Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AE1589

    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għaddejjin minn diffikultajiet serji marbutin mal-istabbiltà finanzjarja tagħhom jew li jinsabu mhedda mit-tali diffikultajiet” COM(2011) 481 finali — 2011/0209 (COD)

    ĠU C 24, 28.1.2012, p. 83–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/83


    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għaddejjin minn diffikultajiet serji marbutin mal-istabbiltà finanzjarja tagħhom jew li jinsabu mhedda mit-tali diffikultajiet”

    COM(2011) 481 finali — 2011/0209 (COD)

    2012/C 24/18

    Relatur Ġenerali: is-Sur SMYTH

    Nhar it-13 ta’ Settembru u l-5 ta’ Ottubru 2011 rispettivament, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iddeċiedew, b’konformità mal-Artikoli 42 u 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

    il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għaddejjin minn diffikultajiet serji marbutin mal-istabbiltà finanzjarja tagħhom jew li jinsabu mhedda mit-tali diffikultajiet

    COM(2011) 481 finali – 2011/0209 (COD).

    Nhar l-20 ta’ Settembru 2011, il-Bureau tal-Kumitat inkariga lis-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali sabiex tipprepara l-ħidma tiegħu dwar is-suġġett.

    Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-475 sessjoni plenarja tiegħu tas-26 u s-27 ta’ Ottubru 2011 (seduta tas-27 ta’ Ottubru 2011) li jaħtar lis-Sur SMYTH bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’90 vot favur, 2 voti kontra u 4 astensjonijiet.

    1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

    1.1

    Il-KESE ħa nota tal-proposta tal-Kummissjoni li temenda l-Artikolu 70 tar-Regolament 1698/2005 li jipprevedi l-possibbiltà ta’ żieda fil-pagamenti lill-pajjiżi milquta mill-kriżi u li dawn jirċievu assistenza mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja jew mill-mekkaniżmu tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet għall-perjodu li jdumu taħt dawn il-mekkaniżmi ta’ appoġġ, iżda mingħajr ma tiżdied l-allokazzjoni globali taħt il-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni għall-perjodu ta’ programmar 2007-2013.

    1.2

    Il-KESE japprova l-proposta.

    2.   Raġuni

    2.1

    Il-proposta attwali tintroduċi dispożizzjonijiet speċjali fir-Regolament (KE) 1698/2005 li ser jippermettu li r-rata applikabbli għall-kontribut tal-FAEŻR għall-programmi tal-iżvilupp rurali ta’ dawn l-Istati Membri tiżdied sa massimu ta’ tal-infiq pubbliku eliġibbli fir-reġjuni eliġibbli taħt l-objettiv ta’ Konverġenza, fir-reġjuni l-iktar imbiegħda u fil-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew; u sa massimu ta’ tal-infiq pubbliku eliġibbli f’reġjuni oħra. Dawn id-dispożizzjonijiet, li ser jibqgħu validi biss sakemm l-Istati Membri inkwistjoni jkunu taħt il-mekkaniżmi ta’ appoġġ hawn fuq imsemmija, ser jipprovduhom b’riżorsi finanzjarji addizzjonali u b’hekk ser jiffaċilitaw il-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi fil-livell prattiku. Għalhekk, ser ikollhom isibu inqas finanzjament korrispondenti (match-funding), li fi żmien meta l-baġits nazzjonali jinsabu taħt pressjoni konsiderevoli jfisser kontribut konsiderevoli biex dawn l-ekonomiji, li qed jiffaċċjaw il-problemi, jirkupraw.

    2.2

    Il-Kumitat jaqbel li huwa essenzjali li jissaħħu l-prosperità u l-kompetittività fl-Istati Membri li ntlaqtu l-iktar mill-kriżi u għalhekk jappoġġja l-proposta msemmija hawn fuq.

    Brussell, 27 ta’ Ottubru 2011

    Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    Staffan NILSSON


    Top