Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011DC0113

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Il-kwalità tal-fjuwil tal-petrol u tad-diżil użati għat-trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea: Is-sitt rapport annwali; (Sena ta' rappurtar 2007)

    /* KUMM/2011/0113 finali */

    52011DC0113

    /* KUMM/2011/0113 finali */ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Il-kwalità tal-fjuwil tal-petrol u tad-diżil użati għat-trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea: Is-sitt rapport annwali; (Sena ta' rappurtar 2007)


    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 11.3.2011

    KUMM(2011) 113 finali

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    Il-kwalità tal-fjuwil tal-petrol u tad-diżil użati għat-trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea:Is-sitt rapport annwali;(Sena ta' rappurtar 2007)

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    Il-kwalità tal-fjuwil tal-petrol u tad-diżil użati għat-trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea:Ir-sitt rapport annwali (Sena ta' rappurtar 2007)

    Taqsira

    Id-Direttiva 98/70/KE[1] tistipula speċifikazzjonijiet minimi għal raġunijiet ta' saħħa u ambjentali għall-fjuwils li jintużaw għall-vetturi mgħammra b'magni li jaqbdu bl-ispark plaggs u bil-kompressjoni. Il-kwalità tal-fjuwil hija importanti għall-ambjent għax taffettwa l-emissjonijiet ta’ tniġġis li jirriżultaw mill-magni u b'hekk il-kwalità tal-arja. Taffettwa wkoll l-kumdità u l-kost li bihom il-produtturi jistgħu jiksbu l-limiti mixtieqa tal-emissjonijiet ta’ sustanzi ta’ tniġġis u ta’ gassijiet b'effett ta' serra. Id-Direttiva 2003/17/KE[2], li temenda d-Direttiva 98/70/KE, tirrekjedi iktar tnaqqis fil-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwils tal-petrol u d-diżil.

    In-nuqqas ta’ konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-fjuwil jista' jwassal għal żieda fl-emissjonijiet (eż. ossiġenati żejda jistgħu jżidu l-emissjonijiet ta' NOx) u tista' ssir ħsara lill-magna u lis-sistemi tat-trattament ulterjuri tal-egżost (eż. kubrit żejjed li jagħmel ħsara lill-katalizzaturi) u jwasslu għal żieda fl-emissjonijiet li jniġġsu l-arja. Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-istandards tal-kwalità tal-fjuwil li huma obbligatorji fl-ambitu ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jintroduċu sistemi ta' sorveljanza tal-kwalità tal-fjuwil.

    L-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/70/KE jistipula li l-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar il-kwalità tal-fjuwil fl-Istati Membri. Dan is-sitt Rapport tal-Kummissjoni jiġbor fil-qosor il-preżentazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-kwalità tal-petrol u d-diżil kif ukoll il-volumi mibjugħa għas-sena 2007. L-Istati Membri kollha, minbarra l-Lussemburgu, ressqu r-rapporti nazzjonali għall-2007.

    Il-kwalità tad-disinn tas-sistema ta' monitoraġġ tal-Istati Membri kif ukoll tal-livell ta' konformità tagħhom mal-valuri ta' limitu u tal-informazzjoni mogħtija minnhom fil-preżentazzjonijiet għar-rapport għadha qed titjieb. Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva u tipproponi azzjoni xierqa u proporzjonata fejn meħtieġ.

    Kif ġie nnotat fl-2006, minkejja li l-fjuwils mingħajr kubrit[3] jammontaw għal sehem dejjem akbar tal-gradi u l-bejgħ tal-fjuwil madwar l-Istati Membri, dawn mhux dejjem ikunu ttikkettati fil-pompi. Għad hemm problemi sinifikanti fil-forniment fil-ħin tar-rapporti minn uħud mill-Istati Membri. Filfatt, is-sitwazzjoni ħżienet fir-rigward ta' dawn ir-rapporti tard meta mqabbla mas-sena l-oħra. L-Irlanda, l-Italja u l-Pajjiżi l-Baxxi ppreżentaw ir-rapporti tagħhom aktar minn 3 xhur tard; u r-Renju Unit u Malta ppreżentaw ir-rapporti tagħhom aktar minn 7 xhur tard. Il-Lussemburgu ma ppreżentax rapport fl-2007.

    Is-sorveljanza tal-kwalità tal-fjuwil fl-2007 turi li l-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol u d-diżil stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE huma, ġeneralment, imħarsa u għal darb' oħra ftit kienu l-każijiet ta' superar tal-ispeċifikazzjonijiet li ġew identifikati. Għall-petrol, il-parametri ewlenin fejn ġie identifikat superar tal-limiti kienu n-numru ottan tar-riċerka/tal-mutur (RON/MON)[4], il-pressjoni tal-fwar fis-sajf[5] u d-distillazzjoni/evaporazzjoni mal-100/150 °C[6]. Għad-diżil, il-parametri ewlenin fejn ġie identifikat superar tal-limiti kienu l-kontenut ta’ kubrit u l-punt ta’ distillazzjoni ta’ 95 %.

    Peress li s-superar huwa relattivament rari u l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jitneħħa mill-bejgħ dak il-fjuwil li ma jkunx konformi, il-Kummissjoni ma taf bl-ebda riperkussjoni negattiva fuq l-emissjonijiet mill-vetturi jew fuq il-funzjonament tal-magni minħabba dan is-superar. Madankollu, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu jieħdu azzjoni li tiżġura l-konformità sħiħa sabiex problemi bħal dawn ma jitfaċċawx fil-futur. Fejn disponibbli, id-dettalji tal-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri qed jiġu mogħtija fil-kapitli individwali tar-rapport dettaljat għall-2007[7]. Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-fjuwil stabbiliti fid-Direttiva .

    Kontenut baxx ta' kubrit jgħin fit-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja u fl-introduzzjoni ta' teknoloġija ġdida tal-magni. Kif jidher fit-Tabella 1, il-kontenut medju ta' kubrit fl-2007 huwa sostanzjalment inqas minn dak irrappurtat fl-2004 iżda ma naqasx wisq mill-2005. Is-sehem tal-fjuwils mingħajr kubrit u b'kontenut baxx ta' kubrit[8] żdied bejn l-2001 u l-2005, meta saret mandatorja li l-fjuwils kollha jkunu b'kontenut baxx ta' kubrit, u li jiġu introdotti fjuwils mingħajr kubrit fl-Istati Membri kollha.

    Tabella 1: Tendenza annwali fil-kontenut medju ta' kubrit fil-petrol u d-diżil

    UE | Il-Kontenut Medju ta' Kubrit, ppm | UE15 | UE12 |

    Fjuwil/Sena | 2001 | 2002 | 2003* | 2004* | 2005* | 2006** | 2007*** | 2007*** | 2007 |

    Petrol | 68 | 51 | 37 | 38 | 19 | 18 | 18 | 18 | 18 |

    Diżil | 223 | 169 | 125 | 113 | 25 | 22 | 23 | 23 | 24 |

    *Teskludi lil Franza, li ma rrappurtatx fl-2003 u fl-2005. Il-pajjiżi tal-UE10 huma dawk li ssieħbu fl-2004.

    ** Teskludi lil Malta, li ma rrappurtatx fl-2006.

    *** Teskludi lil-Lussemburgu, li ma rrapurtax fl-2007.

    Għad hemm differenzi sostanzjali fost is-sistemi nazzjonali ta' monitoraġġ tal-kwalità tal-fjuwil. Madankollu, ir-rekwiżiti tad-Direttiva mistennija li jippromwovu aktar omoġeneità u jtejbu l-kwalità tar-rappurtar.

    2. Daħla

    L-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol u d-diżil mibjugħa fl-Unjoni Ewropea huma stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE. Mill-1 ta’ Jannar 2005, tapplika biss sensiela waħda ta’ speċifikazzjonijiet għall-fjuwils. Id-Direttiva teħtieġ ukoll li l-Istati Membri jirrapurtaw sommarji tal-kwalità tal-fjuwils mibjugħa fit-territorji tagħhom. Mill-2004 ’l hawn, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jirrappurtaw dwar il-monitoraġġ tagħhom skont l-Istandard Ewropew EN 14274[9], jew skont sistemi daqstant ieħor affidabbli. L-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/70/KE, kif emendat bl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2003/17/KE, jirrikjedi li l-Kummissjoni tressaq ir-riżultati tar-rappurtar tal-Istati Membri dwar il-kwalità tal-fjuwil. F’konformità ma' din it-talba, dan is-sitt Rapport tal-Kummissjoni jiġbor fih il-kwalità tal-petrol u tad-diżil, kif ukoll il-volumi mibjugħa, fl-UE għas-sena 2007. Ir-rapporti tas-snin ta' qabel huma disponibbli fuq is-siti elettroniċi tal-Kummissjoni[10].

    3. Is-sistemi nazzjonali ta’ monitoraġġ

    Ir-reviżjonijiet, murija fil-mudell ta' rappurtar Excel, għall-format tar-rappurtar speċifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/159/KE u l-Istandard Ewropew EN 14274: 2003 żiedu l-utilità tal-informazzjoni u ffaċilitaw l-analiżi tax-xejriet fl-UE. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-kwalità tad-disinn tas-sistemi ta' monitoraġġ, il-konformità mal-valuri ta' limitu u l-informazzjoni mogħtija fil-preżentazzjonijiet għar-rapporti qed ikomplu jitjiebu. Madankollu, għad hemm ftit oqsma għal titjib kif spjegat fil-qosor hawn taħt:

    Uħud mill-Istati Membri ppreżentaw ir-rapporti tagħhom tard; ir-Renju Unit u Malta ppreżentaw ir-rapporti tagħhom aktar minn 7 xhur tard. u l-Irlanda, l-Italja u l-Pajjiżi l-Baxxi ppreżentaw ir-rapporti tagħhom aktar minn 3 xhur tard. Dawn huma mħeġġa li jirrappurtaw fil-ħin sabiex jevitaw li jimminaw l-isforzi tal-oħrajn. Bosta Stati Membri ma ssodisfawx, b'mod suffiċjenti, il-ġbir ta' kampjuni għall-fjuwils kollha jew mhux qed jiġbru għadd biżżejjed ta' kampjuni fl-istazzjonijiet ta' riforniment (għall-kuntrarju ta' dawk ta' depożitu/raffinar). Il-Grafika 2 tiġbor fiha r-rata ta' ġbir ta' kampjuni fl-UE fl-2007. Fejn Stati Membri jużaw is-Sistemi Nazzjonali tagħhom, dawn iridu jiġu deskritti b'mod sħiħ. Din id-deskrizzjoni għandha turi l-ekwivalenza tal-kunfidenza statistika tas-sistema ta' monitoraġġ mal-EN 14274: 2003. Din għadha ma ngħatatx għall-biċċa l-kbira tal-każijiet ta' monitoraġġ għall-2004-2007 u għaldaqstant għandha tingħata fil-futur. Meta jintuża l-Mudell Statistiku C tal-EN 14274, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw spjegazzjoni ċara għall-użu tiegħu. Għal bosta Stati Membri jidher li hemm każ tajjeb għall-użu tal-Mudelli A jew B minflok. Jeħtieġ li l-fjuwils mingħajr kubrit ikunu ttikkettati b'mod ċar sabiex il-konsumaturi jkollhom l-opportunità li jagħżluhom. F'uħud mill-Istati Membri l-kontenut ta' kubrit fil-pompi tal-fjuwil mhuwiex ittikkettat b'mod ċar. Ir-rappurtar fuq it-tikkettar jista' jgħin l-industrija tal-karozzi tikseb kunfidenza fid-disponibbiltà tal-fjuwils mingħajr kubrit sabiex il-vetturi li jieħdu vantaġġ sħiħ minnhom ikunu introdotti fuq bażi aktar wiesgħa. Tkun aktar utli wkoll li kieku l-Istati Membri, sakemm ma jagħmlux hekk diġà, jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżijiet dwar il-kontenut ta' kubrit separatament għall-fjuwils b'kontenut baxx ta' kubrit u għall-fjuwils mingħajr kubrit sabiex tiġi kkonfermata ulterjurament il-kwalità tal-fjuwils mingħajr kubrit. |

    4. Ir-Rappurtar tal-2007

    4.1 Il-Kwalitajiet u l-Volumi tal-Fjuwil

    Il-bejgħ kollu tal-petrol u tad-diżil fl-UE llum jikkonċerna fjuwils b'kontenut baxx ta' kubrit u dawk mingħajr kubrit. Mill-petrol kollu mibjugħ, 53 % kien b'kontenut baxx ta' kubrit u 47 % mingħajr kubrit. Mid-diżil kollu mibjugħ, it-tqassim ekwivalenti kien ta’ 58 % u 42 %.

    Il-varjetà ta' fjuwils bi gradi ta' RON u kubrit disponibbli madwar l-UE naqset fl-2005 bil-limitu mandatorju ġdid ta' <50ppm kubrit. Il-biċċa l-kbira tal-bejgħ tal-petrol fl-2007 jikkonsisti f'RON 95 (85 %, b'50 % ikun kontenut b'livell baxx ta' kubrit u 35 % mingħajr kubrit), ara l-Grafika 1 u t-tabella fl-Anness għad-dettalji sħaħ skont l-Istat Membru.

    Grafika 1: Il-proporzjonijiet ta’ bejgħ ta’ fjuwil fl-UE skont it-tip ta’ fjuwil għall-2007(%)

    Il-Bejgħ tal-Petrol | 2007 | Il-Bejgħ tad-Diżil | 2007 |

    [pic] | [pic] |

    Tip | % | Tip | % |

    4 | Petrol bla ċomb min. RON=95 | 0.0% |

    5 | Petrol bla ċomb min. RON=95 (<50 ppm S) | 49.7% |

    6 | Petrol bla ċomb min. RON=95 (<10 ppm S) | 35.2% |

    7 | Petrol bla ċomb 95=<RON<98 | 0.0% |

    8 | Petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<50 ppm S) | 3.0% |

    9 | Petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<10 ppm S) | 0.07% |

    10 | Petrol bla ċomb RON>=98 | 0.0% |

    11 | Petrol bla ċomb RON>=98 (<50 ppm S) | 0.1% |

    12 | Petrol bla ċomb RON>=98 (<10 ppm S) | 5.3% |

    Kif kien il-każ bejn l-2001 u l-2006, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit raw l-akbar bejgħ ta' fjuwil fl-2007 (Grafika 3). Il-bejgħ tad-diżil jiddomina fi kważi l-Istati Membri kollha. Madankollu, il-proporzjonijiet relattivi ta' bejgħ ta' petrol u diżil ivarjaw b'mod sinifikanti.

    Il-bejgħ fl-Istati Membri tal-UE-12 jikkonsisti fi 12.4 % u 12.6 % tal-bejgħ totali ta' petrol u diżil fl-UE, rispettivament (imqabbla ma' 10.1 % u 9.9 %, rispettivament, għall-UE-10 fl-2006). Proporzjonijiet ogħla ta’ petrol u diżil mingħajr kubrit inbiegħu fl-EU-10 (49 % u 49 % rispettivament) meta mqabbla mal-UE-15 (46% u 41% rispettivament).

    Mill-2001 'il quddiem kien hemm żieda fl-omoġeneità fl-għadd ta' gradi ta' fjuwils li ġie rrappurtat disponibbli fl-UE kollha (Grafika 4). Fl-2007 hemm ġeneralment 2-3 gradi ta' petrol disponibbli f'kull Stat Membru li jirriżulta, primarjament, mil-livelli differenti ta' ottan (kategorija RON). Madankollu, gradi separati ta' fjuwils mingħajr kubrit qed jidhru f'uħud mill-każijiet.

    L-obbligu li l-Istati Membri jaqilbu għalkollox għall-fjuwils mingħajr kubrit jgħodd biss mill-2009. Madankollu, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja diġà qalbu għalkollox għal gradi ta' petrol u diżil mingħajr kubrit fl-2007. L-Awstrija u l-Estonja wkoll qalbu għalkollox għal petrol mingħajr kubrit (ara Grafiki 5 u 6) Fl-Isvezja, prattikament kull diżil ilu mingħajr kubrit mill-1999 'l hawn, u fil-Ġermanja d-diżil mingħajr kubrit ilu disponibbli mill-2003.

    Madankollu, bosta Stati Membri għad iridu jdaħħlu fjuwils mingħajr kubrit ikkummerċjalizzati (u ttikkettati) separatament. Il-kontenut medju ta' kubrit f'uħud mill-gradi ta' fjuwil instab li kien inqas minn 10 ppm meta l-fjuwil kien ikkummerċjalizzat bħala wieħed b'kontenut baxx ta' kubrit (< 50 ppm), kif jidher fil-Grafika 7. F'dawn il-pajjiżi jidher li l-bejgħ tal-fjuwil jista' jkun mingħajr kubrit, għalkemm ma jkunx ittikkettat bħala tali. Minbarra dan, uħud mill-Istati Membri ma pprovdewx biżżejjed informazzjoni biex jiġġudikaw jekk il-fjuwils mingħajr kubrit humiex disponibbli " fuq bażi geografikament bilanċjata b'mod xieraq " kif mitlub mid-Direttiva.

    Grafika 2: Ir-rata ta’ ġbir ta’ kampjuni għas-Sorveljanza tal-Kwalità tal-Fjuwil fl-UE fl-2007 (għadd medju ta’ kampjuni għal kull grad ta’ fjuwil)

    Għadd Medju ta’ Kampjuni / Grad tal-Fjuwil | [pic] |

    Petrol | Diżil |

    Grafika 3: Bejgħ nazzjonali ta’ fjuwil skont it-tip ta’ fjuwil fl-UE fl-2007 (f'miljuni ta' litri)

    Bejgħ ta’ Fjuwil, miljun litri | [pic] |

    Total ta’ Petrol | Total ta’ Diżil |

    Noti : Teskludi l-Lussemburgu li naqas milli jippreżenta rapport fl-2007

    Grafika 4: Għadd ta’ gradi ta’ fjuwil disponibbli fuq livell nazzjonali skont it-tip ta’ fjuwil fl-UE fl-2007

    Għadd ta' Gradi tal-Fjuwil disponibbli | [pic] |

    Għadd ta’ Gradi ta’ Petrol | Għadd ta’ Gradi ta’ Diżil |

    Grafika 5: Bejgħ Nazzjonali ta’ gradi ta’ petrol b’kontenut baxx ta' kubrit fl-UE (%) fl-2007

    Bejgħ Nazzjonali ta’ Petrol | [pic] |

    Petrol | Diżil |

    Noti : Teskludi l-Lussemburgu li naqas milli jippreżenta rapport fl-2007

    4.2 Il-konformità mad-Direttiva 98/70/KE fl-2007

    It-Tabella 2 tiġbor, fil-qasir, il-livell ta' konformità mad-Direttiva 98/70/KE milħuq mill-Istati Membri fl-2007. Din tirrapporta kemm ir-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni fil-konfront tal-valuri ta' limitu u l-konformità tal-format u l-kontenut tar-rappurtar. Kif kien il-każ fl-2001—2006, uħud mill-Istati Membri pprovdew informazzjoni mhux kompluta u / jew tard u din affettwat l-kwalità tal-valutazzjoni ta' konformità. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri sabiex itejbu r-rappurtar tagħhom fejn meħtieġ.

    Skont l-Artikolu 9a, hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddeterminaw is-sanzjonijiet applikabbli f'każijiet ta' ksur tad-Direttiva. Dettalji tal-azzjoni meħuda fir-rigward ta' Stati Membri li ma jikkonformawx mal-valur tal-limitu, fejn ipprovdut għalihom, huma inklużi fil-kapitli tal-pajjiż individwali tar-rapport iddettaljat għas-sena 2007[11].

    7 Stati Membri huma f'konformità sħiħa mal-valuri ta' limitu kemm għall-petrol kif ukoll għad-diżil (imqabbel ma' 8 fl-2006). 19 –il Stat Membru pprovdew ukoll rappurtaġġ komplet fir-rigward tal-firxa ta' parametri għall-monitoraġġ speċifikati fid-Direttiva. Bħala riżultat tal-arranġamenti ta' monitoraġġ fis-seħħ, il-Belġju jwettaq ġbir ta' kampjuni sostanzjalment akbar minn Stati Membri oħra Madankollu, kieku dawn il-valuri jiġu sempliċement aggregati flimkien ma' riżultati ta' monitoraġġ ta' Stati Membri oħra, dan jista' jgħawweġ ir-riżultati u jaħbi x-xejriet tal-UE kollha. Fid-dawl ta' dan, l-isuperar fil-limiti u l-kampjuni tal-Belġju huma esklużi mill-analiżi tas-superar irrappurtat hawn taħt[12].

    Fir-rigward tal-petrol, 17 –il Stat Membru (8 mill-UE-15) irrappurtaw li tal-anqas (1) kampjun wieħed ma kienx konformi mad-Direttiva 98/70/KE, meta mqabbel ma' 16 fl-2006 (8 mill-UE-15). Minn dawn, il-parametri ewlenin ta' tħassib reġgħu kienu n-numru ottan tar-riċerka/tal-mutur (RON/MON, 68 kampjun), il-pressjoni tal-fwar fis-sajf (DVPE, 43 kampjun) u d-distillazzjoni/evaporazzjoni mal-100 °C / 150 °C (14 -il kampjun).

    Dan jirrappreżenta żieda kemm fl-għadd kif ukoll fil-proporzjoni tal-kampjuni tal-petrol li mhuwiex konformi fl-Istati Membri tal-UE-15 u tal-UE-12. Fl-Istati Membri tal-UE-15, il-proporzjon ta' kampjuni li jissuperaw il-valuri ta' limiti kważi rdoppja minn madwar 0.55 % fl-2006 għal 1.0 % fl-2007. Din iż-żieda kienet primarjament riżultat ta' aktar kampjuni li jissuperaw l-valuri ta' limitu ta' parametri "oħra"[13]. Fl-Istati Membri tal-UE-12 il-proporzjon ta' kampjuni li jissuperaw l-valuri ta' limitu żdied minn madwar 2 % fl-2006 għal 3.5 % fl-2007, biż-żieda tkun primarjament riżultat tal-kampjuni li jissuperaw l-valuri ta' limitu MON/RON.

    Fir-rigward tal-petrol, 12 –il Stat Membru (4 mill-UE-15) irrappurtaw li tal-anqas (1) kampjun wieħed ma kienx konformi mad-Direttiva 98/70/KE, meta mqabbel ma' 10 fl-2006 (3 mill-UE-15). Minn dawn, il-parametri ewlenin ta' tħassib kienu l-kontenut ta' kubrit (28 kampjun) u l-punt ta' distallazzjoni ta' 95 % (11 –il kampjun).

    Fl-2007 żdied is-superar fil-valuri ta' limitu tad-diżil fl-Istati Membri tal-UE-15. Madankollu, il-proporzjon ta' kampjuni li jissupera l-valuri ta' limitu għadu inqas minn dak ta' qabel l-2006. Fl-2005, l-Istati Membri tal-UE-10 kellhom problema partikolari bil-kontenut ta' kubrit minħabba l-livell mandatorju ta' <50 ppm introdott fil-bidu ta' dik is-sena. Jidher li din il-kwistjoni ġiet solvuta hekk kif l-Istai Membri tal-UE-12 żammew l-livell aktar baxx ta' superar tal-2006.

    Tabella 2: Sommarju tal-konformità tal-Istat Membri mad-Direttiva 98/70/KE għar-rappurtar tal-2007.

    Stat Membru | Nuqqas ta' konformità mal-valuri ta' limitu (1) (limiti ta' kunfidenza ta' 95 %) (Kampjuni mhux konformi / Total ta’ kampjuni) | Rappurtar mhux komplut (Numru ta’ parametri mhux imkejla / Total) | Rapport mogħti tard (sat-30/6/2008) (2) | Rimarki |

    Petrol | Diżil | Petrol | Diżil |

    5. KONKLUżJONIJIET

    Il-kwalità tal-fjuwil hija importanti, mil-lat ambjentali, għax taffettwa l-emissjonijiet ta’ tniġġis li jirriżultaw mill-magni u għalhekk il-kwalità tal-arja, kif ukoll il-kumdità u l-kost li bihom il-produtturi jistgħu jiksbu l-limiti mixtieqa tal-emissjonijiet minn sustanzi ta tniġġis u gassijiet b’effett ta’ serra. Is-sorveljanza tal-kwalità tal-fjuwil fl-2007 turi li l-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol u d-diżil stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE huma, ġeneralment, imħarsa u tassew ftit kienu l-każijiet ta' superar tal-ispeċifikazzjonijiet li ġew identifikati. Peress li s-superar huwa relattivament rari u l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jitneħħa mill-bejgħ dak il-fjuwil li ma jkunx konformi, il-Kummissjoni ma taf bl-ebda riperkussjoni negattiva fuq l-emissjonijiet mill-vetturi jew fuq il-funzjonament tal-magni minħabba dan is-superar. Madankollu, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu jieħdu azzjoni li tiżġura l-konformità sħiħa sabiex problemi bħal dawn ma jitfaċċawx fil-futur. Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva u tipproponi azzjoni xierqa u proporzjonata fejn meħtieġ.

    Is-sehem tal-fjuwil mingħajr kubrit u b'kontenut baxx ta' kubrit żdied bejn l-2001 u l-2005. Il-kontenut medju ta' kubrit fil-fjuwils baqa stabbli mill-2005, meta l-fjuwils b'kontenut baxx ta' kubrit saru mandatorji u ġew introdotti l-fjuwils mingħajr kubrit madwar l-UE. Madankollu, f'għadd ta' Stati Membri dawn mhux dejjem huma ittikkettati kif suppost mal-pompi.

    Mingħajr tikkettar, il-konsumaturi ma jistgħux jagħżlu dawn il-fjuwils mingħajr kubrit u hemm inqas possibbiltà li dawn jużaw teknoloġija li għandha bżonn dawn il-fjuwils. Dan jimmina b'mod sinfikanti l-valur ta' li jkollok dejjem disponibbli fjuwils li jissodisfaw dan il-kriterju. Għaldaqstant, dan in-nuqqas ta' tikkettar jista' jfixkel l-introduzzjoni tal-vetturi li jużaw teknoloġija li tirrekjedi fjuwils mingħajr kubrit. Bħala riżultat ta' dan, ma setax jitwettaq il-potenzjal sħiħ offrut mit-tnaqqis fis-CO2 li ġej mis-settur tat-trasport bit-triq.

    Ir-rappurtar dwar it-tikkettar jista' jgħin lill-industrija tal-karozzi tikseb fiduċja fid-disponibbiltà tal-fjuwil sabiex il-vetturi li jisfruttaw bis-sħiħ il-fjuwil mingħajr kubrit jiġu introdotti fuq firxa usa', u jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ sustanzi ta’ tniġġis u gassijiet b'effett ta' serra. Ġeneralment ġiet ipprovduta informazzjoni limitata mill-Istati Membri dwar id-disponibbiltà ġeografika ta' fjuwils mingħajr kubrit; il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ddikjaraw sempliċement li kien hemm disponibbiltà wiesgħa, iżda ma pprovdew l-ebda informazzjoni supplimentari biex jipprovdu miżura tad-disponibbiltà ġeografika tagħhom.

    Is-sistemi ta’ sorveljanza ta’ kwalità stabbiliti fuq livell nazzjonali jvarjaw b’mod konsiderevoli u jeħtieġu iktar uniformità sabiex jipprovdu riżultati trasparenti u komparabbli. L-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/17/KE wasslet għal titjib fil-kwalità tar-rappurtar billi tirrikjedi li l-Istati Membri jirrappurtaw dwar il-monitoraġġ skont l-Istandard Ewropew il-ġdid, EN 14274, jew skont sistemi daqstant ieħor affiddabbli. Fejn l-Istati Membri ma jirrappurtawx skont il-format ta’ EN 14274, għandha tingħata ġustifikazzjoni għal dan.

    ANNESS: Il-bejgħ tal-fjuwil skont it-tip ta’ fjuwil fl-UE fl-2007 (f'miljuni ta' litri)

    ID | Miljun litru |L-Awstrija |Il-Belġju |Id-Danimarka |Il-Finlandja |Franza |Il-Ġermanja |Il-Greċja |L-Irlanda |L-Italja |Il-Lussemburgu |Il-Pajjiżi l-Baxxi |Il-Portugall |Spanja |L-Isvezja |Ir-Renju Unit |UE15 |UE15 | | | Il-grad tal-fjuwil |AT |BE |DK |FI |FR |DE |EL |IE |IT |LU |NL |PT |ES |SE |Ir-Renju Unit |UE15 |% | | 1 |Petrol bla ċomb min. RON=91 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |2 |Petrol bla ċomb min. RON=91 (<50 ppm S) |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |3 |Petrol bla ċomb min. RON=91 (<10 ppm S) |642 |- |507 |- |- |7,548 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |8,697 |7.2% | |4 |Petrol bla ċomb min. RON=95 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |5 |Petrol bla ċomb min. RON=95 (<50 ppm S) |- |71 |- |- |10,145 |- |4,744 |1,680 |13,816 |0 |- |- |7,917 |- |22,890 |61,264 |50.6% | |6 |Petrol bla ċomb min. RON=95 (<10 ppm S) |1,944 |1,358 |1,917 |2,272 |- |20,458 |- |792 |1,423 |- |5,418 |- |- |4,914 |- |40,498 |33.4% | |7 |Petrol bla ċomb 95=<RON<98 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |8 |Petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<50 ppm S) |- |- |- |- |- |- |453 |- |- |- |- |1,845 |0 |- |1,129 |3,427 |2.8% | |9 |Petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<10 ppm S) |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |92 |92 |0.1% | |10 |Petrol bla ċomb RON>=98 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |11 |Petrol bla ċomb RON>=98 (<50 ppm S) |- |23 |- |- |- |- |- |- |- |0 |- |- |- |- |- |23 |0.0% | |12 |Petrol bla ċomb RON>=98 (<10 ppm S) |76 |435 |11 |209 |3,210 |824 |401 |- |- |- |166 |305 |1,137 |322 |- |7,096 |5.9% | | |Petrol (regolari) |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0.0% | | |Petrol (<50 ppm kubrit) |0 |94 |0 |0 |10,145 |0 |5,197 |1,680 |13,816 |0 |0 |1,845 |7,917 |0 |24,019 |64,714 |53.4% | | |Petrol (<10 ppm kubrit) |2,662 |1,793 |2,435 |2,481 |3,210 |28,829 |401 |792 |1,423 |0 |5,585 |305 |1,137 |5,236 |92 |56,383 |46.6% | | |Total ta’ Petrol |2,662 |1,888 |2,435 |2,481 |13,354 |28,829 |5,598 |2,472 |15,239 |0 |5,585 |2,150 |9,054 |5,236 |24,111 |121,097 |100% | | 13 | Diżil | - |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |14 | Diżil (<50 ppm kubrit) | 1,132 |387 |- |- |38,461 |- |4,131 |2,558 |31,573 |0 |- |5,491 |30,773 |- |10,285 |124,790 |58.9% | |15 | Diżil (<10 ppm kubrit) | 6,338 |7,361 |3,191 |2,607 |1,061 |35,524 |36 |645 |1,982 |- |7,979 |317 |0 |4,679 |15,216 |86,936 |41.1% | | |Total ta’ Diżil |7,469 |7,748 |3,191 |2,607 |39,521 |35,524 |4,167 |3,203 |33,555 |0 |7,979 |5,808 |30,773 |4,679 |25,501 |211,726 |100% | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |ID |Miljun litru |Ċipru |Ir-Repubblika Ċeka |L-Estonja |L-Ungerija |Il-Latvja |Il-Litwanja |Malta |Il-Polonja |Is-Slovakkja |Is-Slovenja |Il-Bulgarija |Ir-Rumanija |UE12 |UE12 | |UE |UE | | | Il-grad tal-fjuwil |CY |CZ |EE |HU |LV |LT |MT |PL |SK |SI |BG |RO |UE12 |% | |UE |% | | 1 |Petrol bla ċomb min. RON=91 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |0 |0.0% | |2 |Petrol bla ċomb min. RON=91 (<50 ppm S) |- |161 |- |- |12 |80 |- |- |19 |- |- |- |272 |1.6% | |272 |0.2% | |3 |Petrol bla ċomb min. RON=91 (<10 ppm S) |- |0 |- |- |- |- |- |- |23 |- |- |- |23 |0.1% | |8,720 |6.3% | |4 |Petrol bla ċomb min. RON=95 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |0 |0.0% | |5 |Petrol bla ċomb min. RON=95 (<50 ppm S) |427 |2,732 |- |- |453 |695 |77 |93 |105 |- |822 |2,070 |7,473 |43.7% | |68,737 |49.7% | |6 |Petrol bla ċomb min. RON=95 (<10 ppm S) |- |0 |404 |1,970 |- |7 |- |4,964 |646 |- |- |227 |8,217 |48.0% | |48,715 |35.2% | |7 |Petrol bla ċomb 95=<RON<98 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |0 |0.0% | |8 |Petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<50 ppm S) |- |- |- |- |- |- |18 |- |- |741 |- |- |759 |4.4% | |4,186 |3.0% | |9 |Petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<10 ppm S) |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |92 |0.1% | |10 |Petrol bla ċomb RON>=98 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |0 |0.0% | |11 |Petrol bla ċomb RON>=98 (<50 ppm S) |48 |- |- |- |3 |- |- |30 |1 |80 |- |- |162 |0.9% | |185 |0.1% | |12 |Petrol bla ċomb RON>=98 (<10 ppm S) |- |40 |56 |74 |- |18 |- |0 |16 |- |- |- |203 |1.2% | |7,299 |5.3% | | |Petrol (regolari) |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0.0% | |0 |0.0% | | |Petrol (<50 ppm kubrit) |475 |2,893 |0 |0 |468 |775 |95 |123 |126 |821 |822 |2,070 |8,666 |50.7% | |73,380 |53.1% | | |Petrol (<10 ppm kubrit) |0 |40 |459 |2,044 |0 |25 |0 |4,964 |685 |0 |0 |227 |8,443 |49.3% | |64,826 |46.9% | | |Total ta’ Petrol |475 |2,933 |459 |2,044 |468 |799 |95 |5,087 |811 |821 |822 |2,297 |17,109 |100.0% | |138,21 |100% | | 13 | Diżil | - |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |0 |0.0% | |14 | Diżil (<50 ppm kubrit) | 418 |4,769 |201 |- |896 |1,136 |110 |339 |323 |1,366 |2,228 |3,849 |15,635 |51.1% | |140,42 |57.9% | |15 | Diżil (<10 ppm kubrit) | - |0 |246 |2,408 |37 |137 |- |10,976 |631 |- |- |555 |14,991 |48.9% | |101,93 |42.1% | | |Total ta’ Diżil |418 |4,769 |447 |2,408 |933 |1,273 |110 |11,316 |954 |1,366 |2,228 |4,404 |30,625 |100.0% | |242,35 |100% | |

    [1] Id-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE, ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

    [2] Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/17/KE tat-3 ta’ Marzu 2003 li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil, ĠU L 76, 22.3.2003, p. 10.

    [3] It-terminu “mingħajr kubrit”, jew "żero kubrit", jikkorrispondi għal kontenut ta’ kubrit ta’ <10 ppm.

    [4] In-Numru Ottan tar-Riċerka (RON) hija l-miżura kwantitattiva ta' proporzjon tal-kompressjoni massima li fih il-petrol jista' jintuża f'magna mingħajr ma jseħħ qbid spontanju tat-taħlita fil-magna. Il-qbid spontanju jwassal għal konsum eċċessiv tal-fjuwil u żieda fl-emissjonijiet tal-Komposti Organiċi Volatili u tal-Monossidu tal-Karbonju.

    [5] Il-pressjoni tal-fwar hija miżura tat-tendenza tal-fjuwil li jevapora. Fis-sajf tiġi rregolata għax f'dak iż-żmien tas-sena, it-temperaturi jistgħu jwasslu għal emissjonijiet għoljin tal-Komposti Organiċi Volatili, li huma l-prekursur tal-ożonu fil-livell ta’ wiċċ l-art. Jekk jinqabżu l-ispeċifikazzjonijiet ikun hemm żieda fl-emissjonijiet tal-Komposti Organiċi Volatili.

    [6] Il-parametru tad-distillazzjoni jistabbilixxi l-proporzjon ta' fjuwil li jevapora mal-100˚C u l-150˚C. Dan jillimita l-firxa ta' komponenti eħfef li jistgħu jiġu mħallta fil-petrol. Jekk jinqabżu l-limiti jista' jkun hemm blukkaġġ ikkawżat minn bżieżaq tal-arja meta l-fjuwil minn likwidu jsir gass kif ukoll problemi fis-sewqan.

    [7] https://circabc.europa.eu/w/browse/5e89b837-2bec-4284-b9fe-c156271268f7

    [8] It-terminu “kontenut baxx ta' kubrit” jikkorrispondi għal kontenut ta’ kubrit ta’ <50 ppm.

    [9] EN 14274:2003 – Karburanti [Fjuwils] awtomotivi – Valutazzjoni tal-kwalità tal-petrol u tad-diżil – Sistema ta’ Sorveljanza tal-Kwalità tal-Karburant [Fjuwil] (FQMS).

    [10] https://circabc.europa.eu/w/browse/5e89b837-2bec-4284-b9fe-c156271268f7

    [11] https://circabc.europa.eu/w/browse/5e89b837-2bec-4284-b9fe-c156271268f7

    [12] Ir-rapport dettaljat ta' monitoraġġ tal-2007 jinkludi bosta żbalji fil-mod li twettaq dan l-aġġustament. Bħala riżultat ta' dan, il-proporzjon tal-kampjuni li jissuperaw il-valuri ta' limitu ġie kkalkolat ħażin fir-rapport dettaljat tal-2007, u fir-rapporti dettaljati tas-snin ta' qabel. Ir-rati ta' superar hawn taħt ġew ikkoreġuti minn dawk li jinsabu fir-rapport dettaljat u dan l-iżball se jiġi kkoreġut sa mill-verżjoni tal-2008 tar-rapport dettaljat.

    [13] Il-kategorija ta' parametri "oħra" tirrappreżenta l-aromatiċi, l-ossiġenati u l-kontenut ta' ċomb.

    Top