux biżżejjed użu tad-djalogu dwar il-politiki u tal-kundizzjonijiet, flimkien mal-assistenza pprovduta, sabiex jgħinu fl-ilħuq tal-objettivi tal-UE dwar l-istat tad-dritt fil-Kosovo. L-introduzzjoni reċenti ta’ Djalogu Strutturat dwar l-Istat tad-Dritt fuq livell politiku u ta’ pjan direzzjonali dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża jistgħu jkunu passi sinifikanti ’l quddiem f’dan ir-rigward. RAKKOMANDAZZJONIJIET RAKKOMANDAZZJONI 1 Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-objettivi tal-istat tad-dritt għall-Kosovo jkunu marbuta ma’ punti ta’ riferiment konkreti li abbażi tagħhom ikun jista’ jiġi vvalutat il-progress u jikkunsidraw l-objettivi tas-sigurtà interna tal-UE. RAKKOMANDAZZJONI 2 Sabiex itejbu l-koordinazzjoni tagħhom, is-SEAE u l-Kummissjoni għandhom janalizzaw il-proċeduri ta’ pprogrammar u akkwist tal-Kummissjoni biex jiżguraw li dawn iwieġbu għall-ħtiġijiet operattivi tal-EULEX, u jħejju strateġija ta’ ħruġ għall-EULEX li tkun tinvolvi li l-Kummissjoni tieħu f’idejha l-funzjonijiet tal-bini ta’ kapaċità tal-EULEX. RAKKOMANDAZZJONI 3 Is-SEAE għandu jaħdem flimkien mal-Istati Membri biex jiżgura li l-missjonijiet futuri tal-PSDK joperaw bl-għadd sħiħ awtorizzat ta’ persunal u li dawn jiġu skjerati għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ u jkollhom il-ħiliet adegwati biex ikunu effettivi. RAKKOMANDAZZJONI 4 Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-missjonijiet futuri tal-PSDK ikollhom personalità ġuridika. RAKKOMANDAZZJONI 5 Is-SEAE u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-persunal fl-Uffiċċju tal-UE ġewwa Pristina għall-ġestjoni tal-appoġġ tal-istat tad-dritt tkun tirrifletti l-prijorità għolja mogħtija mill-UE f’dan il-qasam. RAKKOMANDAZZJONI 6 Il-Kunsill, is-SEAE u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li d-djalogi dwar il-politiki tagħhom mal-Kosovo jiffukaw b’mod partikolari fuq it-tisħiħ tal-istat tad-dritt u jkunu relatati ma’ inċentivi u ma’ kundizzjonijiet ta’ prijorità. Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla III, immexxija mis-Sur Karel PINXTEN, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas- 16 ta’ Ottubru 2012. Għall-Qorti tal-Awdituri +++++ TIFF +++++ Vítor Manuel da Silva Caldeira President [1] Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mar-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo. [2] Ir-repubbliki kostitwenti l-oħra ta’ dik li kienet il-Jugoslavja kienu Bosnia-Ħerżegovina, il-Kroazja, il-Maċedonja, il-Montenegro, u s-Slovenja. Kien hemm provinċja oħra awtonoma, Vojvodina, ukoll fir-Repubblika tas-Serbja. [3] Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mar-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo. [4] Mit- 8 ta’ Ġunju 2008, 91 pajjiż irrikonoxxew il-Kosovo. [5] Ċipru, il-Greċja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u Spanja. [6] "Status newtrali" tfisser li l-Unjoni Ewropea la tappoġġja u lanqas topponi l-indipendenza tal-Kosovo. [7] Il-Kunsill iddikjara r-rieda tal-UE "li tgħin fl-iżvilupp ekonomiku u politiku tal-Kosovo permezz ta’ perspettiva Ewropea ċara, konformi mal-perspettiva Ewropea tar-reġjun" (Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2011 dwar it-tkabbir u l-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni, 18195/11, 5.12.2011)). [8] L-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas- 17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82). [9] Skont ċensiment tal-2011, madwar 5 % tal-popolazzjoni tal-Kosovo ta’ 1,7 miljun huma Serbi. Huma jgħixu l-aktar fit-Tramuntana tal-Kosovo. [10] L-Aġenzija tal-Istatistika tal-Kosovo, PDG 2010. [11] Dikjarazzjoni mill-President Barroso wara l-laqgħa tiegħu ma’ Hashim Thaçi, Prim Ministru tal-Kosovo, Pristina, l- 20 ta’ Mejju 2011. Skont id-data tal-Kummissjoni, il-Kosovo rċieva aktar assistenza mill-UE per capita minn kull benefiċjarju ieħor mill-1999 s’issa. Ara l-Anness I għall-ammonti tal-2011 fir-rigward tal-assistenza tal-UE per capita mogħtija lil pajjiżi relevanti fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent. [12] Il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni - PSDK (li qabel kienet magħrufa bħala l-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża - PESD) tvarat fil-Kunsill Ewropew ta’ Kolonja f’Ġunju 1999 bħala parti integrali mill-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Unjoni (PESK). [13] Ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/291/PESK tal- 5 ta’ Ġunju 2012 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 146, 6.6.2012, p. 46). [14] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/291/PESK. [1111] Il-baġit ġenerali tal-UE jagħti dettall taċ-ċifri tal-EULEX sa mill-2011 biss. F’din it-tabella l-Qorti użat iċ-ċifri mogħtija fil-baġit 2011 tal-UE għas-snin 2009, 2010 and 2011 u ċifri miksuba mis-sistema kontabilistika interna tal-Kummissjoni (ABAC) għas-snin ta’ qabel. [2222] Proġetti tal-IPA dwar "stat tad-dritt usa"’ jinkludu, minbarra proġetti dwar il-pulizija u l-ġudikatura, proġetti relatati mal-ħidma kontra l-korruzzjoni, mad-dwana u mar-riforma tal-ġestjoni finanzjarja pubblika. [15] Oriġinarjament, l-EULEX implimentat 36 azzjoni tal-MIK fil-Komponent tal-Pulizija, 5 fil-Komponent tal-Ġustizzja u 4 fil-Komponent tad-Dwana. [16] "Border and Boundary Police Equipment" (Tagħmir tal-Pulizija tal-Fruntieri u tal-Konfini) (diversi kuntratti ta’ provvista li jiswew EUR 3 miljun) u "Border and Boundary Police" (Pulizija tal-Fruntieri u tal-Konfini) (proġett ta’ ġemellaġġ ma’ esperti mill-Istati Membri għal EUR 2,6 miljun). [17] "Border Police – Enhanced Planning"; "Intelligence-led Policing"; "Rationalize Kosovo Police Structure"; "Team Approach – Criminal Investigations" (Pulizija tal-Fruntieri – Ippjanar Imsaħħaħ; Attività ta’ Pulizija bbażata fuq l-Intelliġenza; Razzjonalizzazzjoni tal-Istruttura tal-Pulizija tal-Kosovo; Approċċ f’Tim – Investigazzjonijiet Kriminali). [18] It-terminu "konfini" jirreferi għal fejn il-Kosovo jmiss mas-Serbja waqt li t-terminu "fruntiera" jirreferi għal fejn il-Kosovo jmiss mal-Albanija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u l-Montenegro. Ir-referenzi għal "fruntiera" f’dan ir-rapport huma mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tal-Istati Membri dwar l-istatus. [19] Il-“Personal Identification, Secure Comparison, and Evaluation System”(Sistema ta’ Identifikazzjoni Personali, Paragun Sikur, u Evalwazzjoni) jew "PISCES", iffinanzjata mid-Dipartiment tal-Istat Amerikan. [20] Strategic Threat Assessment- Organised Crime in Kosovo (Valutazzjoni Strateġika tat-Theddid – Il-Kriminalità Organizzata fil-Kosovo) Novembru 2010 mill-Uffiċċju tal-UE għall-Intelliġenza Kriminali (EUOCI). [21] Ftehimiet li jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni (strateġiku), inkluża data personali (operazzjonali). [22] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat- 30 ta’ Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta’ data personali u informazzjoni kklassifikata (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6). [23] Il-Patt Ewropew għall-ġlieda kontra t-traffikar internazzjonali tad-droga jinnota wkoll li l-iskambji ta’ informazzjoni bejn il-Europol u l-EULEX għandhom jitjiebu minħabba li l-Kosovo huwa wieħed mir-rotot prinċipali tat-traffiku għad-drogi lejn l-Ewropa tal-Punent. [24] Ir-Rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar il-Missjoni Temporanja ta’ Amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo, il- 31 ta’ Jannar 2012, p. 7. [25] Proġett tal-IPA tal-2009 "Cooperation in Criminal Justice: Witness Protection in the Fight against Serious Crime and Terrorism (WINPRO)" (Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali: Protezzjoni tax-Xhieda fil-Ġlieda kontra l-Kriminalità Serja u t-Terroriżmu (WINPRO)), EUR 4 miljun. [26] Il-proċess ta’ ħatra mill-ġdid iffinanzjat minn donaturi internazzjonali kien analiżi ta’ darba u komprensiva dwar kemm huma adattati l-applikanti kollha għall-ħatriet permanenti bħala mħallfin u prosekuturi pubbliċi fil-Kosovo. Din kienet inkluża fil-proposta ta’ Ahtisaari (l-Artikolu 3, l-Anness IV). [27] Il-Kunsill Indipendenti Ġudizzjali u tal-Prosekuzzjoni. [28] Dan huwa f’kuntrast ma’ eżerċizzju simili fil-Bosnja-Ħerżegovina, fejn il-Kunsill Għoli Ġudizzjali u tal-Prosekuzzjoni (HJPC), li wettaq skrutinju tal-imħallfin u tal-prosekuturi għall-integrità u l-kompetenza professjonali, kien ukoll responsabbli mill-ħatra tagħhom sabiex tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tal-proċedura ta’ ħatra mill-ġdid. [29] Il-Kosovo għandu 14-il imħallef għal kull 100000 ċittadin, filwaqt li l-proporzjon għal pajjiżi oħra huwa: il-Montenegro 51, il-Kroazja 41, l-Ungerija 27. Il-proporzjon għal prosekuturi huwa saħansitra aktar baxx: 3,7 għall-Kosovo, meta mqabbel ma’ 13,4 fil-Montenegro, 7,3 fil-Bosnja-Ħerżegovina u 17,3 fl-Ungerija. Ara r-rapport tal-Programm 2011 tal-EULEX, p. 34. [30] OSKE: Independence of the Judiciary in Kosovo, Institutional and Functional Dimensions (L-Indipendenza tal-Ġudikatura fil-Kosovo, Dimensjonijiet Istituzzjonali u Funzjonali), Jannar 2012, p. 7. [31] Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ddikjara t-tħassib serju tiegħu li din il-leġiżlazzjoni mhux biss se tnaqqas l-involviment tal-EULEX fis-sorveljanza ġudizzjali tal-privatizzazzjoni, iżda wkoll severament iddgħajjef is-salvagwardji fuq l-użu tar-rikavat mill-privatizzazzjoni (ara l-Paragrafu 31 tar-Rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar l-UNMIK, il- 31 ta’ Ottubru 2011). [32] Din l-istrateġija tindirizza t-tnaqqis tal-161 273 każ mibdija qabel il- 31 ta’ Diċembru 2008 u li kienu għadhom pendenti sa tmiem is-sena 2010. Sa April 2012, 87914 minn dawn il-każijiet għadhom pendenti. Kunsill Ġudizzjali tal-Kosovo. Progress on the work achieved by Kosovo Judiciary in implementation of the National Backlog Reduction Strategy (Progress dwar il-ħidma miksuba mill-Ġudikatura tal-Kosovo fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis ta’ Xogħol b’lura), il- 25 ta’ April 2012. [33] It-tieni seduta Plenarja tad-Djalogu tas-SAP, l- 1 ta’ Lulju 2011. [34] L-eċċezzjoni kienet il-MIK dwar il-"Pjan ta’ Azzjoni tal-IBM", fejn l-objettiv li jintlaħqu l-livelli tal-UE ma kienx realistiku fil-qafas ta’ żmien limitat. Filwaqt li din il-MIK ikkontribwiet għat-titjib fil-kooperazzjoni bejn id-Dwana tal-Kosovo u l-Pulizija tal-Kosovo, għadu mhux tal-livell meħtieġ biex ikun hemm ġestjoni integrata u effettiva tal-fruntieri. [35] Public Pulse Poll report tal-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP): Fast Facts III, il- 11 ta’ Diċembru 2011, p. 6. [36] Il-Kummissjoni u l-EULEX ikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet kollha bħala pertinenti. L-awtoritajiet tal-Kosovo ma pprovdew l-ebda spjegazzjoni għala ħafna minnhom ma ġewx aċċettati. [37] Il-popolazzjoni tal-Kosovo stenniet li l-wasla tal-EULEX tkun twassal għal aktar attenzjoni mogħtija lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Din l-opinjoni kienet imsaħħa minn xi dikjarazzjonijiet pubbliċi magħmula mill-persunal tal-EULEX. [38] Stħarriġ imwettaq mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) fl-2010 jiddikjara li l-korruzzjoni għadha tħassib ewlieni taċ-ċittadini fil-Kosovo. L-istħarriġ innota wkoll li 11 % tal-popolazzjoni rrappurtaw li xaħħmu uffiċjal pubbliku fis-sena preċedenti. Ir-Rapport tal-UNODC: "Corruption in the Western Balkans, bribery as experienced by the population" (Korruzzjoni fil-Balkanin tal-Punent, tixħim kif esperjenzat mill-popolazzjoni), 2010. [39] Ir-Rapport ta’ Valutazzjoni 2011 ta’ SIGMA dwar il-Kosovo, OECD, 2011, p. 15. [40] L-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni, il-Kunsill Kontra l-Korruzzjoni u l-Uffiċċju għal Governanza Tajba tal-Kosovo. [41] L-Aġenzija tal-Akkwist Pubbliku, il-Kummissjoni Regolatorja tal-Akkwist Pubbliku u l-Korp ta’ Analiżi tal-Akkwist. [42] Matul l-2011, 158 awtorità kontraenti fil-Kosovo ġestew suq tal-akkwist pubbliku ta’ anqas minn EUR 800 miljun. Minbarra kuntratt wieħed mhux tas-soltu ta’ 236 miljun, l-ammont medju kkuntrattat kien inqas minn EUR 45 000. Ara r-Rapport Annwali 2011 tal-Kummissjoni Regolatorja tal-Akkwist Pubbliku, p. 31. [43] Dawn jinkludu l-liġi dwar id-dikjarazzjoni ta’ assi, il-liġi dwar il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interessi fl-eżerċizzju ta’ funzjoni pubblika u l-liġi dwar l-aċċess għal dokumenti pubbliċi. [44] L-OECD irrappurtat ukoll li l-Kosovo qed jadotta sett notevoli ta’ liġijiet immirati lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Fl-istess waqt, qed tiġi stabbilita wkoll struttura istituzzjonali. Madankollu, in-nuqqas ta’ riżultati ċari f’dan il-qasam iqajjem tħassib dwar il-kapaċità ta’ assorbiment tal-leġiżlazzjoni, l-impenn reali fl-implimentazzjoni tagħha, u l-kapaċità tal-istituzzjonijiet u l-persunal. Rapport ta’ Valutazzjoni 2011 ta’ SIGMA dwar il-Kosovo, p. 14. [45] EU anti-corruption requirements: measuring progress in Albania, Kosovo, FYR Macedonia and Turkey (Ir-rekwiżiti tal-UE kontra l-korruzzjoni: il-kejl tal-progress fl-Albanija, fil-Kosovo, f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u fit-Turkija), Transparency International, p. 6. [46] Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Rapport reġjonali dwar il-Balkani tal-Punent 11791/11, l- 20 ta’ Ġunju 2011, p. 29. [47] Iż-żewġ punti ta’ qsim huma fil-Kanċell 1 (Jarinje) u fil-Kanċell 31 (Brnjak). [48] L-erba’ liġijiet kienu dwar il-qrati, il-prosekuzzjoni u l-Kunsilli Ġudizzjali u tal-Prosekuzzjoni tal-Kosovo. Dawn il-liġijiet ġew ddigretati fl-2010. [49] Fl-2010 u l-2011 kien hemm erba’ Diretturi Ġenerali differenti. [50] Il-President fil-Kariga (parzjalment) ta l-maħfra lil 103 priġunieri fl-2011. Ħafna minnhom kienu qed jiskontaw sentenzi għal reati serji. SEC(2011) 1207 finali – Rapport tal-Progress Kosovo 2011, p. 13. [51] L-Artikolu 2 tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal- 4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92). [52] Dawn id-dokumenti huma kklassifikati u għaldaqstant mhux disponibbli fil-pront. [53] Id-Dokument tal-Kunsill 11678/11 tal- 4 ta’ Lulju 2011, Ir-Raba’ Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija għad-Dimensjoni Esterna tal-ĠAI Libertà Globali, Sigurtà u Ġustizzja mis-Segretarjat tal-Kunsill (grupp ta’ ħidma JAIEX) – Perjodu ta’ Referenza: Jannar 2010 - Ġunju 2011. [54] Iċ-"Ċiklu tal-Politika tal-UE" stabbilit reċentement jista’ jwassal għal koerenza akbar bejn il-politiki interni u esterni tas-sigurtà permezz tas-sistema tiegħu minn fuq għal isfel ta’ valutazzjonijiet tat-theddid (mill-Europol), prijoritajiet, għanijiet strateġiċi, Pjanijiet ta’ Azzjoni Operattivi (PAO) u indikaturi tal-prestazzjoni (it-3043 laqgħa tal-Kunsill Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, Brussell, it- 8 u d- 9 ta’ Novembru 2010). [55] Id-Dokument tal-Kunsill 18173/11 tal- 5 ta’ Diċembru 2011 "It-Tisħiħ tar-Rabtiet bejn il-PSDK u l-FSJ – Abbozz ta’ Pjan Direzzjonali". [56] Ara l-Artikolu 17 tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK. [57] Barra minn hekk, il-Ministri tal-Ġustizzja, tal-Intern, u tal-Finanzi u l-Ekonomija jattendu għal dawn il-laqgħat. [58] Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/123/PESK tal- 4 ta’ Frar 2008 li taħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 88). [59] Il-Grupp tal-Ippjanar tal-Unjoni Ewropea (EUPT), stabbilit biex iħejji l-missjoni tal-EULEX, ippropona fir-rapport tal-valutazzjoni tiegħu ta’ Settembru 2006, Struttura bi Prova, li fiha l-kap tal-Missjoni tal-PSDK (EULEX) għandu jirrapporta lill-RSUE. Il-Kunsill approva CONOPS u OPLAN li ma segwewx din il-proposta. [60] "Concept paper on procedures for the termination, extension and refocusing of an EU civilian crisis management operation" (Dokument ta’ kunċett dwar proċeduri għat-terminazzjoni, estensjoni u ffukkar mill-ġdid ta’ operazzjoni tal-UE għall-ġestjoni ta’ kriżi ċivili) tad- 9 ta’ Jannar 2006 maħruġa mill-Kunsill. [61] Wara d-dikjarazzjoni ta’ indipendenza tal-Kosovo fi Frar 2008, il-Kummissjoni organizzat konferenza tad-donaturi għall-Kosovo f’Lulju 2008. Is-segwitu għall-konferenza tad-donaturi kkonferma li, f’konformità mal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi 2005 dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, il-Kosovo għandu jieħu r-rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-politiki tiegħu u fil-koordinazzjoni tal-assistenza tad-donaturi. [62] Għal-laqgħat tal-JRCB attendew l-Istati Uniti iżda mhux partijiet interessati oħra bħall-Istati Membri tal-UE jew organizzazzjonijiet internazzjonali involuti fl-appoġġ tal-Istat tad-Dritt. [63] Il-KFOR għandha l-mandat taħt il-UN SCR li tippermetti libertà ta’ moviment u tipprovdi ambjent sikur u mingħajr periklu fil-Kosovo. [64] Dawn jinkludu l-Ambaxxata tal-Istati Uniti, l-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID), il-Programm Internazzjonali għat-Taħriġ Investigattiv Kriminali (ICITAP) u l-Uffiċċju għall-Iżvilupp, l-Assistenza u t-Taħriġ fil-Prosekuzzjoni Extra-Ewropej (OPDAT). Fora ta’ koordinazzjoni eżistenti mhumiex effettivi biex jikkoordinaw mal-Istati Uniti peress li dawn ġeneralment jaċċettaw biss rappreżentant wieħed għal kull donatur. [65] Sal-aħħar tal-2011, madwar 78 % tal-persunal internazzjonali tal-EULEX ġew issekondati, l-aktar mill-Istati Membri (94 %). Il-Kanada, il-Kroazja, in-Norveġja, l-Isvizzera, it-Turkija u l-Istati Uniti wkoll issekondaw persunal mal-EULEX. [66] L-Istati Membri jinnotifikaw lis-CPCC permezz ta’ hekk imsejħa "rahniet" ta’ kemm-il membru tal-persunal se jissekondaw mal-missjoni. Jekk ma jkunx hemm biżżejjed applikanti ssekondati, il-postijiet jistgħu jimtlew b’persunal b’kuntratt, iżda dan iqum aktar flus għax imbagħad l-EULEX tħallas is-salarji tagħhom. [67] Is-Sejħiet kienu jinkludu 2396 post vakanti għal persunal issekondat. 47 % mtlew minn persunal ġdid issekondat u 5 % b’persunal ġdid b’kuntratt. 13 % mtlew minn persunal eżistenti tal-EULEX li jfisser li l-post preċedenti tagħhom sar vakanti. [3333] Is-saħħa awtorizzata tal-EULEX kienet ta’ 2042 membru tal-persunal internazzjonali sa Ottubru 2010 meta kienet tnaqqset għal 1950 membru tal-persunal internazzjonali. [68] Eżempji ta’ kompetenzi trasversali relevanti għall-konsulenti tal-MIK jinkludu komunikazzjoni, negozjar, faċilitazzjoni, influwenza, ħidma f’tim, konsulenza u ħiliet ta’ reżistenza. [69] Bidliet fid-deskrizzjonijiet tax-xogħol huma approvati mill-KPS. L-Istati Membri jeħtieġ li jaqblu dwar allokazzjoni mill-ġdid ta’ persunal issekondat. [70] Il-Kunsill ġie infurmat li n-nuqqas ta’ personalità ġuridika tal-missjonijiet tal-PSDK ifixkel l-iskambju ta’ informazzjoni (Id-Dokument tal-Kunsill 5620/11 tal- 25 ta’ Jannar 2011, It-tisħiħ ta’ rabtiet bejn l-aspetti esterni u interni tas-sigurtà tal-UE). [71] C(2012) 4052 finali tas- 26 ta’ Ġunju 2012. [72] SMART huwa akronimu ta’: Speċifiku, li Jista’ Jitkejjel u Jinkiseb, Realistiku u Marbut mal-Ħin. [73] Imsejħa "project fiches" mill-Kummissjoni. [74] Il-laqgħa hija kopreseduta mill-EUO u għaliha jattendu rappreżentanti tad-DĠ Tkabbir, DĠ Ġustizzja, DĠ Affarijiet Interni, l-EULEX, l-RSUE u l-EUO. Fl-2010 u fl-2011 il-laqgħat kienu kopreseduti minn uffiċjal tal-Kummissjoni. [75] F’Ġunju 2012, il-Kummissjoni pprovdiet l-awtoritajiet tal-Kosovo bil-"Pjan Direzzjonali" għar-riformi li l-Kosovo kien jeħtieġ jikkompleta biex tinkiseb il-liberalizzazzjoni tal-viża, inklużi riformi dwar l-istat tad-dritt (Referenza: Dokument tal-laqgħa 012-12 Rev 3 Origin CION). [76] L-Artikolu 5 tal-Anness 1 tas-Sħubija Ewropea jiddikjara li: "L-assistenza lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent hija kundizzjonali għall-progress fl-issodisfar tal-kriterji ta’ Kopenħagen u l-konformità mal-prijoritajiet speċifiċi ta’ din is-Sħubija Ewropea. Nuqqas ta’ rispett għal dawn il-kondizzjonijiet jista’ jwassal sabiex il-Kunsill jieħu miżuri xierqa". -------------------------------------------------- ANNESS I L-ASSISTENZA FINANZJARJA TAL-UE PER CAPITA (IL-BALKANI TAL-PUNENT) Sors: Analiżi mill-Qorti tad-data tal-Kummissjoni. Benefiċjarju | Assistenza IPA mogħtija fl-2011 (EUR) | Assistenza tal-PSKD mogħtija fl-2011 [1111] (EUR) | Popolazzjoni [2222] | Assistenza tal-UE per capita (EUR) | L-Albanija | 94428286 | | 3069275 | 31 | Il-Bosnja-Ħerżegovina | 107428286 | 17600000 | 3843998 | 33 | Il-Kroazja | 156528286 | | 4290612 | 36 | Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | 98028286 | | 2048619 | 48 | Il-Kosovo | 68700000 | 132566667 | 1733872 | 116 | Il-Montenegro | 34153943 | | 625266 | 55 | Is-Serbja | 201879600 | | 7120666 | 28 | [1111] In-nefqa tal-PSDK għall-Kosovo (EULEX) u l-Bosnja-Ħerżegovina (EUPM) ġiet ikkalkolata abbażi tan-nefqa approvata mill-Azzjonijiet Konġunti tal-Kunsill imqassma fuq bażi prorata (għall-EULEX EUR 165 miljun sabiex tkun koperta n-nefqa mill- 15 ta’ Ottubru 2010 sal- 14 ta’ Diċembru 2011, u EUR 72,8 miljun mill- 15 ta’ Diċembru 2011 sal- 14 ta’ Ġunju 2012). [2222] Id-data tal-popolazzjoni nkisbet mir-riżultati taċ-Ċensiment 2011, ħlief għall-Bosnja-Ħerżegovina u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li għalihom stimi tal-2009 huma pprovduti mid-DĠ Tkabbir. -------------------------------------------------- ANNESS II KAMPJUN TAL-VERIFIKA Proġetti tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) | Kuntratt (Ref CRIS). | Titlu tal-Proġett | Baġit (EUR) | 2009/209-712 | Border and Boundary Police, Twinning (Pulizija tal-Fruntieri u tal-Konfini, Ġemellaġġ) | 2000000 | 2008/172-158 | Border and Boundary Police Equipment (Tagħmir tal-Pulizija tal-Fruntieri u tal-Konfini) | 412506 | 2008/172-282 | 635210 | 2010/250-987 | 480238 | 2010/248-943 | 1967353 | 2010/253-575 | 372948 | 2009/215-030 | Legal Education System Reform (Riforma tas-Sistema tal-Edukazzjoni Legali) | 3600000 | 2010/241-467 | Completion of re-appointment of Judges and Prosecutors (IPA/IfS) (Ikkompletar ta’ ħatriet mill-ġdid ta’ Mħallfin u Prosekuturi (IPA/IfS)) | 876460 | 2008/169-890 | Support to Public Procurement Reform (Appoġġ għar-Riforma tal-Akkwist Pubbliku) | 1912373 | 2008/169-230 | Support to Anti-Corruption Institutions in Kosovo (Appoġġ għall-Istituzzjonijiet kontra l-Korruzzjoni fil-Kosovo) | 997260 | 2009/202-640 | Preparation of Fiscal and Customs Blueprint exercise in Tax and Customs Administrations of Kosovo (UNSCR 1244) (Tħejjija ta’ eżerċizzju ta’ Pjan Fiskali u tad-Dwana f’Amministrazzjonijiet tat-Taxxa u tad-Dwana tal-Kosovo (UNSCR 1244)) | 102876 | 2009/211-402 | Support to Customs and Taxation Administrations (Appoġġ għall-Amministrazzjonijiet tad-Dwana u tat-Tassazzjoni) | 2639500 | Proġetti tal-Istrument għall-Istabbiltà | Kuntratt (Ref CRIS) | Titlu tal-proġett | Valur (EUR) | 2008/154-134 | Ħatra mill-ġdid ta’ Mħallfin u Prosekuturi fil-Kosovo | 5000000 | Azzjonijiet ta’ Monitoraġġ, Iggwidar u Konsulenza (MIK) | Komponent | EULEX Ref | Titlu tal-MIK | Pulizija | PSD05/2009 | Team Approach – Criminal Investigations (Approċċ f’Tim – Investigazzjonijiet Kriminali) | Pulizija | PSD10/2009 | Intelligence-led Policing (Attività ta’ pulizija bbażata fuq l-Intelliġenza) | Pulizija | PSD19/2009 | Border Police – Enhanced Planning (Pulizija tal-Fruntieri: Ippjanar Imsaħħaħ) | Pulizija | PSD24/2009 | Rationalize Kosovo Police Structure (Razzjonalizzazzjoni tal-Istruttura tal-Pulizija tal-Kosovo) | Ġustizzja | - | Judges in the Criminal and Civil Fields (Imħallfin fl-Oqsma Kriminali u Ċivili) | Ġustizzja | - | Prosecutors (Prosekuturi) | Dwana | CC/06/2009 | Enhanced internal communication and data sharing (Komunikazzjoni interna u skambju ta’ data mtejba), speċifikament il-komunikazzjoni u t-tixrid ta’ intelliġenza | Dwana | CC/09/2009 | Implementation of the Integrated Border Management (IBM) Action Plan (Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBM)), li speċifikament tinkludi t-tiġdid tal-infrastruttura u tat-tagħmir fl-istazzjonijiet tad-Dwana | -------------------------------------------------- ANNESS III MISTOQSIJIET DETTALJATI TAL-VERIFIKA U KRITERJI TAL-VERIFIKA Il-Qorti wieġbet għall-mistoqsija tal-verifika billi qasmitha f’mistoqsijiet iżgħar li jindirizzaw l-effettività u l-impatt tal-interventi kif ukoll kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni. Kull suġġett ġie analizzat billi ngħatat tweġiba għall-mistoqsija dettaljata li hija ppreżentata f’dan l-anness flimkien mal-kriterji tal-verifika relatati użati mill-Qorti. L-Assistenza tal-UE kienet effettiva? L-assistenza kumplessiva tal-UE fir-rigward tas-settur tal-istat tad-dritt kisbet ir-riżultati maħsuba? Fil-valutazzjoni ta’ din il-mistoqsija, ġew ikkunsidrati l-kriterji li ġejjin: (a) Ir-Rapporti ta’ Progress tal-UE rrappurtaw progress sodisfaċenti. (b) Il-prijoritajiet stabbiliti fis-Sħubija Ewropea ntlaħqu. (c) L-objettivi stabbiliti fid-Dokumenti Indikattivi ta’ Pprogrammar Multiannwali u l-Azzjoni Konġunta għall-EULEX intlaħqu. (d) L-attivitajiet tal-proġett huma implimentati fil-ħin skont il-pjanijiet u l-benefiċjarji jieħdu s-sjieda u huma involuti fi proġetti/azzjonijiet ta’ implimentazzjoni. (e) L-objettivi stabbiliti fi ħdan l-iskedi tal-proġett/tal-Azzjoni tal-MIK intlaħqu. L-awtoritajiet tal-Kosovo huma kapaċi jmexxu s-settur tal-istat tad-dritt b’mod sostenibbli mingħajr intervent tad-donaturi? Fil-valutazzjoni ta’ din il-mistoqsija, ġew ikkunsidrati l-kriterji li ġejjin: (a) Il-Kummissjoni u s-SEAE/l-EULEX jivvalutaw il-prospetti għall-awtoritajiet tal-Kosovo biex ikunu jistgħu jmexxu s-settur tal-istat tad-dritt mingħajr intervent tad-donaturi. (b) L-awtoritajiet tal-Kosovo għandhom sjieda tal-proċess ta’ riforma fis-settur tal-istat tad-dritt u għandhom il-kapaċità teknika u finanzjarja biex imexxu s-settur tal-istat tad-dritt b’mod sostenibbli. Hemm strateġija kumplessiva tal-UE definita b’mod tajjeb dwar l-istat tad-dritt fil-Kosovo u l-objettivi speċifiċi tal-korpi differenti huma stabbiliti b’mod ċar? Fil-valutazzjoni ta’ din il-mistoqsija, ġew ikkunsidrati l-kriterji li ġejjin: (a) L-istrateġija tal-UE għall-istat tad-dritt fil-Kosovo hija stabbilita fi ħdan strateġija ġlobali ċara għall-Kosovo. (c) Il-korpi tal-UE responsabbli għall-implimentazzjoni tal-istrateġija għandhom mandati ċari u l-objettivi tagħhom ma jikkoinċidux. (d) L-objettivi huma raġonevolment limitati fin-numru, prijoritizzati u SMART ("Speċifiċi, li jistgħu Jitkejlu u Jinkisbu, Realistiċi u Marbuta mal-Ħin"). L-Assistenza tal-UE lill-Kosovo relatata mal-istat tad-dritt hija kkoordinata tajjeb bejn il-korpi tal-UE? Fil-valutazzjoni ta’ din il-mistoqsija, ġew ikkunsidrati l-kriterji li ġejjin: (a) Il-koordinazzjoni ġenerali permezz ta’ komunikazzjoni u rappurtar bejn il-korpi tal-UE hija f’waqtha u koerenti. (b) L-Ipprogrammar u l-Implimentazzjoni minn korpi tal-UE differenti huma kkoordinati. (c) Il-komunikazzjoni u r-rappurtar speċifiċi bejn il-korpi tal-UE huma f’waqthom u koerenti. L-Assistenza tal-UE kienet ikkoordinata tajjeb ma’ partijiet interessati oħrajn? Fil-valutazzjoni ta’ din il-mistoqsija, ġew ikkunsidrati l-kriterji li ġejjin: (a) Hemm valutazzjoni komprensiva tal-ħtiġijiet tal-Kosovo fil-qasam tal-istat tad-dritt u analiżi tar-riżorsi meħtieġa. (b) Hemm diviżjoni tax-xogħol fil-pajjiż b’arranġamenti ta’ donaturi ewlenin fil-qasam tal-istat tad-dritt. (c) L-Assistenza tal-UE ġiet ipprogrammata f’koordinazzjoni ma’ donaturi oħrajn u jeżistu mekkaniżmi li jiżguraw l-implimentazzjoni kkoordinata tal-assistenza. L-UE vvalutat b’mod xieraq u taffiet ir-riskji li jkun espost għalihom il-finanzjament? Fil-valutazzjoni ta’ din il-mistoqsija, ġew ikkunsidrati l-kriterji li ġejjin: (a) Ir-riskji għall-infiq tal-fondi tal-UE ġew identifikati u vvalutati. (b) Huma żviluppati strateġiji adegwati ta’ mitigazzjoni tar-riskju u ta’ ġestjoni tar-riskju. Ir-riżorsi finanzjarji u umani tal-UE impenjati lill-istat tad-dritt fil-Kosovo ġew allokati skont il-prijoritajiet għall-assistenza tal-UE fil-qasam u f’perjodu ta’ żmien ċar għall-implimentazzjoni? Fil-valutazzjoni ta’ din il-mistoqsija, ġew ikkunsidrati l-kriterji li ġejjin: (a) Hemm stadji importanti ċari għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE (mill-bidu sal-ħruġ) u hemm valutazzjoni tar-riżorsi meħtieġa f’kull stadju. (b) Ir-riżorsi finanzjarji impenjati għall-interventi huma allokati skont il-prijoritajiet tal-UE. (c) Il-persunal li jaħdem fuq l-interventi għandu l-kompetenza meħtieġa u huwa disponibbli fil-ħin. Sar użu effettiv ta’ kontributi oħra (djalogu, kundizzjonalità u monitoraġġ) sabiex jiġi megħjun l-ilħuq tal-objettivi tal-assistenza tagħha? Fil-valutazzjoni ta’ din il-mistoqsija, ġew ikkunsidrati l-kriterji li ġejjin: (a) Id-djalogu dwar il-politiki tal-UE jindirizza d-dgħufijiet/il-ħtiġijiet ta’ riforma prinċipali tas-settur tal-istat tad-dritt u jagħmel proposti xierqa. (b) L-UE appoġġjat l-ilħuq tal-objettivi tagħha tas-settur tal-istat tad-dritt bl-użu ta’ kundizzjonalità xierqa. (c) L-UE għandha sistema adegwata għall-monitoraġġ tal-assistenza tagħha għall-istat tad-dritt. -------------------------------------------------- ANNESS IV ANALIŻI TAL-LAKUNI FL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ LIĠIJIET RELEVANTI FIL-ĠLIEDA KONTRA L-KORRUZZJONI Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Test legali | Valutazzjoni u nuqqas | Impatt | Il-Liġi kontra l-korruzzjoni u d-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Kodiċi Kriminali (CCK) dwar il-korruzzjoni. | Il-mandat tal-Aġenzija tal-Kosovo Kontra l-Korruzzjoni huwa limitat li jinvestiga attivitajiet mhux kriminali u ma jistax jibda l-prosekuzzjoni. Il-liġi kontra l-korruzzjoni u l-kodiċi penali proviżorju jiddefinixxu l-korruzzjoni b’mod differenti. | Il-mandat tal-Aġenzija jeskludi l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ korruzzjoni kriminali. | Dispożizzjonijiet eżistenti tal-Kodiċi Kriminali (CCK) u l-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (CPCK) dwar il-konfiska ta’ benefiċċji materjali miksuba permezz ta’ attivitajiet kriminali. | Ftit li xejn assi ġew ikkonfiskati, u jidher li hemm nuqqas ta’ rieda biex jintużaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi applikabbli f’każijiet li jinvolvu mġiba kumplessa ħafna ta’ korruzzjoni li jinvolvu uffiċjali għoljin. | Kriminali kkundannati jżommu l-proprjetà tal-benefiċċji tal-attivitajiet illegali tagħhom. | Il-Liġi dwar id-dikjarazzjoni tal-oriġini tal-proprjetà u r-rigali ta’ uffiċjali pubbliċi għoljin (Liġi dwar id-dikjarazzjoni ta’ assi). | Qafas dgħajjef ta’ sanzjonar li jinkludi l-fatt li dikjarazzjonijiet foloz ma jiġux meqjusa bħala reati kriminali. | Id-dikjarazzjonijiet ta’ assi jkomplu juru diskrepanzi bejn l-assi ddikjarati u d-dħul reali. | Il-Liġi dwar il-prevenzjoni ta’ Kunflitti ta’ interessi fl-Eżerċitazzjoni ta’ Funzjoni Pubblika. | Il-Liġi dwar il-kunflitti ta’ interessi hija nieqsa minn obbligi ta’ rappurtar relevanti u tipprevedi biss li l-KAA għandha tħeġġeġ lill-uffiċjal biex jevita l-konflitt. | Il-kunflitti ta’ interessi jippersistu. | Il-Liġi dwar l-aċċess għal dokumenti pubbliċi. | Din il-liġi tipprevedi pieni f’każ ta’ ksur, iżda għadu mhux ċar jekk dawn għandhomx jitħallsu mill-istituzzjoni jew l-uffiċjal tas-servizz pubbliku responsabbli. | It-trasparenza insuffiċjenti twassal għal anqas sorveljanza ta’ attivitajiet pubbliċi u aktar opportunitajiet għall-korruzzjoni. | Il-liġi dwar il-finanzjament ta’ partiti politiċi. | Il-liġi la tipprojbixxi u lanqas tirregola b’mod strett donazzjonijiet minn entitajiet legali li jipprovdu oġġetti jew servizzi lill- amministrazzjoni pubblika. | Il-prattiki ta’ finanzjament ta’ partiti politiċi mhumiex trasparenti. | -------------------------------------------------- ANNESS V BIBLIJOGRAFIJA "Adapting the EU’s approach to today’s security challenges – the Review of the 2003 European Security Strategy", Kumitat tal-Unjoni Ewropea/House of Lords, Londra, 2008. "Assessment Kosovo (under UNSCR 1244/99)", SIGMA Support for Improvement in Governance and Management (Appoġġ għat-Titjib fil-Governanza u l-Ġestjoni), OECD, 2010, 2011. Ball, N., Promoting security sector reform in fragile states, USAID, 2005. Blockmans, S., Wouters, J., Ruys, T., The European Union and Peacebuilding, Policy and Legal Aspects, ISBN: 9789067043298, 2010. Briscoe, I., Price, M., Kosovo’s new map of power: governance and crime in the wake of independence, l-Istitut Olandiż tar-Relazzjonijiet Internazzjonali "Clingendael", 2011. Chivvis, Ch-S., EU Civilian Crisis Management: the record so far, RAND Corporation, 2010. "Communicate, Coordinate and Cooperate. A series of papers on the A-Z of cohering EU Crisis Management in the post-Lisbon Era", ISIS Europe, 2011. "Corruption Cases Report Kosovo", Ċentru ta’ Avukatura u ta’ Konsulenza Legali, Transparency International, 2009. "Corruption in Kosovo, implications for USAID", USAID, 2006. "Corruption in the Western Balkans: bribery as experienced by the population", UNODC Statistics and Surveys Section (SASS), L-UFFIĊĊJU TAN-NU KONTRA D-DROGA U L-KRIMINALITÀ, 2011. Dari, E., Price, M., Van der Wal, J., Gottwald, M., Koenig, N., CSDP Missions and Operations: Lessons learned Processes, il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Esterna, 2012. Derks, M., More, S., The European Union and Internal Challenges for Effectively Supporting Security Sector Reform – An Overview of the EU’s set-up for SSR support anno spring 2009, l-Istitut Olandiż tar-Relazzjonijiet Internazzjonali "Clingendael", 2009. Derks, M., Price M., The EU and Rule of Law Reform in Kosovo, l-Istitut Olandiż tar-Relazzjonijiet Internazzjonali "Clingendael", 2010. "EU Anti-Corruption requirements: Measuring progress in Albania, Kosovo, FYR Macedonia and Turkey", Transparency International, CIMAP, ISBN: 9783935711777, 2011. "EULEX - The first ten years (1999-2009) – The rule-of-law mission in Kosovo", l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà, Pariġi, 2009. "EULEX: Still in search of Identity", IPOL – l-Istitut tal-Politika Balkana, Pristina, 2010. "European Security and Defence Policy: the first ten years (1999-2009)", l-Istitut għall-Istudji fuq is-Sigurtà (EUISS), 2009. "Fighting corruption in security sector reform", Peacebrief nru 32, L-Istitut tal-Paċi tal-Istati Uniti, 2010. Hobbing, P., CEPS – Customs cooperation in the Area of Freedom, Security and Justice: the Role of Customs in the Management of the EU’s external border, 2011. "Indicators of the spread of corruption in Kosovo’s Judicial System", Istitut Demokratiku tal-Kosovo, Transparency International, Pristina, 2009. Jones, S-G., Wilson, J-M., Rathmell, A., Riley, K-J., Establishing Law and Order after conflict, RAND Corporation, 2005. King, I., Mason, W., Peace at any Price. How the world failed Kosovo, ISBN 9780801445392, 2006. Korski, D., u Gowan, R., Can the EU Rebuild Failing States? A Review of Europe’s Civilian Capacities, il-Kunsill Ewropew dwar ir-Relazzjonijiet Barranin, 2009. "Kosovo and Serbia: A little goodwill could go a long way", il-Grupp dwar Kriżijiet Internazzjonali, Pristina, Belgrad, Brussell, 2012. "Kosovo Justice Support Program QR, October-December 2009", USAID. "Kosovo: Time for EULEX to prioritize War Crimes", Amnesty International, 2012. Lehne, S., Kosovo and Serbia: Toward a normal relationship, Carnegie Endowment for International Peace, 2012. Malešič, M., Crisis Management in the EU: International Coordination and Civil-Military Cooperation, il-Fakultà tax-Xjenzi Soċjali, l-Università ta’ Ljubljana. "Mission in Kosovo - 6 years onwards: putting the Helsinki Final Act into action", OSKE, 2005. "Mission in Kosovo: Independence of the Judiciary in Kosovo, Institutional and Functional Dimensions", OSKE, 2012. Montanaro, L., The Kosovo Statebuilding Conundrum: Addressing Fragility in a Contested State, FRIDE, 2009. "Nato presence in Kosovo, Implications of KFOR troop reduction and essential political processes", NATO, Open Society Foundation, Friedrich Ebert Stiftung, Foreign Policy Club, Pristina, 2011. "North Kosovo: Dual Sovereignty in Practice", Europe Report nru 211, il-Grupp dwar Kriżijiet Internazzjonali, Pristina, Mitrovica, Brussell, 2011. Philips, D-L., Realizing Kosovo’s Independence, Il-Kumitat Nazzjonali dwar il-Politika Barranija Amerikana, 2010. Poston, M., UK assessment and proposed support in the RoL sector in Kosovo, id-Dipartiment għall-Iżvilupp Internazzjonali (DFID), 2008. "Public perceptions of safety and security in Kosovo: Time to act", Safer world, Londra, 2011. Qosaj-Mustafa, A., Strengthening Rule of Law in Kosovo: the Fight against corruption and organised crime, L-Istitut tal-Kosovo għar-Riċerka u l-Iżvilupp dwar il-Politika (KIPRED), Policy Paper 2010/8, Pristina, 2010. Rathmell, A., Oliker, O., Kelly T-K., Brannan, D., Crane, K., Developing Iraq’s security sector, RAND Corporation – 2005. Rehrl, J. Weisserth, H-B., Handbook on CSDP – The Common Security and Defence Policy of the European Union, il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża. "Rule of Law tools for post-conflict states: monitoring legal systems", L-Istat tad-Dritt tan-Nazzjonijiet Uniti, 2006. Sadiku, L., Civil Society against Corruption: Report Kosovo, Hertie School of Governance, 2010. "Securing peace and development: the role of the UN in supporting security sector reform", Rapport tas-Segretarju Ġenerali, NU – Assemblea Ġenerali, 2008. "Security Reform and Governance", Dokument ta’ referenza DAC, OECD, 2005. Simonen, K., The state versus the Individual, the Unresolved Dilemma of Humanitarian Intervention, ISBN13: 9789004202917, 2011. "Situation in Kosovo. Information note from Mr. Von Sydow", Assemblea Parlamentari KtE, 2010. "Special Report: The EU’s experience with Security Sector Governance", L-Istitut tal-Paċi tal-Istati Uniti, 2011. Summers, J., Kosovo: A precedent? The declaration of Independence, the Advisory Opinion and Implications for Statehood, Self-Determination and Minority Rights, ISBN13: 9789004175990, 2011. "Rule of Law in Independent Kosovo", Europe Report nru 204, il-Grupp dwar Kriżijiet Internazzjonali, Pristina, Brussell, 2010. "The Corruption Monitor: Monitoring Report on Institutional Activities in the Fight Against Corruption September-October 2011", FOL, 2011. "The Fragile Triangle – Police, judges and prosecutors coordination during criminal proceedings response in Kosovo", L-Istitut tal-Kosovo għar-Riċerka u l-Iżvilupp dwar il-Politika (KIPRED), Pristina, 2010. "The UK approach to stabilisation", id-Dipartiment għall-Iżvilupp Internazzjonali (DFID), 2008. "Trust Me, I’m an International: on the Relationship between Civil Society and the International Community in Kosovo", dokument ta’ diskussjoni FOL. "US Army – Security Sector Reform: a case study approach to transition and capacity building", l-Istitut tal-Istudji Strateġiċi, 2010. Weiler, Q., The EU and Security Sector Reform in Africa: a leader in theory, a laggard in reality? l-Università tan-NU/Il-Kulleġġ tal-Ewropa, 2009. Youngs, R., The European Union and the Promotion of Democracy, ISBN13: 9780199249794, 2002. Zogiani, A., Pula, B., Bërxulli, D., Mulaj, I., USAID – Early Warning Report Kosovo, January-June 2006, Rapport ta’ Evalwazzjoni, Attivitajiet ABA-Roli fil-Kosovo, USAID, Kosovo, 2010. --------------------------------------------------