Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0538

    Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 1 ta' Diċembru 2011 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (14409/2011 — C7-0252/2011 — 2011/0805(NLE)) (Approvazzjoni)

    ĠU L 112, 24.4.2012, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/res/2011/538/oj

    24.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 112/5


    RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tal-1 ta' Diċembru 2011

    dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (14409/2011 — C7-0252/2011 — 2011/0805(NLE))

    (Approvazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra t-talba tar-Repubblika tal-Kroazja sabiex issir membru tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (14409/2011 — C7-0252/2011),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2011) 667),

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' Trattat dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea, il-Protokoll u l-Att Finali,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 74c u l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0390/2011),

    A.

    billi l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-pajjiż kandidat u l-modifiki li tinvolvi l-adeżjoni tiegħu huma stipulati fl-abbozz ta' Trattat dwar l-Adezjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, u billi l-Parlament għandu jiġi kkonsultat dwar kwalunkwe modifiki sostanzjali tal-abbozz ta' Trattat,

    B.

    billi l-Kummissjoni għandha tissorvelja iktar preparamenti għall-adeżjoni bir-reqqa u b'oġġettività u għandha tgħin lill-awtoritajiet Kroati jissodisfaw l-impenji u l-obbligi tagħhom kif stipulati fin-negozjati; billi l-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament informat regolarment dwar sa liema punt l-awtoritajiet Kroati jonoraw l-impenji tagħhom sabiex jassumu b'mod sħiħ l-obbligi tas-sħubija tagħhom wara l-adeżjoni fl-1 ta' Lulju 2013,

    1.

    Japprova l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Repubblika tal-Kroazja.


    Top