This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012DC0367
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS The financial statement accompanying a proposal for Regulation COM(2011) 747 final on credit rating agencies and a proposal for Directive COM(2011) 746 final on excessive reliance on credit ratings
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Id-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja proposta għal Regolament COM (2011) 747 finali dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u proposta għal Direttiva COM (2011) 746 finali dwar dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Id-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja proposta għal Regolament COM (2011) 747 finali dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u proposta għal Direttiva COM (2011) 746 finali dwar dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu
/* COM/2012/0367 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Id-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja proposta għal Regolament COM (2011) 747 finali dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u proposta għal Direttiva COM (2011) 746 finali dwar dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu /* COM/2012/0367 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI
EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Id-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja
proposta għal Regolament COM (2011) 747 finali dwar
l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u proposta għal Direttiva COM
(2011) 746 finali dwar dipendenza eċċessiva fuq
il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu (Test b’rilevanza għaż-ZEE) Fil-15 ta' Novembru 2011,
il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar
aġenziji li jiggradaw il-kreditu u proposta għal Direttiva
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda id-Direttiva 2009/65/KE dwar
il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet
amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli
trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’
Investiment Alternattivi fir-rigward ta' dipendenza eċċessiva fuq
klassifikazzijiet tal-kreditu (minn issa 'l quddiem, il-proposta CRA3). Rigward l-impatt fuq il-baġit tal-Unjoni,
it-Taqsima 4 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni li jakkumpanja r-Regolament
propost iddikjarat: « Il-proposta
tal-Kummissjoni ma għandha l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea.
Il-kompiti, partikularment, li jiġu fdati f’idejn l-AETS kif imsemmi
fil-proposta mhux se jinvolvu fondi addizzjonali tal-UE. Ta’ min wieħed
jinnota wkoll li l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar is-CRAs [in-nota ta’
qiegħ il-paġna 11] jipprovdi li l-ispejjeż tal-AETS li huma
meħtieġa għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tas-CRAs
skont ir-Regolament għandhom jiġu koperti kollha minn tariffi li
jiġu ċċarġjati l-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu.” Nota ta’ qiegħ il-paġna 11:
‘1. L-AETS għandha tiċċarġja t-tariffi lill-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu skont dan ir-Regolament u r-regolament dwar
it-tariffi msemmija fil-paragrafu 2. Dawk it-tariffi għandhom ikopru
għal kollox l-ispejjeż neċessarji tal-AETS rigward
ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u r-rimborż ta’ kwalunkwe spiża li
l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq tax-xogħol
skont dan ir-Regolament, b’mod partikulari bħala riżultat ta’ kull
delega ta’ kompiti skont l-Artikolu 30.” Valutazzjoni tal-impatt tal-propsta tas-CRA3,
ivvalutat l-implikazzjonijiet tal-kost tal-miżuri individwali u ddikjarat:
“miżuri ta’ politika mhux se jkollhom impatt fuq il-baġit tal-UE”[1]. Madankollu, ġie stmat li
l-proposta CRA3 tirriżulta f'żieda sostanzjali fil-volum ta’
xogħol tal-AETS, u għalhekk tirrikjedi aktar riżorsi umani
fl-aġenzija. Konsegwentement, fl-Abbożż tal-Baġit
Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2012) 300)[2] (minn hawn 'il quddiem –
l-Abbozz tal-Baġit 2013), il-Kummissjoni pproponiet żieda ta' 15-il
kariga fil-pjan ta’ stabbiliment għall-AETS. Se jkunu ffinanzjati b’mod
sħiħ mit-tariffi mħallsa mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu, u għalhekk, mhu se jkollhom l-ebda impatt fuq
il-kontribuzzjoni tal-UE lill-AETS. Din il-Komunikazzjoni tipprovdi informazzjoni
dettaljata lill-Awtorità tal-Baġit fil-forma ta’ dikjarazzjoni finanzjarja
leġiżlattiva għall-proposta CRA3, li tinkludi wkoll
informazzjoni dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi meħtieġa skont
il-kompiti u l-għanijiet tal-AETS li joħorġu mill-proposta
tas-CRA3. Fl-aħħar nett, ħarsa ġenerali tal-impatt
tal-proposti kollha tal-Kummissjoni dwar ir-riżorsi tal-AETS għall-2013
hija pprovduta fl-Anness 2 ta’ din il-Komunikazzjoni. DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titlu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/oqsma
tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Għan(ijiet) 1.5. Bażi
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Tul
ta' żmien u impatt finanzjarju 1.7. Metodu/i
ta’ ġestjoni previst(i) 2. IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Ir-regoli
dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar 2.2. Is-Sistema
ta’ ġestjoni u kontroll 2.3. Il-miżuri
għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa
affettwata/i 3.2. Stima
tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Stima tal-impatt fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Stima tal-impatt fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali 3.2.5. Parteċipazzjoni
minn partijiet terzi fil-finanzjament 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titlu
tal-proposta/inizjattiva Regolament
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009
dwar l-Aġenziji li jiggradaw il-Kreditu (CRA) 1.2. Qasam/oqsma tal-politika
kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[3] Suq
Intern – Swieq finanzjarji 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva ý (Il-proposta/l-inizjattiva
għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida 1.4. Għanijiet 1.4.1. L-għan(ijiet)
strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva Kontribuzzjoni
biex inaqqsu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja u r-restawr
tal-fiduċja tal-investituri u ta’ parteċipanti oħra fis-swieq
finanzjarji u l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet 1.4.2. Għan(ijiet)
speċifiku/ċi u l-attività/jiet ABM/ABB konċernata/i Għanijiet speċifiċi: Fid-dawl tal-għanijiet ġenerali ta’ hawn fuq, ġew stabbiliti l-għanijiet speċifiċi li ġejjin: · tnaqqis tad-dipendenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni · mitigazzjoni tar-riskji tal-effetti kontaġġjużi marbuta mad-dejn sovran · titjib tal-kundizzjonijiet tas-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu · żgurar tad-dritt ta' rimedju għal investituri · tisħiħ tal-indipendenza tas-CRA u titjib tal-metodoloġiji u l-proċessi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 1.4.3. Riżultat(i) u impatt
mistenni(ja) · ir-referenzi kollha għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu f’linji gwida u rakkomandazzjonijiet eżistenti se jiġu riveduti u fejn xieraq imneħħija mill-ABE, l-AEAPX u l-AETS · id-divulgazzjoni kontinwa ta' prodotti finanzjarji strutturati se tiġi mtejba; dan se jipprovdi aktar inċentivi għall-investituri biex iwettqu huma stess id-diliġenza dovuta u se jnaqqas id-dipendenza eċċessiva fuq klassifikazzjonijiet esterni · se titjieb it-trasparenza tal-klassifikazzjonijiet sovrani; l-investituri se jifhmu aħjar il-klassifikazzjonijiet sovrani; se jonqsu r-riskji ta’ kontaġju u ta’ konsegwenzi mifruxa · Is-suq tal-klassifikazzjonijiet se jsir iktar miftuħ għal parteċipanti ġodda; l-ikbar aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu attwali se jaffaċċjaw aktar kompetizzjoni; emittenti u investituri se jkollhom iktar għażla fost l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu · Id-danni tal-investituri li jirriżultaw mill-imġiba intenzjonali jew minn negliġenza serja tas-CRAs, se jiġu kkumpensati · Kunflitti ta’ interess li jirriżultaw minn mudell fejn l-emittent iħallas u minn relazzjoni twila ta’ negozju, se jiġu mitigati · Il-parteċipanti fis-suq ser jifhmu sew u se jkunu f'pożizzjoni li jiskrutinizzaw il-metodoloġiji tas-CRA għall-klassijiet kollha tal-assi 1.4.4. L-indikaturi
tar-riżultati u l-impatt · Għadd ta’ referenzi għal klassifikazzjonijiet esterni fid-dokumenti maħruġa mill-AETS · Bidliet fl-użu ta’ approċċi bbażati fuq il-klassifikazzjonijiet standardizzati u interni użati għal skopijiet regolatorji minn ditti finanzjarji. · L-għadd jew il-proporzjon ta' klassifikazzjonijiet soliċitati u mhux soliċitati maħruġa għal diversi klassijiet ta’assi. · Il-frekwenza ta’ reviżjoni u ħruġ ta' klassifikazzjonijiet, partikolarment il-klassifikazzjonijiet tad-dejn sovran. · Il-frekwenza u tipi ta’ bidliet għall-metodoloġiji tas-CRA, u kemm-il darba dawn ġew irrifjutati jew ikkontestati. · L-għadd ta’ parteċipanti ġodda u bidliet għall-istruttura tas-suq. Dan jista' jinkludi s-sehem tas-suq tal-atturi eżistenti f'termini kemm ta' dħul kif ukoll fl-għadd ta' klassifikazzjonijiet pendenti fi klassijiet varji. 1.5. Bażi
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u)
jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma parteċipanti importanti fis-suq finanzjarju u jeħtieġ li jkunu soġġetti għal qafas ġuridiku xieraq. Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu[4] (ir-Regolament CRA) daħal fis-seħħ b’mod sħiħ fis-7 ta’ Diċembru 2010. Dan jitlob illi l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (CRAs) jikkonformaw ma’ regoli rigorużi ta’ mġiba sabiex jiġu mmitigati kunflitti ta’ interess li jista’ jkun hemm, tiġi żgurata kwalità għolja u suffiċjenti ta' trasparenza tal-klassifikazzjonijiet u tal-proċess tal-klassifikazzjoni. Is-CRAs eżistenti kellhom japplikaw għar-reġistrazzjoni u jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament sas-7 ta’ Settembru 2010. Fl-1 ta’ Ġunju 2011 daħlet fis-seħħ emenda għar-Regolament dwar is-CRAs (ir-Regolament (UE) Nru 513/2011), li tafda lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) bis-setgħa esklussiva ta’ superviżjoni fuq is-CRAs li huma reġistrati fl-UE sabiex tiċċentralizza u tissimplifika r-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tagħhom f’livell Ewropew[5]. Filwaqt li jipprovdu bażi tajba, għadd ta’ kwistjonijiet relatati ma’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u l-użu tal-klassifikazzjonijiet ma ġewx indirizzati biżżejjed fir-Regolament dwar is-CRAs eżistenti. Dawn jirrigwardaw b’mod partikolari r-riskju ta’ dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mill-parteċipanti finanzjarji tas-suq, il-livell għoli ta’ konċentrazzjoni fis-suq tal-klassifikazzjoni, ir-responsabbiltà ċivili tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu vis-à-vis l-investituri, il-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-mudell ‘l-emittent iħallas’ u l-istruttura tal-azzjonisti tas-CRAs. L-ispeċifiċitajiet tal-klassifikazzjonijiet sovrani li saru evidenti matul il-kriżi tad-dejn sovran attwali wkoll mhumiex speċifikament indirizzati fir-Regolament dwar is-CRAs attwali. Il-Kummissjoni Ewropea semmiet dawn il-kwistjonijiet miftuħa fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Ġunju 2010 ("Ir-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji għat-tkabbir ekonomiku [għat-tkabbir sostenibbli]")[6] u fi ktiba ta’ konsultazzjoni dwar is-servizzi tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2010[7] li fiha titħabbar il-ħtieġa għal reviżjoni mmirata tar-Regolament dwar is-CRAs li ġiet ippreżentata ma' proposta CRA3 fil-15 ta' Novembru 2011. Fit-8 ta’ Ġunju 2011, il-Parlament Ewropew ħareġ riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar is-CRAs[8]. Ir-rapport jappoġġa l-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas regolatorju għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u li jittieħdu miżuri biex jitnaqqas ir-riskju ta’ dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet. B’mod iktar speċifiku, il-Parlament Ewropew jappoġġa, fost l-oħrajn, rekwiżiti tad-divulgazzjoni iktar iebsa għall-klassifikazzjonijiet tad-dejn sovran, l-istabbiliment ta’ Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni, żieda fid-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar strumenti finanzjarji strutturati u r-responsabbiltà ċivili tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew kien tal-opinjoni li l-istimolazzjoni tal-kompetizzjoni kienet kompitu importanti u qies li l-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea indipendenti tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu għandu wkoll jiġi esplorat u vvalutat mill-Kummissjoni. F’laqgħa informali tal-ECOFIN li saret fit-30 ta’ Settembru u fl-1 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrikonoxxa li għandhom isiru iktar sforzi biex jiġu indirizzati għadd ta’ kwistjonijiet relatati ma’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, inkluż ir-riskju ta’ dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u r-riskju ta’ kunflitti ta’ interess li jiġu mill-mudell ta’ rimunerazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni. Il-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2011 ikkonkluda li hemm bżonn li jsir progress biex titnaqqas id-dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Barra minn hekk, il-Kumitat Ewropew tat-Titoli u l-Kumitat Ewropew tal-Banek magħmula minn rappreżentanti tal-ministeri tal-finanzi tal-Istati Membri ddiskutew il-ħtieġa li l-qafas regolatorju għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jissaħħaħ aktar fil-laqgħat tagħhom tad-9 ta’ Novembru 2010 u d-19 ta’ Settembru 2011. Fil-livell internazzjonali, f’Ottubru 2010 il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) ħareġ bi prinċipji biex titnaqqas id-dipendenza tal-awtoritajiet u tal-istituzzjonijiet finanzjarji fuq il-klassifikazzjonijiet tas-CRA[9]. Il-prinċipji jisħqu fuq it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta’ referenzi għal klassifikazzjonijiet bħal dawn fil-leġiżlazzjoni fejn standards alternattivi u adattati ta’ affidabbiltà kreditizja huma disponibbli u fuq il-ħtieġa li l-investituri jagħmlu l-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħhom stess. Dawk il-prinċipji ġew approvati mis-Samit tal-G20 f'Seoul f’Novembru 2010. Dan l-aħħar il-Kummissjoni indirizzat il-kwistjoni tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet min-naħa tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tar-riforma tal-leġiżlazzjoni bankarja[10]. Il-Kummissjoni pproponiet l-introduzzjoni ta' regola li tirrikjedi lill-banek u d-ditti tal-investiment biex huma stess jivvalutaw ir-riskju tal-kreditu tal-entitajiet u tal-istrumenti finanzjarji li fihom huma jinvestu u mhux sempliċement jiddependu fuq il-klassifikazzjonijiet esterni f'dan ir-rigward. Dispożizzjoni simili ġiet proposta mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' emendi[11] għad-Direttivi dwar l-UCITS[12] u dwar il-maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi[13], li qed jiġu proposti b'mod parallel ma' din il-proposta. 1.5.2. Il-valur miżjud
tal-involviment tal-UE Skont il-prinċipju tas-sussidjaretà (Artikolu 5.3 tat-TUE), azzjoni fil-livell tal-UE għandha tittieħed biss meta l-għanijiet previsti ma jkunux jistgħu jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jistgħu jintlaħqu aħjar mill-UE. Għalkemm il-problemi kollha relatati mal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom implikazzjonijiet importanti għall-Istati Membri individwali, l-impatt globali tagħhom jista’ jkun ipperċepit b’mod sħiħ biss f’kuntest transfruntier. Dan minħabba li l-klassifikazzjonijiet jistgħu jinħarġu f’pajjiż wieħed għal istrumenti finanzjarji maħruġa f’pajjiż ieħor, b’tali mod li l-azzjoni meħuda fil-livell nazzjonali jista’ ma jkollha l-ebda effett, billi l-klassifikazzjonijiet jistgħu jkomplu jinħarġu u jintużaw jekk dawn ikunu prodotti f’ġuriżdizzjonijiet differenti tal-UE jew saħansitra f’ġuriżdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Bħala riżultat, ir-reazzjonijiet nazzjonali għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu qegħdin jirriskjaw li jiġu evitati jew li jsiru ineffettivi mingħajr azzjoni fil-livell tal-UE. Għalhekk, kwalunkwe azzjoni ulterjuri fil-qasam tas-CRAs tista’ tinkiseb aħjar permezz ta’ sforz komuni. Għaldaqstant, l-azzjoni tal-UE tidher li hija xierqa fid-dawl tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. 1.5.3. Tagħlimiet minn esperjenzi
simili fil-passat mhux
applikabbli 1.5.4. Koerenza u sinerġija
possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn Wara
mewġa ta’ miżuri ta’ “emerġenza” biex tkun
immaniġġjata l-kriżi finanzjarja li faqqgħet fl-2007,
il-Kummissjoni nidiet programm ta' riformi li jimplimenta l-impenji meħuda
mill-G20 u li jimmira biex ikunu trattati kwistjonijiet aktar strutturali
tas-settur finanzjarju tal-UE u biex ikunu indirizzati s-sorsi ewlenin
tal-vulnerabbiltà tagħha kif żvelat mill-kriżi: • Il-livelli
baxxi ta’ kapital ta' kwalità għolja u likwidità insuffiċjenti
fis-settur bankarju, jirriflettu parzjalment rekwiżiti prudenzjali
inadegwati u proċikliċi u fallimenti fil-valutazzjoni u
l-ġestjoni tar-riskju; • Nuqqasijiet
superviżorji, partikolarment fir-rigward tas-superviżjoni ta’
istituzzjonijiet individwali li joperaw f’kuntest transfruntier u tas-settur
finanzjarju mhux irregolat; • Il-fallimenti
tal-governanza korporattiva li kkontribwixxew għal prattiki ta’ teħid
ta’ riskju eċċessiv fl-istituzzjonijiet finanzjarji; • Trasparenza
insuffiċjenti fis-suq u divulgazzjoni inadegwat ta' informazzjoni
lill-awtoritajiet inklużi superviżuri, partikolarment b'referenza
għal prodotti finanzjarji strutturati kumplessi; • Nuqqas
ta’ regolamentazzjoni xierqa u superviżjoni tal-Aġenziji
tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu; • Sorveljanza
makroprudenzjali insuffiċjenti tas-settur finanzjarju kumplessiv biex
tipprevjeni riskji makrosistemiċi ta’ kontaġju; • In-nuqqas
ta’ qafas armonizzat li jiffaċilita l-istralċ ordinat tal-banek u l-istituzzjonijiet
finanzjarji li kkontribwixxa biex issir pressjoni fuq l-Stati Membri biex
jinjettaw flus pubbliċi fil-banek biex jiġi evitat kollass
ġenerali. Il-pedamenti
ta’ dan il-programm ġew spjegati fil-Komunikazzjoni tal-4 ta’ Marzu 2009,
Nixprunaw l-Irkupru Ewropew, u l-Komunikazzjoni tat-2 ta' Ġunju 2010
"Ir-Regolazzjoni tas-servizzi finanzjarji għal tkabbir
sostenibbli" li jistabbilixxu d-dettalji tal-pakkett tar-riforma
finanzjarja. L-ewwel
elementi daħlu fis-seħħ fil-perjodu 2009-2010. L-aktar
importanti hija rappreżentata mill-arkitettura ġdida
għas-superviżjoni finanzjarja li involviet l-istabbiliment tal-Bord
Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, li se tiżgura li r-riskji
makroprudenzjali u makroekonomiċi jiġi identifikati fi stadju bikri,
u tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ġodda responsabbli
għall-banek (l-Awtorità Bankarja Ewropea jew EBA),
għall-assigurazzjoni (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u
tal-Pensjonijiet tax-Xogħol jew l-AEAPX) u għas-swieq tat-titoli
(l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq - AETS) biex jiżguraw
is-sorveljanza msaħħa u koordinazzjoni aħjar fost
is-superviżuri. Nuqqas
importanti fir-regolament imtela permezz tar-Regolamenti dwar l-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (“CRA I" u "CRA II") li
jintroduċu rekwiżiti stretti ta’ awtorizzazzjoni u superviżjoni
għas-CRAs u, li jafdaw is-superviżjoni tas-CRAs lill-AETS. Barra minn
hekk, id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (CRD) kienet emendata (‘CRD
III ") biex isaħħaħ ir-regoli kapitali għall-portafoll
ta’ negozjar u għal derivattivi kumplessi u tintrodoċi regoli
vinkolanti dwar rimunerazzjoni u bonuses fl-istituzzjonijiet finanzjarji.
Nuqqas regolatorju u superviżorju ulterjuri imtela mid-Direttiva dwar
il-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi, inklużi l-fondi
ħeġġ (id-Direttiva AIFM) li tipprovdi standards regolatorji
robusti u armonizzati għall-maniġers kollha u għat-titjib
tat-trasparenza għall-investituri. 1.6. Tul ta' żmien u impatt
finanzjarju ý Proposta/Inizjattiva ta’ tul ta’
żmien mhux limitat –
Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2013 sal-2015, –
Segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa. 1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni
previst(i)[14]
¨ Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil: –
ý korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[15] 2. IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Ir-regoli dwar
il-monitoraġġ u r-rappurtar L-Artikolu 81
tar-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS)
jeħtieġ li sat-2 ta’ Jannar 2014 u kull 3 snin minn
dakinhar, il-Kummissjoni tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza
akkwistata b'riżultat tal-operat tal-AETS. Għal dan il-għan,
il-Kummissjoni se tippubblika rapport ġenerali li se jintbagħat
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u
kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat(i) Riskju speċifiku assoċjat mal-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet AETS fir-rigward tar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tal-CRA jirriżulta mill-fatt li b’mod differenti minn bosta korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet, is-superviżjoni tas-CRA se tiġi ffinanzjata esklużivament mis-CRAs infushom. Inkella, fir-rigward tal-użu legali, ekonomiku, effiċjenti u effettiv tal-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mill-proposta, huwa mistenni li l-proposta ma toħloqx riskji ġodda li ma humiex attwalment koperti minn qafas ta' kontroll intern eżistenti tal-AETS. 2.2.2.
Il-metodu/i ta’ kontroll previst(i) Sabiex
tkun żgurata proċedura trasparenti u użu effettiv ta' dawn
ir-riżorsi mill-AETS, il-Kummissjoni adottat Regolament ta’ Delega tas-7 ta' Frar 2012
(Nru 272/2012) rigward it-tariffi ċċarġjati mill-Awtorità
Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni
tal-kreditu[16]. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet Għall-finijiet
tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali
oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar
investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra
l-Frodi (OLAF) għandhom japplikaw għall-AETS mingħajr l-ebda
restrizzjoni. L-AETS
għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999
bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni
tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni
mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha tadotta
minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu tal-AETS. Id-deċiżjonijiet
ta’ finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti ta’ implimentazzjoni li
jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw b’mod ċar li l-Qorti
tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, iwettqu verifiki
fuq il-post fuq il-benefiċjarji tal-fondi mogħtija mill-AETS kif
ukoll fuq il-persunal responsabbli mill-allokazzjoni ta’ dawn il-fondi. L-Artikoli 64
u 65 tar-Regolament li jistabbilixxi l-AETS stipulaw id-dispożizzjonijiet
dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-AETS u r-regoli finanzjarji
applikabbli. 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas
finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i · Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti Iż-żieda tan-nefqa baġitarja
tal-AETS għas-superviżjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu (CRA) se tkun għal kollox koperta mit-tariffi mħallsa
mis-CRA lill-AETS[17]. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribut Numru [Deskrizzjoni…...….] || Diff/Mhux diff. ([18]) || Minn pajjiżi tal-EFTA[19] || mill-pajjiżi kandidati[20] || minn pajjiżi terzi || 12.0404 AETS – Sussidju taħt it-Titoli 1, 2 u 3 || Diff || Le || Le || Le 3.2. Stima tal-impatt fuq in-nefqa
3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq
in-nefqa f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) || || || Sena 2013[21] || Sena 2014 || Sena 2015 || || || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || M.A. || M.A. || M.A. || || || || || M.A. Pagamenti || M.A. || M.A. || M.A. || || || || || M.A. 3.2.2. Stima tal-impatt fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali –
ý Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’
approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Stima tal-impatt fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
ý Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’
approprjazzjonijiet amministrattivi 3.2.3.2. Stima tar-riżorsi umani
meħtieġa –
ý Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’
riżorsi umani Kumment: L-ebda riżorsi umani jew amministrattivi
addizzjonali ma huma se jkunu meħtieġa fid-DĠ MARKT
minħabba l-proposta CRA3. 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju multiannwali attwali –
ý Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju
multiannwali attwali. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
ý Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn
partijiet terzi 3.3. Stima tal-impatt fuq
id-dħul –
ý Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju
fuq id-dħul. Anness 1 Il-persunal estern (CAs u ENDs)
meħtieġ mill-AETS fl-2014 u l-2015 biex jimplimenta ħidmiet
temporanji li jirriżultaw mill-proposta tas-CRA3, mhumiex maħsuba li
jwasslu għal żieda ulterjuri fil-persunal estern tal-AETS Tabella 1 Riżorsi vvalutati
meħtieġa biex l-AETS timplimenta l-proposta tas-CRA3 Kompiti ġodda għall-AETS || Riżorsi umani meħtieġa || || Riżorsi addizzjonali tal-IT || Temporanji || Riżorsi oħra għall-2014-2015 fil-forma ta' esperti nazzjonali sekondati (ENDs) jew aġenti kuntrattwali (CAs), espressi bħala ekwivalenti full-time (fte) || Kummenti || 1) Tirrevedi u tneħħi fejn xieraq referenzi għall-klassifikazzjonijiet fil-Linji Gwida, ir-Rakkomandazzjonijiet u l-Istandards Tekniċi Regolatorji (RTS) eżistenti kollha || || - 0.5 fte || || 2) L-adozzjoni ta’ 5 RTS ġodda dwar: - divulgazzjoni dwar prodotti finanzjarji strutturati - rotazzjoni ta’ CRAs (fajl ta’ handover) - skala ta’ klassifikazzjoni standard armonizzata - EURIX -tariffi imposti minn CRAs || || - 3.5 fte || Stima bbażata fuq il-volum ta’ xogħol meħtieġ matul l-2011 għall-preparazzjoni tal-erba’ abbozzi RTS u dwar il-metodoloġiji speċifiċi avvanzati li s-suġġetti se jirrikjedu. || 3) L-adozzjoni ta’ 2 Linji gwida u Rakkomandazzjonijiet ġodda dwar: - koordinazzjoni tad-divulgazzjoni tat-tariffi tas-CRAs - akkwiżizzjoni ta’ dejta dwar il-konċentrazzjoni tas-suq || || - 1.5 fte || Stima bbażata fuq il-proċess ta’ konsultazzjoni u adozzjoni meħtieġa għal Linji gwida u Rakkomandazzjonijiet u dwar metodoloġiji speċifiċi avvanzati li ż-żewġ suġġetti se jeħtieġu || 4) Tiġdid tal-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ approvazzjoni ta’ pajjiż terz || || - 3.5 fte || Stima bbażata fuq il-volum ta’ xogħol meħtieġ matul l-2011 għall-proċess ta’ approvazzjoni || 5) - It-twaqqif u l-ġestjoni ta’ sit elettroniku ċentralizzat dwar finanzjament strutturat sottostanti għal puli ta’ assi u l-prestazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tagħhom || - 1.8 fte: Unità ta’ CRA : 1.0 fte IT: 0.8 fte (il-produzzjoni u analista tan-negozju) || - 2.3 fte Unità ta’ CRA : 1.0 fte IT: 1.3 fte (0.5 amministratur tal-proġett + 0.5 inġinier + 0.3 espert tal-akkwist pubbliku) || || Suppożizzjoni (Tul ta’ proġett ta’ sena u nofs ): 1) Spejjeż għas-softwer: EUR 300000 HT 2)Spejjeż għall-ħardwer: EUR 30000 HT 3)Servizzi: Fażi tal-bidu: Espert fte wieħed (1) (6 xhur*EUR 1200*22) = 158000 Ittestjar/Roll-out: fte junior 1(12-il xahar*700*22) = 185000 TOTAL: 673000 6) -valutazzjoni preliminari tal-metodoloġiji ġodda tas-CRAs || 6 fte || - || Din l-istima tirrappreżenta medja ta’ bejn 2 u 22 fte, skont l-abbozzar finali tad-dispożizzjoni, li teħtieġ mingħand l-AETS, jew madwar 50 jew madwar 500 valutazzjoni kull sena. || 7) monitoraġġ tal-iżviluppi tas-suq u implimentazzjoni oħra ta' rekwiżit ieħor li s- CRA se jkollha tosserva: -monitoraġġ tar-rabtiet tat-transproprjetà tas-CRAs - monitoraġġ tar-rotazzjoni obbligatorja tal-CRA u tal-analisti ewlenin -monitoraġġ tal-interessi tal-azzjonisti ewlenin u tas-servizzi ta' konsulenza f'entitajiet ikklassifikati tas-CRAs - monitoraġġ tal-osservazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet SF doppji - monitoraġġ tal-pubblikazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet sovrani (wara l-għeluq tan-negozju u mill-inqas siegħa qabel il-ftuħ ta' ċentri tan-negozjar tal-UE) -monitoraġġ li s-CRAs jinfurmaw lill-entitajiet ikklassifikati ġuranta ta’ xogħol sħiħa qabel il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet u l-prospettivi -monitoraġġ li s-CRAs jiddivulgaw il-klassifikazzjonijiet preliminari kollha -monitoraġġ tat-tariffi imposti fuq is-CRAs -żvilupp ta’ metodoloġija ġdida u monitoraġġ tar-riskji ta' konċentrazzjoni tas-suq || 4.8 fte || - || || 8) - stabbiliment u ġestjoni tal-Indiċi Ewropew ta’ Klassifikazzjoni (EURIX)/Pjattaforma Ewropea ta’ Klassifikazzjoni inkluż l-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ bażi ta’ dejta ta’ divulgazzjoni tat-tariffi imposti mis-CRAs || 2.4 fte: Unità ta’ CRA : 1.4 fte; IT: 1 fte (il-produzzjoni (+) analista tan-negozju) || - || Stima bbażata fuq metodoloġiji speċifiċi avvanzati meħtieġa || Suppożizzjoni (Tul ta’ proġett ta’ sena): Implimenntazzjoni bbażata fuq sinerġiji mas-CEREP u SoCRAT; Kalkoli EURIX magħmula mis-CRAs): 1) Spejjeż tas-softwer: EUR 200000 HT 2)Spejjeż tal-ħardwer: EUR 15000 HT 3)Servizzi: Fażi tal-bidu: 2.25 fte (maniġer tal-proġett, inġinier u esperti oħra; 6 xhur*EUR 1200 *22)=356000 Ittestjar/Roll-out: fte junior 1(6 xhur*700*22)=93000 TOTAL: 664000 Total || 15 || 11.3 || || Qed jiġi preżunt li r-Regolament se
jidħol fis-seħħ qabel l-2013, u għaldaqstant, li
riżorsi addizzjonali tal-AETS huma meħtieġa mill-2013. Persunal
addizzjonali ġie stmat biss għall-istandards tekniċi, il-linji
gwida u r-rapporti li għandhom jiġu prodotti mill-AETS. Il-proposta
tal-Kummissjoni tinkludi kompiti għall-AETS li se jeħtieġu
l-ħolqien ta’ 15–il kariga temporanja mill-2013. Barra minn hekk, kompiti
oħra kif deskritti fuq se jkunu koperti mill-persunal estern, mill-SNEs u
mill-aġenti kuntrattwali għall-perjodu 2014 – 2015: 5.8 (snin ta’ xogħol)
għall-2014 u 5.5 (snin ta’ xogħol) għal 2015. Suppożizzjonijiet oħrajn: ·
Il-kosti annwali medji għas-salarji għal
kategoriji differenti ta’ persunal huma bbażati fuq il-gwida tad-DĠ
BUDG; ·
Koeffiċjenti tal-ippeżar tas-salarji
għal Pariġi ta’ 1.161; ·
Kosti għat-taħriġ stmati li
jilħqu EUR 1 000 għal kull ekwivalenti full-time (FTE)
fis-sena; ·
Kosti għal missjonijiet ta’ EUR 10,000,
stima bbażata fuq l-abbozz tal-baġit tal-2012 għall-missjonijiet
għal kull persuna; ·
Kosti relatati mar-reklutaġġ
(vjaġġi, lukanda, eżamijiet mediċi, illoġġjar u
benefiċċji oħrajn, spejjeż tal-ġarr, eċċ)
ta’ EUR 12,700, stima bbażata fuq l-abbozz tal-baġit tal-2012
għar-reklutaġġ għal kull persuna ġdida. Il-metodu ta’ kalkolu taż-żieda
fil-baġit meħtieġ għat-tliet snin li ġejjin huwa
ppreżentat f’aktar dettall fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-kalkolu
jirrifletti l-fatt li l-ispejjeż kollha relatati mas-superviżjoni
tas-CRA se jiġu minn tariffi mħallsa lill-AETS mis-CRAs. Tabella 2 Allokazzjoni ta' kosti Tip ta' kost || Kalkolu || Ammont (f’miljuni ta’EUR) || || 2013 || 2014 || 2015 || Total || || || || || Titolu 1: Nefqa fuq il-persunal || || || || || || || || || || 11 Salarji u benefiċċji || || || || || -li minnhom aġenti temporanji || =15*127*1,161 || 2,212 || 2,212 || 2,212 || 6,635 - li minnhom SNEs || = (4.8 għall-2014, 4.5 għall-2015)*73* 1,161 || 0 || 407 || 381 || 788 - li minnhom aġenti kuntrattwali || =1*64*1,161 || 0 || 74 || 74 || 148 || || || || || 12 Nefqa relatata mar-reklutaġġ || = (15 għall-2013, 5 għall-2014) * 12,7 || 191 || 64 || 0 || 255 || || || || || 13 Spejjeż tal-missjonijiet || = (15 għall-2013, 20.8 għall-2014 u 20.5 għall-2015)*10 || 150 || 208 || 205 || 563 || || || || || 15 Taħriġ || =(15 għall-2013, 20.8 għall-2014 u 20.5 għall-2015)*1 || 15 || 21 || 21 || 56 || || || || || Total tat-Titolu 1: Nefqa fuq il-persunal || || 2,568 || 2,986 || 2,893 || 8,445 || || || || || || || || || || Titolu 2: Infrastruttura u nefqa operazzjonali || = (15 għall-2013, 20.8 għall-2014 u 20.5 għall-2015)*30 || 450 || 624 || 615 || 1,689 || || || || || Total Titolu 2 : Infrastruttura u nefqa operazzjonali || || 450 || 624 || 615 || 1,689 || || || || || || || || || || Titolu 3: Nefqa operazzjonali || || || || || || || || || || EURIX || || 664 || 0 || 0 || 664 Sit elettroniku ċentralizzat dwar il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet ta’ finanzi strutturati || || 0 || 300 || 373 || 673 || || || || || Total tat-Titolu 3: Nefqa operazzjonali || || 664 || 300 || 373 || 1337 || || || || || Total || || 3,682 || 3,910 || 3,881 || 11,471 li l-introjti mit-tariffi tar-reġistrazzjoni u tas-superviżjoni għandhom jitħallsu mis-CRAs (100%) || || 3,682 || 3,910 || 3,881 || 11,471 Tabella 3 Il-pjan ta’ stabbiliment propost
għall-ħmistax-il kariga ta’ aġent temporanju. Grupp u grad tal-funzjoni || Postijiet temporanji || AD 8 || 2 AD 7 || 3 AD 6 || 5 AD 5 || 5 || Total AD || 15 Tabella 4 Allokazzjoni tal-kosti stmati skont
l-għanijiet u r-riżultati li jirriżultaw mill-proposta CRA3[22] Objettivi u riżultati ò || || || Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || TOTAL || || Tip (-/+) || Kost medju || Riżultati || Kost Totali || Riżultati || Kost Totali || Riżultati || Kost Totali || Riżultati || Kost Totali || || Kost Totali || Għan Nru 1 tnaqqis tad-dipendenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni || || || || || || || || || || || referenzi għal klassifikazzjonijiet esterni fid-dokumenti maħruġa mill-AETS ġew riveduti u l-għadd tagħhom ġie mnaqqsa || || || - || 0 || - || 0 || + || 67 || + || 0 || || 67 || l-istabbiliment u l-operat tas-sit elettroniku ċentralizzat dwar finanzi strutturati sottostanti l-puli tal-assi u l-prestazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tagħhom || || || - || 0 || - || 362 || - || 814 || + || 836 || || 2012 || Jinħarġu RTS ġodda dwar divulgazzjoni fir-rigward ta’ strument ta’ finanzi strutturati. || || || - || 0 || - || 0 || + || 94 || - || 0 || || 94 || Subtotal għall-għan speċifiku nru 1 || || 0 || || 362 || || 975 || || 836 || || 2173 || Għan Nru 2 Mitigazzjoni tar-riskji tal-effetti kontaġjużi marbuta mad-dejn sovran || || || || || || || || || || || L-AETS kull sena tirrapporta dwar il-konformità tas-CRAs mar-rekwiżiti fir-rigward ta’ klassifikazzjonijiet sovrani || || || - || 0 || - || 241 || + || 226 || + || 226 || || 693 || Subtotal għall-għan speċifiku nru 2 || || 0 || || 241 || || 226 || || 226 || || 693 || Għan Nru 3 titjib tal-kundizzjonijiet tas-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu || || || || || || || || || || || EURIX (Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni/Pjattaforma Ewropea tal-Klassifikazzjoni) hija stabbilita, operattiva u miżmuma || || || - || 0 || - || 1147 || + || 452 || + || 452 || || 2051 || Jinħarġu RTS ġodda dwar EURIX, skala armonizzata ta' klassifikazzjoni u r-rotazzjoni tas-CRAs || || || - || 0 || - || 0 || + || 243 || + || 37 || || 280 || Linjigwida u Rakkomandazzjonijiet ġodda dwar: - koordinazzjoni tad-divulgazzjoni tat-tariffi tas-CRAs - akkwiżizzjoni ta’ dejta tal-konċentrazzjoni tas-suq || || || - || 0 || - || 0 || + || 202 || - || 0 || || 202 || L-AETS kull sena tirrapporta dwar l-iżviluppi tas-suq tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu || || || - || 0 || - || 483 || + || 452 || + || 452 || || 1387 || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 3 || || 0 || - || 1630 || + || 1349 || + || 941 || || 3920 || Għan Nru 4 żgurar tad-dritt ta’ rimedju għal investituri || || || || || || || || || || || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 4 || || 0 || + || 0 || + || 0 || + || 0 || || 0 || Għan Nru 5 tissaħħaħ l-indipendenza tas-CRA u jitjiebu l-metodoloġiji u l-proċessi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu || || || || || || || || || || || Il-metodoloġiji ġodda kollha tas-CRAs evalwati b’mod preliminari mill-AETS || || || - || 0 || - || 1207 || + || 1131 || + || 1131 || || 3469 || RTS dwar tariffi imposti mis-CRAs || || || - || 0 || - || 0 || - || 0 || + || 87 || || 87 || L-AETS kull sena tirrapporta dwar riskji ta’ indipendenza li jirriżultaw mis-sjieda u mill-kontroll || || || - || 0 || - || 241 || + || 226 || + || 226 || || 693 || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 5 || - || 0 || - || 1448 || + || 1357 || + || 1444 || || 4249 || Sottoriżultat li jirriżulta minn għanjiet 2 sa 5 – valutazzjoni mill-ġdid tal-kapaċità ta’ approvazzjoni ta’ pajjiżi terzi || || || || || || || + || 433 || || 433 || KOST TOTALI || || 0 || || 3681 || - || 3907 || - || 3880 || || 11468 || Anness 2 Ħarsa ġenerali tal-impatt
fuq il-baġit tal-AETS għall-2013 tal-proposti leġiżlattivi
fil-perjodu bejn l-2011u l-2013. Mill-istabbiliment tal-AETS, l-issuktar
tar-reazzjoni tal-UE għall-kriżi finanzjarja u ekonomika rrikjeda
l-adozzjoni ta' serje ta' proposti ġodda importanti, li bosta minnhom
irrikjedew żidiet sinifikanti fis-setgħat tal-AETS u
għaldaqstant it-tisħiħ tal-persunal tal-awtorità kif stipulat
fit-tabelli hawn taħt. Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Swieq
fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID) timmira li tiżgura strutturi tas-suq
aktar robusti u effiċjenti, sabiex ikunu kkunsidrati l-innovazzjonijiet
teknoloġiċi, biex titjieb it-trasparenza tal-attivitajiet
kummerċjali, biex jissaħħu s-setgħat superviżorji u
biex ikun żgurat qafas iktar strett tas-swieq tad-derivattivi
tal-kommoditajiet u biex tissaħħaħ il-protezzjoni
tal-investitur. L-AETS ġiet mogħtija rwol ewlieni fl-iżvilupp
ta’ ħafna miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi meħtieġa
biex jiżguraw it-tħaddim sħiħ tal-qafas regolatorju u
kompiti superviżorji speċifiċi, pereżempju rwol akbar fid-determinazzjoni
tal-konformità mal-MiFID ta' każijiet individwali fejn ċentri
jipproponu r-revoka tat-trasparenza qabel in-negozjar (“dark pools”). Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar
l-Abbuż tas-Suq (MAD) timmira li ssaħħaħ il-ġlieda
kontra l-abbuż tas-suq tal-kommoditajiet u tas-swieq tad-derivattivi
relatati, issaħħaħ is-setgħat ta’ sanzjonar tar-regolaturi
u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi fuq l-emittenti żgħar u
ta' daqs medju. L-AETS fost l-oħrajn ingħatat il-kompitu, li
tiżgura l-koordinazzjoni ta' regoli rigward mezzi tekniċi li
jiżguraw divulgazzjoni xierqa ta’ informazzjoni privileġġata,
proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet
kompetenti tal-UE u dawk barranin, u l-koordinazzjoni, wara li ssir talba, ta’
investigazzjonijiet u spezzjonijiet għal każijiet transfruntieri ta’
abbuż tas-suq. Il-proposta dwar Depożitorji
Ċentrali tat-Titoli għandha l-għan li tarmonizza kemm
il-ħin kif ukoll it-twettiq tas-saldu tat-titoli fl-Ewropa u r-regoli li
jirregolaw id-Depożitorji Ċentrali tat-Titoli (Central Securities
Depositories (CSDs)) li joperaw l-infrastrutturi u b'hekk jippermettu s-saldu.
Fir-rigward tas-saldu, il-proposta tarmonizza l-ħin u d-dixxiplina
tas-saldu tat-titoli fl-UE. Rigward is-CSDs, hija toħloq, għall-ewwel
darba fil-livell Ewropew, awtorizzazzjoni, superviżjoni u qafas
regolatorju komuni għas-CSDs. Ir-rwol tal-AETS skont ir-Regolament CSD
jinkludi l-abbozzar ta’ standards tekniċi għall-applikazzjoni
tas-CSDR – b’kollox 22 standard tekniku regolatorju u ta’ implimentazzjoni;
il-provvediment ta’ linji gwida/l-aħjar prattiki ta’ superviżjoni
għad-dixxiplina tas-saldu u l-miżuri CSD– b’kollox 3 linji
gwida; l-iżgurar ta’ applikazzjoni konsistenti tas-CSDR; ir-rikonoxximent
ta’ CSDs ta’ pajjiż terz u r-rekwiżiti tar-rappurtar (rapport annwali
dwar l-iżviluppi tas-suq, b’mod partikolari dwar l-effiċjenza
tas-saldu, is-saldu internalizzat, l-attività transfruntiera). Ir-rwol tal-AETS fil-kuntest tar-Regolament
rivedut dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (CRA III) huwa
stabbilit fit-test prinċipali tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja
Leġiżlattiva. Tabella 1 Ħarsa ġenerali tat-talba
għal persunal u l-impatt finanzjarju Ħarsa ġenerali tat-talba għal
persunal stima tal-persunal statutorju meħtieġ || stima tal-persunal estern meħtieġ || Stima TOTALI tal-persunal meħtieġ || 2013 || 2014 || 2015 || 2013 || 2014 || 2015 || 2013 || 2014 || 2015 || || || || || || || || || || I. 8 || 8 || 8 || 3 || 3 || 3 || 11 || 11 || 11 || II. 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 6 || 6 || 6 || III. 4 || 4 || 4 || 2 || 2 || 2 || 6 || 6 || 6 || IV. 15 || 15 || 15 || 0 || 5.8 || 5.5 || 15 || 20.8 || 20.5 || || fejn: I – proposta dwar id-Direttiva dwar is-Swieq
fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID) COM (2011) 656 finali [2011/0298 (COD)] II – proposta dwar id-Direttiva dwar
l-Abbuż tas-Suq (MAD) COM(2011) 651 finali [2011/0295 (COD)] III – proposta dwar Depożitorji
Ċentrali tat-Titoli (CSD) COM(2012) 73 finali [2012/0029 (COD)] IV – proposta dwar ir-Regolament dwar
l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (CRA3) COM(2011) 747 finali
u 746 finali [0361 (COD) u 0360 (COD)] [1] Ara paġna 59 tal-Valutazzjoni tal-Impatt
http://ec.europa.eu/internal_market/securities/docs/agencies/SEC_2011_1354_en.pdf
. [2] http://eur-lex.europa.eu/budget/data/DB2013/EN/SEC03.pdf,
p. 801. [3] ABM: Activity-Based Management (Ġestjoni
Bbażata fuq l-Attività) – ABB: Activity-Based Budgeting (Ibbaġitjar
Skont l-Attività) [4] Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-aġenziji
li jiggradaw il-kreditu, ĠU L 302, 17.11.2009. [5] Ir-Regolament (UE) Nru 513/2011 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jemenda
r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw
il-kreditu, ĠU L 145, 31.5.2011. [6] COM(2010) 301 finali. [7] Disponibbli fuq http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/2010/CRA_en.htm. [8] http://www.europarl.europa.eu/oeil/FindByProcnum.do?lang=&procnum=INI/2010/2302. [9] http://www.financialstabilityboard.org/publications/R_101027.pdf. [10] Proposta mill-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2011
għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess
għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni
prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment u li
temenda d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu,
impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat
finanzjarju, COM(2011) 453 finali. Ara l-punt (b) tal-Artikolu 77. [11] Proposta mill-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2011
għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda
d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet,
ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-impriżi
għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u
d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment
Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq
il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, COM(2011) 746 finali. [12] ĠU L 302, 17.11.2009,
p. 32. [13] ĠU L 174, 1.7.2011, p.1. [14] Dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit elettroniku BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [15] Kif stipulat fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. [16] ĠU L 90, 28.3.2012, p. 6–10. [17] Għal aktar tagħrif, ara l-Anness 1 [18] Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff:=
Approprjazzjonijiet mhux differenzjati [19] EFTA: Assoċazzjoni
Ewropea ta' Kummerċ Ħieles [20] Pajjiżi kandidati u fejn applikabbli, pajjiżi
kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent [21] Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [22] Jistgħu jidhru ineżattezzi minħabba l-approssimazzjoni.