Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0583

    Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l- Bjelorussja

    /* KUMM/2011/0583 finali - 2011/0250 (NLE) */

    52011PC0583

    Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l- Bjelorussja /* KUMM/2011/0583 finali - 2011/0250 (NLE) */


    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 jipprovdi għall-iffriżar tal-assi tal-President Lukashenko u ta' ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja.

    (2) Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 588/2011 tal-20 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill żied aktar ismijiet mal-lista tal-persuni fil-mira tal-iffriżar tal-assi. Dawn l-ismijiet li żdiedu jinkludu 3 entitajiet.

    (3) Permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/ ... /PESK ta' ... Settembru 2011, il-Kunsill iddeċieda li għandha tiġi pprovduta deroga mill-iffriżar tal-assi, sabiex ikun żgurat li l-kumpaniji tal-UE ma jkunux ipprojbiti mill-irkupru ta' fondi li għandhom jieħdu mill-entitajiet elenkati taħt kuntratti li daħlu fihom qabel ma' dawn l-entitajiet ġew elenkati.

    (4) Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tidħol fis-seħħ, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (5) Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea jipproponu li jiġi emendat kif xieraq ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 765/2006.

    2011/0250 (NLE)

    Proposta Konġunta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l- Bjelorussja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/…/PESK ta' ... Settembru 2011[1] li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006[2] jipprovdi għall-iffriżar tal-assi tal-President Lukashenko u ta' ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja.

    (2) Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 588/2011 tal-20 ta' Ġunju 2011[3], il-Kunsill żied aktar ismijiet mal-lista tal-persuni fil-mira tal-iffriżar tal-assi. Dawn l-ismijiet li żdiedu jinkludu entitajiet.

    (3) Permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/ ... /PESK ta' ... Settembru 2011, il-Kunsill iddeċieda li għandha tiġi pprovduta deroga mill-iffriżar tal-assi, sabiex ikun żgurat li l-kumpaniji tal-UE ma jkunux ipprojbiti mill-irkupru ta' fondi li għandhom jieħdu mill-entitajiet elenkati taħt kuntratti li daħlu fihom qabel ma' dawn l-entitajiet ġew elenkati.

    (4) Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tidħol fis-seħħ, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (5) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif imiss,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Article 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

    Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 4a

    B’deroga mill-Artikolu 2(1), fejn ħlas minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat(a) fl-Anness I jew l-Anness IA ikun dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li okkorra għall-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat(a), qabel id-data li fiha dik il-persuna, l-entità jew il-korp kien/kienet innominat/innominata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fuq il-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)           l-awtorità kompetenti kkonċernata iddeterminati li l-ħlas mhuwiex direttament jew indirettament għall-benefiċċju tal-persuna fiżika jew ġuridika jew entità elenakta fl-Anness I jew l-Anness IA; u

    (ii)          l-Istat Membru kkonċernat għandu, mill-anaqs ġimagħtejn qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni."

    Article 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    [1]               ĠU L … , …9.2011, p. … .

    [2]               ĠU L 134, 20.5. 2006, p. 1

    [3]               ĠU L 161, 21.6. 2011, p. 1 .

    Top