This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0475
OPINION OF THE COMMISSIONpursuant to Article 294(7)(c) of the Treaty on the Functioning of the European Union,on the European Parliament's amendment[s]to the Council's position regarding the proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCILon the provision of food information to consumers, amending Regulations (EC) No 1924/2006 and (EC) No 1925/2006 and repealing Directives 87/250/EEC, 90/496/EEC, 1999/10/EC, 2000/13/EC, 2002/67/EC, 2008/5/EC and Regulation (EC) No 608/2004
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,dwar l-emenda[i] tal-Parlament Ewropewlill-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILLdwar l-għoti ta' tagħrif dwar l-ikel lil konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 u li jirrevoka d-Direttivi 87/250/KEE, 90/496/KEE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE, 2008/5/KE u r-Regolament (KE) Nru 608/2004
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,dwar l-emenda[i] tal-Parlament Ewropewlill-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILLdwar l-għoti ta' tagħrif dwar l-ikel lil konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 u li jirrevoka d-Direttivi 87/250/KEE, 90/496/KEE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE, 2008/5/KE u r-Regolament (KE) Nru 608/2004
/* KUMM/2011/0475 finali - 2008/0028 (COD) */
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,dwar l-emenda[i] tal-Parlament Ewropewlill-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILLdwar l-għoti ta' tagħrif dwar l-ikel lil konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 u li jirrevoka d-Direttivi 87/250/KEE, 90/496/KEE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE, 2008/5/KE u r-Regolament (KE) Nru 608/2004 /* KUMM/2011/0475 finali - 2008/0028 (COD) */
2008/0028 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
skont l-Artikolu 294(7)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea,
dwar l-emenda[i] tal-Parlament Ewropew
lill-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL
dwar l-għoti ta' tagħrif dwar l-ikel lil konsumaturi, li jemenda
r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 u li jirrevoka
d-Direttivi 87/250/KEE, 90/496/KEE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE,
2008/5/KE u r-Regolament (KE) Nru 608/2004 1. L-introduzzjoni L-Artikolu 294(7)(c) tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Kummissjoni għandha
tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni
qari. Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-opinjoni tagħha hawn taħt
fir-rigward tal-emendi proposti mill-Parlament. 2. L-isfond Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (id-dokument COM(2008) 40 finali – 2008/0028(COD)): || l-1 ta' Frar 2008 Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: || it-18 ta' Settembru 2008 Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: || is-16 ta' Ġunju 2010 Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: || l-ebda data Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill: || il-21 ta' Frar 2011 Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, it-tieni qari: || is-6 ta' Lulju 2011 3. L-għan tal-proposta
mill-Kummissjoni Il-proposta
tikkonsolida u taġġorna żewġt oqsma ta'
leġiżlazzjoni importanti dwar l-ittikkettjar, l-ittikkettjar tal-ikel
ġenerali u l-ittikkettjar dwar in-nutrizzjoni koperti bid-Direttivi
2000/13/KE [1] u
90/496/KEE[2]
rispettivament. Il-proposta tfassal mill-ġdid sitt Direttivi oħra
dwar l-ittikkettjar ta' ċerti kategoriji ta' ikel. Xi uħud
mill-għanjiet prinċipali tal-proposta huma: –
Il-ħolqien ta' strument wieħed għal
prinċipji u rekwiżiti għal rekwiziti orizzontali tal-ittikkettjar
fir-rigward tal-ittikkettjar ġenerali u tan-nutrizzjoni; –
Biex ikunu inklużi dispożizzjonijiet
speċifiċi dwar ir-responsabbiltajiet fil-katina tal-ikel fir-rigward
tal-preżenza u l-preċiżjoni tat-tagħrif dwar l-ikel; –
Biex ikunu stabbiliti kriterji miżurabbli
għal ċertu aspett ta' leġibilità fl-ittikkettjar tal-ikel; –
Biex ikunu kkjarifikati r-regoli li japplikaw dwar
l-ittikkettjar tal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza; –
Biex ikun introdott l-ittikkettjar mandatorju dwar
tagħrif nutrittiv fil-kamp viżiv prinċipali
tal-maġġoranza tal-ikel ipproċessat; 4. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi
mill-Parlament Ewropew Il-Parlament Ewropew ivvota fit-tieni qari fuq
test ikkonsolidat li fih numru ta' emendi għat-test tal-Pożizzjoni
tal-Kunsill fl-ewwel qari. It-test huwa r-riżultat tan-negozjati bejn
il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni taċċetta
l-emendi kollha vvutati mill-Parlament, li huma r-riżultat ta' negozjati
interistituzzjonali li ppermettew ftehim għat-tieni qari. [1] Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta'
liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar,
preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel (ĠU
L 109, 6.5.2000, p. 29). [2] Id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE
tal-24 ta' Settembru 1990 dwar l-ittikkettjar tan-nutrizzjoni
għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 276, 6.10.1990,
p. 40)