EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0093

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-regoli tal-kontabilità u l-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija

/* COM/2012/093 final - 2012/0042 (COD) */

52012PC0093

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-regoli tal-kontabilità u l-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija /* COM/2012/093 final - 2012/0042 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-ħtieġa li naġixxu issa fir-rigward tat-tibdil fil-klima

Fi tmiem l-2010, fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-UNFCCC), ġie rikonoxxut li t-tisħin globali ma għandux jaqbeż it-temperaturi esperjenzati qabel ir-rivoluzzjoni industrijali b'aktar minn 2˚ C[1]. Dan huwa vitali biex jiġu llimitati l-konsegwenzi negattivi tal-interferenza tal-bniedem fuq is-sistema tal-klima. Għalhekk, l-emissjonijiet globali jridu jibdew jonqsu. Din il-mira fuq terminu twil tesiġi li l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra jitnaqqsu tal-anqas b'50 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2050[2].

Il-pajjiżi żviluppati f’daqqa għandhom inaqqsu l-emissjonijiet b'ammonti li jmorru minn 80 % sa 95 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Fuq terminu medju, l-Unjoni ntrabtet li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta' gassijiet serra b'20 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2020, u bi 30 % taħt dawn il-livelli jekk il-kundizzjonijiet ikunu favorevoli[3]. Is-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (is-settur tal-LULUCF) ma jagħmilx parti minn dak l-impenn.

Madankollu, id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra[4] (l-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet, "l-EU ETS") u d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020[5] (id-Deċiżjoni dwar il-Qsim tal-Isforz, "l-ESD") jinnutaw li s-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2020. Barra minn hekk, l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE stieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-modalitajiet għall-inklużjoni tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti mill-attivitajiet relatati mal-LULUCF fl-impenn tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet u tagħmel proposta leġiżlattiva, kif ikun xieraq, filwaqt li tiżgura l-permanenza u l-integrità ambjentali tal-kontribut tas-settur u tipprovdi għal monitoraġġ u kontabilità preċiżi.

Wara konsultazzjoni wiesgħa mal-Istati Membri u l-partijiet interessati, u wara li saret valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni qed tipproponi Deċiżjoni, kif xieraq, biex tipprovdi, bħala l-ewwel pass, qafas legali għal regoli tal-kontabilità sodi, armonizzati u komprensivi għas-settur tal-LULUCF li huma mfassla biex jakkomodaw il-profil speċifiku tiegħu. Il-proposta tistabbilixxi qafas legali għas-settur tal-LULUCF li huwa separat mill-oqfsa li jirregolaw l-impenji eżistenti (l-EU ETS u l-ESD), jiġifieri s-settur ma jkunx formalment inkluż fil-mira li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b'20 % f'dan l-istadju. Is-settur tal-LULUCF għandu jiġi inkluż formalment fil-miri tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet biss ladarba jkunu ġew implimentati regoli sodi tal-kontabilità u tal-monitoraġġ u tar-rapportar. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ressqet ukoll proposta biex tirrevoka d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto[6], u tissostitwiha b'Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni[7].

Ir-rwol tal-użu tal-art u tal-forestrija fit-tibdil fil-klima

Fl-Unjoni, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu primarjament mill-produzzjoni tal-enerġija u minn sorsi oħra maħluqin mill-bniedem. Fl-istess ħin, il-karbonju jiġi assorbit (imneħħi) mill-atmosfera permezz tal-fotosinteżi u jinħażen fis-siġar u fi prodotti tal-injam assoċjati, u fi pjanti oħra u fil-ħamrija. Għalhekk, użi tal-art u prattiki ta' ġestjoni xierqa fil-forestrija u l-agrikoltura jistgħu jillimitaw l-emissjonijiet tal-karbonju u jżidu l-assorbimenti mill-atmosfera. It-tali prattiki huma koperti mis-settur tal-LULUCF, li jinkludi l-aktar l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u l-assorbimenti tiegħu mill-ekosistemi terrestri, li ġeneralment huma stmati bħala bidliet fil-ħażna tal-karbonju[8]. Fl-2009, is-settur tal-LULUCF neħħa ammont ta' karbonju mill-atmosfera li kien ekwivalenti għal madwar 9 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-Unjoni minn setturi oħra.

L-agrikoltura, il-forestrija, l-industriji relatati u l-enerġija huma l-aktar setturi ekonomiċi importanti rilevanti għas-settur tal-LULUCF u dawn jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għat-tisħiħ tal-bjar b'diversi modi. Miżuri agrikoli, li għandhom l-għan li jnaqqsu l-konverżjoni tal-bwar u t-telf tal-karbonju mill-kultivazzjoni tal-ħamrija organika, jistgħu jinkludu t-titjib tal-prattiki agronomiċi bħall-użu ta' speċijiet ta' wċuħ differenti (pereżempju wċuħ aktar leguminużi) u l-estensjoni tat-tinwib tal-uċuħ. Prattiki tal-agrikoltura u tal-forestrija li jipprovdu ħażniet akbar tal-karbonju fil-ħamrija jistgħu jikkontribwixxu billi t-trobbija tal-bhejjem jew it-tkabbir ta’ wċuħ tar-raba’ li huma tajbin għall-ikel isiru fuq art li fuqha jitkabbru wkoll is-siġar għall-injam, għall-enerġija u għal prodotti oħra tal-injam. Il-materjali organiċi jistgħu jerġgħu jiddaħħlu fl-art jew jitħallew fuqha biex tittejjeb il-produttività tar-raba' u tal-bwar, filwaqt li t-tixrib mill-ġdid tal-ħamrija organika, it-twarrib tagħha jew in-nuqqas ta' xxottar tagħha, inkluż tat-torbieri, u r-restawr tal-ħamrija ddegradata jista' jkollhom benefiċċji sinifikanti għall-mitigazzjoni u għall-bijodiversità. Fid-dawl ta' dan, l-inklużjoni tal-ġestjoni tar-raba' u tal-bwar fil-kontabilità tal-emissjonijiet tkun pass meħtieġ lejn ir-rikonoxximent sħiħ tal-kontribut ta' dawn l-attivitajiet biex jintlaħqu l-impenji tal-isfida tat-tibdil fil-klima.

Il-forestrija wkoll għandha potenzjal kbir li żżid il-mitigazzjoni. Dan jinkludi prattiki bħall-konverżjoni ta' art li ma tkunx foresta għal foresta (jiġifieri l-afforestazzjoni)[9], bħall-fatt li tiġi evitata l-konverżjoni tal-foresti f'tipi oħra ta' art (jiġifieri d-deforestazzjoni), bħall-ħżin tal-karbonju f'foresti eżistenti permezz ta' perjodu itwal ta' tinwib tas-siġar, bħall-fatt li jiġi evitat it-tqaċċit totali tas-siġar (pereżempju l-ġestjoni ta' foresti permezz ta' qtugħ tas-siġar selettiv jew li jnaqqas l-ammont ta’ siġar) u bħall-konverżjoni għal foresti mhux mimsusa, u użu aktar mifrux ta' miżuri ta' prevenzjoni biex jiġu llimitati l-impatti ta' disturbi bħan-nirien, l-organiżmi ta' ħsara u l-maltempati. Daqshekk ieħor importanti huwa importanti l-fatt li l-foresti eżistenti jistgħu jsiru aktar produttivi billi l-intervall bejn tinwiba u oħra jitqarreb lejn il-massimu tal-produzzjoni, billi tiżdied il-produzzjoni mill-foresti ta' produzzjoni baxxa u billi jiżdied il-ħsad tal-fdalijiet tal-injam u tal-friegħi tal-injam, dejjem jekk il-bijodiversità, il-fertilità tal-ħamrija u l-materja organika jkunu jistgħu jinżammu. Jista' jinkiseb impatt ukoll billi jsir tibdil fil-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u fir-rati ta' tkabbir.

Minbarra l-opportunitajiet marbuta direttament mal-forestrija u mal-agrikoltura, hemm benefiċċji potenzjali ta' mitigazzjoni fl-industriji relatati (pereżempju dik tal-polpa u l-karta u l-ipproċessar tal-injam) u fis-setturi tal-enerġija rinnovabbli jekk l-art agrikola u l-foresti jiġu mmaniġġjati għall-produzzjoni tal-injam u tal-enerġija. Filwaqt li l-karbonju jinħażen fis-siġar u fi pjanti oħra u fil-ħamrija, jista' jinħażen ukoll għal diversi deċennji fil-prodotti (pereżempju fl-injam għall-bini). Il-politiki orjentati lejn l-industrija u lejn il-konsumaturi jistgħu jagħtu kontribut importanti biex jiżdiedu l-użu u r-riċiklaġġ tal-injam fuq terminu twil u/jew il-produzzjoni ta' polpa, karta u prodotti tal-injam, u b'hekk jissostitwixxu prodotti ekwivalenti li jiġġeneraw iktar emissjonijiet (pereżempju l-konkos, l-azzar u l-plastik magħmul mill-fjuwils fossili). Fil-fatt, l-industrija bbażata fuq il-prodotti bijologiċi tista' tuża wċuħ imkabbra għas-sostituzzjoni tal-materjali (pereżempju l-qanneb u l-ħaxix għall-iżolament minflok il-fibra tal-ħġieġ, it-tiben għall-produzzjoni tal-għamara, panewijiet tal-bibien tal-karozzi magħmulin mill-kittien jew mis-sisal, il-bijoplastik) jew għall-enerġija (pereżempju bl-użu tal-bijomassa minflok il-fjuwils fossili). L-istudji juru li għal kull tunnellata ta' karbonju fi prodotti tal-injam użati minflok prodotti li mhumiex tal-injam jista' jkun mistenni tnaqqis medju fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' madwar żewġ tunnellati ta' karbonju[10].

L-inklużjoni ta' kontabilità mandatarja għall-ġestjoni tal-foresti, għall-ġestjoni tar-raba' u għall-ġestjoni tal-imriegħi tagħti aktar viżibbiltà lill-azzjonijiet meħudin mill-bdiewa, mill-forestiera u mill-industriji bbażati fuq il-foresti u tipprovdi l-bażi għat-tfassil ta' inċentivi tal-politika biex jiżdiedu l-azzjonijiet tagħhom ta' mitigazzjoni. Jekk it-tali sforzi jkunu qed jiġu kkontabilizzati, l-impatt kumplessiv tagħhom fuq il-gassijiet serra jkun rifless b'mod aktar korrett u tittejjeb il-kosteffiċjenza fl-ilħiq tal-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

Minħabba l-fatt li l-użu tal-art agrikola, il-forestrija u l-industriji relatati jvarjaw ħafna minn Stat Membru għall-ieħor f'termini tal-potenzjal tal-emissjonijiet tagħhom, fl-Unjoni l-ebda approċċ waħdieni tal-politika mhuwa se jkun adattat għalihom kollha. Huwa meħtieġ approċċ speċifiku biex jittratta l-forom differenti tal-użi tal-art u tal-prattiki tal-forestrija. Il-prerekwiżit fundamentali għall-protezzjoni u t-tisħiħ tal-ħażniet tal-karbonju u tar-rata tal-assorbimenti hija l-provvediment ta' kundizzjonijiet indaqs fost it-tipi differenti ta' miżuri fis-setturi differenti fl-Istati Membri (pereżempju l-ġestjoni tal-imriegħi jew il-produzzjoni tal-bijoenerġija), permezz ta' kontabilità preċiża u armonizzata għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF.

Il-politiki attwali mhumiex biżżejjed

Għalkemm is-settur tal-LULUCF għalissa għadu ma jgħoddx għall-mira tal-Unjoni għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet, jgħodd parzjalament għall-impenn tal-Unjoni taħt il-Protokoll ta' Kjoto ("il-Protokoll ta' Kjoto") għall-UNFCCC, li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE[11] għall-perjodu mill-2008 sal-2012. Madankollu, ir-regoli internazzjonali eżistenti tal-kontabilità, li huma taħlita ta' prattiki volontarji u mandatarji, għandhom żvantaġġi sinifikanti. L-aktar ħaġa importanti hija li, skont dawn ir-regoli, il-kontabilità hija volontarja għall-biċċa l-kbira tal-attivitajiet tas-settur tal-LULUCF, notevolment għall-ġestjoni tal-foresti (li tirrappreżenta madwar 70 % tas-settur), u għall-ġestjoni tar-raba' u tal-imriegħi (li jirrappreżentaw madwar 17 % tas-settur). B'riżultat ta' dan, il-kontabilità f'dan l-ewwel perjodu ta' impenn taħt il-Protokoll ta' Kjoto tvarja ħafna bejn l-Istati Membri. Żvantaġġ ieħor huwa n-nuqqas ta' inċentivi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-qasam tal-forestrija. It-titjib fil-kontabilità huwa meħtieġ biex jinħolqu kundizzjonijiet indaqs fis-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija u tal-industriji relatati u fis-setturi tal-enerġija fl-Istati Membri bil-għan li jiġi żgurat it-trattament indaqs tagħhom fis-suq intern tal-Unjoni.

Stima soda u armonizzata tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti fl-agrikoltura u fil-forestrija teħtieġ investiment fil-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ rrapportar. Madankollu, għad hemm nuqqasijiet sinifikanti u l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-dejta rrapportata jeħtieġ li jitjiebu, speċjalment fir-rigward tad-dejta dwar il-ħamrija agrikola. Għalhekk, it-titjib fil-monitoraġġ u fir-rapportar mhux biss se jsostni l-kontabilità, iżda se jipprovdi wkoll indikatur sod, ċar u viżibbli tal-progress fl-agrikoltura u fil-forestrija.

It-trawwim ta' sinerġiji b'għanijiet usa' tal-politika huwa importanti wkoll. Jeżistu inċentivi biex jippromwovu l-użu tal-bijoenerġija[12], iżda attwalment m’hemmx approċċ koerenti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fis-settur tal-LULUCF permezz ta' miżuri fl-agrikoltura, fil-forestrija u fl-industriji relatati.

Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jista' tabilħaqq ikollha rwol dejjem aktar importanti fil-Politika Agrikola Komuni (il-PAK). Fil-politika tal-iżvilupp rurali tal-Unjoni għal wara l-2013, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għal dan it-tibdil jistgħu jiġu ttrattati billi jiġu offruti inċentivi aħjar għas-sekwestru tal-karbonju fl-agrikoltura u fil-forestrija. Fl-istess ħin, uħud minnhom se jsaħħu u jipproteġu l-ħażniet tal-karbonju u jiġġeneraw kobenefiċċji għall-bijodiversità u għall-adattament billi jżidu l-kapaċità taż-żamma tal-ilma u jnaqqsu l-erożjoni tal-ħamrija. Il-kontabilità mandatarja tal-flussi tal-karbonju assoċjati se twassal biex il-kontribut pożittiv ta’ dawn il-miżuri jsir aktar viżibbli u se tiżgura l-konribut sħiħ tagħhom biex tintlaħaq l-isfida tat-tibdil fil-klima. Il-kontabilità tas-settur tal-LULUCF se tiċċara wkoll il-benefiċċji tal-bijoenerġija sostenibbli peress li tkun tirrifletti aħjar l-emissjonijiet relatati, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-kombustjoni tal-bijomassa, li bħalissa mhumiex ikkontabilizzati. Dan għandu jsaħħaħ l-inċentivi pprovduti mill-kriterji tas-sostenibbiltà fil-kuntest tal-miri tal-enerġija rinnovabbli.

Madankollu, is-settur tal-LULUCF mhuwiex bħas-setturi l-oħra. L-assorbimenti u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'dan is-settur huma r-riżultat ta' proċessi naturali li jimxu relattivament bil-mod. Jistgħu jgħaddu għexieren ta' snin qabel ma l-miżuri bħall-afforestazzjoni jkollhom effett sinifikanti. Għalhekk, l-azzjonijiet biex jiżdiedu l-assorbimenti u jitnaqqsu l-emissjonijiet fil-forestrija u fl-agrikoltura għandhom jitqiesu fuq terminu twil. Barra minn hekk, l-emissjonijiet u l-assorbimenti huma riversibbli: it-tali inverżjonijiet jistgħu jseħħu minħabba li avvenimenti estremi bħan-nirien, il-maltempati, l-inxif jew l-organiżmi ta' ħsara jkunu ħallew impatt fuq il-foresti u l-kopertura tal-art jew minħabba deċiżjonijiet ta' ġestjoni (pereżempju li jsir il-ħsad jew li jitħawlu s-siġar). Barra minn hekk, l-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-foresti jvarjaw ħafna minn sena għall-oħra u jistgħu jammontaw għal saħansitra 35 % mill-emissjonijiet totali annwali f'uħud mill-Istati Membri minħabba d-disturbi naturali u l-ħsad. Dan joħloq diffikultajiet biex l-Istati Membri jikkonformaw mal-miri annwali.

Għalkemm l-emissjonijiet u l-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF jiġu rrapportati fil-qafas tal-UNFCCC u jiġu parzjalment ikkontabilizzati taħt il-Protokoll ta' Kjoto, is-settur tħalla barra mill-impenji tal-Unjoni b'rabta mat-tibdil fil-klima fil-qafas tal-Pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija minħabba r-rikonoxximent ta' nuqqasijiet serji fir-regoli internazzjonali tal-kontabilità tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti minn dan is-settur. Barra minn hekk, l-aspettattiva meta ġiet stabbilita l-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni kienet li s-summit dwar il-klima li sar f'Kopenħagen fl-2009 kien se jwassal għal ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, inklużi regoli rriveduti tal-kontabilità għas-settur tal-LULUCF, li mbagħad ikun jista' jiġi adottat mill-Unjoni. Dan ma seħħx f'dik l-okkażjoni.

Madankollu, matul is-17-il Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC li saret f'Durban f'Diċembru 2011 u li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto, sar progress. F'dan il-qafas, id-Deċiżjoni -/CMP.7 tistabbilixxi r-regoli, id-definizzjonijiet u l-modalitajiet għall-kontabilità għas-settur tal-LULUCF mit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto. B'mod partikolari, il-kontabilità għall-attivitajiet tal-ġestjoni tal-foresti, inkluża dik għall-prodotti tal-injam maħsud, se tkun mandatarja u d-definizzjonijiet għad-disturbi naturali u għall-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra ġew stabbiliti. Għalhekk huwa importanti li, fil-livell tal-Unjoni, nipproċedu b'mod parallel mal-proċessi internazzjonali. Proposta legali dwar il-kontabilità għall-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-attivitajiet relatati mas-settur tal-LULUCF fl-Unjoni jeħtieġ li tkun skont id-deċiżjonijiet meħuda fil-livell internazzjonali sabiex jiġi żgurat il-livell xieraq ta' koerenza; madankollu, fl-istess ħin din għandha tagħti l-opportunità lill-Unjoni li tmexxi bl-eżempju tagħha bil-għan li jintlaħaq ftehim internazzjonali applikabbli mit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto.

Għalhekk, l-għan ta' din il-proposta huwa li gradwalment tintegra s-settur tal-LULUCF fil-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima permezz ta' qafas legali separat li jindirizza l-profil speċifiku ta’ dan is-settur u billi tiżgura qafas tal-kontabilità sod u armonizzat. Fuq kollox, il-proposta tikkompleta l-kontabilità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra antropoġeniċi mill-attivitajiet ekonomiċi kollha fl-Unjoni. F'dan l-ambitu, il-proposta żżid il-viżibbiltà tal-isforzi ta' mitigazzjoni li għaddejjin bħalissa fl-agrikoltura, fil-forestrija u fl-industriji relatati kif ukoll ta’ dawk ġodda f’dawn l-oqsma, u tipprovdi bażi għat-tfassil ta' inċentivi tal-politika adegwati (pereżempju fil-PAK u fid-dawl tal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi[13]). L-istabbiliment ta' regoli komuni tal-kontabilità fl-Unjoni jipprovdi wkoll kundizzjonijiet indaqs fost l-Istati Membri. Il-proposta tqis fiha l-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju li ġejjin mill-użu tal-bijomassa prodotta domestikament, u b'hekk tikkompleta l-kontabilità tal-bijoenerġija fil-livell tal-ekonomija. Dan se jsaħħaħ l-integrità ambjentali tal-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima. Fl-aħħar nett, dan se jkun pass importanti u meħtieġ lejn sforzi kosteffettivi biex jintlaħqu miri klimatiċi aktar ambizzjużi. Għal dan il-għan, għalhekk, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli tal-kontabilità sodi u armonizzati għas-settur u li jiġi żgurat li dawn jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-isfidi tat-tibdil fil-klima.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati

Fil-bidu tal-2010, ġie stabbilit grupp ta' esperti għall-politika dwar it-tibdil fil-klima għas-settur tal-LULUCF fil-qafas tal-Programm Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima. Il-grupp kien magħmul minn firxa wiesgħa ta' partijiet interessati: NGOs ambjentali, assoċjazzjonijiet kummerċjali, esperti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u riċerkaturi. L-għan tal-grupp kien li jiddefinixxi u jipprovdi kontribut dwar kwistjonijiet kritiċi relatati mal-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fl-isforzi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni. Dan għen fid-definizzjoni tal-ambitu tal-ħidma tal-Kummissjoni u biex orjentaha. Ir-rapport fil-qosor bis-sejbiet ewlenin tal-grupp jinsab fuq is-siti elettroniċi rilevanti tal-Kummissjoni[14].

Fl-2010 twettqet konsultazzjoni pubblika onlajn biex jinġabru l-opinjonijiet dwar l-opportunitajiet u l-isfidi relatati mal-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fl-impenji tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra[15]. B'kollox waslu 153 tweġiba, li jirrappreżentaw l-opinjonijiet ta’ kumpaniji privati, organizzazzjonijiet kummerċjali u tal-industrija, individwi u sidien ta' art privata, organizzazzjonijiet mhux governattivi, nies mill-oqsma akkademiċi u tar-riċerka u awtoritajiet pubbliċi. L-istess mistoqsijiet intużaw sussegwentement f'konsultazzjoni separata li saret mal-Istati Membri u li minnha waslu 14-il tweġiba. Jistgħu jsiru l-punti li ġejjin abbażi tad-dejta miġbura permezz tal-konsultazzjoni pubblika onlajn:

· il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu jemmnu li l-attivitajiet tal-użu tal-art jistgħu jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima anke fuq terminu qasir (sal-2020) u fuq terminu itwal bejn l-2020 u l-2050;

· il-biċċa l-kbira wieġbu li s-settur tal-LULUCF għandu jagħmel parti mill-miri tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2020, b'tendenza favur l-inklużjoni tas-settur biss jekk l-Unjoni tintrabat b'mod aktar ambizzjuż;

· dawk li wieġbu kellhom tendenza jiffavorixxu qafas ta' kontabilità separat għas-settur tal-LULUCF, minflok l-inklużjoni tiegħu fl-EU ETS jew fl-ESD;

· il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu qablu wkoll li hemm bżonn ta’ aktar armonizzazzjoni u standardizzazzjoni fir-rapportar u l-monitoraġġ fl-Unjoni;

· il-maġġoranza l-kbira ta' dawk li wieġbu qiesu li l-politiki nazzjonali u tal-Unjoni eżistenti mhumiex biżżejjed biex jiżguraw li l-attivitajiet tal-użu tal-art jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Ir-riżultati kollha tal-konsultazzjoni pubblika onlajn u tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri jinsabu fuq is-siti elettroniċi rilevanti tal-Kummissjoni[16].

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni, fit-28 ta' Jannar 2011, organizzat ukoll laqgħa għall-partijiet interessati fi Brussell. Madwar 75 parteċipant, li kienu jirrappreżentaw lill-Istati Membri, lill-assoċjazzjonijiet kummerċjali, lill-NGOs ambjentali u lill-istituti tar-riċerka, ħadu sehem fid-diskussjonijiet. Il-minuti wkoll jinsabu fuq is-siti elettroniċi rilevanti tal-Kummissjoni[17].

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt investigat tliet kwistjonijiet ewlenin li jeħtieġ li jiġu indirizzati meta wieħed jivvaluta kif is-settur tal-LULUCF għandu jiġi inkluż fl-impenji tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, jiġifieri kif:

· jiġu żgurati regoli sodi tal-kontabilità għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti;

· jinkisbu monitoraġġ u rapportar sodi;

· jiġi stabbilit il-kuntest tal-politika x-xieraq biex is-settur jiġi inkluż fl-impenji tal-Unjoni b'rabta mat-tibdil fil-klima.

Abbażi tal-kuntest tal-politika għall-inklużjoni tas-settur fl-impenji tal-Unjoni li attwalment huma rregolati mill-ESD u mill-EU ETS, il-valutazzjoni tal-impatt qieset tliet għażliet għall-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF, jiġifieri li jiġi inkluż bħala parti mill-ESD, li jiġi inkluż f’qafas separat jew li l-inklużjoni tiegħu tiġi posposta għal kollox. Kull għażla indirizzat il-kwistjonijiet tal-kontabilità u tal-monitoraġġ. L-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali potenzjali tal-għażliet differenti tqiesu fid-dettall.

Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li kien hemm raġunijiet tajbin biex is-settur tal-LULUCF jiġi inkluż fl-impenji tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, jiġifieri biex jittejbu l-koerenza tal-poltika, l-integrità ambjentali u l-effiċjenza ekonomika tagħhom. Iżda dan se jkun possibbli biss jekk jiġi implimentat il-kuntest tal-politika t-tajjeb għas-settur tal-LULUCF. Il-varjabbiltà għolja tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti fil-foresti tfisser li l-miri annwali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet bħal dawk li japplikaw għas-setturi l-oħra mhumiex xierqa għal dan is-settur. Iż-żmien twil meħtieġ qabel ma l-miżuri ta' mitigazzjoni jħallu effett ukoll jiddistingwi lis-settur tal-LULUCF mill-biċċa l-kbira tas-setturi l-oħra. Fid-dawl ta' dan, il-valutazzjoni tal-impatt indikat li qafas legali separat għas-settur tal-LULUCF tkun l-għażla ppreferuta. F'termini tal-kontabilità, l-għażliet ix-xierqa identifikati inkludew il-kontabilità mandatarja tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti kemm mill-attivitajiet tal-forestrija kif ukoll minn dawk agrikoli, u l-fatt li azzjoni ta' mitigazzjoni tingħata l-istess importanza, irrispettivament minn jekk tkunx ittieħdet fis-settur tal-forestrija, fis-settur tal-agrikoltura jew fis-setturi tal-industriji relatati jew tal-enerġija. Dan huwa aktar kosteffiċjenti u se jiżgura kundizzjonijiet indaqs mhux biss għall-Istati Membri iżda wkoll għas-setturi differenti tas-suq intern tal-Unjoni. Se jipprovdi wkoll qafas biex jingħataw inċentivi għal azzjonijiet ta' mitigazzjoni min-naħa tal-bdiewa, tal-forestiera u tal-industriji relatati, filwaqt li jiġi żgurat li azzjonijiet bħal dawn ikunu viżibbli u rreġistrati b'mod korrett. Kopertura wiesgħa tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti se tiżgura wkoll li inverżjonijiet potenzjali jiġu riflessi fis-sistema tal-kontabilità. L-azzjonijiet ta' mitigazzjoni, madankollu, ma għandhomx jiġu sospiżi. Il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali jistgħu jitħejjew biex jipprovdu strateġija u previżjonijiet għas-settur tal-LULUCF. Dan ikun pass intermedju lejn l-integrazzjoni sħiħa tas-settur fil-politiki attwali. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-impatt indikat ukoll li kien meħtieġ li l-monitoraġġ u r-rapportar jittejbu biex il-qafas tal-kontabilità u l-indikaturi li jkejlu l-progress fl-agrikoltura u l-forestrija jiġu sostnuti. Il-Kummissjoni qed tipproponi li tikseb dan permezz ta' qafas separat, jiġifieri billi tirrevedi d-Deċiżjoni dwar il-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ. Għal raġunijiet ta' komparabilità u ta’ kosteffiċjenza, l-istrumenti tal-monitoraġġ madwar l-Unjoni Ewropea, bħal, pereżempju, dawk imsejħin “LUCAS” u “CORINE”, jistgħu jintużaw aħjar.

Ir-riżultati kollha huma ppreżentati fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta.

Sommarju tal-proposta

L-għan ewlieni ta' din id-Deċiżjoni huwa li tistabbilixxi regoli tal-kontabilità sodi u komprensivi għas-settur tal-LULUCF kif ukoll li tippermetti l-iżvilupp tal-politika tal-ġejjieni lejn l-inklużjoni sħiħa tas-settur tal-LULUCF fl-impenji tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra meta l-kundizzjonijiet ikunu tajbin. Għal dan il-għan, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi qafas:

· għal obbligu ta' kontabilità mandatarja għall-Istati Membri fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn sorsi u tal-assorbimenti minn bjar assoċjati ma’ attivitajiet tal-agrikoltura u tal-forestrija fis-settur tal-LULUCF u kontabilità volontarja għar-riveġetazzjoni u għall-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra;

· għar-regoli ġenerali tal-kontabilità li għandhom jiġu applikati;

· għar-regoli speċifiċi tal-kontabilità għall-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni, id-deforestazzjoni, il-ġestjoni tal-foresti, it-tibdil fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud, il-ġestjoni tar-raba', il-ġestjoni tal-imriegħi, ir-riveġetazzjoni, u l-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra;

· għar-regoli speċifiċi għall-kontabilità għad-disturbi naturali;

· għall-adozzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF fl-Istati Membri mfassla biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet mis-sorsi u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti mill-bjar assoċjati mal-attivitajiet tas-settur tal-LULUCF, u għall-evalwazzjoni ta' dawk il-pjanijiet min-naħa tal-Kummissjoni;

· għas-setgħa tal-Kummissjoni li taġġorna d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 fid-dawl ta’ tibdil fid-definizzjonijiet adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta’ ftehim multilaterali ieħor rilevanti għat-tibdil fil-klima konkluż mill-Unjoni, li temenda l-Anness I biex jiżdiedu l-perjodi ta' kontabilità u tiġi żgurata l-konsistenza bejn dawk il-perjodi tal-kontabilità u l-perjodi rilevanti applikabbli għall-impenji tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet f'setturi oħra, li temenda l-Anness II b'livelli ta' referenza aġġornati skont il-livelli ta' referenza proposti sottomessi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6 u suġġetti għall-korrezzjonijiet magħmula skont din id-Deċiżjoni, li tirrevedi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III skont il-progress xjentifiku u li tirrevedi l-kundizzjonijiet relatati mar-regoli tal-kontabilità għad-disturbi naturali stipulati fl-Artikolu 9(2) fid-dawl tal-progress xjentifiku jew biex ikunu jirriflettu reviżjonijiet għall-atti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Bażi legali

Il-bażi legali għall-proposta leġiżlattiva huwa l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-proposta tfittex li tilħaq għan leġittimu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 191(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. L-għan tal-proposta leġiżlattiva huwa li tiżgura kontabilità preċiża u konsistenti, min-naħa tal-Istati Membri, tal-emissjonijiet minn sorsi relatati mas-settur tal-LULUCF u tal-assorbimenti minn bjar relatati ma’ dan is-settur, u għalhekk li ttejjeb id-disponibbiltà tal-informazzjoni għall-politika u għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-kuntest tal-impenji tal-Unjoni b'rabta mat-tibdil fil-klima u li tipprovdi inċentivi għall-isforzi tal-mitigazzjoni. Dan l-għan ma jistax jintlaħaq b’mezzi inqas restrittivi mill-proposta leġiżlattiva.

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Sabiex l-azzjoni tal-Unjoni tkun iġġustifikata, irid jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

(a) In-natura transnazzjonali tal-problema (it-test tan-neċessità)

It-tibdil fil-klima huwa kwistjoni transkonfinali li teħtieġ azzjoni konġunta mill-Istati Membri. L-azzjonijiet nazzjonali waħedhom mhux se jwasslu għal konformità mal-miri komuni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fil-livell tal-Unjoni; barra minn hekk, dawn la se jilħqu l-għanijiet u lanqas mhuma se jissodisfaw l-impenji miftiehma fuq livell internazzjonali. Għalhekk, jeħtieġ li l-Unjoni toħloq qafas legali li jippermettilha tiżgura kontabilità armonizzata għas-settur tal-LULUCF kull fejn dan ikun possibbli, sabiex iżżid il-kontribut ta’ dan is-settur għall-impenji tal-Unjoni b'rabta mat-tibdil fil-klima.

(b) It-test tal-effikaċja (il-valur miżjud)

Minħabba l-effikaċja tagħha, azzjoni meħuda fil-livell tal-Unjoni tipproduċi benefiċċji ċari meta mqabbla ma' azzjoni meħuda fil-livell tal-Istati Membri. Minħabba li l-impenji predominanti b'rabta mat-tibdil fil-klima jsiru fil-livell tal-Unjoni, huwa effikaċi wkoll li r-regoli tal-kontabilità meħtieġa jiġu żviluppati f'dan il-livell. Barra minn hekk, biex jingħelbu l-problemi li ġew identifikati bħal, pereżempju, il-ħtieġa li jkun hemm metodoloġiji tal-kontabilità preċiżi u konsistenti għall-attivitajiet differenti tas-settur tal-LULUCF, huma meħtieġa regoli komuni fl-Istati Membri kollha. Dan jista' jiġi żgurat biss fil-livell tal-Unjoni.

Dan il-qafas legali se jiżgura l-effikaċja billi jħaddem kontabilità u Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF li jkunu armonizzati u sodi, u billi jippermetti valutazzjoni u evalwazzjoni aktar iddettaljati tal-progress fl-Istati Membri. Dan se jiżgura l-koerenza tal-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima, se jtejjeb aktar l-integrità ambjentali tal-impenji tal-Unjoni b'rabta mat-tibdil fil-klima u se jsaħħaħ l-effiċjenza ekonomika tal-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

Ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ titjib fil-kwalità tad-dejta dwar it-tibdil fil-klima u ta’ żgurar tal-konformità mar-rekwiżiti u mal-impenji internazzjonali u tal-Unjoni.

Il-proposta hija proporzjonata mal-għan kumplessiv tal-Unjoni li jintlaħqu l-miri tal-Unjoni stabbiliti fil-Pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija, fil-Protokoll ta' Kjoto, fil-Qbil ta’ Kopenħagen u fid-Deċiżjonijiet 1/CP.16, 1/CMP.6 u 2/CMP.6 (“il-Ftehimiet ta’ Cancún”).

Il-proposta tipprovdi għall-implimentazzjoni ta’ regoli tal-kontabilità li huma simili għal dawk diskussi u mħaddma fil-livell internazzjonali, speċjalment fir-rigward tad-Deċiżjoni -/CMP.7, iżda li huma aktar sodi u komprensivi minnhom.

4.           IMPLIKAZZJONI GĦALL-BAĠIT

Kif speċifikat fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja ’l din id-Deċiżjoni, id-Deċiżjoni se tiġi implimentata billi jintuża l-baġit eżistenti u mhux se jkollha impatt fuq il-qafas finanzjarju multiannwali.

5.           ELEMENTI FAKULTATTIVI

Il-proposta tinkludi dispożizzjoni li skontha l-Kummissjoni se tanalizza r-regoli tal-kontabilità mogħtija f'din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard minn sena wara li jintemm l-ewwel perjodu tal-kontabilità.

2012/0042 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-regoli tal-kontabilità u l-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[18],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[19],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Is-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (is-settur tal-"LULUCF") tal-Unjoni huwa bir nett li jneħħi l-gassijiet serra mill-atmosfera f'ammont li huwa ekwivalenti għal sehem sinifikanti mill-emissjonijiet totali tal-Unjoni. Dan jirriżulta f'emissjonijiet antropoġeniċi u f’assorbimenti tal-gassijiet serra b'konsegwenza tal-bidliet fil-kwantità ta’ karbonju maħżun fil-veġetazzjoni u fil-ħamrija. L-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mis-settur tal-LULUCF ma jgħoddux għall-miri tal-Unjoni għall-2020 li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b'20 % skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020[20] u d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE[21], għalkemm jgħoddu parzjalment għall-mira kkwantifikata tal-Unjoni għal-limitazzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 3(3) tal-Protokoll ta' Kjoto ("il-Protokoll ta' Kjoto") għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-"UNFCCC"), li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE[22].

(2) L-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE jesiġi li l-Kummissjoni tivvaluta l-modalitajiet biex tinkludi l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija fl-impenn tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, filwaqt li tiżgura l-permanenza u l-integrità ambjentali tal-kontribut tas-settur u tipprovdi għal monitoraġġ u kontabilità preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti rilevanti. Din id-Deċiżjoni għandha, għalhekk, bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi r-regoli tal-kontabilità applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF. Sadanittant, sabiex jiġu żgurati l-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ħażniet tal-karbonju, għandha tipprovdi wkoll li l-Istati Membri jadottaw il-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF li jistabbilixxu l-miżuri biex l-emissjonijiet jiġu llimitati jew imnaqqsa u biex l-assorbimenti jinżammu jew jiżdiedu fis-settur tal-LULUCF.

(3) Is-17-il Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC, li saret f'Durban f'Diċembru 2011, adottat id-Deċiżjoni -/CMP.7 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto ("id-Deċiżjoni -/CMP.7"). Dik id-deċiżjoni stabbilixxiet ir-regoli għall-kontabilità għas-settur tal-LULUCF mit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto. Din id-Deċiżjoni għandha tkun skont dik id-deċiżjoni, sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta' koerenza bejn ir-regoli interni tal-Unjoni u l-metodoloġiji li jkun hemm qbil dwarhom fi ħdan l-UNFCCC. Din id-Dċeiżjoni għandha tirrifletti wkoll il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-LULUCF fl-Unjoni.

(4) Ir-regoli tal-kontabilità tas-settur tal-LULUCF għandhom jirriflettu l-isforzi li jkunu saru fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija biex jissaħħaħ il-kontribut tal-bidliet li jkunu saru fl-użu tar-riżorsi tal-art għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi għal regoli tal-kontabilità applikabbli fuq bażi mandatarja għall-attivitajiet ta' afforestazzjoni, riforestazzjoni, deforestazzjoni u ġestjoni tal-foresti tas-settur tal-forestrija, u għall-attivitajiet tal-ġestjoni tal-imriegħi u tal-ġestjoni tar-raba' tas-settur agrikolu. Għandha tipprovdi wkoll għal regoli tal-kontabilità applikabbli fuq bażi volontarja għall-attivitajiet ta’ riveġetazzjoni u tal-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra.

(5) Biex tiġi żgurata l-integrità ambjentali tar-regoli tal-kontabilità applikabbli għas-settur tal-LULUCF tal-Unjoni, dawn ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tal-kontabilità stipulati fid-Deċiżjoni -/CMP.7 u fid-Deċiżjoni 16/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto.

(6) Ir-regoli tal-kontabilità għandhom jirrappreżentaw b'mod preċiż il-bidliet ikkawżati mill-bniedem fl-emissjonijiet u l-assorbimenti. F'dak ir-rigward, din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi għall-użu ta' metodoloġiji speċifiċi skont l-attivitajiet differenti tas-settur tal-LULUCF. L-emissjonijiet u l-assorbimenti relatati mal-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni u d-deforestazzjoni huma r-riżultat dirett tal-intervent tal-bniedem u għalhekk għandhom jiġu kkontabilizzati b'mod kumplessiv. Madankollu, minħabba li l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-ġestjoni tal-foresti mhux kollha huma antropoġeniċi, ir-regoli tal-kontabilità rilevanti għandhom jipprovdu għall-użu ta' livelli ta' referenza biex jeskludu l-effetti ta' karatteristiċi naturali u ta’ karatteristiċi speċifiċi għal pajjiż partikolari. Il-livelli ta' referenza huma stimi tal-emissjonijiet jew tal-assorbimenti netti annwali li jirriżultaw mill-ġestjoni tal-foresti fit-territorju ta' Stat Membru għas-snin inklużi f'perjodu tal-kontabilità, u għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti skont id-Deċiżjoni -/CMP.7. Għandhom jiġu aġġornati biex jirriflettu titjib fil-metodoloġiji jew fid-dejta disponibbli fl-Istati Membri. Ir-regoli tal-kontabilità għandhom jipprovdu għal limitu massimu, applikabbli għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti netti tal-gassijiet serra mill-ġestjoni tal-foresti, li jista' jiddaħħal fil-kontijiet, minħabba l-inċertezzi marbuta mat-tbassir li fuqu huma bbażati l-livelli ta' referenza.

(7) Ir-regoli tal-kontabilità għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jikkontabilizzaw b'mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-ħinijiet li fihom iseħħu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-injam maħsud, biex jiġu pprovduti inċentivi għall-użu ta’ prodotti tal-injam maħsud b'ċikli twal tal-ħajja. Il-funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad applikabbli għall-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodotti tal-injam maħsud għandha, għalhekk, tikkorrispondi għall-ekwazzjoni 12.1 tal-Linji Gwida tal-2006 tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-"IPCC”) għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra, u l-valuri standard rilevanti ta’ nofs il-ħajja għandhom ikunu bbażati fuq it-Tabella 3a.1.3 tal-Gwida tal-IPCC tal-2003 għal Prattiki Tajbin għas-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija.

(8) Peress li l-varjazzjonijiet minn sena għall-oħra fl-emissjonijiet u fl-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet agrikoli huma ħafna iżgħar minn dawk relatati mal-attivitajiet tal-forestrija, l-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra mill-attivitajiet tal-ġestjoni tar-raba' u tal-imriegħi li jikkorrispondu għas-sena ta' referenza tagħhom skont l-ewwel rapport rivedut tagħhom dwar id-dejta tal-emissjonijiet fis-sena ta' referenza kif sottomess lill-UNFCCC skont id-Deċiżjoni 13/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto ("id-Deċiżjoni 13/CMP.1").

(9) Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi, jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet tal-gassijiet serra jew fi tnaqqis temporanju tagħhom fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta' assorbimenti preċedenti. Peress li inverżjoni tista' tkun ukoll ir-riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu s-siġar, din id-Deċiżjoni għandha tiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b'mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. Barra minn hekk, din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bil-possibbiltà limitata li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Madankollu, il-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ma għandux iwassal għal sottokontabilizzazzjoni eċċessiva tal-emissjonijiet.

(10) Ir-regoli tar-rapportar dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u dwar informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima, inkluża l-informazzjoni dwar is-settur tal-LULUCF, jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../... [il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM(2011) 789 finali — 2011/0372 (COD)], u għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(11) Il-varjazzjonijiet minn sena għall-oħra fl-emissjonijiet u fl-assorbimenti, il-ħtieġa frekwenti li ċerta dejta rrapportata terġa’ tiġi kkalkulata mill-ġdid u ż-żmien twil meħtieġ biex il-prattiki ta' ġestjoni mibdula fl-agrikoltura u fil-forestrija jkollhom effett fuq il-kwantità ta' karbonju maħżun fil-veġetazzjoni u fil-ħamrija jagħmlu l-kontijiet tas-settur tal-LULUCF impreċiżi u inaffidabbli jekk dawn jiġu kkompilati fuq bażi annwali. Din id-Deċiżjoni għandha, għalhekk, tipprovdi għal perjodi tal-kontabilità itwal u aktar xierqa.

(12) Il-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF għandhom jistabbilixxu miżuri biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF. Kull Pjan ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF għandu jinkludi ċerta informazzjoni, kif speċifikat f'din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, biex jiġu promossi l-aqwa prattiki, fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiġi stabbilita lista indikattiva tal-miżuri li jistgħu jiġu inklużi wkoll f'dawk il-pjanijiet. Il-Kummissjoni għandha tevalwa perjodikament il-kontenut u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF u, fejn xieraq, tipprovdi rakkomandazzjonijiet biex jittejbu l-azzjonijiet tal-Istati Membri.

(13) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex taġġorna d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 fid-dawl ta’ tibdil fid-definizzjonijiet adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta’ ftehim multilaterali ieħor rilevanti għat-tibdil fil-klima konkluż mill-Unjoni, biex temenda l-Anness I biex jiżdiedu l-perjodi ta’ kontabilità u tiġi żgurata l-konsistenza bejn dawk il-perjodi tal-kontabilità u l-perjodi rilevanti applikabbli għall-impenji tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet f'setturi oħra, biex temenda l-Anness II b'livelli ta' referenza aġġornati skont il-livelli ta' referenza proposti sottomessi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6 u suġġetti għall-korrezzjonijiet magħmula skont din id-Deċiżjoni, biex tirrevedi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III skont il-progress xjentifiku u biex tirrevedi l-kundizzjonijiet relatati mar-regoli tal-kontabilità għad-disturbi naturali stipulati fl-Artikolu 9(2) fid-dawl tal-progress xjentifiku jew biex ikunu jirriflettu reviżjonijiet għall-atti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, hija u tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, xierqa u fil-ħin tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(14) Peress li l-għanijiet tal-azzjoni proposta, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom u, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli tal-kontabilità applikabbli għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija. Tipprovdi wkoll għal Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF biex jiġu llimitati jew imnaqqsa l-emissjonijiet u biex jinżammu jew jiżdiedu l-assorbimenti, u għall-evalwazzjoni ta' dawk il-pjanijiet mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "emissjonijiet" tfisser l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra minn ċerti sorsi;

(b) "assorbimenti" tfisser l-assorbimenti antropoġeniċi tal-gassijiet serra mill-bjar;

(c) "afforestazzjoni" tfisser il-konverżjoni, li tirriżulta minn azzjoni diretta tal-bniedem, ta’ art li ma kinitx foresta għal perjodu ta' mill-anqas 50 sena għal foresta permezz tat-taħwil, taż-żrigħ u/jew tal-promozzjoni, li tirriżulta minn azzjoni tal-bniedem, ta' sorsi naturali taż-żrieragħ, fejn il-konverżjoni tkun seħħet wara l-1 ta Jannar 1990;

(d) "riforestazzjoni" tfisser kwalunkwe konverżjoni, li tirriżulta minn azzjoni diretta tal-bniedem, ta' art li mhijiex foresta għal foresta permezz tat-taħwil, taż-żrigħ u/jew tal-promozzjoni, li tirriżulta minn azzjoni tal-bniedem, ta' sorsi naturali taż-żrieragħ, fuq art li oriġinarjament kienet miksija b'foresta, iżda li mbagħad kienet inbidlet f'art mingħajr foresta, fejn il-konverżjoni tkun seħħet wara l-1 ta' Jannar 1990;

(e) "deforestazzjoni" tfisser il-konverżjoni, li tirriżulta minn azzjoni diretta tal-bniedem, ta' foresta għal art li mhijiex foresta, fejn il-konverżjoni tkun seħħet wara l-1 ta' Jannar 1990;

(f) "ġestjoni tal-foresti" tfisser kwalunkwe attività li tirriżulta minn sistema ta' prattiki applikabbli għal foresta u li jkollha l-għan li ttejjeb kwalunkwe funzjoni ekoloġika, ekonomika jew soċjali tal-foresta;

(g) "ġestjoni tar-raba'" tfisser kwalunkwe attività li tirriżulta minn sistema ta' prattiki applikabbli għall-art li fuqha jitkabbru l-uċuħ agrikoli u għal art li tkun twarrbet jew li temporanjament ma tkunx qed tintuża għall-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’;

(h) "ġestjoni tal-imriegħi" tfisser kwalunkwe attività li tirriżulta minn sistema ta' prattiki applikabbli għall-art użata għat-trobbija tal-bhejjem u li jkollha l-għan li tikkontrolla jew li tinfluwenza l-kwantità u t-tip ta’ veġetazzjoni prodotta u ta’ bhejjem imrobbija;

(i) "riveġetazzjoni" tfisser kwalunkwe attività li tirriżulta minn azzjoni diretta tal-bniedem maħsuba biex tiżdied il-ħażna tal-karbonju ta' kwalunkwe sit li jkopri żona minima ta' 0.05 ettari, permezz tal-proliferazzjoni tal-veġetazzjoni, fejn dik l-attività ma tkunx tikkostitwixxi afforestazzjoni jew riforestazzjoni;

(j) "ħażna tal-karbonju" tfisser il-kwantità tal-element karbonju maħżun f'raggruppament tal-karbonju, mogħtija f'miljuni ta' tunnellati;

(k) "ixxottar u tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra" tfisser kwalunkwe attività li tirriżulta minn sistema għall-ixxottar jew għat-tixrib mill-ġdid ta' art li tkopri żona minima ta' ettaru (1) u li fuqha jkun hemm il-ħamrija organika, sakemm l-attività ma tkunx tikkostitwixxi attività oħra msemmija fl-Artikolu 3(1), u fejn l-ixxottar ikun azzjoni diretta mill-bniedem li tirriżulta fit-tbaxxija tas-saff tal-ħamrija li taħtu l-art hi saturata bl-ilma, u t-tixrib mill-ġdid ikun azzjoni diretta mill-bniedem li tirriżulta f’inverżjoni parzjali jew totali tal-ixxottar;

(l) "sors" tfisser kwalunkwe proċess, attività jew mekkaniżmu li jirrilaxxa gass serra, aerosol jew prekursur ta’ gass serra fl-atmosfera;

(m) "bir" tfisser kwalunkwe proċess, attività jew mekkaniżmu li jneħħi gass serra, aerosol jew prekursur ta’ gass serra mill-atmosfera;

(n) "raggruppament tal-karbonju" tfisser il-karatteristika jew is-sistema bijoġeokimika sħiħa jew parti minnha fit-territorju ta' Stat Membru li fiha jinħażen il-karbonju, kwalunkwe prekursur ta’ gass serra li fih il-karbonju jew kwalunkwe gass serra li fih il-karbonju;

(o) "prekursur ta’ gass serra" tfisser kompost kimiku li jieħu sehem fir-reazzjonijiet kimiċi li jipproduċu kwalunkwe wieħed mill-gassijiet serra elenkati fl-Artikolu 3(2);

(p) "prodott tal-injam maħsud" tfisser kwalunkwe prodott tal-ħsad tal-injam, inkluż materjal tal-injam u qxur tas-siġar, li ma jkunx għadu fis-sit fejn jiġi maħsud l-injam;

(q) "foresta" tfisser żona tal-art ta' mill-anqas 0.5 ettari, b'kopertura ta' qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta' ħżin ta' mill-anqas 10 % taż-żona, koperta b'siġar li jkollhom il-potenzjal jilħqu għoli minimu ta' mill-anqas 5 metri meta jimmaturaw fil-post fejn ikunu kibru, inklużi gruppi ta' siġar naturali żgħar li jkunu qed jikbru, jew pjantaġġun li għad irid jilħaq kopertura ta' qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta' ħżin ta’ mill-anqas 10 % taż-żona jew għoli tas-siġar ta' mill-anqas 5 metri, inkluża kwalunkwe żona li normalment tkun tifforma parti miż-żona tal-foresta iżda li fuqha temporanjament ma jkun hemm l-ebda siġra b'riżultat ta' intervent tal-bniedem, bħall-ħsad, jew b'riżultat ta' kawżi naturali, iżda li tista' tkun mistennija terġa' ssir foresta;

(r) "kopertura ta' qċaċet" tfisser is-sehem minn żona fissa li jkun kopert mill-qċaċet tas-siġar, mogħti bħala perċentwal;

(s) "densità relattiva" tfisser id-densità ta' siġar weqfin u li qed jikbru fuq art koperta b'foresta, imkejla skont metodoloġija stabbilita mill-Istat Membru;

(t) "disturb naturali" tfisser kwalunkwe avveniment mhux antropoġeniku jew ċirkostanza mhux antropoġenika li jikkawża/tikkawża emissjonijiet sinifikanti fil-foresti jew fil-ħamrija agrikola u li l-Istat Membru rilevanti ma jkollu l-ebda kontroll fuq l-okkorrenza tiegħu/tagħha, sakemm dak l-Istat Membru, b'mod oġġettiv, lanqas ma jkun jista' jillimita b'mod sinifikanti l-effett fuq l-emissjonijiet ta’ dak l-avveniment jew ta’ dik iċ-ċirkostanza, anke wara li dan jokkorri/li din tokkorri;

(u) "valur ta’ nofs il-ħajja" tfisser l-għadd ta' snin li jridu jgħaddu biex il-kontenut tal-karbonju fi prodott tal-injam jonqos għal nofs il-kwantità inizjali tiegħu;

(v) "il-metodu ta' ossidazzjoni istantanja" tfisser metodu tal-kontabilità li jassumi li r-rilaxx fl-atmosfera tal-kwantità sħiħa tal-karbonju maħżun fil-prodotti tal-injam maħsud iseħħ meta Stat Membru jinkludi dawk il-prodotti fil-kontijiet tiegħu skont din id-Deċiżjoni;

(w) "qtugħ ta' salvataġġ" tfisser kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-irkupru tal-injam affettwat minn disturb naturali li jkun għadu jista' jintuża tal-anqas parzjalment.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex temenda d-definizzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex taġġorna dawk id-definizzjonijiet fid-dawl ta’ tibdil fid-definizzjonijiet adotatti mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehim multilaterali ieħor rilevanti għat-tibdil fil-klima konkluż mill-Unjoni.

Artikolu 3

Obbligu li jitfasslu u jinżammu kontijiet għas-settur tal-LULUCF

1. Għal kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha li jirriżultaw mill-attivitajiet fit-territorju tagħhom li jaqgħu fil-kategoriji ta' attività li ġejjin:

(a) l-afforestazzjoni;

(b) ir-riforestazzjoni;

(c) id-deforestazzjoni;

(d) il-ġestjoni tal-foresti;

(e) il-ġestjoni tar-raba';

(f) il-ġestjoni tal-imriegħi.

L-Istati Membri jistgħu jfasslu u jżommu wkoll kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mir-riveġetazzjoni u mill-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra.

2. Il-kontijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li ġejjin:

(a) id-diossidu tal-karbonju (CO2);

(b) il-metan (CH4);

(c) l-ossidu nitruż (N2O).

3. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-kontijiet tagħhom attività partikolari msemmija fil-paragrafu 1 mill-bidu nett tal-attività jew mill-1 ta' Jannar 2013, skont liema minnhom tokkorri l-aktar tard.

Artikolu 4

Regoli ġenerali tal-kontabilità

1. Fil-kontijiet tagħhom imsemmija fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri għandhom jimmarkaw is-sorsi b’sinjal pożittiv (+) u l-bjar b’sinjal negattiv (-).

2. L-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn kwalunkwe attività li taqa' f'waħda mill-kategoriji ta' attività msemmija fl-Artikolu 3(1) jew aktar għandhom jiġu kkontabilizzati taħt kategorija waħda biss.

3. Abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw iż-żoni tal-art li fuqhom titwettaq attività li taqa' f'kategorija msemmija fl-Artikolu 3(1). Huma għandhom jiżguraw li ż-żoni tal-art kollha ta' dan it-tip ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod preċiż fil-kont għal kull kategorija rispettiva.

4. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-kontijiet tagħhom imsemmija fl-Artikolu 3(1) kwalunkwe bidla fil-ħażna tal-karbonju tar-raggruppamenti tal-karbonju li ġejjin:

(a) il-bijomassa tal-wiċċ;

(b) il-bijomassa ta' taħt l-art;

(c) iż-żibel;

(d) l-injam mejjet;

(e) il-karbonju organiku fil-ħamrija;

(f) il-prodotti tal-injam maħsud.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinkludux fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażna tal-karbonju għar-raggruppamenti tal-karbonju elenkati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu meta r-raggruppament tal-karbonju ma jkunx bir li qed jonqos jew ma jkunx sors. L-Istati Membri għandhom iqisu li raggruppament tal-karbonju mhuwiex bir li qed jonqos jew mhuwiex sors biss meta dan jintwera abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli.

5. L-Istati Membri għandhom jagħlqu l-kontijiet tagħhom imsemmija fl-Artikolu 3(1) fi tmiem kull perjodu tal-kontabilità elenkat fl-Anness I billi jispeċifikaw l-emissjonijiet totali u l-assorbimenti totali inklużi f'dawk il-kontijiet matul dak il-perjodu tal-kontabilità.

6. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru komplut u preċiż tal-metodoloġiji u tad-dejta kollha użati biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont din id-Deċiżjoni.

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex temenda l-Anness I biex iżżid il-perjodi tal-kontabilità u tiżgura l-konsistenza bejn dawk il-perjodi tal-kontabilità u l-perjodi rilevanti applikabbli għall-impenji tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet f'setturi oħra.

Artikolu 5

Regoli tal-kontabilità għall-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni u d-deforestazzjoni

1. Fil-kontijiet relatati mar-riforestazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirriflettu l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw biss mit-tali attivitajiet li jseħħu fuq dawk l-artijiet li ma kinux foresta fl-1 ta' Jannar 1990.

2. Meta l-Istati Membri jikkontabilizzaw bidliet netti fl-emissjonijiet u fl-assorbimenti tad-diossidu tal-karbonju (CO2) li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-afforestazzjoni, tar-riforestazzjoni u tad-deforestazzjoni, it-tali bidliet netti għandhom jirrappreżentaw l-assorbimenti u l-emissjonijiet totali għas-snin f'kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, ikkalkulati billi, għal kull sena ta' dak il-perjodu tal-kontabilità, tingħadd il-ħażna tal-karbonju fil-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena u minnha titnaqqas il-ħażna tal-karbonju fl-1 ta' Jannar tal-istess sena, abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli.

3. Meta l-Istati Membri jikkontabilizzaw l-emissjonijiet tal-metan (CH4) u tal-ossidu nitruż (N2O) li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-afforestazzjoni, tar-riforestazzjoni u tad-deforestazzjoni, it-tali emissjonijiet għandhom jirrappreżentaw l-emissjonijiet totali għas-snin f'kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, ikkalkulati billi jingħaddu l-emissjonijiet li jokkorru f'kull sena ta' dak il-perjodu tal-kontabilità, abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli.

4. L-Istati Membri għandhom jibqgħu jfasslu u jikkontabilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn art li kienet identifikata fil-kontijiet skont l-Artikolu 4(3) fil-kategoriji tal-afforestazzjoni, tar-riforestazzjoni u tad-deforestazzjoni anke meta attività ta' dan it-tip ma tkunx għadha qed titwettaq fuq dik l-art.

5. L-Istati Membri għandhom jużaw l-istess unità ta' valutazzjoni spazjali fil-kalkoli biex jiddeterminaw il-foresta li taqa' fi ħdan il-kategoriji tal-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni u d-deforestazzjoni.

Artikolu 6

Regoli tal-kontabilità għall-ġestjoni tal-foresti

1. Fil-kontijiet relatati mal-ġestjoni tal-foresti, l-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn attivitajiet ta' dan it-tip, ikkalkulati bħala emissjonijiet u assorbimenti f'kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, li minnhom jitnaqqas il-valur miksub mill-multiplikazzjoni tal-għadd ta' snin f'dak il-perjodu tal-kontabilità bil-livell ta’ referenza tagħhom speċifikat fl-Anness II.

2. Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għal perjodu tal-kontabilità partikulari jkun negattiv, l-Istat Membru kkonċernat għandu jdaħħal fil-kontijiet tal-ġestjoni tal-foresti tiegħu emissjonijiet u assorbimenti totali li ma jaqbżux l-ekwivalenti ta' 3.5 % tal-emissjonijiet ta’ dak l-Istat Membru fis-sena ta’ referenza tiegħu, kif sottomessi lill-UNFCCC fir-rapport inizjali analizzat tiegħu dwar id-dejta tal-emissjonijiet tas-sena ta’ referenza skont l-Anness tad-Deċiżjoni 13/CMP.1, minbarra l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), immultiplikati bl-għadd ta' snin f'dak il-perjodu tal-kontabilità.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi tal-kalkolu li japplikaw għall-kontijiet tagħhom għall-attivitajiet tal-ġestjoni tal-foresti jkunu konsistenti mal-metodi tal-kalkolu applikati għall-kalkolu tal-livelli ta' referenza tagħhom speċifikati fl-Anness II fir-rigward tal-aspetti li ġejjin:

(a) ir-raggruppamenti tal-karbonju u l-gassijiet serra;

(b) iż-żona soġġetta għal ġestjoni tal-foresti;

(c) il-prodotti tal-injam maħsud;

(d) id-disturbi naturali.

4. Sa mhux aktar tard minn sena qabel it-tmiem ta' kull perjodu tal-kontabilità, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-livelli ta' referenza riveduti proposti għall-perjodu tal-kontabilità sussegwenti, ikkalkulati skont il-metodoloġija mogħtija fid-Deċiżjoni -/CMP.7 għall-kalkolu tal-livelli ta' referenza stabbiliti f'dik id-deċiżjoni.

5. Jekk ikun hemm xi bidliet fid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni -/CMP.7, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-livelli ta' referenza riveduti proposti li jirriflettu dawk il-bidliet sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni ta' dawk il-bidliet.

6. Jekk isiru disponibbli metodoloġiji mtejba li jippermettu lil Stat Membru jikkalkula l-livelli ta' referenza b'mod ferm aktar preċiż jew fejn ikun hemm titjib sinifikanti fil-kwalità tad-dejta li Stat Membru jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika mingħajr dewmien lill-Kummissjoni l-livelli ta' referenza riveduti proposti li jirriflettu dawk il-bidliet.

7. Għall-finijiet tal-paragrafi 4, 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-ammont ta' emissjonijiet annwali li jirriżultaw minn disturbi naturali li jkunu ġew inklużi fil-livelli ta' referenza riveduti proposti minnhom u l-mod li bih ikunu stmaw dak l-ammont.

8. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-preċiżjoni tal-livelli ta' referenza riveduti proposti.

9. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex taġġorna l-livelli ta' referenza mogħtija fl-Anness II kif ikun meħteġ.

10. L-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw għall-ġestjoni tal-foresti, l-impatt ta' kwalunkwe emenda għall-Anness II fir-rigward tal-perjodu tal-kontabilità rilevanti kollu kemm hu.

Artikolu 7

Regoli tal-kontabilità għall-prodotti tal-injam maħsud

1. L-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw, skont l-Artikolu 3(1), l-emissjonijiet mill-prodotti tal-injam maħsud li, fl-1 ta' Jannar 2013, ikun fihom il-karbonju, anke meta l-prodotti tal-injam maħsud ta' dan it-tip ikunu nħasdu qabel din id-data.

2. Fil-kontijiet miżmuma skont l-Artikolu 3(1) relatati mal-prodotti tal-injam maħsud, l-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodotti tal-injam maħsud li ġejjin abbażi ta’ kalkoli magħmulin skont il-funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad u skont il-valuri standard ta’ nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness III:

(a) il-karta;

(b) il-panewijiet tal-injam;

(c) l-injam issegat.

L-Istati Membri jistgħu jużaw valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għal pajjiż partikolari minflok il-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness III, sakemm dawk il-valuri jiġu ddeterminati mill-Istat Membru kkonċernat abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli.

Fil-kontijiet relatati mal-prodotti tal-injam maħsud esportati, l-Istati Membri jistgħu jużaw valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għal pajjiż partikolari minflok il-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness III, sakemm dawk il-valuri jiġu ddeterminati mill-Istat Membru kkonċernat abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli dwar l-użu ta' dawk il-prodotti tal-injam maħsud fil-pajjiż li qed jimportahom.

3. Meta l-Istati Membri jikkontabilizzaw, skont l-Artikolu 3(1), l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) mill-prodotti tal-injam maħsud f'siti tar-rimi tal-iskart solidu, huma għandhom jagħmlu dan abbażi tal-metodu ta' ossidazzjoni istantanja.

4. Meta l-Istati Membri jikkontabilizzaw, l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodotti tal-injam maħsud li jkunu nħasdu għall-finijiet tal-enerġija, huma għandhom jagħmlu dan ukoll abbażi tal-metodu ta' ossidazzjoni istantanja.

5. Stat Membru għandu jikkontabilizza l-emissjonijiet mill-prodotti tal-injam maħsud biss meta dawn l-emissjonijiet jirriżultaw minn prodotti tal-injam maħsud imneħħija mill-artijiet inklużi fil-kontijiet ta' dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 3(1).

6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex tirrevedi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III skont il-progress xjentifiku.

Artikolu 8

Regoli tal-kontabilità għall-ġestjoni tar-raba', għall-ġestjoni tal-imriegħi, għar-riveġetazzjoni u għall-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra

1. Fil-kontijiet relatati mal-ġestjoni tar-raba' u mal-ġestjoni tal-imriegħi, l-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn attivitajiet ta' dan it-tip, ikkalkulati bħala emissjonijiet u assorbimenti f'kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, li minnhom jitnaqqas il-valur miksub mill-multiplikazzjoni tal-għadd ta' snin f'dak il-perjodu tal-kontabilità bl-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' Stat Membru li rriżultaw minn attivitajiet ta' dan it-tip fis-sena ta’ referenza tiegħu, kif sottomessi lill-UNFCCC fir-rapport inizjali analizzat ta' dak l-Istat Membru dwar id-dejta tal-emissjonijiet tas-sena ta’ referenza skont l-Anness tad-Deċiżjoni 13/CMP.1.

2. Meta Stat Membru jagħżel li jfassal u jżomm kontijiet għar-riveġetazzjoni u/jew għall-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra, għandu japplika l-metodu tal-kalkolu speċifikat fil-paragrafu 1.

Fil-kontijiet relatati mal-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra, l-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn dawk l-attivitajiet fuq l-artijiet kollha li jkunu ġew ixxottati mill-1990 ’il quddiem u fuq l-artijiet kollha li jkunu xxarrbu mill-ġdid mill-1990 ’il quddiem.

Artikolu 9

Regoli tal-kontabilità għad-disturbi naturali

1. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jintlaħqu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn sorsi li jirriżultaw minn disturbi naturali mill-kalkoli rilevanti għall-obbligi tal-kontabilità tagħhom skont il-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 3(1). Jekk l-Istati Membri jeskludu l-emissjonijiet ta' dan it-tip, huma għandhom jeskludu wkoll kwalunkwe assorbiment sussegwenti fuq l-artijiet fejn ikunu seħħew dawk id-disturbi naturali. Madankollu, l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn sorsi li jirriżultaw minn disturbi naturali li jkunu ġew inklużi fil-kalkolu tal-livell ta' referenza tal-Istati Membri skont l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 6(5) jew l-Artikolu 6(6) u kwalunkwe assorbiment sussegwenti fuq l-artijiet fejn ikunu seħħew id-disturbi naturali ma għandhomx jiġu esklużi.

2. L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn sorsi skont il-paragrafu 1 mill-kalkoli rilevanti għall-obbligi ta’ kontabilizzazzjoni tagħħom skont il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 3(1) meta dawk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn disturbi naturali ta' dan it-tip f'sena waħda jaqbżu l-5 % tal-emissjonijiet totali tal-Istat Membru fis-sena ta’ referenza tiegħu kif sottomessi lill-UNFCCC fir-rapport inizjali analizzat ta' dak l-Istat Membru dwar id-dejta tal-emissjonijiet tas-sena ta’ referenza skont l-Anness tad-Deċiżjoni 13/CMP.1, minbarra l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) jekk l-Istat Membru jidentifika ż-żoni kollha tal-art esklużi mill-kontijiet tal-Istati Membri skont il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 3(1), fosthom billi jindikahom skont iż-żona ġeografika tagħhom, u skont it-tipi ta' disturbi naturali u s-sena meta dawn ikunu seħħew;

(b) jekk l-Istat Membru jagħmel stima tal-emissjonijiet annwali tal-gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn sorsi li jirriżultaw minn disturbi naturali u tal-assorbimenti sussegwenti fiż-żoni tal-art esklużi;

(c) jekk ma jkun seħħ l-ebda tibdil fl-użu tal-art fiż-żoni tal-art esklużi u l-Istat Membru juża metodi u kriterji trasparenti u verifikabbli biex jidentifika t-tibdil fl-użu tal-art f’dawn iż-żoni tal-art;

(d) jekk l-Istat Membru, fejn ikun prattikabbli, iwettaq miżuri biex jimmaniġġja jew jikkontrolla l-impatt tad-disturbi naturali;

(e) jekk l-Istat Membru, fejn ikun possibbli, iwettaq miżuri biex jirriabilita ż-żoni tal-art esklużi;

(f) jekk l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodotti tal-injam maħsud irkuprat permezz tal-qtugħ ta' salvataġġ ma kinux esklużi mill-kontabilità.

3. L-Istati Membri jistgħu wkoll, b’mod separat, jeskludu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn sorsi skont il-paragrafu 1 mill-kalkoli rilevanti għall-obbligi ta’ kontabilizzazzjoni tagħhom skont il-punti (e) u (f) tal-Artikolu 3(1) meta dawk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn disturbi naturali ta’ dan it-tip f’sena waħda jaqbżu l-5 % tal-emissjonijiet totali tal-Istat Membru fis-sena ta’ referenza tiegħu kif sottomessi lill-UNFCCC fir-rapport inizjali analizzat ta' dak l-Istat Membru dwar id-dejta tal-emissjonijiet tas-sena ta’ referenza skont l-Anness tad-Deċiżjoni 13/CMP.1, minbarra l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(2).

4. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-kontijiet tagħhom imsemmija fl-Artikolu 3(1) l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodotti tal-injam maħsud irkuprati permezz tal-qtugħ ta' salvataġġ skont l-Artikolu 7.

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex tirrevedi l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 fid-dawl tal-progress xjentifiku jew biex dawn ikunu jirriflettu reviżjonijiet għall-atti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto.

Artikolu 10

Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF

1. Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-bidu ta' kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom ifasslu u jittrażmettu lill-Kummissjoni abbozzi tal-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF maħsubin biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti li jirriżultaw mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi kkonsultata firxa wiesgħa ta' partijiet interessati.

L-abbozzi tal-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF għandhom ikopru l-perjodu kollu tal-kontabilità rilevanti speċifikat fl-Anness I.

2. L-Istati Membri għandhom jinkludu, fl-abbozzi tagħhom tal-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF, l-informazzjoni li ġejja b'rabta ma' kull waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1):

(a) deskrizzjoni tax-xejriet tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti fil-passat;

(b) tbassir dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti għall-perjodu tal-kontabilità rispettiv;

(c) analiżi tal-potenzjal li jiġu llimitati jew li jitnaqqsu l-emissjonijiet u tal-potenzjal li jinżammu jew jiżdiedu l-assorbimenti;

(d) lista ta' miżuri, inklużi, kif ikun xieraq, dawk speċifikati fl-Anness IV, li għandhom jiġu adottati biex jintlaħaq il-potenzjal għall-mitigazzjoni, fejn dan ikun ġie identifikat skont l-analiżi msemmija fil-punt (c);

(e) il-politiki previsti biex jiġu implimentati l-miżuri msemmija fil-punt (d), inkluża deskrizzjoni tal-effett li dawk il-miżuri mistennija jkollhom fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti;

(f) skedi taż-żmien għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (d).

3. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-abbozz tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Stat Membru partikolari għas-settur tal-LULUCF fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha mingħand dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni u tista' tippubblika rakkomandazzjonijiet, kif ikun xieraq, bil-għan li ttejjeb l-isforzi tal-Istati Membri biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti.

L-Istati Membri għandhom iqisu b'mod xieraq is-sejbiet tal-Kummissjoni u għandhom jippubblikaw f'forma elettronika u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-Pjanijiet ta' Azzjoni tagħhom għas-settur tal-LULUCF fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sad-data li tkun f'nofs kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, u sa tmiem kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, rapport li jiddeskrivi l-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tagħhom għas-settur tal-LULUCF.

5. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tagħhom għas-settur tal-LULUCF fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi r-rapporti msemmija fl-paragrafu 4.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk ir-rapporti u r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni u tista' tippubblika rakkomandazzjonijiet, kif ikun xieraq, bil-għan li ttejjeb l-isforzi tal-Istati Membri biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti. L-Istati Membri għandhom iqisu b'mod xieraq is-sejbiet tal-Kummissjoni.

Artikolu 11

Analiżi

Il-Kummissjoni għandha tanalizza r-regoli tal-kontabilità mogħtija f'din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard minn sena wara t-tmiem tal-ewwel perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I.

Artikolu 12

Eżerċizzju tad-delega

1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2(2), 4(7), 6(9), 7(6) u 9(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien indeterminat li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2(2), 4(7), 6(9), 7(6) u 9(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-Deċiżjoni partikulari. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 2(2), 4(7), 6(9), 7(6) u 9(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 13

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013.

Artikolu 14

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 12.3.2012

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I

IL-PERJODI TAL-KONTABILITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

Il-perjodu tal-kontabilità || Snin

L-ewwel perjodu tal-kontabilità || Mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2020

ANNESS II

IL-LIVELLI TA' REFERENZA TAL-ISTATI MEMBRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6

Stat Membru || Ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju (CO2) mill-gassijiet serra (Gg) fis-sena

L-Awstrija || -6516

Il-Belġju || -2499

Il-Bulgarija || -7950

Ċipru || -157

Ir-Repubblika Ċeka || -4686

Id-Danimarka || 409

L-Estonja || -2741

Il-Finlandja || -20466

Franza || -67410

Il-Ġermanja || -22418

Il-Greċja || -1830

L-Ungerija || -1000

L-Irlanda || -142

L-Italja || -22166

Il-Latvja || -16302

Il-Litwanja || -4552

Il-Lussemburgu || -418

Malta || -49

Il-Pajjiżi l-Baxxi || -1425

Il-Polonja || -27133

Il-Portugall || -6830

Ir-Rumanija || -15793

Is-Slovakkja || -1084

Is-Slovenja || -3171

Spanja || -23100

L-Isvezja || -41336

Ir-Renju Unit || -8268

ANNESS III

IL-FUNZJONI TA' DIŻINTEGRAZZJONI TAL-EWWEL GRAD U L-VALURI STANDARD TA’ NOFS IL-ĦAJJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7

Funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad li tibda b' u tkompli sas-sena attwali:

                   

      ,

fejn:

sena

il-ħażna tal-karbonju tar-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud fil-bidu tas-sena , Gg C

il-valur kostanti tad-diżintegrazzjoni tal-ewwel grad, mogħti f'unitajiet ta' sena-1 , fejn HL hija nofs il-ħajja tar-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud, mogħti fi snin.)

l-influss fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud matul is-sena , Gg C sena-1

it-tibdil fil-ħażna tal-karbonju tar-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud matul is-sena , Gg sena-1.

Valuri standard ta’ nofs il-ħajja (HL):

            sentejn għall-karta;

            25 sena għall-panewijiet tal-injam;

            35 sena għall-injam issegat.

ANNESS IV

MIŻURI LI JISTGĦU JIĠU INKLUŻI FIL-PJANIJIET TA' AZZJONI GĦAS-SETTUR TAL-LULUCF SKONT L-ARTIKOLU 10(2)(d)

(a) Miżuri relatati mal-ġestjoni tar-raba', bħal dawn li ġejjin:

– it-titjib tal-prattiki agronomiċi permezz ta' għażla aħjar tal-varjetajiet tal-uċuħ;

– l-estensjoni tat-tinwib tal-uċuħ u l-evitar jew it-tnaqqis tal-użu ta' art mistrieħa għerja;

– it-titjib fil-ġestjoni tan-nutrijenti, fil-ġestjoni tal-ħdim tar-raba' jew tar-residwi u fil-ġestjoni tal-ilma;

– l-istimulazzjoni ta' prattiki tal-agrikoltura u tal-forestrija u tal-potenzjal għal tibdil fil-kopertura (fl-użu) tal-art;

(b) Miżuri relatati mal-ġestjoni u t-titjib tal-imriegħi, bħal dawn li ġejjin:

– il-prevenzjoni tal-konverżjoni tal-bwar f'raba' u tat-tkabbir mill-ġdid tal-veġetazzjoni oriġinali fir-raba' maħdum;

– it-titjib fil-ġestjoni tal-imriegħi bl-inklużjoni ta' bidliet fl-intensità u fil-ħinijiet tar-rigħi;

– żieda fil-produttività;

– it-titjib fil-ġestjoni tan-nutrijenti;

– it-titjib fil-ġestjoni tan-nirien;

– l-introduzzjoni ta' speċijiet aktar adattati u b'mod partikolari ta’ speċijiet li jrabbu għeruq fil-fond;

(c) Miżuri għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija organika agrikola, u b'mod partikolari tat-torbieri, bħal dawn li ġejjin:

– l-għoti ta' inċentivi li jiffavorixxu prattiki sostenibbli tal-kultivazzjoni tal-għadajjar;

– l-għoti ta' inċentivi li jiffavorixxu prattiki agrikoli adattati, bħall-minimizzazzjoni tad-disturbi tal-ħamrija jew ta’ prattiki estensivi;

(d) Miżuri għall-prevenzjoni tal-ixxottar tal-artijiet mistagħdra u għall-għoti ta’ inċentivi favur it-tixrib mill-ġdid ta’ dawn l-artijiet;

(e) Miżuri relatati ma' torbieri umdi eżistenti jew ma’ torbieri umdi parzjalment ixxottati, bħal dawn li ġejjin:

– il-prevenzjoni ta' aktar ixxottar;

– l-għoti ta' inċentivi favur it-tixrib mill-ġdid tat-torbieri umdi u r-restawr tagħhom;

– il-prevenzjoni ta' nirien tat-torbieri umdi tal-wiċċ;

(f) Ir-restawr tal-artijiet iddegradati;

(g) Miżuri relatati mal-attivitajiet tal-forestrija, bħal dawn li ġejjin:

– il-prevenzjoni tad-deforestazzjoni;

– l-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni;

– il-konservazzjoni tal-karbonju f'foresti eżistenti;

– it-tisħiħ tal-produzzjoni f'foresti eżistenti;

– iż-żieda fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud;

– it-titjib tal-ġestjoni tal-foresti, fosthom permezz tal-kompożizzjoni ottimizzata tal-ispeċijiet, tal-indukrar tas-siġar u tal-qtugħ li jnaqqas l-ammont ta’ siġar u tal-konservazzjoni tal-ħamrija;

(h) It-tisħiħ tal-protezzjoni kontra disturbi naturali bħan-nirien, l-organiżmi ta' ħsara u l-maltempati.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

              1.1.    Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat/i fl-istruttura ĠBA/IIA

              1.3.    Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

              1.6.    Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rrapportar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

              3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 1.1. Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli tal-kontabilità u l-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija

1.2. Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat/i fl-istruttura ĠBA/IIA[23]

AZZJONI AMBJENTALI U KLIMATIKA [07]

1.3. Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

x Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[24]

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4. Għanijiet 1.4.1. L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni li qegħdin fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Il-proposta hija konsistenti mal-Istrateġija Ewropa 2020 u mistennija tikkontribwixxi għat-twettiq tal-miri tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet.

1.4.2. Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività/l-attivitajiet tal-ĠBA/IIA kkonċernata/i

Għan speċifiku Nru

L-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-azzjoni klimatika (kodiċi tal-IIA 07 12)

Attività/Attivitajiet tal-ĠBA/IIA kkonċernata/i

07 12 01 (L-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-azzjoni klimatika)

1.4.3. Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-proposta tistabbilixxi qafas legali sod u armonizzat biex jiġu kkontabilizzati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-assorbimenti tagħhom mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija (l-LULUCF) fl-Unjoni, billi tippermetti valutazzjoni ddettaljata tal-progress fl-Istati Membri. B'mod aktar speċifiku, din:

- se ttejjeb il-viżibbiltà tal-isforzi ta' mitigazzjoni u tipprovdi inċentivi għalihom permezz taż-żieda tal-assorbimenti u tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-agrikoltura u fil-forestrija u permezz tal-produzzjoni ta’ prodotti tal-injam maħsud fl-industrija;

- se ssaħħaħ l-integrità ambjentali tal-impenji billi tiżgura li l-emissjonijiet u l-assorbimenti jkunu riflessi b'mod korrett u se tiżgura l-produzzjoni ta' bijoenerġija sostenibbli u favur il-klima billi tikkomplementa l-miżuri tal-politika eżistenti; u

- se ttejjeb l-effiċjenza ekonomika sabiex jintlaħqu miri aktar ambizzjużi billi tħalli lis-setturi kollha jikkontribwixxu għalihom.

Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

L-indikaturi li ġejjin jikkorrispondu għall-għanijiet ġenerali, speċifiċi u operattivi tal-proposta:

- ix-xejriet fl-emissjonijiet u fl-assorbimenti;

- l-għadd ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità min-naħa tal-Istati Membri, ta’ Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF u ta’ rapporti sottomessi fil-ħin lill-Kummissjoni u l-għadd ta’ Stati Membri li jissottomettu l-livelli ta' referenza tagħhom fil-ħin lill-Kummissjoni;

- il-konformità tar-rapporti tal-Istati Membri mar-rekwiżiti tal-proposta;

- il-kompletezza tar-rapporti tal-Istati Membri sottomessi lill-Kummissjoni u l-grad ta’ applikazzjoni, min-naħa tal-Istati Membri, tar-regoli komuni tal-kontabilità;

- id-disponibbiltà tad-dejta u tal-informazzjoni fl-oqsma li jinsabu fil-mira tal-proposta.

1.5. Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila taż-żmien

L-għanijiet ta' din il-proposta huma tnejn:

- li tiġi żgurata kontabilità soda u armonizzata tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF fl-Istati Membri; u

- li jingħataw inċentivi favur l-isforzi ta’ mitigazzjoni min-naħa tal-Istati Membri permezz tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni għas-settur tal-LULUCF;

1.5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Azzjoni li tittieħed fil-livell tal-Unjoni, minħabba l-effikaċja tagħha, tipproduċi benefiċċji ċari meta mqabbla ma’ azzjoni meħuda biss fil-livell tal-Istati Membri. Minħabba li l-impenji predominanti b'rabta mat-tibdil fil-klima jsiru fil-livell tal-Unjoni, huwa effikaċi wkoll li r-regoli tal-kontabilità meħtieġa jiġu żviluppati f'dan il-livell. Barra minn hekk, biex jingħelbu l-problemi identifikati bħal, pereżempju, il-ħtieġa li jkun hemm regoli tal-kontabilità preċiżi u konsistenti għall-attivitajiet differenti tas-settur tal-LULUCF, huwa meħtieġ approċċ komuni fl-Istati Membri kollha li jista' jiġi żgurat biss fil-livell tal-Unjoni.

Dan il-qafas legali se jiżgura valur miżjud effikaċi billi jħaddem kontabilità komuni u preċiża fl-Istati Membri kollha, jistabbilixxi Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF, u b'hekk jippermetti valutazzjoni u apprezzament aktar iddettaljati tal-progress fl-Istati Membri. Dan se jiżġura l-koerenza tal-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima, se jtejjeb aktar l-integrità ambjentali tal-impenji tal-Unjoni b'rabta mat-tibdil fil-klima u se jsaħħaħ l-effiċjenza ekonomika tal-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima.

1.5.3. Tagħlim meħud minn esperjenzi simili fil-passat

Il-proposta hija bbażata fuq l-esperjenza miksuba fil-livell internazzjonali u għandha l-għan li tindirizza n-nuqqasijiet tar-regoli tal-kontabilità eżistenti fil-qafas tal-Protokoll ta' Kjoto. Twettqet valutazzjoni ddettaljata sabiex jiġi propost qafas tal-kontabilità sod u armonizzat għas-settur tal-LULUCF.

1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Il-proposta hija konsistenti mal-Istrateġija Ewropa 2020 u mal-inizjattiva ewlenija tal-istrateġija Ewropa 2020 imsejħa “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza”. Hija tikkomplementa wkoll il-politiki eżistenti klimatiċi, tal-enerġija u soċjali tal-Unjoni.

Tikkomplementa wkoll il-Politika Agrikola Komuni (il-PAK) ta' wara l-2013 fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-"komponenti ta' ekoloġizzazzjoni" u, fil-kuntest tal-Politika tal-Iżvilupp Rurali tal-Unjoni, l-inċentivi għas-sekwestru tal-karbonju fl-agrikoltura u fil-forestrija jistgħu jittejbu b'mod konsiderevoli. Kontabilità xierqa tal-flussi tal-karbonju pożittivi assoċjati magħhom se tagħmel aktar viżibbli l-kontribut pożittiv ta' dawn il-miżuri tal-politika implimentati permezz tal-PAK.

Il-kontabilità għas-settur tal-LULUCF għalhekk se tappoġġa l-użu sostenibbli tal-bijoenerġija u se tipprovdi wkoll indikatur sod, ċar u viżibbli tal-progress fl-agrikoltura u fil-forestrija. Jekk ma jkunx hemm kontabilità mandatarja komprensiva għall-attivitajiet tas-settur tal-LULUCF, l-isforzi investiti mill-Istati Membri, mill-bdiewa u mill-forestiera biex jipprovdu servizzi ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima mhux se jiġu riflessi fl-isforzi tal-Unjoni biex tilħaq il-miri tagħha li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

1.6. Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta’ żmien limitat

¨         Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

¨         Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

x Proposta/inizjattiva ta' tul ta’ żmien mhux limitat

L-implimentazzjoni mistennija tibda fl-1 ta’ Jannar 2013, skont il-progress li jsir fil-proċess leġiżlattiv.

1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[25]

x Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni ċentralizzata indiretta b’delega tal-kompiti ta' implimentazzjoni:

¨         lill-aġenziji eżekuttivi

¨         lill-korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[26]

¨         lill-korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/lill-korpi b'missjoni ta’ servizz pubbliku

¨         lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni flimkien mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li għandhom jiġu speċifikati)

Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima msejħa "Kummenti".

Kummenti

L-Istati Membri se jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-biċċa l-kbira ta’ din il-proposta. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-informazzjoni inkluża fir-rapporti sottomessi mill-Istati Membri u se tippubblika rakkomandazzjonijiet, fejn ikun xieraq.

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rrapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-Istati Membri se jinkludu l-informazzjoni fil-kontijiet tagħhom għas-settur tal-LULUCF fuq bażi annwali u se jikkontabilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF skont din il-proposta fi tmiem kull perjodu tal-kontabilità.

Ir-rapporti mħejjija skont din il-proposta se jiġu vvalutati mill-Kummissjoni għal kull perjodu tal-kontabilità, abbażi ta' assistenza minn esperti b’għarfien tekniku.

Se jkun meħtieġ studju biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-kuntest tal-klawżola ta' analiżi.

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat(i)

Peress li l-proposta hija Deċiżjoni, ir-riskji tal-implimentazzjoni huma llimitati minħabba li l-obbligi proposti huma bbażati fuq regoli internazzjonali stabbiliti diġà li l-Istati Membri japplikaw fil-qafas tal-obbligi tagħhom skont il-Protokoll ta' Kjoto.

2.2.2. Metodu/i ta' kontroll previst(i)

Il-miżuri biex jiġu indirizzati r-riskji eventwali se jikkonsistu fi djalogu kostruttiv u kooperazzjoni mal-Istati Membri, fiż-żamma tal-kuntatt mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, speċjalment bil-għan li jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tad-dejta korrispondenti, f’konsultazzjoni mal-esperti, speċjalment meta jkunu qed jiġu adottati l-atti ddelegati, fir-rikors għal għarfien espert tekniku għall-evalwazzjonijiet korrispondenti, fit-twettiq ta' studji waqt l-analiżi tal-att legali, u fl-organizzazzjoni ta' konferenzi tematiċi, fejn ikun xieraq.

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Minħabba l-ammonti involuti u t-tip ta’ akkwist, din l-inizjattiva ma tippreżentax riskji partikolari ta’ frodi. Il-Kummissjoni se tamministra u tikkontrolla l-ħidma billi tuża l-għodod regolari kollha rilevanti, bħall-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali tad-DĠ CLIMA.

L-istandards ta’ kontroll intern Nri 2, 7, 8, 9, 11, 12, 13, 15 u 16 huma partikolarment rilevanti. Barra minn hekk, il-prinċipji stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/202 ("ir-Regolament Finanzjarju") u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu se jiġu applikati b’mod sħiħ.

Il-proċeduri tal-akkwist se jiġu rregolati miċ-ċirkwit finanzjarju komuni tad-DĠ CLIMA, li huwa ċirkwit parzjalment deċentralizzat, li l-karatteristika ewlenija tiegħu hija li l-persuni li jagħtu bidu għall-verifika finanzjarja u li jwettquha huma indipendenti, mil-lat tal-ġerarkija, mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni ddelegati.

Barra minn hekk, kumitat ta’ kontroll intern (ENVAC) jeżamina l-proċess li jwassal għall-għażla tal-kuntrattur u jivverifika, għal kampjun ta’ kuntratti ta’ akkwist pubbliku magħmul minn taħlita ta’ kampjun aleatorju tagħhom ma’ kampjun tagħhom ibbażat fuq ir-riskji, il-konsistenza tal-proċeduri adottati mill-Uffiċjali tal-Awtorizzazzjoni mar-regoli u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

Minbarra dawn il-miżuri, għall-adozzjoni tal-atti ddelegati se jiġi żgurat li l-persuni li jieħdu sehem fil-konsultazzjonijiet mal-esperti jkunu indipendenti u kkwalifikati kif xieraq.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff./mhux diff. ([27]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[28] || mill-pajjiżi kandidati[29] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

5 || 07 01 02 11 Nefqiet oħra ta' ġestjoni li jappoġġaw il-qasam tal-politika tal-"Azzjoni ambjentali u klimatika" || mhux diff. || LE || LE || LE || LE

· Linji ġodda tal-baġit mitlubin

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura……………………………………..] || Diff./mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

[…] || [XX.YY.YY.YY] […] || […] || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru || Intestatura 2

DĠ: CLIMA || || || Sena N[30] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || L-AMMONT TOTALI

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1) || - || - || - || - || - || - || - || -

Ħlasijiet || (2) || - || - || - || - || - || - || - || -

Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || - || - || - || - || - || - || - || -

Ħlasijiet || (2a) || - || - || - || - || - || - || - || -

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi[31] || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit 07 01 04 05 (u l-linji suċċessivi) || || (3) || 0 .100 || - || - || 0 .600 || - || - || 0 .600 || 1 .300

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ CLIMA || Impenji || =1+1a +3 || 0 .100 || - || - || 0 .600 || - || - || 0 .600 || 1 .300

Ħlasijiet || =2+2a +3 || 0 .100 || - || - || 0 .600 || - || - || 0 .600 || 1 .300

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || 0 .100 || - || - || 0 .600 || - || - || 0 .600 || 1 .300

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || 0 .100 || - || - || 0 .600 || - || - || 0 .600 || 1 .300

Ħlasijiet || =5+ 6 || 0 .100 || - || - || 0 .600 || - || - || 0 .600 || 1 .300

 Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa aktar minn intestatura waħda:

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || 0 .100 || || || 0 .600 || || || 0 .600 || 1 .300

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || 0 .100 || || || 0 .600 || || || 0 .600 || 1 .300

Ħlasijiet || =5+ 6 || 0 .100 || || || 0 .600 || || || 0 .600 || 1 .300

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || "Nefqa amministrattiva"

f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || L-AMMONT TOTALI

DĠ: CLIMA ||

Ÿ Riżorsi umani || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .889

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0 .348 || 0 .348 || 0 .348 || 0 .348 || 0 .348 || 0 .348 || 0 .348 || 2 .433

TOTAL TAD-DĠ CLIMA || Approprjazzjonijiet || 0 .475 || 0 .457 || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 3 .322

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 3 .322

f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena N[32] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || L-AMMONT TOTALI

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 0 .575 || 0 .475 || 0 .475 || 1 .075 || 0 .475 || 0 .475 || 1 .075 || 4 .622

Ħlasijiet || 0 .575 || 0 .475 || 0 .475 || 1 .075 || 0 .475 || 0 .475 || 1 .075 || 4 .622

3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

¨      Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

x      Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || L-AMMONT TOTALI

RIŻULTATI

Tip ta’ riżultat[33] || Kost medju tar-riżultat || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd totali ta’ riżultati || Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU: L-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-azzjoni klimatika (kodiċi tal-IIA 07 12)

- Riżultat || Evalwazzjoni || 0 .004 || 27 || 0.100 || || || || || 27 || 0.100 || || || || || 27 || 0.100 || 81 || 0 .300

- Riżultat || Studju || 0.500 || || || || || || || || || || || || || 1 || 0.500 || 1 || 0 .500

- Riżultat || Analiżi || 0.500 || || || || || || || 1 || 0.500 || || || || || || || 1 || 0 .500

Subtotal għall-għan speċifiku nru 1 || 27 || 0 .100 || 0 || - || 0 || - || 28 || 0.600 || 0 || - || 0 || - || 28 || 0.600 || 83 || 1 .300

KOST TOTALI || 0 || 0 .100 || 0 || - || 0 || - || 0 || 0.600 || 0 || - || 0 || - || 0 || 0. 600 || 0 || 1. 300

3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju

¨      Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

x      Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena N [34] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || L-AMMONT TOTALI

L-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 ||

Riżorsi umani (Uffiċjal fil-grad AD ekwivalenti għal FTE wieħed (1), li diġà jaħdem fid-DĠ CLIMA) || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .889

Nefqa amministrattiva oħra - 07 01 02 11 01 Missjonijiet (ħamsa (5) fis-sena; bi spiża ta’ EUR 0.0015 miljun għal kull missjoni) - 07 01 02 11 02 Konferenzi (tnejn (2) fis-sena; b’150 parteċipant; ; bi spiża ta’ EUR 0.035 miljun għal kull konferenza) - 07 01 02 11 02 Laqgħat (tnejn (2) fis-sena; b’massimu ta' 168 espert (28 *6); li jdumu jum wieħed (1); u bi spiża ta’ EUR 0.135 miljun għal kull laqgħa) SUBTOTAL || 0 .0075 0 .070 0 .270 0 .348 || 0 .0075 0 .070 0 .270 0 .348 || 0 .0075 0. 070 0 .270 0 .348 || 0 .0075 0. 070 0 .270 0 .348 || 0 .0075 0 .070 0 .270 0 .348 || 0 .0075 0 .070 0 .270 0 .348 || 0 .0075 0 .070 0 .270 0 .348 || 0 .053 0 .490 1 .890 2 .433

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0 .475 || 0. 475 || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 3 .322

Riżorsi li jaqgħu barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali[35] || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

Subtotal tar-riżorsi li jaqgħu barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

L-AMMONT TOTALI || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 0 .475 || 3 .322

3.2.4. Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

¨      Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ riżorsi umani

x      Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tingħata f’ammonti sħaħ (jew l-aktar f’ammont b’ċifra waħda biss wara l-punt deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6

Ÿ Karigi previsti fil-pjan ta’ twaqqif (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

07 01 01 01 (fil-kwartieri ġenerali u fl-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127

XX 01 01 02 (fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 05 01 (għar-riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 01 (għar-riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f’ekwivalenti għall-full-time – FTE)[36] ||

XX 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-"pakkett globali") || || || || || || ||

XX 01 02 02 (AK, INT, JED, AL u ENS fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 04 yy [37] || - fil-Kwartieri ġenerali[38] || || || || || || ||

-fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX°01°05°02 (AK, INT, ENS — Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (AK, INT, ENS — Riċerka diretta) || || || || || || ||

Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || || ||

L-AMMONT TOTALI || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127 || 0 .127

XX huwa l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti permezz tal-persunal mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ġie spustat fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || It-teħid ta’ azzjoni xierqa biex jiġu implimentati r-rekwiżiti differenti tal-Kummissjoni (pereżempju, l-analiżi tar-rapporti tal-Istati Membri, it-twettiq ta’ analiżi, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni, eċċ.)

Persunal estern ||

3.2.5. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

x      Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

¨      Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

¨      Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[39].

3.2.6. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

xIl-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għall-kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament skont l-istima ta’ hawn taħt:

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

x      Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

¨      Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨         fuq ir-riżorsi proprji

¨         fuq dħul varju

[1]               Id-Deċiżjoni 1/CP.16 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (“il-Ftehimiet ta' Cancún").

[2]               Abbażi tar-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-IPCC).

[3]               Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8/9.3.2007.

[4]               ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.

[5]               ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136. .

[6]               ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.

[7]               COM(2011) 789 finali — 2011/0372 (COD).

[8]               Gassijiet serra oħra mill-attivitajiet agrikoli, pereżempju l-metan u l-ossidu nitruż mill-annimali li jixtarru u mill-fertilizzanti, ma jgħoddux fil-qafas tas-settur tal-LULUCF, li jittratta primarjament l-emissjonijiet tal-karbonju u l-assorbimenti tiegħu fil-veġetazzjoni u l-ħamrija. L-emissjonijiet mill-agrikoltura li mhumiex emissjonijiet tad-CO2 huma inklużi f'inventarju agrikolu separat.

[9]               Hemm ukoll għażla ta' kompromess, jiġifieri l-konverżjoni ma għandhiex twassal għar-"rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2", jiġifieri s-sostituzzjoni ta' ikel prodott domestikament b'ikel importat li għandu marka tal-karbonju aktar negattiva.

[10]             Ara, pereżempju, it-tieni edizzjoni ta’ Sathre R. and O’Connor J. (2010), “A synthesis of research on wood products and greenhouse gas impacts”, Vancouver, B. C. FP Innovations, p. 117.

[11]             ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1.

[12]             Id-Direttiva 2009/28/KE.

[13]             COM(2011) 571 finali.

[14]             http://ec.europa.eu/clima/events/0029/index_en.htm.

[15]             http://ec.europa.eu/clima/consultations/0003/index_en.htm.

[16]             http://ec.europa.eu/clima/events/0029/index_en.htm.

[17]             http://ec.europa.eu/clima/events/0029/index_en.htm.

[18]             ĠU C , , p. .

[19]             ĠU C , , p. .

[20]             ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.

[21]             ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

[22]             ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1.

[23]             ĠBA: Ġestjoni bbażata fuq l-attività — IIA: Ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.

[24]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[25]             Dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-baġit imsejjaħ “BudgWeb” li ġej: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html.

[26]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[27]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[28]             EFTA = l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. .

[29]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn ikun applikabbli, il-pajjiżi li huma kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[30]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

[31]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[32]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Il-proposta mistennija tidħol fis-seħħ fl-2013, skont il-progress li jsir fil-proċess leġiżlattiv.

[33]             Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[34]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Il-proposta mistennija tidħol fis-seħħ fl-2013, skont il-progress li jsir fil-proċess leġiżlattiv.

[35]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[36]             AK = aġent kuntrattwali; INT = persunal tal-aġenzija (“Intérimaire”); JED = espert żgħir fid-delegazzjonijiet ("Jeune Expert en Délégation"); AL = aġent lokali; ENS = espert nazzjonali ssekondat. .

[37]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern mill-approprjazzjonijiet operattivi (dawk li qabel kienu l-linji “BA”).

[38]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (l-FES).

[39]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

Top