Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0618

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2011/014 RO/Nokia mir-Rumanija)

    /* COM/2012/0618 final */

    52012PC0618

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2011/014 RO/Nokia mir-Rumanija) /* COM/2012/0618 final */


    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    Il-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) permezz ta' mekkaniżmu flessibbli, bil-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun lil hinn mill-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju.

    Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet mill-FEG huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[2].

    Fit-22 ta' Diċembru 2011 ir-Rumanija ppreżentat l-applikazzjoni FEG/2011/014 RU/Nokia għal kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-FEG, li wasslet għas-sensji fis-SC Nokia Romania SRL u f'fornitur ġewwa r-Rumanija.

    Wara analiżi bir-reqqa ta' din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament, intlaħqu.

    SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI

    Dejta prinċipali: ||

    Nru ta' Referenza tal-FEG || FEG/2011/014

    Stat Membru || Ir-Rumanija

    Artikolu 2 || (a)

    Intrapriża primarja || SC Nokia Romania SRL

    Fornituri u produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni || 1

    Perjodu ta' referenza || 21.8.2011 – 21.12.2011

    Data tal-bidu għas-servizzi personalizzati || 8.12.2011

    Data tal-applikazzjoni || 22.12.2011

    Sensji matul il-perjodu ta' referenza || 1 904

    Sensji qabel u wara l-perjodu ta' referenza || 0

    Total ta' sensji eliġibbli || 1 904

    Ħaddiema ssensjati li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri || 1 416

    In-nefqa għas-servizzi personalizzati (EUR) || 4 346 200

    Infiq għall-implimentazzjoni tal-FEG[3] (EUR) || 181 000

    In-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (%) || 4,00

    Il-baġit totali (EUR) || 4 527 200

    Kontribuzzjoni tal-FEG (65 %) (EUR) || 2 942 680

    1.           L-applikazzjoni tressqet quddiem il-Kummissjoni fit-22 ta' Diċembru 2011 u kienet supplimentata b'tagħrif addizzjonali sat-22 ta’ Awwissu 2012.

    2.           L-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-użu tal-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u tressqet fi żmien il-perjodu stipulat ta' 10 ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

    Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni

    3.           Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xerjiet kummerċjali dinjija, ir-Rumanija tisħaq li f'dawn l-aħħar snin kien hemm tendenza ġenerali fl-Ewropa għas-settur tal-Informatika biex jimxi lejn l-Asja. Sabiex jirreaġixxi għall-isfidi tas-swieq, il-kwartieri tal-Korporazzjoni Nokia ġewwa l-Finlandja elabora fuq strateġija biex imexxi s-siti tal-produzzjoni tiegħu qrib kemm jista' jkun tas-swieq[4].

    4.           Ir-raġuni primarja għas-sensji hija t-transfer tal-funzjonijiet fi ħdan is-settur għall-pajjiżi terzi barra l-Ewropa. L-Assemblea tal-mowbajls, li qabel saret ġewwa Cluj u Salo[5], intbagħtet l-Asja (Fiċ-Ċina, fil-Korea t'Isfel, fl-Indja u fil-Vjetnam, fejn l-impjant il-ġdid tan-Nokia qiegħed jinbena). Il-Manifattura tal-komponent u l-produzzjoni b'sottokuntratt kienu diġà ġew trasferiti barra mill-Ewropa. B'konsegwenza tal-istruzzjoni li diġà ttieħdet mill-produzzjoni, kemm l-iżvilupp tad-disinn kif ukoll dak tal-produzzjoni ntbagħtu jew għadhom qegħdin jintbagħtu.

    5.           L-istatistiċi tal-kummerċ tal-Korporazzjoni Nokia juru[6] li għas-snin 2010 u 2011, in-nett tal-bejgħ beda jikber fiċ-Ċina, fl-Indja, fir-Russja u fil-Brażil filwaqt li għall-Ewropa (indipendament mill-Ġermanja) swieq akbar li jinkludu l-Ingilterra u Spanja bdew jonqsu.

    6.           Statistiċi[7] juru wkoll li t-tkabbir fil-bejgħ tas-servizzi tal-mowbajl u l-volumi tal-istrumenti skont iż-żoni ġeografiċi huwa b'mod sinifikattiv ogħla fiċ-Ċina l-Kbira u fl-Amerka Latina, b'tibdil ta' sena fuq oħra ta' 13 % u 21 % rispettivament, milli fl-Ewropa, fejn it-tibdil ta' sena fuq oħra għas-sena 2010/2011 kienet – 2 %.

    7.           L-awtoritajiet Rumeni jikkwotaw ir-rapport tal-Korporazzjoni Nokia għal Q4 tal-2011[8] fejn l-intenzzjonijiet biex titnaqqas il-forza tax-xogħol globali b'bejn wieħed u ieħor 17 000 sal-aħħar tas-sena 2013 huma mfissra u l-ftuħ ta' sit ġdid ta' produzzjoni qrib Hanoi fit-Tramuntana tal-Vjetnam huwa pjanat.

    8.           S'issa, is-settur tal-mowbajl kien is-suġġett ta' ħafna applikazzjonijiet tal-FEG, li kollha huma bbażati fuq globalizzazzjoni relatat mal-kummerċ[9].

    Ħarsa lejn l-għadd ta' sensji u l-konformità mal-kriterji tal-Artikolu 2(a)

    9.           Ir-Rumanija ppreżentat din l-applikazzjoni skont il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li jirrikjedi minn tal-inqas 500 sensja matul perjodu ta’ erba’ xhur f’intrapriża fi Stat Membru, li tinkludi ħaddiema li ngħataw is-sensja mill-fornituri tagħha u mill-produtturi li jinsabu aktar 'l isfel fil-proċess.

    10.         L-applikazzjoni tikkwota 1 809 sensji fis-SR Nokia Romania SRL u 95 f'furnitur wieħed matul l-erba' xhur perjodu ta' referenza mill-21 ta' Awwissu 2011 sal-21 ta' Diċembru 2011. Il-1 904 kollha ta' dawn is-sensji ġew ikkalkulati skont it-tielet inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni rċiviet konferma mingħand ir-Rumanija li sadanittant dawn is-sensji kollha ġew affettwati.

    Spjegazzjoni tan-natura mhux prevista ta' dawk is-sensji

    11.         L-awtoritajiet Rumeni jargumentaw li d-deċiżjoni fuq id-delokalizzazzjoni tal-produzzjoni Nokia u n-natura tas-sensji ma kienux previsti minħabba li l-kumpanija kienet qiegħda tiżviluppa b'mod kostanti bejn il-perjodu 2006 u 2010 bin-numru ta ħaddiema jikber minn 102 fl-2006 għal 1 552 fl-2010 u b'żieda ta' 800 individwu li jaħdmu fuq bażi ta' kuntratt temporanju. L-indikaturi finanzjarji għall-istess perjodu kif indikat mill-awtoritajiet Rumeni bbażati fuq dejta mingħand il-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi tar-Rumanija[10] juru li għall–perjodu indikat, il-profitt kiber minn bejn wieħed u ieħor EUR 300 000 fl-2006 għal EUR 42,3 miljuni fl-2010.

    12.         Kien biss fid-29 ta' Settembru 2011 li fi stqarrija għall-istampa l-kumpanija Finlandiża stqarriet li kif previst fl-istrateġija tal-kumpanija irid ikun hemm ''aġġustament fil-kapaċità tal-produzzjoni u titjib tal-operazzjonijiet ta' produzzjoni sabiex jinqeda aħjar in-netwerk globali ta' klijenti msieħba u furnituri"[11]. Il-preżentazzjoni magħmula mill-kumpanija turi li din id-deċiżjoni li twassal għas-sensji tal-persunal fi Cluj kienet deċiżjoni korporattiva u parti minn deċiżjoni globali biex tespandi fi swieq emerġenti barra l-Unjoni Ewropea.

    Identifikazzjoni tal-intrapriżi li taw is-sensji u l-ħaddiema identifikati għall-għajnuna

    13.         L-applikazzjoni tirrelata mal-1 904 sensji li minnhom 1 809 seħħew fis-SC Nokia Romania SLR u 95 oħra f'furnitur wieħed, jiġifieri is-SC Eurest SRL. Ir-Rumanija tikkalkula li l-1 416 il-ħaddiem ikun jixtieq li jibbenefika mill-miżuri tal-FEG.

    14.         Ir-rendikont tal-1 416 il-ħaddiem fil-mira tal-assistenza huwa kif ġej:

    Kategorija || Numru || Persentaġġ

    Irġiel || 439 || 31,00

    Nisa || 977 || 69,00

    Ċittadini tal-UE || 1 416 || 100,00

    Ċittadini mhux tal-UE || 0 || 0,00

    Bejn 15 u 24 sena || 330 || 23,31

    Bejn 25 u 54 sena || 1 034 || 73,02

    Bejn 55 u 64 sena || 52 || 3,67

    > 64 sena || 0 || 0,00

    15.         L-awtoritajiet Rumeni jindikaw fl-applikazzjoni li fost il-ħaddiema li tilfu xogħolhom hemm ħamsa bi problema ta' saħħa li ilha teżisti jew b'diżabiltà.

    16.         Fir-rigward ta' kategoriji ta’ xogħol, it-tqassim huwa kif ġej:

    Kategorija || Numru || Persentaġġ

    Professjonisti || 30 || 2,12

    Tekniċi u professjonisti assoċjati || 248 || 17,51

    Skrivana || 119 || 8,40

    Ħaddiema fis-servizzi u ħaddiema fil-bejgħ fil-ħwienet u s-swieq || 6 || 0,42

    Operaturi tal-impjanti u tal-magni u dawk li jimmuntaw il-magni || 963 || 68,01

    Okkupazzjonijiet elementari || 50 || 3,53

    17.         Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, ir-Rumanija kkonfermat li ġiet applikata politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll mingħajr diskriminazzjoni, u li din se tkompli tapplika matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-FEG u, b'mod partikolari, fir-rigward tal-aċċess għalih.

    Deskrizzjoni tat-territorju kkonċernat u tal-awtoritajiet u l-partijiet interessati tiegħu

    18.         Ir-reġjun prinċipali affetwat mid-deċiżjoni tal-Korporazzjoni Nokia sabiex jerġa' jqiegħed il-produzzjoni fl-Asja huwa ż-żona metropolitana ta' Cluj-Napoca b'mod ġenerali s-suq tax-xogħol fin-NUTS III Cluj County. Cluj-Napoca bħalissa jipproduċi 49 % tal-valur miżjud tal-kontea. L-attivitajiet prinċipali tal-kontea ekonomika huma ffukati fiż-żona ta' Cluj-Napoka: produzzjoni, servizzi kummerċ u kostruzzjoni, kif ukoll attivitajiet agrikulturali, billi ż-żona tinsab fuq il-Plateau Transilvjan fejn il-kundizzjoni tal-klima tgħin lill-biedja.

    19.         Il-kapitali ta' Cluj County hija l-muniċipalità ta' cluj-Napoca mdawra b'17-il komun li jammontaw għal 379 705 abitanti. Iż-żona metropolitana ta' Cluj-Napoca tikkonsisti f'territorju li hu l-aktar wieħed affetwat mid-deċiżjoni tal-Korporazzjoni Nokia sabiex jerġa' jqiegħed il-produzzjoni tiegħu, peress li ħafna mill-ħaddiema mkeċċija jgħixu fiż-żona metropolitana amministrattiva.

    20.         Skont id-dejta publikata mid-Direttorat Reġjonali tal-Istatistika fi Cluj (tmiem is-sena 2008)[12] il-popolazzjoni ċivili mħaddma fil-kontea, li tinkludi magħha l-popolazzjoni fiż-żona metropolitana, hija mqassma kif imsemmi fil-klassifikazzjoni nazzjonali CAEN (clasificarea activitatilor din economia nationala) kif ġej: l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd: 72,300 ruħ; l-industrija: 76,000 ruħ; il-bini: 29 500 ruħ; u l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut: 52 100 ruħ.

    21.         Il-parti nteressata ewlenija hija l-muniċipalità ta’ Cluj-Napoca. Iċ-Ċentru Transitorju "Minn IMPJIEG għal IMPJIEG Intelliġenti" imwaqqaf sabiex jassisti lill-ħaddiema sensjati għandu jiġi stabbilit fil-muniċipalità ta' Cluj-Napoca bħala trasport infrastrutturali ġewwa jew barra l-villaġġ biex jaqdi lil-lokalitajiet kollha taż-żona affetwata.

    L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-impjiegi lokali, reġjonali u nazzjonali

    22.         Skont l-awtoritajiet Rumeni, L-Istħarriġ tax-Xogħol publikat mid-Direttorat Reġjonali tal-Istatistika fi Cluj[13] joffri dejta li fl-IT u fil-qasam tal-komunikazzjoni – il-kategorija ta' SC Nokia Romania SRL (il-manifattura tat-tagħmir fil-komunikazzjoni, jiġifieri ir-Reviżżjoni NACE klassi 2 26.30) – fl-2008 kien hemm 5 700 ħaddiem, li minnhom 1 255 kienu jaħdmu ma' SC Nokia Romania SRL, jiġifieri 30 % tat-total. Fl-2011, in-numru ta' ħaddiema fis-SC Nokia Romania SRL laħaq l-1 956 persuna, bejn wieħed u ieħor 40 % tat-total ta' ħaddiema f'dan il-qasam f'din iż-żona.

    23.         Id-dokumentazzjoni fuq is-sensji kollettivi mibgħuta mill-Korporazzjoni Nokia, tniżżel il-persuni li ser jitkeċċew bħala dawk li ġejjin minn dawn iż-żoni: 694 persuna – żona rurali taż-żona metropolitana ta' Cluj-Napoca, 235 persuna _ muniċipalità ta' Cluj-Napoca; 212-il persuna – muniċipalità ta' Gherla; 386 persuna – muniċipalità ta' Dej; u fl-aħħar nett 282 persuna minn kontej barra minn Cluj.

    24.         Għaldaqstant, id-deċiżjoni tal-Korporazzjoni Nokia hija l-aktar affettiva fil-kontea ta' Cluj partikolarment fiż-żona metropolitana ta' Cluj-Napoca nnifisha.

    Pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li jridu jiġu ffinanzjati u t-tqassim tal-ispejjeż stmati tiegħu, inkluża l-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali

    25.         Il-miżuri kollha proposti mill-awtoritajiet Rumeni jikkombinaw biex jiffurmaw pakkett ta' servizzi personalizzati ikkoordinat li jiffoka fuq l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema bla xogħol biex isibu impjieg.

    – Servizzi qabel is-sensji Is-servizzi li ser ikunu provduti taħt din il-miżura jinkludu presentazzjoni tal-proviżżjonijiet legali fuq il-protezzjoni tal-ħaddiema, presentazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi tal-persuni assigurati, presentazzjoni tal-benefiċċji u l-opportunitajiet offruti mill-FEG, presentazzjoni tas-servizzi disponibbli għall-ħaddiema, presentazzjoni tal-postijiet battala tax-xogħol, preżentazzjoni tal-azzjonijiet rigward is-suq tax-xogħol għal raġunijiet ta' xogħol. fieri dwar l-impjieg, inċentivi finanzjarji, il-proġetti finanzjarji ESF u dawk tal-Aġenzija tal-County għal Okkupazzjoni tal-Forza tax-Xogħol (f'forma mqassra AJOMF) Cluj

    – Reġistrazzjoni tal-ħaddiema bħala dawk li qegħdin ifittxu xogħol fiċ-Ċentru tat-Transizzjoni "Minn IMPJIEG għal IMPJIEG Intelliġenti": Din il-miżura tkopri l-mili tal-formola tar-reġistrazzjoni biex tidentifika l-bżonnijiet tal-persuni, il-validitazzjoni tal-istatus tal-ħaddiema u twaqqaf l-iskema tal-fluss fi ħdan l-attivitajiet taċ-Ċentru, l-istatus personali tal-ħaddiema waqt ir-reġistrazzjoni fiċ-Ċentru.

    Il-pjan ta’ xogħol jinkludi: li jiġi stabbilit il-profil inizjali tal-ħaddiem, billi timtela il-karta tar-reġistrazzjoni, bit-tfassil ta' passsaġġ issuġġerit, bid-deċiżjoni fuq l-attivitajiet li jridu jiġu koperti, bil-ftehim fuq ir-riżultati mixtieqa, li jinkludu l-istatus finali tal-ħaddiem. L-oġġettiv huwa li tinkiseb atitudni posittiva lejn l-għarfien soċjali tal-valur tiegħu u tagħha innifsu/innifisha u x-xewqa biex isib/issib xogħol ieħor, li jwassal għal suċċess fil-ksib ta' impjieg ġdid permezz ta' attivitajiet li hu/hi jkun/tkun wettaq/wettqet.

    – Informazzjoni, Pariri u Gwida Professjonali: Din l-attività hija bbażata fuq l-iżvilupp personali prinċipali u jinvolvi awtonomija ta' kuraġġ u żieda fil-livell ta' motivazzjoni tal-persuna fi kriżi. Hi tikkonsisti fi preparazzjoni individwali ta' pjanijiet ta' azzjoni jew ċart bil-pariri għal kull individwu u tiddetermina l-iskema tal-fluss fi ħdan iċ-Ċentru, billi tinforma lill-individwu fuq is-suq tax-xogħol, fuq il-leġislazzjoni, u l-opportunitajiet ta' taħriġ vokazzjonali, fuq opportunitajiet ta' xogħol; pariri dwar il-karriera: identifikazzjoni ta' skopijiet, evalwazzjoni psikoloġika, billi tagħmel lin-nies konxji biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħajja tax-xogħol, bid-determinazzjoni ta' ċerti għażliet, billi jintgħażlu l-aħjar soluzzjonijiet; preżentazzjoni ta' metodi u teknika sabiex wieħed jidentifika l-pożizzjoni ta' xogħlu; preżentazzjoni ta' modi kif wieħed javviċina sid potenzjali; preżentazzjoni ta' modi kif wieħed iġib ruħu qabel u wara intervista; rakkomandazzjonijiet għall-attivitajiet Ċentrali oħrajn: programmi ta' stħarriġ, konsultazzjoni u assistenza fil-bidu ta' attività indipendenti jew biex tibda negozju.

    – Benefiċċji għall-mobilità Dawn se jiġu offruti lil dawk li rnexxilhom jibdew in-negozju tagħhom jew biex jingħata impjieg f'post ġdid tax-xogħol aktar minn 50 km bogħod minn fejn jgħixu. Dan il-benefiċċju jingħata lill-ħaddiem ladarba jiġu preżentati d-dokumenti ta' prova neċċessarji.

    – Benefiċċji tat-trasport: Dan jikkonsisti f'rimbors għall-infiq li jsir meta l-ħaddiem ikollu bżonn jivvjaġġa biex jipparteċipa fl-attivitajiet organizzati miċ-Ċentru kif ukoll waqt li jkun attivament qed ifittex xogħol.

    – Benefiċċji għal meta wieħed ikun qed ifittex impjieg: Dan is-servizz jikkonsisti f'somma li tingħata lill-ħaddiema li jsegwu minn tal-inqas żewġ attivitajiet fiċ-Ċentru, jipparteċipaw fis-selezzjonijiet organizzati minn min iħaddem għal raġunijiet ta' reklutaġġ, u jipprepara pjanijiet ta' back-up f'każ li tfalli xi intervista.

    – Taħriġ: Din l-attività tikkonsisti f'reġistrazzjoni għal kors bħala riżultat tal-pariri vokazzjonali rċevuti; jiġi stabbilit il-grupp tal-kors (l-inqas 7, l-aktar 28 persuna f'kull grupp); It-tħaddim tal-attività tal-kors ta' stħarriġ; evalwar tal-kors u koordinazzjoni tal-attivitajiet (ittestjar parzjali), evalwar ta' sitt xhur u segwitu ta' dak li qiegħed jitħarreġ.

    – Benefiċċji għat-taħriġ intern: Dan is-servizz jikkonsisti fil-benefiċċju għall-partiċipazzjoni f'taħriġ intern bejn ġimgħatejn u erba' ġimgħat organizzat minn sidien potenzjali futuri. Dan it-taħriġ intern se jiġi organizzat speċifikament għall-ħaddiema li kellhom posizzjonijiet simili fi ħdan in-Nokia imma għandhom nuqqas fl-abilitajiet partikolari prattikabbli jew fl-esperjenza.

    – Assistenza finanzjarja għaċ-ċertifikazzjoni tal-programmi ta' stħarriġ: Malli jitlesta l-kors b'suċċess ikun hemm ċertifikat tal-ħiliet miksuba li jiġi maħruġ fiż-żmien legali stipulat. Sapport finanzjarju jiġi offrut lill-parteċipanti li jkunu gradwaw b'suċċess b'ċertifikat mill-kors tal-programm ta' taħriġ vokazzjonali.

    – Promozzjoni tal-intraprenditorjat: Mill-assistenza finanzjarja u ta' parir għall-inizjattiva t'attività indipendenti jew għall-bidu ta' negozju, din is-sensiela t'attivitajiet li ġejja hija proposta: jiġu stabbiliti gruppi ta' taħriġ skont il-karatteristiċi identifikati u l-ħtieġijiet: gruppi t'attività indipendenti (freelancers awtorizzati, intrapriżi individwali, assoċjazzjonijiet familjari), gruppi biex jibdew negozju; pariri individwali -. prinċiparjament assistenza teknika sabiex tiġi stabbilita kumpanija, prezentazzjoni ta' sfond legali relatat, preparazzjoni ta' memorandum u artikli tal-assoċjazzjoni, li jiddeterminaw l-objettiv tal-attività, bir-reġistrazzjoni tal-persuna legali jew il-persuna naturali, t-twettiq ta' kuntratti, il-leġislazzjoni ta' dokumenti; It-tfassil ta' pjan tan-negozju; stħarriġ tal-grupp imprenditorjali: moduli fuq il-ġestjoni, il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni tat-teknika, l-leġislazzjoni, l-kontabilità u kwistjonijiet basiċi taż-żamm tal-kotba; Studji ta' każijiet: Eżempji ta' negozji f'oqsma differnti tal-attività, fażijiet inizjattivi u ta' żvilupp, attivitajiet għall-monitoraġġ.

    – Assistenza finanzjarja għat-tnedija t'attivitajiet indipendenti: Din tikkonsisti f'għajnuna finanzjarja sabiex wieħed jibda attività indipendenti jew negozju. Dan l-ammont ta' bejn wieħed u ieħor EUR 1 800 għal kull persuna huwa neċċessarju għax-xiri tat-tagħmir li hemm bżonn sabiex tibda attività indipendenti jew negozju ġdid (jiġifieri dak imsejjaħ "start-up tool kit" li hu tant importanti fil-ħin tat-tnedija t'attività ġdida).

    – Sapport ta' gwida u ta' wara l-ingaġġar: Dan is-servizz jimmira lejn il-faċilitajiet integrazzjonali u l-adattament għall-kundizzjonijiet ta' xogħol ġdid. L-attivitajiet jibqgħu għaddejjin għal aktar minn sitt xhur u jilħqu l-ħtiġijiet tal-ħaddiema l-ġodda li għadhom kemm ġew impjegati.

    – Assistenza finanzjarja għal persuni bit-tfal: Sapport finanzjarju personalizzat se jkun offrut lill-ħaddiema li huma l-uniċi li jdaħħlu l-paga huma d-dar f'familji b'ġenitur wieħed bit-tfal kif ukoll ħaddiema li għandhom it-tfal u ma jistgħux jieħdu ħsiebhom waqt l-attivitajiet fil-proġett, li jinkludu l-intervisti waqt l-ingaġġar. L-għan ta' dan il-benifiċċju huwa sabiex tingħata l-possibiltà lill-ħaddiema biex iħallsu għas-servizzi ta' kindergartens privati jew għas-servizzi tal-baby sitter li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb lit-tfal waqt l-attivitajiet tal-ġenituri tagħhom fiċ-Ċentru. Dan il-benifiċċju personalizzat ser jinvolvi servizzi ta' sottokuntrattar minn kindergartens jew kumpaniji speċjalizzati. Xi vouchers se jkunu mqassma waqt il-perjodu ta' transizzjoni lill-ħaddiema assistiti biex huma mbagħad jagħmluhom disponibbli għall-fornituri li huma lesti biex jipprovdu s-servizzi meħtieġa mill-ħaddiem. Il-vouchers ser jitħallsu lill-fornitur miċ-Ċentru.

    26.         In-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG, li hija inkluża fl-applikazzjoni, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, tkopri l-attivitajiet preparatorji, ta' ġestjoni u ta' kontroll kif ukoll l-informazzjoni u l-pubbliċità.

    27.         Is-servizzi personalizzati preżentati mill-awtoritajiet Rumeni huma miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-awtoritajiet Rumeni jistmaw li l-ispejjeż totali huma EUR 4 527 200, li minnhom EUR 4 346 200 huma nefqa għas-servizzi personalizzati u n-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG hija ta' EUR 181 000 (4,00 % tal-ammont totali). Il-kontribuzzjoni totali mitluba mill-FEG hija ta' EUR 2,942,680 (65 % tal-kostijiet totali).

    Azzjonijiet || In-numru stmat ta' ħaddiema identifikati || Il-kost stmat għal kull ħaddiem identifikat (EUR) || Il-kostijiet totali (il-FEG u l-kofinanzjament nazzjonali) (EUR)

    Servizzi personalizzati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

    Servizzi qabel is-sensji || 1 416 || 120 || 169 920

    Reġistrazzjoni tal-ħaddiema || 1 416 || 10 || 14 160

    Informazzjoni, Pariri u Gwida Professjonali || 1 416 || 1 100 || 1 557 600

    Benefiċċji għall-mobilità || 40 || 580 || 23 200

    Benefiċċji tat-trasport || 1 000 || 100 || 100 000

    Benefiċċji għal meta wieħed ikun qed ifittex impjieg || 800 || 200 || 160 000

    Taħriġ || 1 000 || 800 || 800 000

    Benefiċċji għat-taħriġ intern || 150 || 1 000 || 150 000

    Assistenza finanzjarja għaċ-ċertifikazzjoni tal-programmi ta' stħarriġ || 850 || 200 || 170 000

    Promozzjoni tal-intraprenditorjat || 150 || 700 || 105 000

    Assistenza finanzjarja għat-tnedija t'attivitajiet indipendenti || 150 || 1 800 || 270 000

    Sapport ta' gwida u ta' wara l-ingaġġar || 1 416 || 520 || 736 320

    Assistenza finanzjarja għal persuni bit-tfal || 150 || 600 || 90 000

    Subtotal tas-servizzi personalizzati || || 4 346 200

    Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

    Attivitajiet preparatorji || || 131 000

    Ġestjoni || || 15 000

    Informazzjoni u pubbliċità || || 20 000

    Attivitajiet ta' kontroll || || 15 000

    Subtotal tan-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG || || 181 000

    Total stmat tal-kostijiet || || 4 527 200

    Kontribuzzjoni tal-FEG (65 % tal-ispejjeż totali) || || 2 942 680

    28.         Ir-Rumanija tikkonferma li l-miżuri deskritti hawn fuq huma kumplimentari għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u li l-miżuri meħudin qegħdin hemm biex jipprevjenu l-finanzjament doppju ma' strumenti oħra tal-UE.

    29.         L-awtoritajiet Rumeni ffirmaw qafas ta' protokoll li jippermetti biex ssir il-verifika akkurata tad-dejtabejżis tal-Ministeru tax-Xogħol, Familja u Protezzjoni Soċjali, il-Programm ko-finanzjat Operattiv Settorali tal-Awtorità Ġestjonali tal-ESF l-"Iżvilupp tar-Riżorsi Umani". (SOPHRD) kif ukoll l-Aġenzija Nazzjonali għall-Impjieg sabiex tevita finanzjar doppju tal-attivitajiet taħt l-ESF u l-FEG. L-obligazzjonijiet ta' min iħaddem fir-rigward tas-sensji kollettivi u l-attivitajiet relevanti se jiġu wkoll verifikati sabiex ikunu esklużi mill-pakkett personalizzat provdut bl-għajnuna tal-ko-finanzjament tal-FEG.

    30.         L-Aġenzija Nazzjonali għall-Impjieg kitbet Linji ta' Gwida ta' Prodeċura għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni mill-FEG; dawn huma maħsuba għall-impjegati li jiġġesjonaw l-assistenza tal-FEG skont il-ġestjoni ta' iffinanzjar ieħor tal-UE.

    Id-data/i meta nbdew jew meta huwa maħsub li jinbdew is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati

    31.         Ir-Rumanija bdiet toffri s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati inklużi fil-pakkett ko-ordinat propost lill-FEG għall-kofinanzjament fit-8 ta' Diċembru 2011. Għalhekk din id-data tirrappreżenta l-bidu tal-perjodu ta' eliġibbiltà għal kull għajnuna li tista' tingħata mill-FEG.

    Proċeduri għall-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali

    32.         L-awtoritajiet Rumeni rrapportaw li l-proċeduri għal konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali fuq il-pakkett ikkoordinat propost ta' servizzi personalizzati inkludew żewġ laqgħat li saru f'Ottubru 2011. L-ewwel waħda kienet saret fi Cluj bir-rappreżentattivi tal-unjins, l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u l-instituzzjonijiet pubbliċi u t-tieni waħda fil-kwartieri tal-Awtorità Ġestjonali li matulha kien miftiehem l-involviment tal-imsieħba soċjali fil-proċess tal-preparazzjoni ta' talba għall-mobilizzazzjoni tal-FEG fil-każ tan-Nokia fuq livell nazzjonali.

    33.         L-awtoritajiet Rumeni kkonfermaw li kien hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u dik tal-UE dwar is-sensji kollettivi.

    Informazzjoni dwar azzjonijiet li huma obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew skont il-ftehim kollettiv

    34.         Fir-rigward tal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-awtoritajiet Rumeni fl-applikazzjoni tagħhom:

    · ikkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma tiħux post il-miżuri li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi;

    · urew li l-azzjonijiet jipprovdu appoġġ lil ħaddiema individwali u ma għandhomx jintużaw għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

    · ikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli msemmija hawn fuq ma jirċevux għajnuna minn strumenti finanzjarji oħra tal-UE.

    Sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll

    35.         Ir-Rumanija avżat lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestjonata mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Impjieg li kienet maħsuba biex tkun l-awtorità nazzjonali risponsabbli għall-ġestjoni tal-fondi provduti lill-Rumanija mill-FEG. Id-deċiżjoni governattiva Nru 1086/2010 li waqqfet qafas instituzzjonali għall-koordinazzjoni u l-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja provduta lill-Rumanija mingħand il-FEG ġiet fis-seħħ.

    36.         L-awtoritajiet Rumeni avżaw ukoll lill-Kummisssjoni li Manwal speċjali ta' proċeduri ġie abbozzat u approvat mill-Ministru tax-Xogħol, Familja u Protezzjoni Soċjali speċifikament għall-ġestjoni ta' fondi provduti lir-Rumanija mingħand il-FEG. Il-manwal jiddeskrivi l-mod ta' kif għandha tkun ġestita il-FEG ir-relazzjonijiet tal-interservizzi u r-responsabilitajiet tas-servizzi differenti u jassigura konformità mal-prinċipji ġenerali għall-ġestjoni tal-FEG kif ukoll mal-qafas legal relevanti.

    37.         Ir-Rumanija infurmat lill-Kummissjoni li bil-liġi Rumena Nru 200/2010, b'konformità mal-provizzjonijiet taħt l-Artikolu 62 tar-Regulazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, l-Awtorità tal-Awditjar marbuta mal-Qorta tal-Kontijiet Rumena nħatret bħala l-awtorità tal-awditjar għall-FEG.

    Finanzjament

    38.         Fuq il-bażi tal-applikazzjoni mir-Rumanija, il-kontribut propost mill-FEG għall-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati (inkluża n-nefqa biex jiġi implimentat il-FEG) huwa ta' EUR 2 942 680, li jirrappreżenta 65 % tal-ispiża totali. L-allokazzjoni proposta mill-Kummissjoni minn dan il-Fond hija bbażata fuq l-informazzjoni li ngħatat mir-Rumanija.

    39.         Filwaqt li tqis l-ammont massimu possibbli ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, kif ukoll il-kamp ta' applikazzjoni tal-allokazzjoni mill-ġdid ta' approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-FEG għall-ammont totali msemmi hawn fuq, li għandu jiġi allokat skont l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju.

    40.         L-ammont propost ta' kontribuzzjoni finanzjarja jippermetti li aktar minn 25 % tal-ammont annwali massimu allokat għall-FEG jibqa' disponibbli biex ikun allokat matul l-aħħar erba' xhur tas-sena, kif stipulat fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

    41.         Permezz tal-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex timmobilizza l-FEG, il-Kummissjoni qed tibda l-proċedura ssimplifikata ta' trijalogu, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex tiżgura l-qbil taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar il-ħtieġa li jintuża l-FEG u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja biex taqbel mal-abbozz tal-proposta għall-mobilizzazzjoni biex, fuq livell politiku xieraq, tgħarraf lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħha. F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, għandha tissejjaħ laqgħa formali ta' trijalogu.

    42.         B'mod separat, il-Kummissjoni tippreżenta talba ta' trasferiment sabiex fil-baġit tal-2012 iddaħħal approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji, kif mitlub fil-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

    Sors tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet

    43.         L-ammont tal-approprjazzjonijiet tal-pagament li fil-bidu daħal fil-linja baġitarja 04 05 01 fl-2012 se jkun konsumat bi sħiħ wara l-addozzjoni tal-proposta miż-żewġ armi tal-awtorità baġitarja preżentata sad-data stabbilita għall-mobilazzjoni tal-FEG u allura ma kienx hemm biżżejjed biex ikopri l-ammont meħtieġ għall-applikazzjoni preżenti. Rinfurzar tal-approprjazzjonijiet tal-pagament tal-linja baġitarja tal-FEG se jkun mitlub jew permezz ta' transfer f'każ ta' identifikazzjoni tas-sors tal-approprjazzjonijiet, jew b' baġit ta' modifika. Approprjazzjonijiet minn din il-linja baġitarja se jintużaw biex ikopru l-ammont ta' EUR 2 942 680 meħtieġa għal din l-applikazzjoni.

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2011/014 RO/Nokia mir-Rumanija)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[14], u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[15], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea[16],

    Billi:

    (1)       Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

    (2)       Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet ippreżentata mill-1 ta’ Mejju 2009 sat-30 ta' Diċembru 2011 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

    (3)       Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG fil-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

    (4)       Ir-Rumanija ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tas-sensji fl-intrapriża SC Nokia Romania SRL u furnitur wieħed, fid-22 ta' Diċembru 2011 u sostnietha b'informazzjoni addizzjonali sal-22 ta' Awwissu 2012. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-ammont ta' EUR 2 942 680.

    (5)       Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mir-Rumanija,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 942 680 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlas.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew,                          Għall-Kunsill,

    Il-President                                                    Il-President

    [1]               ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    [2]               ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

    [3]               B'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

    [4]               http://press.nokia.com/2011/09/29/nokia-continues-to-align-its-workforce-and-operations

    [5]               EGF/2012/006 FI/Nokia Salo

    [6]               http://www.nokia.com/global/about-nokia/investors/financials/reports/results---reports/

    [7]               http://www.results.nokia.com/results/Nokia_results2011Q4e.pdf

    [8]               http://press.nokia.com/2012/01/26/nokia-q4-2011-net-sales-eur-10-0-billion-non-ifrs-eps-eur-0-06-reported-eps-eur-0-29-nokia-2011-net-sales-eur-38-7-billion-non-ifrs-eps-eur-0-29-reported-eps-eur-0-31/

    [9]               Aġġornamenti regolari disponibbli hawn : http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=4558&langId=en

    [10]             www.mfinante.ro

    [11]             http://press.nokia.com/2011/09/29/nokia-continues-to-align-its-workforce-and-operations

    [12]             http://www.cluj.insse.ro/cmscluj/rw/resource/2010r_struct_pop_sectcaen_t_3_29.htm?download=true

    [13]             http://www.cluj.insse.ro/cmscluj/rw/pages/index.ro.do

    [14]             ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    [15]             ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

    [16]             ĠU C […], […], p. […].

    Top