This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0090
OPINION OF THE COMMISSION pursuant to Article 294 (7), point (c) of the Treaty on the Functioning of the European Union on the European Parliament's amendments to the position of the Council at first reading regarding the proposal for a DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL concerning the application of patients' rights in cross-border healthcare
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294 (7), punt (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew, għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward ta’ proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294 (7), punt (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew, għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward ta’ proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali
/* KUMM/2011/0090 finali - COD 2008/0142 */
/* KUMM/2011/0090 finali - COD 2008/0142 */ OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294 (7), punt (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew, għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward ta’ proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 24.2.2011 KUMM(2011) 90 finali 2008/0142 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294 (7), punt (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew, għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward ta’ proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali 2008/0142 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294 (7), punt (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward ta’ proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali 1. Introduzzjoni L-Artikolu 294(7), punt (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula li l-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-opinjoni tagħha hawn taħt rigward l-emendi proposti mill-Parlament. 2. Sfond Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (dokument COM(2008)414 finali – 2008/0142(COD)): | 2 ta’ Lulju 2008 | Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 4 ta’ Diċembru 2008 | Data tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni: | 12 ta’ Frar 2009 | Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 23 ta’ April 2009 | Data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | l-ebda | Data tal-qbil politiku: | 8 ta’ Ġunju 2010 | Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill: | 13 ta’ Settembru 2010 | Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, it-tieni qari: | 19 ta’ Jannar 2011 | 3. L-għan tal-proposta L-għan ġenerali tad-Direttiva proposta huwa li jkun stabbilit qafas ċar u koerenti għar-rimbors tal-kura tas-saħħa fl-UE, f'każijiet fejn il-kura tingħata fi Stat Membru li mhux il-pajjiż tal-affiljazzjoni (il-kura tas-saħħa transkonfinali). Din segwiet il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonferma li indipendentement mid-drittijiet għat-trattament skedat fi Stat Membru ieħor kif rikonoxxuti mir-Regolamenti (KE) 883/2004 u 987/2009, il-pazjenti assigurati jibbenefikaw mill-libertà li jirċievu trattament mediku fi Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 56 TFUE. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, il-proposta hija strutturata madwar tliet oqsma ewlenin: (1) li tiżgura li l-pazjenti jirċievu kura tas-saħħa sikura u ta' kwalità għolja, (2) regoli li jiċċaraw id-drittijiet għar-rimbors tal-kura tas-saħħa transkonfinali, u (3) kooperazzjoni fl-UE dwar il-kura tas-saħħa fil-qasam ta' rikonoxximent ta' riċetti tat-tabib, oqfsa ta' referenza Ewropea, valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, u servizzi ta’ Saħħa elettronika. 4. Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi mill-Parlament Ewropew Il-Parlament Ewropew ivvota fit-tieni qari test ikkonsolidat li fih numru ta' emendi għat-test tal-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. It-test huwa r-riżultat tan-negozjati bejn il-parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Il-maġġoranza tal-emendi huma konformi mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni u għalhekk aċċettabbli fid-dawl ta’ kompromess ġenerali. Il-Kummissjoni għalhekk aċċettat l-emendi kollha vvutati mill-Parlament.