Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0705

    Proposal for a COUNCIL DECISION on the conclusion by the European Union of the International Cocoa Agreement 2010

    52010PC0705




    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 1.12.2010

    KUMM(2010) 705 finali

    2010/0343 (NLE)

    Proposta ta’

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Fil-25 ta’ Ġunju 2010, il-Konferenza tal-2010 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kawkaw, intemmet formalment wara l-kunsens mogħti mid-diversi delegazzjonijiet dwar it-test innegozjat tal-Ftehim Internazzjonali l-ġdid tal-2010 dwar il-Kawkaw, sabiex jissostitwixxi l-Ftehim Internazzjonali tal-2001 dwar il-Kawkaw, kif estiż.

    Illum, minħabba l-eżitu tad-diskussjonijiet u l-kontenut tal-istrument il-ġdid, li huwa konsistenti mal-pożizzjoni meħuda mill-Kummissjoni, din jidhrilha li jkun xieraq li tissottometti l-istrument tal-konklużjoni lill-Uffiċċju tat-Trattati Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, wara li diġà ppropona lill-Kunsill[1] il-firma u l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-ftehim.

    L-istess bħal proċedura ta' sottomissjoni tal-firma u tal-applikazzjoni provviżorja, l-għan prinċipali jibqa' orjentat lejn il-promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-kummerċ tal-kawkaw li taqa’, min-naħa tagħha, taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. B'konsegwenza, il-Ftehim Internazzjonali l-ġdid tal-2010 dwar il-Kawkaw għandu jiġi konkluż mill-Unjoni Ewropea, b’konformità mal-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    B'kunsiderazzjoni li l-firma u s-sottomissjoni tal-istrumenti ta’ aċċettazzjoni, konklużjoni jew ratifika sejrin jinfetħu mad-depożitarju mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill għalhekk huwa mistieden jadotta din id-Deċiżjoni qabel dik id-data.

    2010/0343 (NLE)

    Proposta ta’

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(3) u (4) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6) tiegħu,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew[2],

    Billi:

    1. Fil-25 ta’ Ġunju 2010 l-Konferenza tan-negozjar stabbilita taħt l-awspiċi tal-UNCTAD – Il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp – approvat it-test tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim tal-2010”). It-testi ta’ dan il-Ftehim huma bl-Ingliż, bl-Ispanjol u bil-Franċiż kif ukoll bl-Għarbi, biċ-Ċiniż u bir-Russu, li wkoll huma awtentiċi.

    2. Dan il-Ftehim il-ġdid ġie nnegozjat sabiex jissostitwixxi l-Ftehim Internazzjonali tal-2001 dwar il-Kawkaw, li ġie estiż sat-30 ta’ Settembru 2012;

    3. Il-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw għandu jkun miftuħ għall-iffirmar u s-sottomissjoni tal-istrumenti ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni jew ta’ approvazzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2012;

    4. L-għanijiet imfittxija mill-Ftehim tal-2010 jaqblu mal-qafas tal-Politika Kummerċjali Komuni;

    5. L-Unjoni Ewropea hija Parti mill-Ftehim Internazzjonali tal-2001, kif estiż, u l-firma u s-sottomissjoni tal-istrument ta' applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim tal-2010 kienu diġà s-suġġett tad-Deċiżjoni Nru …. ta' ………[3]; għaldaqstant huwa fl-interess tagħha li tiffirma u tikkonkludi wkoll il-Ftehim maħsub sabiex jissostitwih,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw huwa approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jkun awtorizzat sabiex jaħtar persuna awtorizzata sabiex tiddepożita l-istrument ta’ approvazzjoni f’isem l-Unjoni Ewropea għand is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti skont il-ftehim tal-2010.

    Din id-deċiżjoni hija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-[...]

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS FTEHIM INTERNAZZJONALI DWAR IL-KAWKAW, 2010

    PREAMBOLU

    Il-Partijiet għal dan il-Ftehim,

    a) Konxji mill-kontribut tas-settur tal-kawkaw lejn it-tnaqqis tal-faqar u lejn it-twettiq tal-għanijiet ta’ żvilupp miftiehma fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDG);

    b) Konxji mill-importanza tal-kawkaw u l-kummerċ tiegħu għall-ekonomija tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, bħala sorsi ta’ dħul għall-popli tagħhom, u konxji mill-kontribut globali tal-kummerċ tal-kawkaw għall-qligħ tagħhom mill-esportazzjonijiet u għall-elaborazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom;

    c) Konxji mill-importanza tas-settur tal-kawkaw għall-għixien ta’ miljuni ta’ persuni, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fejn il-produzzjoni tal-kawkaw tirrappreżenta s-sors ewlieni dirett ta’ dħul għall-produtturi ż-żgħar;

    d) Konxji mill-fatt li kooperazzjoni internazzjonali stretta dwar il-kwistjonijiet relatati mal-kawkaw u li djalogu permanenti bejn l-atturi kollha tal-katina ta’ valur tal-kawkaw jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija dinjija tal- kawkaw;

    e) Konxji mill-importanza ta’ sħubijiet strateġiċi bejn il-Membri esportaturi u l-Membri importaturi sabiex tinkiseb ekonomija sostenibbli tal-kawkaw;

    f) Konxji mill-ħtieġa li tkun assigurata t-trasparenza fis-suq internazzjonali tal-kawkaw, fl-interess reċiproku tal-produtturi u tal-konsumaturi;

    g) Konxji mill-kontribuzzjoni tal-Ftehimiet internazzjonali preċedenti dwar il-kawkaw tal-1972, 1975, 1980, 1986, 1993 u l-2001, għall-iżvilupp tal-ekonomija dinjija tal-kawkaw;

    Ftiehmu kif ġej:

    Kapitolu 1 - Għanijiet

    Artikolu 1 Għanijiet

    Biex tissaħħaħ l-industrija dinjija tal-kawkaw, u jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli tagħha u jiżdiedu l-vantaġġi għall-partijiet interessati kollha, l-għanijiet tas-seba’ Ftehim internazzjonali dwar il-kawkaw huma:

    a) Li jippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali fl-ekonomija dinjija tal-kawkaw;

    b) Li jipprovdi qafas xieraq għad-diskussjoni tal-kwistjonijiet kollha relatati mal-kawkaw bejn il-gvernijiet, u mas-settur privat;

    c) Li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-ekonomija nazzjonali tal-kawkaw tal-pajjiżi Membri, permezz tal-elaborazzjoni, l-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta’ proġetti xierqa li għandhom jintbagħtu lill-istituzzjonijiet kompetenti bl-għan li jiġu ffinanzjati u implimentati, u r-riċerka ta’ fondi għall-proġetti li jibbenefikaw lill-Membri u lill-ekonomija dinjija tal-kawkaw;

    d) Li jipprova jikseb prezzijiet ġusti li joħolqu dħul ġust għall-produtturi u l-konsumaturi fil-katina ta’ valur tal-kawkaw, u jikkontribwixxi lejn żvilupp bilanċjat tal-ekonomija dinjija tal-kawkaw, fl-interess tal-Membri kollha;

    e) Li jippromwovi l-ekonomija sostenibbli tal-kawkaw fil-livell ekonomiku, soċjali u ambjentali;

    f) Li jinkoraġġixxi r-riċerka u l-applikazzjoni tar-riżultati tagħha permezz tal-promozzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ u ta’ informazzjoni li jippermettu t-trasferiment lill-Membri ta’ teknoloġiji adattati għall-kawkaw;

    g) Li jippromwovi t-trasparenza fl-ekonomija dinjija tal-kawkaw, u b’mod partikolari fil-kummerċ tal-kawkaw, permezz tal-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ statistika rilevanti u t-twettiq ta’ studji xierqa, kif ukoll li jippromwovi t-tneħħija tal-ostakli għall-kummerċ;

    h) Li jippromwovi u jħeġġeġ il-konsum taċ-ċikkulata u tal-prodotti bbażati fuq il-kawkaw, sabiex tiżdied id-domanda għall-kawkaw, b’mod partikolari billi jippromwovi l-proprjetajiet tal-kawkaw, inklużi l-effetti tajbin għas-saħħa, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-settur privat;

    i) Li jħeġġeġ lill-Membri sabiex jippromwovu l-kwalità tal-kawkaw u jiżviluppaw proċeduri xierqa ta’ sigurtà fl-ikel fis-settur tal-kawkaw;

    j) Li jħeġġeġ lill-Membri sabiex jelaboraw u jimplimentaw strateġiji li jippermettu li jsaħħu l-kapaċità tal-komunitajiet lokali u tal-produtturi ż-żgħar sabiex jibbenefikaw mill-produzzjoni tal-kawkaw, u jikkontribwixxi għalhekk għat-tnaqqis tal-faqar;

    k) Li jiffaċilita d-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar l-istrumenti u s-servizzi finanzjarji li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-produtturi tal-kawkaw, b’mod partikolari l-aċċess għall-kreditu u l-metodi ta’ ġestjoni tar-riskji.

    Kapitolu II - Definizzjonijiet

    Artikolu 2 Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

    1. Il-kelma kawkaw tfisser iż-żerriegħa tal-kawkaw u l-prodotti derivati mill-kawkaw;

    2. L-espressjoni kawkaw fin ( “fine” jew “flavour” ) tfisser il-kawkaw li t-togħma u l-kulur tiegħu huma meqjusa bħala eċċezzjonali u li jiġi prodott fil-pajjiżi elenkati fl-Anness Ċ għal dan il-Ftehim;

    3. L-espressjoni prodotti derivati mill-kawkaw tfisser il-prodotti magħmulin esklużivament miż-żerriegħa tal-kawkaw, bħal pejst/likuri tal-kawkaw, butir tal-kawkaw, trab tal-kawkaw mingħajr iż-żieda ta’ zokkor, kejkijiet tal-kawkaw u żerriegħa tal-kawkaw imneħħija minn ġol-qoxra;

    4. Iċ-ċikkulata u l-prodotti taċ-ċikkulata huma l-prodotti magħmula miż-żerriegħa tal-kawkaw, skont l-istandard tal-Codex Alimentarius dwar iċ-ċikkulata u l-prodotti taċ-ċikkulata;

    5. L-espressjoni ħażniet taż-żerriegħa tal-kawkaw tfisser iż-żerriegħa niexfa kollha tal-kawkaw identifikata fl-aħħar jum tas-sena tal-kawkaw (it-30 ta’ Settembru) – irrispettivament mis-sit tal-ħażna, is-sid jew l-użu li għalih hija maħsuba;

    6. L-espressjoni sena tal-kawkaw tfisser il-perjodu ta’ tnax-il xahar mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru inkluż;

    7. Il-kelma Organizzazzjoni tfisser l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw imsemmija fl-Artikolu 3;

    8. Il-kelma Kunsill tfisser il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw imsemmi fl-Artikolu 6;

    9. L-espressjoni Parti kontraenti tfisser gvern, l-Unjoni Ewropea jew organizzazzjoni intergovernattiva kif ipprovdut fl-Artikolu 4, li aċċettat li tintrabat provviżorjament jew definittivament minn dan il-Ftehim;

    10. Il-kelma Membru tfisser Parti kontraent skont id-definizzjoni mogħtija hawn fuq;

    11. L-espressjoni pajjiż importatur jew Membru importatur tfisser rispettivament pajjiż jew Membru li l-importazzjonijiet tiegħu tal-kawkaw espressi bħala żerriegħa tal-kawkaw jaqbżu l-esportazzjonijiet tiegħu;

    12. L-espressjoni pajjiż esportatur jew Membru esportatur tfisser rispettivament pajjiż jew Membru li l-esportazzjonijiet tiegħu tal-kawkaw espressi bħala żerriegħa tal-kawkaw jaqbżu l-importazzjonijiet tiegħu. Madankollu, pajjiż produttur tal-kawkaw li l-importazzjonijiet tal-kawkaw tiegħu, espressi bħala żerriegħa tal-kawkaw, jaqbżu l-esportazzjonijiet, iżda li l-produzzjoni tiegħu taqbeż l-importazzjonijiet jew li l-produzzjoni tiegħu taqbeż il-konsum domestiku apparenti tal-kawkaw[4], jista’, jekk irid, ikun Membru esportatur;

    13. L-espressjoni esportazzjonijiet tal-kawkaw tfisser il-kawkaw kollu li jħalli t-territorju doganali ta’ kwalunkwe pajjiż, u l-espressjoni importazzjonijiet tal-kawkaw tfisser il-kawkaw kollu li jidħol fit-territorju doganali ta’ kwalunkwe pajjiż, mifhum li għall-finijiet ta’ dawn id-definizzjonijiet it-territorju doganali, fil-każ ta’ Membru li għandu aktar minn territorju doganali wieħed, jitqies li jirreferi għat-territorji doganali kollha ta’ dan il-Membru;

    14. Ekonomija sostenibbli tal-kawkaw timplika katina ta’ valur integrata li fiha l-atturi kollha jiżviluppaw u jippromwovu politiki xierqa sabiex jilħqu livelli ta’ produzzjoni, ipproċessar u konsum li huma ekonomikament vijabbli, ekoloġikament raġonevoli u soċjalmenti responsabbli, fl-interess tal-ġenerazzjonijiet attwali u dawk futuri, bl-għan li jtejbu l-produttività u l-profittabbiltà fil-katina ta’ valur tal-kawkaw għall-atturi kollha kkonċernati, b’mod partikolari l-produtturi ż-żgħar;

    15. Is- settur privat jinkludi l-entitajiet privati kollha li għandhom l-attivitajiet ewlenin fis-settur tal-kawkaw. Dan jinkludi l-bdiewa, il-kummerċanti, il-proċessuri, il-manifatturi u l-istituti ta’ riċerka. Fil-qafas ta’ dan il-Ftehim, is-settur privat jinkludi wkoll l-impriżi pubbliċi, l-aġenziji, u l-istabbilimenti pubbliċi, li jaqdu rwolijiet mogħtija lill-entitajiet privati f’pajjiżi oħra;

    16. L-espressjoni prezz indikatur tindika l-indikatur rappreżentattiv tal-prezz internazzjonali tal-kawkaw użat għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim u kkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33;

    17. L-espressjoni Drittijiet Speċjali għall-Ġbid (SDR) tfisser id-drittijiet speċjali għall-ġbid mill-Fond Monetarju Internazzjonali;

    18. Il-kelma tunnellata tindika toqol ta’ 1 000 kilogramma, jiġifieri 2 204,6 libbra, u l-kelma libbra tfisser 453,597 gramma;

    19. L-espressjoni maġġoranza sempliċi ddistribwita tfisser il-maġġoranza tal-voti mitfugħa mill-Membri esportaturi u l-maġġoranza tal-voti mitfugħa mill-Membri importaturi, magħduda separatament;

    20. L-espressjoni vot speċjali tfisser iż-żewġ terzi tal-voti mitfugħa mill-Membri esportaturi u ż-żewġ terzi tal-voti mitfugħa mill-Membri importaturi, magħduda separatament, kemm-il darba ta’ mill-inqas ħames Membri esportaturi u maġġoranza ta’ Membri importaturi jkunu preżenti;

    21. L-espressjoni dħul fis-seħħ tfisser, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, id-data li fiha dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ, kemm provviżorjament kif ukoll definittivament.

    Kapitolu III – L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw

    Artikolu 3 Il-kwartieri ġenerali u l-istruttura tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw

    1. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw stabbilita mill-Ftehim Internazzjonali tal-Kawkaw tal-1972 għandha tkompli topera; din għandha tassigura l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u tissorvelja l-applikazzjoni tiegħu.

    2. Il-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni għandu jkun dejjem f’pajjiż Membru.

    3. Il-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni għandu jkun f’Londra sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.

    4. L-Organizzazzjoni għandha topera permezz ta’:

    a) Il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw, li huwa l-awtorità suprema tal-Organizzazzjoni;

    b) Korpi sussidjarji tal-Kunsill, inkluż il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju, il-Kumitat Ekonomiku, il-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw u kwalunkwe kumitat ieħor imwaqqaf mill-Kunsill; u

    c) Is-Segretarjat.

    Artikolu 4 Il-Membri tal-Organizzazzjoni

    1. Kull Parti kontraenti għandha tkun Membru tal-Organizzazzjoni.

    2. Għandu jkun hemm żewġ kategoriji ta’ Membri fl-Organizzazzjoni, jiġifieri:

    a) Il-Membri esportaturi;

    b) Il-Membri importaturi.

    3. Membru jista’ jibdel il-kategorija tiegħu skont il-kundizzjonijiet li l-Kunsill jista’ jistabbilixxi.

    4. Żewġ Partijiet kontraenti jew aktar jistgħu, permezz ta’ notifika xierqa lill-Kunsill u lid-depożitarju, li tidħol fis-seħħ fid-data indikata mill-Partijiet kontraenti kkonċernati u skont il-kundizzjonijiet miftiehma mill-Kunsill, jiddikjaraw li huma qegħdin jipparteċipaw fl-Organizzazzjoni bħala grupp Membru.

    5. Kull referenza f’dan il-Ftehim għal “Gvern” jew “Gvernijiet” titqies li tinkludi l-Unjoni Ewropea u kull organizzazzjoni intergovernattiva li għandha responsabbiltajiet simili fin-negozjar, il-konklużjoni u l-applikazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, b’mod partikolari ftehimiet dwar il-prodotti bażiċi. Għalhekk, kull referenza f’dan il-Ftehim għall-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni, jew għan-notifika tal-applikazzjoni provviżorja jew għall-adeżjoni għandha, fil-każ ta’ tali organizzazzjonijiet intergovernattivi, titqies li tinkludi referenza għall-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni, jew għan-notifika tal-applikazzjoni provviżorja, jew għall-adeżjoni, mit-tali organizzazzjonijiet intergovernattivi.

    6. Fil-każ ta’ votazzjoni dwar kwistjonijiet taħt il-kompetenzi tagħhom, dawk l-organizzazzjonijiet intergovernattivi għandhom jivvotaw b’numru ta’ voti daqs in-numru totali tal-voti attribwiti lill-Istati Membri tagħhom skont l-Artikolu 10. F’dawk il-każijiet, l-Istati membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet intergovernattivi m’għandhomx jeżerċitaw id-drittijiet individwali tal-vot tagħhom.

    Artikolu 5 Privileġġi u immunitajiet

    1. L-Organizzazzjoni għandu jkollha personalità legali. B’mod partikolari, għandu jkollha l-kapaċità li tikkuntratta, takkwista u tneħħi proprjetà mobbli u immobbli u li tibda proċeduri ġudizzjarji.

    2. L-istatus, il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Organizzazzjoni, tad-Direttur Eżekuttiv tagħha, il-persunal u l-esperti tagħha, u r-rappreżentanti tal-Membri waqt li qegħdin fit-territorju tal-gvern ospitanti bil-għan li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, għandhom ikomplu jkunu rregolati mill-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali konkluż bejn il-Gvern ospitanti u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw.

    3. Il-Ftehim tal-Kwartieri ġenerali msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun indipendenti minn dan il-Ftehim. Madankollu, għandu jintemm:

    a) Skont id-dispożizzjonijiet previsti mill-imsemmi Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali;

    b) Fil-każ li l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni jkunu ttrasferiti ’l barra mit-territorju tal-Gvern ospitanti; jew

    c) Fil-każ li l-Organizzazzjoni ma tibqax teżisti.

    4. L-Organizzazzjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet ma’ Membru wieħed jew aktar, li għandhom ikunu approvati mill-Kunsill, fir-rigward tal-privileġġi u l-immunitajiet li jistgħu jkunu meħtieġa għall-ħidma tajba ta’ dan il-Ftehim.

    Kapitolu IV – Il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw

    Artikolu 6 Il-komposizzjoni tal-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw

    1. Il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw għandu jikkonsisti mill-Membri tal-Organizzazzjoni.

    2. Kull Membru għandu jkun irrappreżentat waqt il-laqgħat tal-Kunsill minn rappreżentanti debitament akkreditati.

    Artikolu 7 Setgħat u funzjonijiet tal-Kunsill

    1. Il-Kunsill għandu jeżerċita s-setgħat kollha u jwettaq jew jissorvelja l-qadi tal- funzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex jitwettqu d-dispożizzjonijiet espressi taħt dan il-Ftehim.

    2. Il-Kunsill m’għandux is-setgħa, u lanqas m’għandu jitqies li kien awtorizzat mill-Membri, li jidħol għal xi obbligu barra l-iskop ta’ dan il-Ftehim, b’mod partikolari, ma jkollux il-kapaċità li jissellef il-flus. Biex jeżerċita l-kapaċità tiegħu li jikkuntratta, il-Kunsill għandu jdaħħal fil-kuntratti tiegħu l-kundizzjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni u tal-Artikolu 23 b’tali mod li jġibhom għall-attenzjoni tal-partijiet l-oħrajn għall-kuntratti; madankollu, jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiddaħlux, il-kuntratt m’għandux jitqies invalidat u l-Kunsill m’għandux jitqies li eċċeda s-setgħat mogħtija lilu.

    3. Il-Kunsill għandu jadotta r-Regolamenti meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u kumpatibbli magħhom, inklużi r-regoli ta’ proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitati tiegħu, ir-Regolament finanzjarju u r-Regolament dwar il-persunal tal-Organizzazzjoni. Dan jista’ jipprovdi, fir-Regoli ta’ proċedura tiegħu, proċedura li tippermettilu jieħu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet partikolari mingħajr ma jiltaqa’.

    4. Il-Kunsill għandu jżomm ir-rekords meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet mogħtija lilu taħt dan il-Ftehim u kwalunkwe rekords oħrajn li huwa jqis xierqa.

    5. Il-Kunsill jista’ joħloq il-gruppi kollha ta’ ħidma meħtieġa sabiex jgħinuh fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu.

    Artikolu 8 Il-President u l-Viċi-President tal-Kunsill

    1. Il-Kunsill għandu jeleġġi kull sena tal-kawkaw President u Viċi-President, li ma jitħallsux mill-Organizzazzjoni.

    2. Il-President u l-Viċi-President għandhom jittellgħu minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri esportaturi jew minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri importaturi. Iż-żewġ kategoriji għandhom jiġu alternati, kull sena tal-kawkaw.

    3. Fl-assenza temporanja u fl-istess ħin tal-President u tal-Viċi-President jew f’każ ta’ assenza permanenti ta’ wieħed minnhom jew tat-tnejn, il-Kunsill jista’ jeleġġi uffiċjali ġodda li jwettqu dawn il-funzjonijiet minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri esportaturi jew minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri importaturi, kif ikun xieraq, fuq bażi temporanja jew permanenti skont kif ikun meħtieġ.

    4. La l-President u lanqas ebda Membru tal-Bord li jippresjedi laqgħa tal-Kunsill ma għandu jivvota. Membru tad-delegazzjoni tiegħu jista’ jeżerċita d-drittijiet tal-vot tal-Membru li jirrappreżenta.

    Artikolu 9 Seduti tal-Kunsill

    1. Bħala regola ġenerali, il-Kunsill għandu jkollu seduta regolari f’kull nofs sena tal-kawkaw.

    2. Il-Kunsill jista’ jiltaqa’ f’seduti speċjali kull meta jiddeċiedi hekk jew fuq it-talba ta’:

    a) Ħames Membri;

    b) Mill-inqas żewġ Membri li għandhom mill-inqas 200 vot;

    c) Id-Direttur Eżekuttiv, għall-finijiet tal-Artikoli 22 u 59.

    3. Is-seduti tal-Kunsill għandhom ikunu mħabbra mill-inqas tletin jum tal-kalendarju minn qabel, ħlief f’każ ta’ emerġenza, fejn l-avviż għandu jkun mill-inqas ta’ ħmistax-il jum.

    4. Is-seduti għandhom isiru fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor. Jekk, fuq stedina ta’ xi Membru, il-Kunsill jiddeċiedi li jiltaqa’ x’imkien ieħor barra l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, dak il-Membru għandu jħallas l-ispejjeż addizzjonali involuti, skont ir-regoli amministrattivi tal-Organizzazzjoni.

    Artikolu 10 Voti

    1. Il-Membri esportaturi għandhom ikollhom flimkien 1 000 vot u l-Membri importaturi għandhom ikollhom flimkien 1 000 vot. Dawn il-voti għandhom ikunu mqassma f’kull kategorija tal-Membri, jiġifieri dik tal-Membri esportaturi u dik tal-Membri importaturi, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi li ġejjin ta’ dan l-Artikolu.

    2. Għal kull sena tal-kawkaw, il-voti tal-Membri esportaturi għandhom jitqassmu kif ġej: kull membru li jesporta għandu jkollu ħames voti bażiċi. Il-voti li jibqa’ għandhom jitqassmu bejn il-Membri esportaturi fil-proporzjon tal-volum medju tal-esportazzjonijiet rispettivi tagħhom tal-kawkaw matul it-tliet snin ta’ qabel tal-kawkaw li dwarhom kienet ippubblikata informazzjoni mill-Organizzazzjoni fl-aħħar ħarġa tagħha tal- Bullettin Trimestrali tal-Istatistiċi tal-Kawkaw . Għal dan il-għan, l-esportazzjonijiet għandhom jinħadmu billi jingħaddu mal-esportazzjonijiet netti taż-żerriegħa tal-kawkaw, l-esportazzjonijiet netti tal-prodotti derivati mill-kawkaw maqluba f’ekwivalenti taż-żerriegħa permezz tal-koeffiċjenti ta’ konverżjoni indikati fl-Artikolu 34.

    3. Għal kull sena tal-kawkaw, il-voti tal-Membri importaturi għandhom jinqasmu bejn il-Membri importaturi kollha fil-proporzjon tal-volum medju tal-importazzjonijiet tagħhom tal-kawkaw matul it-tliet snin ta’ qabel tal-kawkaw li dwarhom kienet ippubblikata informazzjoni mill-Organizzazzjoni fl-aħħar ħarġa tagħha tal- Bullettin ta’ Kull Kwart tas-Sena tal-Istatistiċi tal-Kawkaw . Għal dan il-għan, l-importazzjonijiet għandhom jinħadmu billi jingħaddu mal-importazzjonijiet netti taż-żerriegħa tal-kawkaw, l-importazzjonijiet gross tal-prodotti tal-kawkaw, maqluba f’ekwivalenti taż-żerriegħa permezz tal-koeffiċjenti ta’ konverżjoni indikati fl-Artikolu 34. L-ebda pajjiż Membru m’għandu jkollu inqas minn ħames voti. Għaldaqstant, id-drittijiet tal-vot tal-pajjiżi Membri li jkollhom għadd ta’ voti ogħla mill-minimu jitqassmu fost il-Membri li jkollhom inqas voti mill-minimu.

    4. Jekk, għal xi raġuni, jinqalgħu diffikultajiet fl-istabbiliment jew fl-aġġornament tal-bażi tal-istatistika sabiex jinħadmu l-voti skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi fuq bażi ta’ statistika differenti biex jinħadmu l-voti.

    5. L-ebda Membru, ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 4, m’għandu jkollu aktar minn 400 vot. Il-voti ogħla minn din il-figura li jirriżultaw mill-kalkoli indikati fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqassmu mill-ġdid bejn il-Membri l-oħrajn skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi msemmija.

    6. Meta l-kompożizzjoni tal-Organizzazzjoni tinbidel jew meta d-dritt tal-vot ta’ Membri jiġi sospiż jew jingħata lura b’applikazzjoni ta’ xi dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill għandu jipprovdi għat-tqassim mill-ġdid tal-voti skont dan l-Artikolu. L-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva kif definita fl-Artikolu 4 għandu jkollha voti bħala Membru uniku, skont il-proċedura msemmija fil-paragrafi 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu.

    7. Ma jistax ikun hemm voti frazzjonali.

    Artikolu 11 Proċedura tal-voti tal-Kunsill

    1. Kull Membru għandu, għall-finijiet ta’ votazzjoni, in-numru ta’ voti li għandu u l-ebda membru mhuwa intitolat li jaqsam il-voti tiegħu. Membru jista’, madankollu, jitfa’ b’mod differenti mit-tali voti kull vot li huwa awtorizzat li jitfa’ taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    2. B’avviż bil-miktub indirizzat lill-President tal-Kunsill, kull Membru esportatur jista’ jawtorizza kull Membru esportatur ieħor, u kull Membru importatur jista’ jawtorizza kull Membru importatur ieħor, sabiex jirrappreżenta l-interessi tiegħu li jitfa’ l-voti tiegħu f’kull laqgħa tal-Kunsill. F’dan il-każ, il-limitazzjoni pprovduta fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 10 m’għandhiex tapplika.

    3. Membru awtorizzat minn Membru ieħor biex juża l-voti li jkollu dak il-Membru l-ieħor taħt l-Artikolu 10 għandu juża dawk il-voti skont l-istruzzjonijiet li jirċievi mingħand dak il-Membru.

    Artikolu 12 Deċiżjonijiet tal-Kunsill

    1. Il-Kunsill għandu jirsisti sabiex jieħu d-deċiżjonijiet kollha tiegħu u li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet kollha tiegħu permezz ta’ kunsens. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, il-Kunsill għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu permezz ta’ vot speċjali, skont il-proċeduri li ġejjin:

    a) Jekk il-proposta ma tiksibx il-maġġoranza meħtieġa mill-vot speċjali minħabba l-vot negattiv ta’ aktar minn tliet Membri esportaturi jew ta’ aktar minn tliet Membri importaturi, din għandha titqies li ma ġietx aċċettata;

    b) Jekk il-proposta ma tiksibx il-maġġoranza meħtieġa mill-vot speċjali minħabba l-vot negattiv ta’ tliet Membri esportaturi jew anqas jew ta’ tliet Membri importaturi jew anqas, din għandha terġa’ titpoġġa għall-votazzjoni fi żmien 48 siegħa; u

    c) Jekk il-proposta tibqa’ ma tiksibx il-maġġoranza meħtieġa mill-vot speċjali, din titqies mhux aċċettata.

    2. Fl-għadd tal-voti meħtieġa għal kwalunkwe deċiżjoni jew rakkomandazzjoni tal-Kunsill, il-voti tal-Membri li jastjenu ma jiġux ikkunsidrati.

    3. Il-Membri jintrabtu li jikkunsidraw lilhom infushom marbuta minn kwalunkwe deċiżjoni li jieħu l-Kunsill b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 13 Koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħra

    1. Il-Kunsill għandu jagħmel kull arranġament li hemm bżonn sabiex jikkonsulta jew jikkoopera mal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u l-korpi tagħha, b’mod partikolari l-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Kummerċ u l-Iżvilupp, u mal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ikel u l-Agrikultura u l-istituzzjonijiet speċjalizzati l-oħrajn tan-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet intergovernattivi, skont kif ikun meħtieġ.

    2. Il-Kunsill, waqt li jikkunsidra l-irwol partikolari tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp fil-kummerċ internazzjonali tal-prodotti bażiċi, għandu, skont il-każ, iżomm lil dik l-organizzazzjoni informata dwar l-attivitajiet u l-programmi ta’ ħidma tiegħu.

    3. Il-Kunsill jista’ wkoll jagħmel kull arranġament meħtieġ sabiex iżomm kuntatt effettiv mal-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-produtturi, kummerċjanti u manifatturi tal-kawkaw.

    4. Il-Kunsill għandu jfittex li jinvolvi lill-aġenziji finanzjarji internazzjonali u partijiet oħra b’interess fl-ekonomija dinjija tal-kawkaw fix-xogħol tiegħu dwar il-politika ta’ produzzjoni u ta’ konsum tal-kawkaw.

    5. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jikkoopera ma’ esperti oħrajn kompetenti fis-suġġett tal- kawkaw.

    Artikolu 14 Stedina u ammissjoni tal-osservaturi

    1. Il-Kunsill jista’ jistieden lil kull Stat mhux membru biex jattendi kull waħda mil-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

    2. Il-Kunsill jista’ jistieden ukoll kull organizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 biex tattendi kull waħda mil-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

    3. Il-Kunsill jista’ jistieden ukoll, bħala osservaturi, organizzazzjonijiet mhux governattivi li jkollhom l-esperjenza meħtieġa f’oqsma tal-industrija tal-kawkaw.

    4. Għal kull seduta, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi, inklużi, skont il-każ, organizzazzjonijiet mhux governattivi li jkollhom l-esperjenza meħtieġa f’oqsma tal-industrija tal-kawkaw, skont ir-Regolament amministrattiv tal-Organizzazzjoni.

    Artikolu 15 Kworum

    1. Il-kworum meħtieġ għall-ftuħ ta’ sessjoni tal-Kunsill għandu jkun kostitwit mill-preżenza ta’ mill-anqas ħames Membri esportaturi u maġġoranza tal-Membri importaturi, sakemm it-tali Membri flimkien ikollhom f’kull kategorija mill-anqas żewġ terzi tal-voti totali tal-Membri f’dik il-kategorija.

    2. Jekk ma jintlaħaqx il-kworum previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fid-data magħżula għal-laqgħa tal-ftuħ tas-seduta fit-tieni jum, u matul il-bqija tas-seduta, il-kworum għas-seduta tal-ftuħ jitqies kostitwit bil-preżenza tal-Membri esportaturi u importaturi li jkollhom maġġoranza sempliċi tal-voti f’kull kategorija.

    3. Il-kworum għal-laqgħat wara l-laqgħa tal-ftuħ ta’ kull seduta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun dak preskritt fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    4. Kull Membru rappreżentat skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 11 għandu jitqies bħala preżenti.

    Kapitolu V – Is-Segretarjat tal-Organizzazzjoni

    Artikolu 16 Id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal tal-Organizzazzjoni

    1. Is-Segretarjat jinkludi d-Direttur Eżekuttiv u l-persunal.

    2. Il-Kunsill għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv għal mandat li t-tul tiegħu m’għandux jaqbeż dak tal-Ftehim u tal-estensjonijiet possibbli tiegħu. Huwa għandu jistabbilixxi r-regoli tal-għażla tal-kandidati u l-kundizzjonijiet tal-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv.

    3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun l-ogħla uffiċjal tal-Organizzazzjoni; huwa għandu jkun responsabbli quddiem il-Kunsill għall-amministrazzjoni u l-operat ta’ dan il-Ftehim skont id-deċiżjonijiet tal-Kunsill.

    4. Il-persunal tal-Organizzazzjoni għandu jkun responsabbli quddiem id-Direttur Eżekuttiv.

    5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar il-persunal skont ir-Regolament stabbilit mill-Kunsill. Biex jistabbilixxi dan ir-Regolament, il-Kunsill għandu jikkunsidra lil dawk li japplikaw għall-persunal ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi simili. L-uffiċjali għandhom jintagħżlu, safejn huwa possibbli, fost iċ-ċittadini tal-Membri esportaturi u tal-Membri importaturi.

    6. La d-Direttur Eżekuttiv u lanqas il-persunal m’għandhom ikollhom interess finanzjarju fl-industrija, il-kummerċ, it-trasport jew ir-reklamar tal-kawkaw.

    7. Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom, id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal la għandhomx ifittxu u lanqas jaċċettaw istruzzjonijiet minn xi Membru jew xi awtorità barra l-Organizzazzjoni. Huma għandhom jastjenu minn kull azzjoni inkumpatibbli mas-sitwazzjoni tagħhom ta’ uffiċjali internazzjonali responsabbli biss lejn l-Organizzazzjoni. Kull Membru għandu jintrabat li jirrispetta l-karattru esklużivament internazzjonali tal-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv u tal-persunal, u li ma jippruvax jinfluwenzahom fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom.

    8. Id-Direttur Eżekuttiv jew il-persunal tal-Organizzazzjoni m’għandhomx jiżvelaw informazzjoni li tirrigwarda l-operat jew l-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim, għajr jekk il-Kunsill jawtorizzahom jew jekk il-qadi xieraq tal-funzjonijiet tagħhom taħt dan il-Ftehim ikun jeħtieġ dan.

    Artikolu 17 Programm ta’ ħidma

    1. Fl-ewwel seduta tal-Kunsill wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, id-Direttur Eżekuttiv għandu jressaq pjan strateġiku għal ħames snin għar-reviżjoni u l-approvazzjoni tal-Kunsill. Sena qabel ma jiskadi l-pjan strateġiku għal ħames snin, id-Direttur Eżekuttiv għandu jressaq abbozz ta’ pjan strateġiku ġdid għal ħames snin quddiem il-Kunsill.

    2. Fl-aħħar seduta tiegħu tas-sena tal-kawkaw, il-Kunsill, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku, għandu jadotta l-programm ta’ ħidma tal-Organizzazzjoni stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv għas-sena ta’ wara. Il-programm ta’ ħidma jinkludi l-proġetti, l-inizjattivi u l-attivitajiet li għandhom jitwettqu mill-Organizzazzjoni. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-programm ta’ ħidma.

    3. Fl-aħħar seduta tiegħu tas-sena tal-kawkaw, il-Kumitat Ekonomiku għandu jivvaluta l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma għas-sena kurrenti fuq il-bażi tar-rapport mid-Direttur Eżekuttiv. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jressaq il-konklużjonijiet tiegħu lill-Kunsill.

    Artikolu 18 Rapport annwali

    Il-Kunsill għandu jippubblika rapport annwali .

    Kapitolu VI – Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju

    Artikolu 19 L-istabbiliment tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju

    1. Għandu jitwaqqaf Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju. Dan għandu jkun responsabbli:

    a) Għas-sorveljanza, fuq il-bażi ta’ proposta ta’ baġit imressqa mid-Direttur Eżekuttiv, tal-elaborazzjoni tal-abbozz tal-baġit amministrattiv għas-sottomissjoni lill-Kunsill;

    b) Għat-twettiq ta’ kwalunkwe kompitu amministrattiv u finanzjarju ieħor li jafdalu l-Kunsill, inkluż il-monitoraġġ tad-dħul u l-infiq kif ukoll il-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-amministrazzjoni tal-Organizzazzjoni.

    2. Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu jippreżenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill dwar il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq.

    3. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi r-regolament tal-Kumitat amministrattiv u finanzjarju.

    Artikolu 20 Il-kompożizzjoni tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju

    1. Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu jkun magħmul minn sitt Membri esportaturi li jservu b’rotazzjoni u minn sitt Membri importaturi.

    2. Kull Membru tal-Kumitat amministrattiv u finanzjarju jaħtar rappreżentant u, jekk ikun jixtieq, sostitut wieħed jew aktar. Il-Membri ta’ kull kategorija għandhom jiġu eletti mill-Kunsill, fuq il-bażi tat-tqassim tal-voti previst fl-Artikolu 10. Il-mandat tagħhom għandu jkun għal perjodu ta’ sentejn li jista’ jiġġedded.

    3. Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu jeleġġi President u Viċi-President minn fost ir-rappreżentanti tiegħu għal perjodu ta’ sentejn. Il-funzjonijiet tal-President u tal-Viċi-President jitwettqu b’mod alternat mill-Membri esportaturi u mill-Membri importaturi.

    Artikolu 21 Laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju

    1. Il-laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandhom ikunu miftuħa għall-Membri l-oħrajn kollha tal-Organizzazzjoni bħala osservaturi.

    2. Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu jiltaqa’ normalment fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, sakemm ma jiddeċidix mod ieħor. Jekk, fuq stedina ta’ xi Membru, il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju jiltaqa’ xi mkien ieħor barra l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, dak il-Membru għandu jħallas l-ispejjeż addizzjonali involuti, skont ir-regoli amministrattivi tal-Organizzazzjoni.

    3. Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu jiltaqa’ normalment darbtejn fis-sena u għandu jagħmel rapport dwar il-ħidma tiegħu lill-Kunsill.

    Kapitolu VII - Finanzi

    Artikolu 22 Finanzi

    1. Għandu jinżamm kont amministrattiv għall-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim. L-ispejjeż meħtieġa għall-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiddaħħlu fil-kont tal-amministrazzjoni u għandhom jitħallsu mill-kontribuzzjonijiet annwali tal-Membri stmati skont l-Artikolu 24. Jekk, madankollu, Membru jitlob servizzi speċjali, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jilqa’ t-talba u jitlob lil dak il-Membru jħallas għalihom.

    2. Il-Kunsill jista’ jistabbilixxi kontijiet separati għal skopijiet speċifiċi, skont l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim. Dawn il-kontijiet għandhom ikunu ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet volontarji tal-Membri u ta’ korpi oħra.

    3. Is-sena finanzjarja tal-Organizzazzjoni għandha tkun l-istess bħas-sena tal-kawkaw.

    4. L-ispejjeż tad-delegazzjonijiet tal-Kunsill, tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju, tal-Kumitat Ekonomiku u ta’ kull Kumitat tal-Kunsill jew tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju u tal-Kumitat Ekonomiku għandhom jitħallsu mill-Membri kkonċernati.

    5. Jekk il-finanzi tal-Organizzazzjoni ma jkunux jew jidhru li ma jkunux biżżejjed biex tiffinanzja l-bqija tas-sena tal-kawkaw, id-Direttur Eżekuttiv għandu jsejjaħ seduta speċjali tal-Kunsill fi żmien ħmistax-il jum, sakemm ma tkunx prevista laqgħa tal-Kunsill fi żmien tletin jum tal-kalendarju.

    Artikolu 23 Responsabbiltajiet tal-Membri

    Ir-responsabbiltajiet ta’ Membru lejn il-Kunsill u lejn Membri oħrajn huma limitati għall-obbligi tiegħu li jirrigwardaw il-kontribuzzjonijiet ipprovduti speċifikament f’dan il-Ftehim. Partijiet terzi li jinnegozjaw mal-Kunsill jitqiesu li kienu infurmati dwar id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim dwar is-setgħat tal-Kunsill u l-obbligi tal-Membri, b’mod partikolari, il-paragrafu 2 tal-Artikolu 7 u l-ewwel sentenza ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 24 L-adozzjoni tal-baġit amministrattiv u l-iffissar tal-kontribuzzjonijiet

    1. Matul it-tieni nofs ta’ kull sena finanzjarja, il-Kunsill għandu jadotta l-baġit amministrattiv tal-Organizzazzjoni għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jistma l-kontribuzzjonijiet ta’ kull Membru għal dan il-baġit.

    2. Għal kull sena finanzjarja, il-kontribuzzjoni ta’ kull Membru għall-baġit amministrattiv għandha tkun proporzjonata skont ir-relazzjoni li teżisti, fil-mument meta jiġi adottat il-baġit amministrattiv ta’ dik is-sena finanzjarja, bejn l-għadd ta’ voti ta’ dak il-Membru u l-għadd ta’ voti tal-Membri kollha. Għall-iffissar tal-kontribuzzjonijiet, il-voti ta’ kull Membru għandhom jingħaddu mingħajr ma tiġi kkunsidrata s-sospensjoni tad-drittijiet tal-vot ta’ xi Membru u kwalunkwe tqassim mill-ġdid ta’ voti li jirriżulta minnha.

    3. Il-Kunsill għandu jiffissa l-kontribuzzjoni tal-bidu ta’ kull Membru li jidħol fl-Organizzazzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, skont l-għadd ta’ voti li jingħatawlu u l-porzjon li jkun fadal tas-sena finanzjarja kurrenti. Madankollu, il-kontribuzzjonijet mogħtija lill-Membri l-oħrajn għas-sena finanzjarja kurrenti m’għandhomx jinbidlu.

    4. Jekk dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ qabel il-bidu tal-ewwel sena sħiħa finanzjarja, il-Kunsill għandu, fl-ewwel seduta tiegħu, jadotta baġit amministrattiv li jkopri l-perjodu sal-bidu tal-ewwel sena sħiħa finanzjarja.

    Artikolu 25 Pagament tal-kontribuzzjonijiet għall-baġit amministrattiv

    1. Il-kontribuzzjonijiet għall-baġit amministrattiv ta’ kull sena finanzjarja għandhom ikunu pagabbli f’munita li tkun konvertita liberament, ikunu eżenti mir-restrizzjonijiet ta’ kambju u jkunu dovuti fl-ewwel jum ta’ dik is-sena finanzjarja. Il-kontribuzzjonijiet tal-Membri għas-sena finanzjarja li fiha jingħaqdu mal-Organizzazzjoni jkunu dovuti fid-data meta jsiru Membri.

    2. Il-kontribuzzjonijiet għall-baġit amministrattiv approvati taħt il-paragrafu 4 tal-Artikolu 24 għandhom jitħallsu fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jkunu ġew iffissati.

    3. Jekk, fl-aħħar tal-ewwel erba’ xhur tas-sena finanzjarja jew, fil-każ ta’ Membru ġdid, tliet xhur wara li l-Kunsill ikun iffissa l-kontribuzzjoni tiegħu, Membru ma jħallasx il-kontribuzzjoni sħiħa tiegħu għall-baġit amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jitlob lil dak il-Membru biex jagħmel pagament mill-aktar fis possibbli. Jekk, hekk kif jiskadu xahrejn wara t-talba tad-Direttur Eżekuttiv, dak il-Membru jibqa’ ma jħallasx il-kontribuzzjoni tiegħu, id-drittijiet tal-vot ta’ dak il-Membru fil-Kunsill u fil-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandhom ikunu sospiżi sakemm jitħallas il-pagament sħiħ tal-kontribuzzjoni.

    4. Membru li d-drittijiet tal-vot tiegħu jiġu sospiżi taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma jitlifx drittijiet jew obbligi oħra tiegħu taħt dan il-Ftehim, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor. Huwa jibqa’ obbligat li jħallas il-kontribuzzjoni u li jaqdi kull obbligu finanzjarju ieħor taħt dan il-Ftehim.

    5. Il-Kunsill għandu jikkunsidra l-kwistjoni ta’ sħubija ta’ kwalunkwe Membru li ma jkunx ħallas il-kontribuzzjoni ta’ sentejn u jista’ jiddeċiedi li dak il-Membru għandu jieqaf igawdi mid-drittijiet mogħtija lilu bħala Membru u/jew ma jibqax jiġi kkunsidrat għall-finijiet baġitarji. Il-Membru inkwistjoni għandu jibqa’ obbligat li jaqdi kull obbligu finanzjarju ieħor taħt dan il-Ftehim. Bil-pagament tal-arretrati, il-membru jerġa’ jikseb id-drittijiet tiegħu ta’ Membru. Kull ħlas li jsir minn Membru li jkollu xi arretrati għandu jkun ikkreditat l-ewwel għall-ħlas ta’ dawk l-arretrati, minflok għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għas-sena finanzjarja kurrenti.

    Artikolu 26 Verifika u pubblikazzjoni tal-kontijiet

    1. Hekk kif ikun possibbli, iżda mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, il-prospett tal-kontijiet tal-Organizzazzjoni għal dik is-sena finanzjarja u l-bilanċ fl-għeluq ta’ dik is-sena finanzjarja taħt il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 22, għandhom ikunu vverifikati. Il-verifika għandha ssir minn awditur indipendenti ta’ reputazzjoni rikonoxxuta, li jinħatar mill-Kunsill għal kull sena finanzjarja baġitarja.

    2. Il-kundizzjonijiet tal-ħatra tal-awditur indipendenti ta’ reputazzjoni rikonoxxuta, kif ukoll l-intenzjonijiet u l-għanijiet tal-verifika, għandhom ikunu stabbiliti fir-Regolamenti finanzjarji tal-Organizzazzjoni. Il-prospett verifikat tal-kontijiet u l-bilanċ verifikat tal-Organizzazzjoni għandhom ikunu ppreżentati lill-Kunsill fis-seduta regolari li jmiss għall-approvazzjoni.

    3. Sommarju tal-kontijiet u tal-bilanċ ivverifikati għandu jkun ippubblikat.

    Kapitolu VIII – Il-Kumitat Ekonomiku

    Artikolu 27 L-istabbiliment tal-Kumitat Ekonomiku

    1. Għandu jiġi stabbilit Kumitat Ekonomiku. Il-Kumitat għandu jkun responsabbli:

    a) Għar-reviżjoni tal-istatistiċi dwar il-kawkaw u l-analiżi statistika tal-produzzjoni, tal-konsum, tal-ħażniet, tat-tħin, tal-kummerċ internazzjonali u tal-prezzijiet tal-kawkaw;

    b) Għar-reviżjoni tal-analiżijiet tat-tendenzi tas-suq u ta’ fatturi oħrajn li jaffettwaw lil dawn it-tendenzi, b’mod partikolari l-offerta u d-domanda tal-kawkaw, inkluż l-effett tal-użu ta’ prodotti ta’ sostituzzjoni tal-butir tal-kawkaw fuq il-konsum u l-kummerċ internazzjonali tal-kawkaw;

    c) Għall-analiżi tal-informazzjoni dwar l-aċċess għas-suq tal-kawkaw u tal-prodotti derivati mill-kawkaw fil-pajjiżi produtturi u konsumaturi, inkluża l-informazzjoni dwar l-ostakli ta’ tariffi u anki mhux relatati mat-tariffi kif ukoll l-attivitajiet li jsiru mill-Membri sabiex jiffavorixxu t-tneħħija tal-ostakli tal-kummerċ;

    d) Għar-reviżjoni u r-rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-proġetti maħsuba li jiġu ffinanzjati mill-Fond Komuni għall-Komiditajiet (FKK) jew korpi donaturi oħrajn;

    e) Għar-reviżjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-aspetti ekonomiċi tal-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija tal-kawkaw;

    f) Għar-reviżjoni tal-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali tal-Organizzazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju jekk ikun meħtieġ;

    g) It-tħejjija ta’ konferenzi u seminars internazzjonali dwar il-kawkaw, fuq talba tal-Kunsill;

    h) Għar-reviżjoni ta’ kwalunkwe kwistjoni oħra approvata mill-Kunsill.

    2. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jressaq ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill dwar il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq.

    3. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Kumitat Ekonomiku.

    Artikolu 28 Il-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku

    1. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jkun miftuħ għall-Membri kollha tal-Organizzazzjoni.

    2. Il-membri tal-Kumitat Ekonomiku jeleġġu President u Viċi-President għal perjodu ta’ sentejn. Il-funzjonijiet tal-President u tal-Viċi-President jitwettqu b’mod alternat mill-Membri esportaturi u mill-Membri importaturi.

    Artikolu 29 Laqgħat tal-Kumitat Ekonomiku

    1. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jiltaqa’ normalment fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, sakemm ma jiddeċidix mod ieħor. Jekk, fuq stedina ta’ xi Membru, il-Kumitat Ekonomiku jiltaqa’ xi mkien ieħor barra l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, dak il-Membru għandu jħallas l-ispejjeż addizzjonali involuti, skont ir-regoli amministrattivi tal-Organizzazzjoni.

    2. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jiltaqa’ normalment darbtejn fis-sena, fl-istess waqt tas-seduti tal-Kunsill. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jagħmel rapport lill-Kunsill dwar il-ħidma tiegħu.

    Kapitolu IX – Trasparenza fis-suq

    Artikolu 30 Informazzjoni u trasparenza fis-suq

    1. L-Organizzazzjoni sservi bħala ċentru dinji ta’ informazzjoni għall-ġbir, l-iggruppar, l-iskambju u t-tixrid effiċjenti ta’ dejta statistika u ta’ studji fl-oqsma kollha relatati mal-kawkaw u mal-prodotti derivati mill-kawkaw. Għal dan il-għan, l-Organizzazzjoni:

    a) Għandha żżomm informazzjoni aġġornata dwar il-produzzjoni, it-tħin, il-konsum, l-esportazzjonijiet, l-esportazzjonijiet mill-ġdid, l-importazzjonijiet, il-prezzijiet u l-ħażniet tal-kawkaw u tal-prodotti derivati mill-kawkaw;

    b) Għandha titlob, skont kif ikun meħtieġ, informazzjoni teknika dwar it-tkabbir, il-bejgħ, it-trasport, l-ipproċessar, l-użu u l-konsum tal-kawkaw.

    2. Il-Kunsill jista’ jitlob lill-Membri sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kawkaw li huwa jqis meħtieġa għall-funzjonament tiegħu, inkluża informazzjoni dwar il-politiki governattivi, dwar it-taxxi kif ukoll dwar l-istandards, il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali applikabbli għall-kawkaw.

    3. Sabiex jippromwovu t-trasparenza fis-suq, il-Membri għandhom jibagħtu statistiċi rilevanti kemm jista’ jkun dettaljati u affidabbli, sakemm dan ikun possibbli u fi żmien raġonevoli, lid-Direttur Eżekuttiv.

    4. Jekk Membru ma jipprovdix jew ikollu diffikultajiet sabiex jipprovdi fi żmien raġonevoli d-dejta statistika mitluba mill-Kunsill sabiex jassigura l-funzjonament tajjeb tal-Organizzazzjoni, dan jista’ jitolbu r-raġuni. Meta jitqies li tkun meħtieġa għajnuna f’dan il-qasam, il-Kunsill jista’ joffri l-appoġġ mixtieq sabiex jingħelbu d-diffikultajiet misjuba.

    5. Il-Kunsill għandu jippubblika, f’dati xierqa, iżda mill-inqas darbtejn fis-sena tal-kawkaw, projezzjonijiet tal-produzzjoni u t-tħin tal-kawkaw. Il-Kunsill jista’ juża informazzjoni rilevanti minn sorsi oħrajn sabiex isegwi l-iżvilupp tas-suq u jevalwa l-livelli attwali u potenzjali ta’ produzzjoni u konsum tal-kawkaw. Madankollu, il-Kunsill ma jista’ jippubblika l-ebda informazzjoni li tista’ tiżvela l-attività ta’ persuni fiżiċi jew ta’ istituzzjonijiet kummerċjali li jipproduċu, jipproċessaw jew iqassmu l-kawkaw.

    Artikolu 31 Ħażniet

    1. Biex jiffaċilita l-evalwazzjoni tal-volum tal-ħażniet dinjija tal-kawkaw sabiex tkun żgurata trasparenza akbar fis-suq, kull Membru għandu jipprovdi kull sena, sa mhux aktar tard minn Mejju, it-tagħrif dwar il-livell tal-ħażniet taż-żerriegħa tal-kawkaw u tal-prodotti derivati mill-kawkaw miżmuma f’pajjiżu lid-Direttur Eżekuttiv, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 30.

    2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jassigura l-kollaborazzjoni attiva tas-settur privat f’dan ix-xogħol, filwaqt li jiggarantixxi l-kunfidenzjalità kummerċjali tal-informazzjoni pprovduta.

    3. Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta rapport annwali lill-Kumitat Ekonomiku dwar is-sitwazzjoni tal-ħażniet dinjija taż-żerriegħa tal-kawkaw u tal-prodotti derivati mill-kawkaw.

    Artikolu 32 Prodotti ta’ sostituzzjoni tal-kawkaw

    1. Il-Membri jirrikonoxxu li l-użu ta’ prodotti ta’ sostituzzjoni jista’ jkollu effetti negattivi fuq it-tkabbir tal-konsum tal-kawkaw u l-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli tal-kawkaw. Dwar dan, il-Membri għandhom jikkunsidraw kompletament ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-korpi internazzjonali kompetenti, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Codex Alimentarius.

    2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħmel rapporti regolari lill-Kumitat Ekonomiku dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti, il-Kumitat Ekonomiku għandu jevalwa s-sitwazzjoni u, jekk meħtieġ, jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill sabiex jittieħdu deċiżjonijiet xierqa.

    Artikolu 33 Prezz indikatur

    1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim u b’mod partikolari għall-finijiet ta’ sorveljanza tal-evoluzzjoni tas-suq tal-kawkaw, id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħdem u jippubblika prezz indikatur tal-ICCO taż-żerriegħa tal-kawkaw. Dan il-prezz għandu jkun espress f’dollari Amerikani għal kull tunnellata, f’Euro għal kull tunnellata, f’Liri Sterlini għal kull tunnellata u drittijiet speċjali għall-ġbid (SDRs) għal kull tunnellata.

    2. Il-prezz indikatur tal-ICCO għandu jkun il-medja li tittieħed kuljum tal-kwotazzjonijiet taż-żerriegħa tal-kawkaw tal-eqreb tliet xhur attivi fis-suq tal-istrumenti finanzjarji ta’ Londra (NYSE Liffe) u fis-suq ta’ New York (ICE Futures US) fil-ħin tal-għeluq tas-suq ta’ Londra. Il-prezzijiet ta’ Londra jinqalbu f’dollari Amerikani għal kull tunnellata bl-użu tar-rata kurrenti tal-kambju ta’ sitt xhur bil-quddiem stabbilita f’Londra fil-ħin tal-għeluq. Il-medja f’dollari Amerikani tal-prezzijiet ta’ Londra u ta’ New York jinqalbu f’Euro u f’Liri Sterlini bir-rata tal-kambju tal-valur ta’ Londra fl-għeluq, kif ukoll f’SDR bir-rata uffiċjali xierqa tal-kambju ta’ kuljum tad-dollaru Amerikan f’SDR, ippubblikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq il-metodu tal-kalkolu li għandu jintuża meta l-kwotazzjonijiet fuq wieħed biss minn dawn iż-żewġ swieq tal-kawkaw ikun disponibbli jew meta s-suq tal-kambju ta’ Londra jkun magħluq. Iż-żmien għat-trasferiment għall-perjodu li jmiss tat-tliet xhur ikun il-ħmistax tax-xahar li jiġi eżatt qabel l-eqreb xahar attiv li se jimmatura.

    3. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi dwar xi metodu ieħor biex jinħadem il-prezz indikatur tal-ICCO jekk iqis li dan il-metodu jkun aħjar minn dak preskritt f’dan l-Artikolu.

    Artikolu 34 Fatturi tal-konverżjoni

    1. Bil-għan li tkun stabbilita l-ekwivalenza f’żerriegħa tal-prodotti derivati mill-kawkaw, il-fatturi tal-konverżjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin: butir tal-kawkaw 1,33; kejkijiet u trab tal-kawkaw 1,18; pejst/likuri tal-kawkaw u żerriegħa mneħħija minn ġol-qoxra 1,25. Il-Kunsill jista’ jistabilixxi, jekk meħtieġ, li prodotti oħra li fihom il-kawkaw huma prodotti tal-kawkaw. Il-fatturi tal-konverżjoni għall-prodotti tal-kawkaw minbarra dawk li għalihom il-fatturi tal-konverżjoni huma ppreżentati f’dan l-Artikolu għandhom ikunu stabbiliti mill-Kunsill.

    2. Il-Kunsill jista’ jirrevedi l-fatturi tal-konverżjoni indikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 35 Riċerka u żvilupp xjentifiku

    Il-Kunsill għandu jħeġġeġ u jiffavorixxi r-riċerka u l-iżvilupp xjentifiku fil-qasam tal-produzzjoni, it-trasport, l-ipproċessar, il-bejgħ u l-konsum tal-kawkaw, kif ukoll it-tixrid u l-applikazzjoni prattika tar-riżultati tagħhom. Għal dan il-għan, l-Organizzazzjoni tista’ tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, istituti ta’ riċerka u s-settur privat.

    Kapitolu X – L-iżvilupp tas-suq

    Artikolu 36 Analiżi tas-suq

    1. Il-Kumitat Ekonomiku għandu janalizza t-tendenzi u l-prospetti ta’ żvilupp fis-setturi tal-produzzjoni u l-konsum tal-kawkaw, kif ukoll l-evoluzzjoni tal-ħażniet u tal-prezzijiet, u jidentifika n-nuqqas ta’ bilanċ fis-suq fi stadju bikri.

    2. Fl-ewwel seduta tiegħu, fil-bidu tas-sena l-ġdida tal-kawkaw, il-Kumitat Ekonomiku għandu jevalwa l-istima annwali ta’ produzzjoni u ta’ konsum dinjija għall-ħames snin tal-kawkaw li jkun ġejjin. L-istimi stabbiliti għandhom jiġu studjati u riveduti kull sena jekk ikun meħtieġ.

    3. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jressaq rapporti dettaljati f’kull seduta ordinarja tal-Kunsill. Dan, fuq il-bażi ta’ dawk ir-rapporti, iqis is-sitwazzjoni ġenerali, billi jevalwa b’mod partikolari l-evoluzzjoni tal-offerta u tad-domanda dinjija. Il-Kunsill jista’ jressaq xi rakkomandazzjonijiet lill-Membri fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni.

    4. Fuq il-bażi ta’ dawn l-istimi, sabiex jiġi stabbilit bilanċ fis-suq fuq żmien medju u fit-tul, il-Membri esportaturi jistgħu jikkunsidraw li jikkoordinaw il-politiki tagħhom ta’ produzzjoni nazzjonali.

    Artikolu 37 Promozzjoni tal-konsum

    1. Il-Membri għandhom jintrabtu li jinkoraġġixxu l-konsum taċ-ċikkulata u l-użu tal-prodotti derivati mill-kawkaw, li jtejbu l-kwalità tal-prodotti u li jiżviluppaw is-swieq tal-kawkaw, inkluż fil-pajjiżi Membri esportaturi. Kull Membru għandu jkun responsabbli għall-mezzi u l-metodi li juża għal dan il-għan.

    2. Il-Membri kollha għandhom jagħmlu sforz sabiex ineħħu jew inaqqsu b’mod sinifikanti l-ostakli interni għall-iżvilupp tal-konsum tal-kawkaw. F’dan ir-rigward, il-Membri għandhom iżommu lid-Direttur Eżekuttiv informat b’mod regolari dwar il-liġijiet nazzjonali u l-miżuri relatati u għandhom jipprovdulu kwalunkwe informazzjoni oħra li tirrigwarda l-konsum tal-kawkaw, inklużi t-taxxi nazzjonali u d-dazji doganali.

    3. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jistabbilixxi programm ta’ attivitajiet ta’ promozzjoni tal-Organizzazzjoni, li jista’ jinkludi t-tnedija ta’ kampanji ta’ informazzjoni, ir-riċerka, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u t-twettiq ta’ studji dwar il-produzzjoni u l-konsum tal-kawkaw. L-Organizzazzjoni għandha tfittex il-kollaborazzjoni tas-settur privat għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha.

    4. L-attivitajiet ta’ promozzjoni għandhom ikunu inklużi fil-programm ta’ ħidma annwali tal-Organizzazzjoni, u jistgħu jkunu ffinanzjati minn riżorsi mħabbra minn xi Membri, minn dawk li mhumiex membri, minn organizzazzjonijiet oħrajn u mis-settur privat.

    Artikolu 38 Studji, stħarriġ u rapporti

    1. Biex jgħin lill-Membri tiegħu, il-Kunsill għandu jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ studji, stħarriġ, rapporti tekniċi u dokumenti oħrajn dwar l-ekonomija tal-produzzjoni u t-tqassim tal-kawkaw. Dawn jinkludu x-xejriet u l-projezzjonijiet, l-impatt tal-miżuri meħuda mill-gvernijiet tal-pajjiżi esportaturi u importaturi fuq il-produzzjoni u l-konsum tal-kawkaw, l-analiżi tal-katina ta’ valur tal-kawkaw, l-approċċi tal-ġestjoni tar-riskji finanzjarji u oħrajn, l-aspetti marbuta mas-sostenibbiltà tas-settur tal-kawkaw, il-possibbiltajiet ta’ tkabbir tal-konsum tal-kawkaw fl-użi tradizzjonali u ġodda tiegħu, ir-rabtiet bejn il-kawkaw u s-saħħa, kif ukoll l-effetti tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim fuq l-esportaturi u l-importaturi tal-kawkaw, b’mod partikolari t-termini ta’ kummerċ.

    2. Il-Kunsill jista’ wkoll jinkoraġġixxi l-istudji li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib fit-trasparenza fis-suq u jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ ekonomija dinjija bilanċjata u sostenibbli tal-kawkaw.

    3. Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku, jista’ jadotta lista ta’ studji, stħarriġ u rapporti li għandhom ikunu inklużi fil-programm ta’ ħidma annwali, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 ta’ dan il-Ftehim. Dawn l-attivitajiet jistgħu jkunu ffinanzjati minn riżorsi tal-baġit amministrattiv jew permezz ta’ sorsi oħrajn.

    Kapitolu XI - Kawkaw fin (“ fine ” jew “ flavour ”)

    Artikolu 39 Kawkaw fin (“ fine ” jew “ flavour ”)

    1. Il-Kunsill għandu, fl-ewwel seduta tiegħu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jeżamina l-Anness Ċ ta’ dan il-Fehim u, jekk ikun hemm bżonn, jirrevedih, billi jistabbilixxi l-proporzjonijiet li fihom il-pajjiżi mniżżlin fih jipproduċu u jesportaw esklużivament jew parzjalment kawkaw fin (“ fine ” jew “ flavour ”). Minn hemm ’il quddiem, il-Kunsill jista’ f’kull mument, matul il-perjodu ta’ dan il-Ftehim, jeżamina l-Anness Ċ u, jekk ikun hemm bżonn, jirrevedih. Il-Kunsill għandu jieħu parir minn esperti fuq din il-kwistjoni, kif xieraq. F’dan il-każ, il-kompożizzjoni tal-panel ta’ esperti għandha tassigura, safejn huwa possibbli, il-bilanċ bejn l-esperti tal-pajjiżi konsumaturi u l-esperti tal-pajjiżi produtturi. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi l-kompożizzjoni u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-panel ta’ esperti.

    2. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jagħmel proposti lill-Organizzazzjoni biex tippjana u timplimenta sistema ta’ statistiċi dwar il-produzzjoni ta’ u l-kummerċ fil-kawkaw fin (“ fine ” jew “ flavour ”).

    3. Waqt li jikkunsidraw b'mod xieraq l-importanza tal-kawkaw fin (“ fine ” jew “ flavour ”), il-membri għandhom jeżaminaw, u jadottaw kif xieraq, proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-kawkaw fin skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 37 u 43.

    Kapitolu XII - Proġetti

    Artikolu 40 Proġetti

    1. Il-Membri jistgħu jressqu proposti ta’ proġetti li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim u tal-oqsma ta’ ħidma prijoritarji identifikati fil-pjan strateġiku għal ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 17.

    2. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jirrevedi l-proposti ta’ proġetti u jressaq ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill, skont il-mekkaniżmi u l-proċeduri ta’ sottomissjoni, ta’ evalwazzjoni, ta’ approvazzjoni, ta’ stabbiliment ta’ prijoritajiet u ta’ finanzjament ta’ proġetti, stabbiliti mill-Kunsill. Il-Kunsill, jista’, skont il-ħtieġa, jistabbilixxi l-mekkaniżmi u l-proċeduri għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti, kif ukoll għat-tixrid usa’ tar-riżultati tagħhom.

    3. F’kull laqgħa tal-Kumitat Ekonomiku, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta rapport dwar il-progress tal-proġetti kollha approvati mill-Kunsill, inklużi dawk li jkunu qegħdin jistennew finanzjament, li jkunu għaddejjin jew lesti. Għandu jiġi ppreżentat sommarju lill-Kunsill, skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 27.

    4. Bħala regola ġenerali, l-Organizzazzjoni twettaq il-funzjoni ta’ korp ta’ sorveljanza tal-proġetti. L-ispejjeż ġenerali li tħallas l-Organizzazzjoni fl-elaborazzjoni, il-ġestjoni, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-proġetti għandhom jiġu inklużi fl-ispiża totali ta’ dawn il-proġetti. Dawn l-ispejjeż ġenerali m’għandhomx jaqbżu l-10 % tal-ispiża totali ta’ kull proġett.

    Artikolu 41 Relazzjoni mal-Fond Komuni għall-Komoditajiet u ma’ donaturi multilaterali u bilaterali oħra

    1. L-Organizzazzjoni għandha tieħu vantaġġ sħiħ mill-faċilitajiet tal-Fond Komuni għall-Komoditajiet sabiex tgħin fit-tħejjija u l-iffinanzjar tal-proġetti ta’ interess fl-ekonomija tal-kawkaw.

    2. L-Organizzazzjoni għandha tfittex il-koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, kif ukoll ma’ aġenziji donaturi multilaterali u bilaterali, sabiex tikseb l-iffinanzjar għal programmi u proġetti ta’ interess fl-ekonomija tal-kawkaw, kif xieraq.

    3. L-Organizzazzjoni taħt l-ebda ċirkostanza m’għandha tidħol f’xi obbligi finanzjarji relatati ma’ proġetti, kemm f’isimha kif ukoll f’isem il-Membri. L-ebda Membru tal-Organizzazzjoni m’għandu jinżamm responsabbli minħabba s-sħubija tiegħu fl-Organizzazzjoni għal xi obbligu li jinħoloq mit-teħid jew l-għoti ta' self minn xi Membru jew entità oħra relatat ma’ tali proġetti.

    Kapitolu XIII – Żvilupp sostenibbli

    Artikolu 42 Livell ta’ għajxien u l-kondizzjonijiet tax-xogħol

    Il-Membri għandhom jikkunsidraw li jtejbu l-livell tal-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jaħdmu fis-settur tal-kawkaw, b’mod konsistenti mal-livell ta’ żvilupp tagħhom, waqt li jżommu f’moħħhom il-prinċipji rikonoxxuti internazzjonalment u l-istandards applikabbli tal-ILO. Barraminnhekk il-Membri għandhom jaqblu li ma jużawx l-istandards tax-xogħol għal finijiet ta’ protezzjoniżmu kummerċjali.

    Artikolu 43 Ekonomija sostenibbli tal-kawkaw

    1. Il-Membri għandhom jagħmlu kull sforz meħtieġ sabiex jaslu għal ekonomija sostenibbli tal-kawkaw, billi jikkunsidraw il-prinċipji u l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli inklużi b’mod partikolari fid-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp u Azzjoni 21 adottati f’Rio de Janeiro fl-1992, fid-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti adottata fi New York fis-sena 2000, fir-rapport tas-Samit Dinji għall-Iżvilupp Sostenibbli li sar f’Johannesburg fl-2002, fil-Kunsens ta’ Monterrey dwar il-Finanzjament tal-Iżvilupp adottat fl-2002 u fid-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar il-Programm ta’ Doha għall-Iżvilupp adottata fl-2001.

    2. L-Organizzazzjoni għandha tgħin lill-Membri jitolbu l-għajnuna sabiex jilħqu l-miri ta’ żvilupp tagħhom ta’ ekonomija sostenibbli tal-kawkaw, skont l-Artikolu 1(e), u l-Artikolu 2(14).

    3. L-Organizzazzjoni għandha sservi bħala punt fokali ta’ djalogu permanenti fost l-atturi, kif meħtieġ, biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli tal-kawkaw.

    4. L-Organizzazzjoni għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn il-Membri permezz ta’ attivitajiet li jikkontribwixxu lejn ekonomija sostenibbli tal-kawkaw.

    5. Il-Kunsill għandu jadotta u perjodikament jirrevedi l-programmi u l-proġetti relatati ma’ ekonomija sostenibbli tal-kawkaw u skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    6. L-Organizzazzjoni għandha tfittex l-għajnuna u l-appoġġ tad-donaturi multilaterali u bilaterali għat-twettiq ta’ programmi, proġetti u attivitajiet li għandhom l-għan li jwasslu għal ekonomija sostenibbli tal-kawkaw.

    Kapitolu XIV – Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-ekonomija dinjija tal-kawkaw

    Artikolu 44 Stabbiliment tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-ekonomija dinjija tal-kawkaw

    1. Għandha tiġi stabbilita Kummissjoni Konsultattiva dwar l-ekonomija dinjija tal-kawkaw (minn hawn ’il quddiem il-Kummissjoni) bl-għan li tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni attiva ta’ esperti mis-settur privat fil-ħidma tal-Organizzazzjoni, u biex tippromwovi djalogu kontinwu fost esperti mis-setturi pubbliċi u privati.

    2. Il-Kummissjoni għandha tkun korp konsultattiv li jagħti pariri lill-Kunsill dwar kwistjonijiet li jkunu ta’ interess ġenerali u strateġiku għas-settur tal-kawkaw, inkluż:

    a) L-evoluzzjoni strutturali fit-tul tal-offerta u tad-domanda;

    b) Il-mezzi ta’ tisħiħ tal-pożizzjoni ta’ dawk li jkabbru l-kawkaw, bl-għan li jkabbru d-dħul tagħhom;

    c) Il-proposti li jinkoraġġixxu l-produzzjoni, l-kummerċ u l-użu sostenibbli tal- kawkaw;

    d) L-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija tal-kawkaw;

    e) L-iżvilupp ta’ metodi u ta’ oqsfa ta’ promozzjoni tal-konsum;

    f) Kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-kawkaw li taqa’ taħt dan il-Ftehim.

    3. Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Kunsill sabiex jiġbor informazzjoni dwar il-produzzjoni, il-konsum u l-ħażniet.

    4. Il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Kunsill ir-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, għar-reviżjoni.

    5. Il-Kummissjoni tista’ toħloq gruppi ta’ ħidma speċjali sabiex jgħinuha twettaq il-mandat tagħha, sakemm l-ispejjeż operattivi tagħhom ma jkollhomx implikazzjonijiet baġitarji għall-Organizzazzjoni.

    6. Meta tiġi stabbilita, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli tagħha stess u tirrakkomanda l-adozzjoni tagħhom lill-Kunsill.

    Artikolu 45 Kompożizzjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-ekonomija dinjija tal-kawkaw

    1. Il-Kummissjoni konsultattiva dwar l-ekonomija dinjija tal-kawkaw għandha tkun magħmula minn esperti mis-setturi kollha tal-ekonomija tal-kawkaw, jiġifieri:

    a) Minn assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u tal-industrija;

    b) Minn Organizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta’ produtturi tal-kawkaw, mis-setturi pubbliċi u privati;

    c) Minn Organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ esportaturi tal-kawkaw u minn assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa;

    d) Minn istituti ta’ riċerka dwar il-kawkaw;

    e) Minn assoċjazzjonijiet jew istituzzjonijiet oħrajn tas-settur privat li jkollhom interess fl-ekonomija tal-kawkaw.

    2. Dawn l-esperti għandhom jaġixxu taħt il-kapaċità personali tagħhom jew f’isem l-assoċjazzjonijiet rispettivi tagħhom.

    3. Il-Kummissjoni għandha tkun magħmula minn tmien esperti li jkunu ġejjin mill-pajjiżi esportaturi u minn tmien esperti li jkunu ġejjin mill-pajjiżi importaturi, kif definit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-esperti għandhom jinħatru mill-Kunsill kull sentejn tal-kawkaw. Il-membri tal-Kummissjoni jistgħu jagħżlu kunsillier u sostitut wieħed jew aktar, li n-nominazzjoni tagħhom għandha tkun approvata mill-Kunsill. Minħabba l-esperjenza tal-Kummissjoni, il-Kunsill jista’ jżid in-numru ta’ membri fil-Kummissjoni.

    4. Il-President tal-Kummissjoni għandu jintgħażel minn fost il-membri tagħha. Il-presidenza għandha tinbidel b’mod alternat bejn il-pajjiżi esportaturi u importaturi kull sentejn tal-kawkaw.

    Artikolu 46 Laqgħat tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-ekonomija dinjija tal-kawkaw

    1. Il-Kumissjoni Konsultattiva dwar l-ekonomija dinjija tal-kawkaw għandha tiltaqa’ normalment fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, sakemm ma tiddeċidix mod ieħor. Jekk, fuq stedina ta’ xi Membru, il-Kummissjoni konsultattiva tiltaqa’ xi mkien ieħor barra l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, dak il-Membru għandu jħallas l-ispejjeż addizzjonali involuti, skont ir-regoli amministrattivi tal-Organizzazzjoni.

    2. Il-Kummissjoni għandha tiltaqa’ normalment darbtejn fis-sena, fl-istess waqt tas-seduti ordinarji tal-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport regolari lill-Kunsill dwar il-ħidma tagħha.

    3. Il-laqgħat tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-ekonomija dinjija tal-kawkaw għandhom ikunu miftuħa għall-Membri tal-Organizzazzjoni, bħala osservaturi.

    4. Il-Kummissjoni tista wkoll tistieden sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat u l-ħidmiet tagħha esperti eminenti jew personalitajiet magħrufa f’qasam speċifiku, kemm mis-settur privat kif ukoll dak pubbliku, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi kompetenti, li jkollhom l-esperjenza meħtieġa f’oqsma tal-industrija tal-kawkaw.

    Kapitolu XV – Eżenzjoni mill-obbligi u miżuri differenzjali u korrettivi

    Artikolu 47 Eżenzjoni mill-obbligi f’ċirkostanzi eċezzjonali

    1. Il-Kunsill jista’ jeżenta Membru minn obbligu fuq bażi ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali jew ta’ emerġenza, każ ta’ forza maġġuri, jew obbligi internazzjonali taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti għat-territorji amministrati taħt is-sistema ta’ tutela.

    2. Il-Kunsill, meta jeżenta lil xi Membru taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu jispjega b’mod espliċitu t-termini u l-kundizzjonijiet u t-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni mill-obbligu tal-Membru u r-raġunijiet għalfejn ingħatat l-eżenzjoni.

    3. Minkejja d-dispożizzjonijiet preċedenti ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill m’għandux jeżenta lil Membru mill-obbligu taħt l-Artikolu 25 li jħallas il-kontribuzzjonijiet, jew mill-konsegwenzi fil-każ li jonqos li jħallashom.

    4. Il-kalkolu tat-tqassim tal-voti tal-Membri esportaturi, li għalihom il-Kunsill ikun irrikonoxxa każ ta’ forza maġġuri, għandu jkun ibbażat fuq il-volum effettiv tal-esportazzjonijiet tas-sena li matulha jkun seħħ il-każ ta’ forza maġġuri u għat-tliet snin ta’ wara.

    Artikolu 48 Miżuri differenzjati u ta’ rimedju

    Membri li jkunu qegħdin jiżviluppaw l-importazzjoni, u l-pajjiżi l-anqas żviluppati li huma Membri, li l-interessi tagħhom jkunu affettwati ħażin mill-miżuri li jittieħdu taħt dan il-Ftehim jistgħu jitolbu lill-Kunsill miżuri differenzjati xierqa u ta’ rimedju. Il-Kunsill għandu jikkunsidra li jieħu dawk il-miżuri xierqa fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni 93 (IV) adottata mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp.

    Kapitolu XVI – Konsultazzjonijiet, tilwim u lmenti

    Artikolu 49 Konsultazzjonijiet

    Kull Membru għandu jagħti l-konsiderazzjoni sħiħa u dovuta lil kull rappreżentazzjoni li ssirlu minn Membru ieħor dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u għandu jalloka opportunità adegwata għal konsultazzjonijiet. Matul dawk il-konsultazzjonijiet, fuq it-talba ta’ waħda mill-partijiet u bil-kunsens tal-parti l-oħra, id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi proċedura xierqa ta’ konċiljazzjoni. L-ispejjeż ta’ dik il-proċedura m’għandhomx jitħallsu mill-Organizzazzjoni. Jekk dik il-proċedura twassal għal soluzzjoni, din għandha tkun irrapportata lid-Direttur Eżekuttiv. Jekk ma tintlaħaq l-ebda soluzzjoni, il-kwistjoni tista’, fuq it-talba ta’ waħda mill-partijiet, tkun riferuta lill-Kunsill skont l-Artikolu 50.

    Artikolu 50 Tilwim

    1. Kull tilwima dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim li ma tissolviex mill-partijiet involuti fit-tilwima għandha, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, tkun riferuta lill-Kunsill għal deċiżjoni.

    2. Meta tilwima tkun riferuta lill-Kunsill taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tkun ġiet diskussa, diversi Membri li flimkien ikollhom terz jew anqas tat-total tal-voti, jew kwalunkwe ħames Membri, jistgħu jitolbu lill-Kunsill li jitlob l-opinjoni, qabel ma jagħti d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwistjonijiet tat-tilwima, ta’ grupp konsultattiv ad hoc ikkostitwit kif indikat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

    3. a) Sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, il-grupp konsultattiv ad hoc għandu jkun kostitwit minn:

    i) Żewġ persuni, maħtura mill-Membri esportaturi, li wieħed minnhom ikollu esperjenza kbira fil-kwistjonijiet tat-tip involuti fit-tilwima, u l-ieħor ikun avukat ikkwalifikat u stabbilit;

    ii) Żewġ persuni, maħtura mill-Membri importaturi, li wieħed minnhom ikollu esperjenza kbira fil-kwistjonijiet tat-tip involuti fit-tilwima, u l-ieħor ikun avukat ikkwalifikat u stabbilit;

    iii) President magħżul unanimament mill-erba’ persuni nnominati taħt (i) u (ii) ta’ hawn fuq jew, f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim, mill-President tal-Kunsill;

    b) Iċ-ċittadini tal-Membri jistgħu jservu fil-grupp konsultattiv ad hoc ;

    c) Il-Membri tal-grupp konsultattiv ad hoc għandhom jaġixxu fil-kapaċitajiet personali tagħhom u mingħajr struzzjonijiet minn xi Gvern;

    d) L-ispejjeż tal-grupp konsultattiv ad hoc jitħallsu mill-Organizzazzjoni.

    4. L-opinjoni motivata tal-grupp konsultattiv ad hoc għandha tintbagħat lill-Kunsill, li, wara li jikkunsidra l-informazzjoni kollha relevanti, għandu jieħu deċiżjoni dwar it-tilwima.

    Artikolu 51 Azzjoni mill-Kunsill f’każ ta’ lment

    1. Kull ilment dwar in-nuqqas ta’ xi Membru li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim għandu, fuq it-talba tal-Membru li jkun qed iressaq l-ilment, ikun riferut lill-Kunsill, li għandu jikkunsidrah u jieħu deċiżjoni fuq il-kwistjoni.

    2. Id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kunsill jikkonkludi li Membru jkun kiser l-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim għandha tittieħed b’vot ta’ maġġoranza sempliċi mqassma u għandha tispeċifika n-natura ta’ dan il-ksur.

    3. Kull darba li huwa jikkonkludi, kemm wara lment kif ukoll b’xi mod ieħor, li Membru jkun kiser l-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim, il-Kunsill jista’, mingħajr preġudizzju għal tali miżuri oħra kif ipprovduti speċifikament f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, inkluż l-Artikolu 60:

    a) Jissospendi d-drittijiet tal-votazzjoni ta’ dak il-Membru fil-Kunsill; u

    b) Jekk jikkunsidra li huwa meħtieġ, jissospendi drittijiet oħrajn ta’ dak il-Membru, inkluż dak li jkun eliġibbli għal xi funzjoni fil-Kunsill, jew f’xi wieħed mill-Kumitati tiegħu, jew id-dritt tiegħu li jeżerċita tali funzjoni, sakemm jaqdi l-obbligi tiegħu.

    4. Membru li d-drittijiet tal-votazzjoni tiegħu jkunu ġew sospiżi taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandu jibqa’ suġġett għall-obbligi finanzjarji u obbligi oħra taħt dan il-Ftehim.

    Kapitolu XVII – Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 52 Depożitarju

    Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti huwa hawnhekk innominat bħala d-depożitarju ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 53 Iffirmar

    Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-iffirmar mill-Partijiet għall-Ftehim Internazzjonali tal-2001 dwar il-Kawkaw u tal-gvernijiet mistiednin għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kawkaw, 2010, fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2012 inkluż. Madankollu, il-Kunsill stabbilit taħt it-termini tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-2001, jew il-Kunsill stabbilit taħt dan il-Ftehim, jista’ jestendi darba biss iż-żmien għall-iffirmar ta’ dan il-Ftehim. Il-Kunsill għandu javża minnufih lid-depożitarju dwar dik l-estensjoni.

    Artikolu 54 Ratifika, aċċettazzjoni u approvazzjoni

    1. Dan il-Ftehim għandu jkun suġġett għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-gvernijiet firmatarji skont il-proċeduri kostituzzjonali tagħhom. L-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati għand id-depożitarju.

    2. Kull Parti kontraenti għandha tindika lis-Segretarju Ġenerali, meta tiddepożita l-istrument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew ta’ approvazzjoni tagħha jew malli jkun possibbli wara din id-data, jekk hijiex Membru esportatur jew Membru importatur.

    Artikolu 55 Adeżjoni

    1. Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-adeżjoni mill-gvern ta’ kull Stat intitolat sabiex jiffirmah.

    2. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi taħt liema mill-Annessi ta’ dan il-Ftehim għandu jitqies li jitniżżel l-Istat ta’ adeżjoni, jekk dak l-Istat mhu mniżżel taħt ebda wieħed minn dawn l-Annessi.

    3. L-adeżjoni ssir permezz tad-depożitu ta’ strument ta’ adeżjoni għand id-depożitarju.

    Artikolu 56 Notifika ta’ applikazzjoni provviżorja

    1. Gvern firmatarju li jkun bi ħsiebu jirratifika, jaċċetta, jew japprova dan il-Ftehim jew gvern li jkun bi ħsiebu jidħol għall-Ftehim, iżda li li ma jkunx għadu jista’ jiddepożita l-istrument tiegħu, jista’ f’kull ħin javża lid-depożitarju li, skont il-proċeduri kostituzzjonali tiegħu u/jew il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tiegħu, ser japplika dan il-Ftehim b’mod provviżorju jew meta jidħol fis-seħħ skont l-Artikolu 57, jew, jekk diġà jkun fis-seħħ, f’data speċifikata. Kull gvern li jagħti dak l-avviż għandu jindika lis-Segretarju Ġenerali, fil-mument tan-notifika jew malli jkun possibbli wara n-notifika, jekk hux ser ikun Membru esportatur jew Membru importatur.

    2. Gvern li jkun avża taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li ser japplika dan il-Ftehim jew meta jidħol fis-seħħ jew f’data speċifika għandu, minn dak iż-żmien, ikun Membru provviżorju. Jibqa’ Membru provviżorju sad-data tad-depożitu tal-istrument tiegħu tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni, jew l-adeżjoni.

    Artikolu 57 Dħul fis-seħħ

    1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ definittivament fl-1 ta’ Ottubru 2012, jew f’xi data ulterjuri, jekk sa’ dik id-data l-gvernijiet li jirrappreżentaw mill-inqas ħames pajjiżi esportaturi li jagħmlu ta’ mill-anqas 80 % tal-esportazzjonijiet totali tal-pajjiżi mniżżla fl-Anness A u l-gvernijiet li jirrappreżentaw il-pajjiżi importaturi li għandhom mill-anqas 60 % tal-importazzjonijiet totali kif ippreżentati fl-Anness B ikunu ddepożitaw l-istrumenti tagħhom tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni mad-depożitarju. Jidħol ukoll fis-seħħ definittivament wara li jidħol fis-seħħ provviżorjament u jintlaħqu l-perċentwali meħtieġa hawn fuq bid-depożitu tal-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni.

    2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ provviżorjament fl-1 ta’ Jannar 2011 jekk, sa dik id-data, il-gvernijiet li jirrappreżentaw mill-inqas ħames pajjiżi esportaturi li jagħmlu ta’ mill-anqas 80 % tal-esportazzjonijiet totali tal-pajjiżi mniżżla fl-Anness A u l-gvernijiet li jirrappreżentaw il-pajjiżi importaturi li għandhom mill-anqas 60 % tal-importazzjonijiet totali kif ippreżentati fl-Anness B ikunu ddepożitaw l-istrumenti tagħhom tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni jew ikunu avżaw lid-depożitarju li se japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament meta jidħol fis-seħħ. Dawk il-gvernijiet għandhom ikunu Membri provviżorji.

    3. Jekk il-kundizzjonijiet għad-dħul fis-seħħ taħt il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux ġew issodisfati sal-1 ta’ Settembru 2011, is-Segretarju Ġenerali tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp għandu jsejjaħ, fl-iqsar żmien possibbli, laqgħa għal dawk il-gvernijiet li jkunu ddepożitaw l-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, jew avżaw lid-depożitarju li sejrin japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament. Dawn il-gvernijiet ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk idaħħlux dan il-Ftehim fis-seħħ definittivament jew provviżorjament bejniethom, kollu kemm hu jew parti minnu, fid-data li jistabbilixxu jew jadottaw xi arranġament ieħor li jqisu meħtieġ.

    4. Għal kull gvern li f’ismu jkun ġie ddepożitat strument tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni jew avviż ta’ applikazzjoni provviżorja jkun ġie ddepożitat wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim skont il-paragrafu 1, 2, jew 3 ta’ dan l-Artikolu, l-istrument jew l-avviż jidħol fis-seħħ fid-data tat-tali depożitu u, fil-każ tal-avviż tal-applikazzjoni provviżorja, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 56.

    Artikolu 58 Riżervi

    Ma jistgħux isiru riżervi dwar xi dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 59 Irtirar

    1. F’kull ħin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kull Membru jista’ jirtira minn dan il-Ftehim billi javża lid-depożitarju bil-miktub dwar l-irtirar tiegħu. Il-Membru għandu minnufih javża lill-Kunsill dwar id-deċiżjoni tiegħu.

    2. L-irtirar isir effettiv 90 ġurnata wara li d-depożitarju jirċievi l-avviż. Jekk, bħala konsegwenza tal-irtirar, l-għadd ta’ Membri f’dan il-Ftehim ma jkunx biżżejjed sabiex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 57 għad-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Kunsill għandu jiltaqa’ f’seduta speċjali biex jirrevedi s-sitwazzjoni u jieħu d-deċiżjonijiet xierqa.

    Artikolu 60 Esklużjoni

    Jekk, taħt il-paragrafu 3 tal-Artikolu 51, il-Kunsill jikkonkludi li xi Membru kiser l-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim u jsib, barraminnhekk, li dak il-ksur ifixkel b’mod sinifikanti l-operat ta’ dan il-Ftehim, jista’ jeskludi lil dak il-Membru mill-Organizzazzjoni. Il-Kunsill għandu javża minnufih lid-depożitarju dwar din l-esklużjoni. Disgħin jum wara d-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill, dak il-Membru ma jibqax Membru tal-Organizzazzjoni.

    Artikolu 61 Ħlasijiet ta’ kontijiet f’każ ta’ irtirar jew esklużjoni

    Fil-każ tal-irtirar jew l-esklużjoni ta’ xi Membru, il-Kunsill għandu jiddetermina kwalunkwe ħlas tal-kontijiet ta’ dak il-Membru. L-Organizzazzjoni għandha żżomm kull ammont li jkun diġà tħallas minn dak il-Membru li, barraminnhekk, ikun mistenni jħallas kull ammont dovut lilha sad-data effettiva tal-irtirar jew tal-esklużjoni. Madankollu, fil-każ ta’ Parti Kontraenti li ma tkunx tista’ taċċetta emenda u li, minħabba dan, tieqaf tieħu sehem f’dan il-Ftehim skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 63, il-Kunsill jista’ jistabbilixxi l-kont b’mod li jidhirlu ġust.

    Artikolu 62 Tul ta’ żmien, estensjoni u tmiem

    1. Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ sal-aħħar tal-għaxar sena sħiħa tal-kawkaw wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, sakemm ma jkunx estiż taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jew jiġi mitmum qabel taħt il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

    2. Il-Kunsill għandu jirrevedi dan il-Ftehim ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u jieħu d-deċiżjonijiet xierqa.

    3. Waqt li dan il-Ftehim ikun fis-seħħ, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jinnegozjah mill-ġdid bil-għan li l-Ftehim innegozjat mill-ġdid jidħol fis-seħħ fl-aħħar tal-ħames sena tal-kawkaw imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew fl-aħħar ta’ kull perjodu ta’ estensjoni li jiddeċiedi dwaru l-Kunsill taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

    4. Il-Kunsill jista’ jestendi parti mill-Ftehim jew il-Ftehim kollu, għal żewġ perjodi li ma jaqbżux sentejn tal-kawkaw kull wieħed. Il-Kunsill għandu javża lid-depożitarju dwar din l-estensjoni.

    5. Il-Kunsill jista’ f’kull ħin jiddeċiedi li jtemm dan il-Ftehim. Dik it-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data li jiddeċiedi l-Kunsill, bil-kundizzjoni li l-obbligi tal-Membri taħt l-Artikolu 25 ikomplu sakemm jitħallsu l-obbligi finanzjarji relatati mal-operat ta’ dan il-Ftehim. Il-Kunsill għandu javża lid-depożitarju dwar din id-deċiżjoni.

    6. Minkejja t-tmiem ta’ dan il-Ftehim bi kwalunkwe mod, il-Kunsill għandu jibqa’ jopera sakemm ikun meħtieġ biex jillikwida l-Organizzazzjoni, jagħlaq il-ħlas tal-kontijiet tagħha u jqassam l-assi tagħha. Matul dak il-perjodu, il-Kunsill għandu jkollu s-setgħat meħtieġa għall-konklużjoni tal-kwistjonijiet kollha amministrattivi u finanzjarji.

    7. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 59, Membru li ma jixtieqx jieħu sehem f’dan il-Ftehim kif estiż taħt dan l-Artikolu għandu javża b’dan lid-depożitarju u lill-Kunsill. Dak il-Membru ma jibqax parti għal dan il-Ftehim mill-bidu tal-perjodu ta’ estensjoni.

    Artikolu 63 Emendi

    1. Il-Kunsill jista’ jirrakkomanda emenda għal dan il-Ftehim lill-Partijiet Kontraenti. L-emenda għandha tidħol fis-seħħ 100 ġurnata wara li d-depożitarju jkun irċieva l-avviżi tal-aċċettazzjoni mill-Partijiet Kontraenti li jirrappreżentaw mill-inqas 75 % tal-voti tal-Membri esportaturi li għandhom mill-inqas 85 % tal-voti tal-Membri esportaturi, u mill-Partijiet Kontraenti li jirrappreżentaw mill-anqas 75 % tal- Membri importaturi li għandhom mill-anqas 85 % tal-voti tal-Membri importaturi, jew f’data ulterjuri li jkun stabbilixxa l-Kunsill. Il-Kunsill jista’ jistabbilixxi żmien li matulu l-Partijiet Kontraenti għandhom javżaw lid-depożitarju dwar l-aċċettazzjoni tagħhom tal-emenda, u, jekk l-emenda ma tidħolx fis-seħħ sa dak iż-żmien, titqies irtirata.

    2. Kull Membru li ma jkunx sar f’ismu avviż ta’ aċċettazzjoni ta’ emenda fid-data meta din tidħol fis-seħħ għandu, f’dik id-data, jieqaf jieħu sehem f’dan il-Ftehim, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix li jestendi l-perjodu stabbilit għall-aċċettazzjoni ta’ dak il-Membru sabiex jippermettilu li jlesti l-proċeduri interni tiegħu. Dak il-Membru ma jkunx marbut bl-emenda qabel ikun avża l-aċċettazzjoni tagħha.

    3. Hekk kif tiġi adottata rakkomandazzjoni għal emenda, il-Kunsill għandu jibgħat kopja tal-emenda lid-depożitarju. Il-Kunsill għandu jagħti t-tagħrif meħtieġ lid-depożitarju sabiex jiddetermina jekk in-numru ta’ avviżi ta’ aċċettazzjoni riċevuti huwiex biżżejjed sabiex l-emenda ssir effettiva.

    Kapitolu XVIII – Dispożizzjonijiet addizzjonali u tranżitorji

    Artikolu 64 Fond ta’ riżerva speċjali

    1. Għandu jkun stabbilit Fond ta’ riżerva speċjali, li jservi biss sabiex ikopri l-ispejjeż li jistgħu jinqalgħu fil-likwidazzjoni tal-Organizzazzjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi l-mod kif għandhom jintużaw l-imgħaxijiet li jidħlu minn dan il-Fond.

    2. L-ammont tal-Fond ta’ riżerva speċjali, stabbilit mill-Kunsill taħt il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-1993, għandu jkun trasferit għal dan il-Ftehim skont il-paragrafu 1.

    3. Membru li ma jkunx daħal fil-Ftehimiet Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-1993 u tal-2001 u li jidħol għal dan il-Ftehim għandu jagħmel kontribuzzjoni għall-Fond ta’ riżerva speċjali. Il-kontribuzzjoni ta’ dak il-Membru għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill skont in-numru ta’ voti li jkollu dak il-Membru.

    Artikolu 65 Dispożizzjonijiet addizzjonali u transitorji oħrajn

    1. Dan il-Ftehim għandu jitqies li jissostitwixxi l-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-2001.

    2. Id-dispożizzjonijiet adottati skont il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-2001, kemm mill-Organizzazzjoni kif ukoll minn kull wieħed mill-korpi tagħha, jew f’isimhom, li jkunu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, u li ma jkunx intqal li l-effett tagħhom skada f’dik id-data, jibqgħu applikabbli sakemm ma jinbidlux taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

    Sar f’Ġinevra fil-25 ta' Ġunju 2010, u t-testi ta’ dan il-Ftehim bl-Ingliż, bl-Għarbi, biċ-Ċiniż, fl-Ispanjol, bil-Franċiż u bir-Russu huma ugwalment awtentiċi.

    ANNESSI

    Anness A

    Esportazzjonijiet tal-kawkaw a maħduma għall-finijiet tal-Artikolu 57 (Dħul fis-seħħ)

    Pajjiż | b | 2005/06 | 2006/07 | 2007/08 | Medja fuq tliet snin 2005/06-2007/08 |

    (Tunnellati) | (Sehem) |

    Il-Kosta tal-Ivorju | m | 1 349 639 | 1 200 154 | 1 191 377 | 1 247 057 | 38,75 % |

    Il-Gana | m | 648 687 | 702 784 | 673 403 | 674 958 | 20,98 % |

    L-Indoneżja | 592 960 | 520 479 | 465 863 | 526 434 | 16,36 % |

    In-Niġerja | m | 207 215 | 207 075 | 232 715 | 215 668 | 6,70 % |

    Il-Kamerun | m | 169 214 | 162 770 | 178 844 | 170 276 | 5,29 % |

    L-Ekwador | m | 108 678 | 110 308 | 115 264 | 111 417 | 3,46 % |

    It-Togo | m | 73 064 | 77 764 | 110 952 | 87 260 | 2,71 % |

    Il-Papwa Ginea Ġdida | m | 50 840 | 47 285 | 51 588 | 49 904 | 1,55 % |

    Ir-Repubblika Dominikana | m | 31 629 | 42 999 | 34 106 | 36 245 | 1,13 % |

    Il-Ginea | 18 880 | 17 620 | 17 070 | 17 857 | 0,55 % |

    Il-Peru | 15 414 | 11 931 | 11 178 | 12 841 | 0,40 % |

    Il-Brażil | m | 57 518 | 10 558 | -32 512 | 11 855 | 0,37 % |

    Ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela | m | 11 488 | 12 540 | 4 688 | 9 572 | 0,30 % |

    Sierra Leone | 4 736 | 8 910 | 14 838 | 9 495 | 0,30 % |

    L-Uganda | 8 270 | 8 880 | 8 450 | 8 533 | 0,27 % |

    Ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija | 6 930 | 4 370 | 3 210 | 4 837 | 0,15 % |

    Il-Gżejjer Solomon | 4 378 | 4 075 | 4 426 | 4 293 | 0,13 % |

    Ħaïti | 3 460 | 3 900 | 4 660 | 4 007 | 0,12 % |

    Il-Madagaskar | 2 960 | 3 593 | 3 609 | 3 387 | 0,11 % |

    São Tomé u Príncipe | 2 250 | 2 650 | 1 500 | 2 133 | 0,07 % |

    Il-Liberja | 650 | 1 640 | 3 930 | 2 073 | 0,06 % |

    Il-Ginea Ekwatorjali | 1 870 | 2 260 | 1 990 | 2 040 | 0,06 % |

    Il-Vanwatu | 1 790 | 1 450 | 1 260 | 1 500 | 0,05 % |

    In-Nikaragwa | 892 | 750 | 1 128 | 923 | 0,03 % |

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo | 900 | 870 | 930 | 900 | 0,03 % |

    Il-Ħonduras | 1 230 | 806 | -100 | 645 | 0,02 % |

    Il-Kongo | 90 | 300 | 1 400 | 597 | 0,02 % |

    Il-Panama | 391 | 280 | 193 | 288 | 0,01 % |

    Il-Vjetnam | 240 | 70 | 460 | 257 | 0,01 % |

    Grenada | 80 | 218 | 343 | 214 | 0,01 % |

    Il-Gabon | m | 160 | 99 | 160 | 140 | − |

    Trinidad u Tobago | m | 193 | 195 | -15 | 124 | − |

    Il-Beliże | 60 | 30 | 20 | 37 | − |

    Dominika | 60 | 20 | 0 | 27 | − |

    Fiġi | 20 | 10 | 10 | 13 | − |

    Total | c | 3 376 836 | 3 169 643 | 3 106 938 | 3 217 806 | 100,00 % |

    Sors : L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw, Bullettin ta’ kull kwart tal-istatistiċi dwar il-kawkaw , vol. XXXV, nru 3, sena tal-kawkaw 2008/09.

    Noti :

    a Medja ta’ tliet snin, 2005/06-2007/08 tal-esportazzjonijiet netti taż-żerriegħa tal-kawkaw flimkien mal-esportazzjonijiet netti tal-prodotti derivati mill-kawkaw maqluba f’ekwivalenti ta’ żerriegħa permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin: butir tal-kawkaw 1,33; trab u kejkijiet tal-kawkaw 1,18; pejst/likuri tal-kawkaw 1,25.

    b Lista limitata għall-pajjiżi li individwalment esportaw il-kawkaw matul il-perjodu tal-2005/06-2007/08, skont l-informazzjoni disponibbli għas-Segretarjat tal-ICCO.

    c Peress li l-figuri tqarrbu sal-eqreb numru sħiħ, it-total tagħhom mhux dejjem jirrappreżenta t-total eżatt tal-elementi tiegħu.

    m Membru tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-kawkaw tal-2001, fid-9 ta’ Novembru 2009.

    − xejn, negliġibbli jew anqas mill-unità użata.

    Anness B

    Importazzjonijiet ta’ kawkaw a maħduma għall-finijiet tal-Artikolu 57 (Dħul fis-seħħ)

    Pajjiż | b | 2005/06 | 2006/07 | 2007/08 | Medja fuq tliet snin 2005/06-2007/08 |

    (Tunnellati) | (Sehem) |

    L-Unjoni Ewropea: | m | 2 484 235 | 2 698 016 | 2 686 041 | 2 622 764 | 53,24 % |

    Il-Ġermanja | 487 696 | 558 357 | 548 279 | 531 444 | 10,79 % |

    L-Awstrija | 20 119 | 26 576 | 24 609 | 23 768 | 0,48 % |

    Il-Belġju/il-Lussemburgu | 199 058 | 224 761 | 218 852 | 214 224 | 4,35 % |

    Il-Bulgarija | 12 770 | 14 968 | 12 474 | 13 404 | 0,27 % |

    Ċipru | 282 | 257 | 277 | 272 | 0,01 % |

    Id-Danimarka | 15 232 | 15 493 | 17 033 | 15 919 | 0,32 % |

    Spanja | 150 239 | 153 367 | 172 619 | 158 742 | 3,22 % |

    L-Estonja | 37 141 | 14 986 | -1 880 | 16 749 | 0,34 % |

    Il-Finlandja | 10 954 | 10 609 | 11 311 | 10 958 | 0,22 % |

    Franza | 388 153 | 421 822 | 379 239 | 396 405 | 8,05 % |

    Il-Greċja | 16 451 | 17 012 | 17 014 | 16 826 | 0,34 % |

    L-Ungerija | 10 564 | 10 814 | 10 496 | 10 625 | 0,22 % |

    L-Irlanda | 22 172 | 19 383 | 17 218 | 19 591 | 0,40 % |

    L-Italja | 126 949 | 142 128 | 156 277 | 141 785 | 2,88 % |

    Il-Latvja | 2 286 | 2 540 | 2 434 | 2 420 | 0,05 % |

    Il-Litwanja | 5 396 | 4 326 | 4 522 | 4 748 | 0,10 % |

    Malta | 34 | 46 | 81 | 54 | − |

    Il-Pajjiżi l-Baxxi | 581 459 | 653 451 | 681 693 | 638 868 | 12,97 % |

    Il-Polonja | 103 382 | 108 275 | 113 175 | 108 277 | 2,20 % |

    Il-Portugall | 3 643 | 4 179 | 3 926 | 3 916 | 0,08 % |

    Ir-Repubblika Slovakka | 15 282 | 16 200 | 13 592 | 15 025 | 0,30 % |

    Ir-Repubblika Ċeka | 12 762 | 14 880 | 16 907 | 14 850 | 0,30 % |

    Ir-Rumanija | 11 791 | 13 337 | 12 494 | 12 541 | 0,25 % |

    Ir-Renju Unit | 232 857 | 234 379 | 236 635 | 234 624 | 4,76 % |

    Is-Slovenja | 1 802 | 2 353 | 2 185 | 2 113 | 0,04 % |

    L-Isvezja | 15 761 | 13 517 | 14 579 | 14 619 | 0,30 % |

    L-Istati Uniti | 822 314 | 686 939 | 648 711 | 719 321 | 14,60 % |

    Il-Malasja c | m | 290 623 | 327 825 | 341 462 | 319 970 | 6,49 % |

    Il-Federazzjoni Russa | m | 163 637 | 176 700 | 197 720 | 179 352 | 3,64 % |

    Il-Kanada | 159 783 | 135 164 | 136 967 | 143 971 | 2,92 % |

    Il-Ġappun | 112 823 | 145 512 | 88 403 | 115 579 | 2,35 % |

    Singapor | 88 536 | 110 130 | 113 145 | 103 937 | 2,11 % |

    Iċ-Ċina | 77 942 | 72 532 | 101 671 | 84 048 | 1,71 % |

    L-Isvizzera | m | 74 272 | 81 135 | 90 411 | 81 939 | 1,66 % |

    It-Turkija | 73 112 | 84 262 | 87 921 | 81 765 | 1,66 % |

    L-Ukraina | 63 408 | 74 344 | 86 741 | 74 831 | 1,52 % |

    L-Awstralja | 52 950 | 55 133 | 52 202 | 53 428 | 1,08 % |

    L-Arġentina | 33 793 | 38 793 | 39 531 | 37 372 | 0,76 % |

    It-Tajlandja | 26 737 | 31 246 | 29 432 | 29 138 | 0,59 % |

    Il-Filippini | 18 549 | 21 260 | 21 906 | 20 572 | 0,42 % |

    Il-Messiku c | 19 229 | 15 434 | 25 049 | 19 904 | 0,40 % |

    Ir-Repubblika Koreana | 17 079 | 24 454 | 15 972 | 19 168 | 0,39 % |

    L-Afrika t’Isfel | 15 056 | 17 605 | 16 651 | 16 437 | 0,33 % |

    L-Iran (Ir-Repubblika Iżlamika ta’) | 10 666 | 14 920 | 22 056 | 15 881 | 0,32 % |

    Il-Kolombja c | 16 828 | 19 306 | 9 806 | 15 313 | 0,31 % |

    Iċ-Ċili | 13 518 | 15 287 | 15 338 | 14 714 | 0,30 % |

    L-Indja | 9 410 | 10 632 | 17 475 | 12 506 | 0,25 % |

    L-Iżrael | 11 437 | 11 908 | 13 721 | 12 355 | 0,25 % |

    In-New Zealand | 11 372 | 12 388 | 11 821 | 11 860 | 0,24 % |

    Is-Serbja | 10 864 | 11 640 | 12 505 | 11 670 | 0,24 % |

    In-Norveġja | 10 694 | 11 512 | 12 238 | 11 481 | 0,23 % |

    L-Eġittu | 6 026 | 10 085 | 14 036 | 10 049 | 0,20 % |

    L-Alġerija | 9 062 | 7 475 | 12 631 | 9 723 | 0,20 % |

    Il-Kroazja | 8 846 | 8 904 | 8 974 | 8 908 | 0,18 % |

    Ir-Repubblika Għarbija Sirjana | 7 334 | 7 229 | 8 056 | 7 540 | 0,15 % |

    It-Tuneżija | 6 019 | 7 596 | 8 167 | 7 261 | 0,15 % |

    Il-Każakstan | 6 653 | 7 848 | 7 154 | 7 218 | 0,15 % |

    L-Arabja Sawdija | 6 680 | 6 259 | 6 772 | 6 570 | 0,13 % |

    Il-Belarus | 8 343 | 3 867 | 5 961 | 6 057 | 0,12 % |

    Il-Marokk | 4 407 | 4 699 | 5 071 | 4 726 | 0,10 % |

    Il-Pakistan | 2 123 | 2 974 | 2 501 | 2 533 | 0,05 % |

    Il-Kosta Rika | 1 965 | 3 948 | 1 644 | 2 519 | 0,05 % |

    L-Urugwaj | 2 367 | 2 206 | 2 737 | 2 437 | 0,05 % |

    Il-Libanu | 2 059 | 2 905 | 2 028 | 2 331 | 0,05 % |

    Il-Gwatemala | 1 251 | 2 207 | 1 995 | 1 818 | 0,04 % |

    Il-Bolivja c/ | 1 282 | 1 624 | 1 927 | 1 611 | 0,03 % |

    Is-Sri Lanka | 1 472 | 1 648 | 1 706 | 1 609 | 0,03 % |

    El Salvador | 1 248 | 1 357 | 1 422 | 1 342 | 0,03 % |

    L-Azerbajġan | 569 | 2 068 | 1 376 | 1 338 | 0,03 % |

    Il-Ġordan | 1 263 | 1 203 | 1 339 | 1 268 | 0,03 % |

    Il-Kenja | 1 073 | 1 254 | 1 385 | 1 237 | 0,03 % |

    L-Uzbekistan | 684 | 1 228 | 1 605 | 1 172 | 0,02 % |

    Il-Ħong Kong (Ċina) | 2 018 | 870 | 613 | 1 167 | 0,02 % |

    Ir-Repubblika tal-Moldova | 700 | 1 043 | 1 298 | 1 014 | 0,02 % |

    L-Islanda | 863 | 1 045 | 1 061 | 990 | 0,02 % |

    Dik li Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | 628 | 961 | 1 065 | 885 | 0,02 % |

    Il-Bosnja-Ħerzegovina | 841 | 832 | 947 | 873 | 0,02 % |

    Kuba c | 2 162 | 170 | 107 | 700 | 0,01 % |

    Il-Kuwajt | 427 | 684 | 631 | 581 | 0,01 % |

    Is-Senegal | 248 | 685 | 767 | 567 | 0,01 % |

    Il-Ġamaħirija Għarbija Libjana | 224 | 814 | 248 | 429 | 0,01 % |

    Il-Paragwaj | 128 | 214 | 248 | 197 | − |

    L-Albanija | 170 | 217 | 196 | 194 | − |

    Il-Ġamajka c | 479 | -67 | 89 | 167 | − |

    L-Oman | 176 | 118 | 118 | 137 | − |

    Iż-Żambja | 95 | 60 | 118 | 91 | − |

    Iż-Żimbabwe | 111 | 86 | 62 | 86 | − |

    Santa Luċija c | 26 | 20 | 25 | 24 | − |

    Samoa | 48 | 15 | 0 | 21 | − |

    Saint-Vincent u l-Grenadini | 6 | 0 | 0 | 2 | − |

    Total | d | 4 778 943 | 5 000 088 | 5 000 976 | 4 926 669 | 100,00 % |

    Sors : L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw, Bullettin ta’ kull kwart tal-istatistiċi dwar il-kawkaw , vol. XXXV, nru 3, sena tal-kawkaw 2008/09.

    Noti :

    a Medja ta’ tliet snin, 2005/06-2007/08 tal-importazzjonijiet netti taż-żerriegħa tal-kawkaw flimkien mal-importazzjonijiet gross tal-prodotti derivati mill-kawkaw maqluba f’ekwivalenti ta’ żerriegħa permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin: butir tal-kawkaw 1,33; trab u kejkijiet tal-kawkaw 1,18; pejst/likuri tal-kawkaw 1,25.

    b Lista limitata għall-pajjiżi li individwalment importaw il-kawkaw matul il-perjodu tal-2005/06-2007/08, skont l-informazzjoni disponibbli għas-Segretarjat tal-ICCO.

    c Pajjiżi li jistgħu jitqiesu wkoll bħala pajjiżi esportaturi.

    d Peress li l-figuri tqarrbu sal-eqreb numru sħiħ, it-total tagħhom mhux dejjem jirrappreżenta t-total eżatt tal-elementi tiegħu.

    m Membru tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-kawkaw tal-2001, fid-9 ta’ Novembru 2009.

    − xejn, negliġibbli jew anqas mill-unità użata.

    Anness Ċ

    Pajjiżi produtturi li jesportaw esklużivament jew parzjalment kawkaw fin (“ fine ” jew “ flavour ”)

    Il-Kolombja | Il-Madagaskar |

    Il-Kosta Rika | Il-Papwa Ginea Ġdida |

    Dominika | Il-Peru |

    Ir-Repubblika Dominikana | Santa Luċija |

    L-Ekwador | Sao Tomé u Principe |

    Grenada | Trinidad u Tobago |

    L-Indoneżja | Ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela |

    Il-Ġamajka |

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    Isem tal-Proposta/Inizjattiva

    Proposta ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar f’isem l-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw.

    Qasam/Oqsma politiku/politiċi kkonċernat(i) fl-Istruttura tal-ABM/ABB [5]

    Relazzjonijiet Esterni, Żvilupp u relazzjonijiet mal-Istati tal-AKP. Obbligi vis-à-vis l-organizzazzjonijiet Internazzjonali tal-Prodotti Bażiċi. Obbligi lejn il-Ftehimiet Internazzjonali.

    Natura tal-proposta/inizjattiva

    Att leġiżlattiv li jippermetti lill-UE ssir Membru tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw li ġie nnegozjat dan l-aħħar.

    ( Il-proposta/inizjattiva hija azzjoni ġdida

    ( Il-proposta/inizjattiva hija azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni ta’ tħejjija [6]

    X Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti .

    ( Il-proposta/inizjattiva hija azzjoni orjetanta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

    Għanijiet

    Is-sħubija fil-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw għandha tiġi relatata mal-approċċ aktar ġenerali tal-UE fil-kuntest tal-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehimiet Internazzjonali dwar il-Prodotti Bażiċi, ladarba dawn ikunu nnegozjati, bħala għodda ta’ faċilitazzjoni tal-kummerċ u tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-importaturi u l-esportaturi. Minħabba li d-deċiżjoni sabiex titkompla l-parteċipazzjoni f’dawn it-tipi ta’ Ftehimiet, meqjusa bħala mezz sabiex ikun iffaċilitat l-iżvilupp hija r-riżultat ta’ analiżi dettaljata tal-għanijiet, li huma: il-kummerċ, il-faċilitazzjoni tat-trasparenza fil-kummerċ f’dak li jirrigwarda l-kawkaw, l-inkoraġġiment tal-Membri sabiex jibdew u jiżviluppaw ekonomija sostenibbli tal-kawkaw, forum ta’ konsultazzjoni bejn il-Gvernijiet. Dawn huma għalhekk għanijiet politiċi, amministrattivi, ekonomiċi u soċjo-ambjentali. Il-proposta u l-għanijiet tagħha huma konsistenti mal-istrumenti finanzjarji l-oħrajn li jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-UE fl-organizzazzjonijiet internazzjonali.

    Għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni kkonċernat(i) mill-proposta/inizjattiva

    Skont l-ABM, din il-proposta għandha l-għan li twieġeb għall-mira tal-iżvilupp tar-rwol tal-Kummissjoni bħala punt fokali intellettwali għall-iżvilupp permezz ta’ parteċipazzjoni effettiva u diretta fid-dibattitu internazzjonali.

    Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u attivita(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

    Għan speċifiku Nru 4. Il-promozzjoni tas-sostenibbiltà fir-rigward tal-kummerċ għal materja prima magħżula;

    Attivita(jiet) tal-AMB/ABB ikkonċernata(i): 21 07

    Kooperazzjoni fl-iżvilupp u l-programmi “ad hoc”

    Riżultat(i) u impatt(i) mistenni(ja):

    Il-proposta għandha tippermetti lill-Kummissjoni sabiex taġixxi f’isem l-UE taħt ġurisdizzjoni esklussiva, bl-għan li tesprimi l-politika u l-pożizzjoni tagħha għall-applikazzjoni tal-Ftehim f’konformità mal-Linji Gwida wiesgħin tal-Unjoni. Għalhekk huwa ta’ interess għall-Kummissjoni li tipproponi din id-Deċiżjoni f’konformità mar-rwol istituzzjonali tagħha u x-xewqat tal-Istati Membri.

    L-effetti sejrin jinħassu l-aktar fil-kuntest tal-azzjonijiet strateġiċi tal-Organizzazzjoni u fil-ġestjoni tagħha.

    Ħlas tal-kontribuzzjoni min-naħa tal-UE għall-baġit amministrattiv u operattiv tal-Organizzazzjoni internazzjonali.

    Indikaturi tar-riżultati u l-impatti

    Minħabba li dan huwa ftehim internazzjonali, m’hemmx indikaturi reali li jistgħu jintużaw sabiex ikejlu t-twettiq tal-proposta. Wieħed jista’ madankollu jikkunsidra r-rieda tal-Membri kollha li jkomplu l-kooperazzjoni internazzjonali bħala indikatur pożittiv u sodisfaċenti. Il-mod kif miexja ’l quddiem il-politika tas-sostenibbiltà jista’ wkoll jiġi interpretat bħala indikatur pożittiv.

    Ġustifikazzjoni(jiet) tal-proposta/inizjattiva

    Tippermetti lill-UE tieħu sehem u taġixxi bi dritt fil-ħidma tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw b’konformità max-xewqat espressi mill-Istati Membri fi tmiem in-negozjati.

    Ħtieġa/ħtiġijiet li għandha/għandhom tkun/ikunu ssodisfata/i fit-tul

    Ħlas annwali tal-kontribuzzjonijiet

    Valur miżjud tal-intervent Komunitarju

    Involviment tal-UE u konsistenza tal-azzjonijiet tagħha mal-politika tagħha. In-nuqqas tal-UE f’dan it-tip ta’ ftehimiet joħloq biss kooperazzjoni dgħajfa u saħansitra diffiċli li tista’ tipperikola l-kooperazzjoni dwar il-prodotti bażiċi.

    Tagħlim ewlieni meħud minn esperjenzi simili. Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti finanzjarji oħrajn

    L-esperjenza tal-parteċipazzjoni tal-UE fil-Ftehim attwali ma tqajjimx oġġezzjonijiet kbar; għaldaqstant huwa xieraq li din tkompli. L-ebda sinerġija possibbli.

    Tul tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju tagħha

    Il-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw huwa mistenni li jibqa’ fis-seħħ mill-2012 għal perjodu ta’ għaxar snin għajr estensjonijiet li b’kollox ma jaqbżux l-erba’ snin.

    ( Proposta/inizjattiva ta’ żmien limitat

    - X Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-2012 sal-2022

    - X Impatt finanzjarju mill-2012 sal-2022

    ( Proposta/inizjattiva ta’ żmien illimitat

    - Implimentazzjoni b’perjodu ta’ żieda ta’ importanza mill-[SSSS] sal-[SSSS],

    - imbagħad taħdem b’veloċità moderata minn hemm ’il quddiem.

    Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)[7]

    Parteċipazzjoni diretta tal-Kummissjoni fil-ħidma tal-korpi ta’ ġestjoni tal-Ftehim permezz ta’ kompetenza esklussiva, fosthom il-bażi legali ta’ din il-Proposta (Artikolu 207 tat-TUE).

    X Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

    ( Ġestjoni ċentralizzata mhux diretta permezz tad-delegazzjoni tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

    - ( aġenziji eżekuttivi

    - ( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet [8]

    - ( korpi pubbliċi nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

    - ( persuni inkarigati mit-twettiq ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, identifikati fl-Att bażiku kkonċernat skont l-Artikolu 49 tar-Regolament finanzjarju

    ( Ġestjoni maqsuma ma’ Stati Membri

    ( Ġestjoni mhux ċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

    ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (speċifika)

    2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1. Arranġamenti għall-monitoraġġ u r-rappurtar

    Arranġamenti għall-monitoraġġ u r-rappurtar: il-Kummissjoni fil-kapaċità tagħha bħala rappreżentant u kelliem ewlieni tal-UE għandha tippreżenta regolarment rapport dwar l-azzjoni u l-ħidma tagħha fi ħdanha u fil-Kunsill, bħala parti mill-Grupp ta’ Ħidma “PROBA”

    Parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fil-laqgħat tal-kelliema bi frekwenza ta’ madwar 3-4 laqgħat fis-sena.

    2.2. Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-monitoraġġ kontinwu tal-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja tal-Organizzazzjoni. Id-delegazzjoni tagħha għandha tkun membru tal-korpi kollha ta’ teħid ta’ deċiżjoni u filwaqt li teżerċita s-setgħa ta’ ġestjoni diretta, teżerċita wkoll setgħa ta’ kontroll.

    2.2.1. Riskju/i identifikat(i)

    Likwidazzjoni tal-organizzazzjoni. Il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni għandha l-għan li tevita dan ir-riskju li, madankollu, jibqa’ possibbli.

    2.2.2. Mezzi(i) ta’ kontroll previst(i)

    Parteċipazzjoni diretta fil-Kunsill u fil-Kumitat Finanzjarju tal-organizzazzjoni. Dawn iż-żewġ kelliema ewlenin għandhom jiddiskutu u japprovaw il-baġit amministrattiv. Il-kontijiet kollha għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-Membri u f’kull mument jistgħu jintalbu verifiki.

    2.3. Miżuri ta’ prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

    L-Organizzazzjoni għandha tiggarantixxi l-aċċess għall-kotba tal-kontijiet tagħha sabiex tippermetti lill-OLAF u lil kwalunkwe servizz finanzjarju, sabiex iwettaq awditjar jew verifiki, jekk dan ikun meqjus xieraq.

    Sorveljanza kontinwa mill-Kummissjoni tal-amministrazzjoni finanzjarja u tar-riżorsi disponibbli. L-Organizzazzjoni għandha tintrabat li tiżgura t-twettiq ta’ kwalunkwe spezzjoni, investigazzjoni u żjara fil-bini tagħha.

    3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1. Titolu/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

    - Linji baġitarji eżistenti

    Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u linja tal-baġit.

    Titolu tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Parteċipazzjoni |

    Numru [Tikketta…… | AD/AMD [9] | ta’ pajjiżi tal-EFTA [10] | ta’ pajjiżi kandidati[11] | ta’ pajjiżi terzi | Skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

    21 07 04 Ftehimiet dwar il-Prodotti Bażiċi | LE | LE | LE | IVA/LE |

    - Linji tal-baġit ġodda, li l-ħolqien tagħhom huwa mitlub

    Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u linja tal-baġit.

    Titolu tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Parteċipazzjoni |

    Numru [Tikketta ………………………………………...…] | AD/AMD | ta’ pajjiżi tal-EFTA | ta’ pajjiżi kandidati | ta’ pajjiżi terzi | Skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

    [XX.SS.SS.SS] | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE |

    3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa Madwar 15,000 Euro f’10 snin mill-2012.

    miljuni ta’ Euro (sat-tielet punt deċimali)

    Titolu tal-qafas finanzjarju multiannwali: | Numru | [Titolu.] |

    f’miljuni ta’ Euro (sat-tielet punt deċimali)

    ( Pjan tal-Impjiegi (pożizzjonijiet ta’ uffiċjali u persunal temporanju) |

    21 01 01 01 (fil-kwartieri ġenerali u fl-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-Kummissjoni) | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 |

    XX 01 01 02 (delegazzjoni) |

    XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) |

    10 01 05 01 (Riċerka diretta) |

    ( Persunal estern (Ekwivalenti Full-time FTP)[19] |

    21 01 02 01 (AK, DNE, INT tal-pakkett globali) | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 |

    XX 01 02 02 (AK, AL, DNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) |

    10 01 05 02 (AK, DNE, INT fuq Riċerka diretta) |

    Linja tal-baġit oħra (speċifika) |

    TOTAL |

    - XX huwa l-Qasam Politiku jew it-Titolu kkonċernat

    Il-ħtiġijiet f’riżorsi umani sejrin ikunu koperti mill-persunal tad-DĠ diġà allokat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew organizzat mill-ġdid internament fi ħdan id-DĠ, komplut jekk ikun meħtieġ minn kwalunkwe għotja addizzjonali li tista’ tkun allokata lid-DĠ li jmexxi fil-qafas tal-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet tal-baġit eżistenti.

    3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

    - X Il-proposta hija kompatibbli mal-programm finanzjarju eżistenti.

    - ( Il-proposta teħtieġ programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura kkonċernata tal-qafas finanzjarju multiannwali.

    Spjega l-programmazzjoni mill-ġdid meħtieġa, billi tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    - ( Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ strument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[22].

    Spjega l-ħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

    - Il-proposta ma tipprovdix il-ko-finanzjament minn partijiet terzi

    - Il-proposta tipprovdi l-ko-finanzjament stmat kif ġej:

    Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ Euro (sat-tielet punt deċimali)

    Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | daħħal snin kemm meħtieġ sabiex tirrifletti t-tul tal-impatt (cf. punt 1.6) | Total |

    Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | daħħal snin kemm meħtieġ sabiex tirrifletti t-tul tal-impatt (cf. punt 1.6) N+10 |

    Artikolu21 07 04 | | 1,200 |1,260 |1,323 |1,389 |1,458 |1,530 |15,056 | 15,056 | |Għad-dħul varju li ser ikun “affettwat”, speċifika l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i.

    [1] ĠU C [….], [….], p. [….]

    [2] ĠU C [….], [….], p. [….]

    [3] ĠU C [….], [….], p. [….]

    [4] Ikkalkulat skont it-tħin taż-żerriegħa tal-kawkaw flimkien mal-importazzjonijiet netti tal-prodotti derivati mill-kawkaw u ta’ ċikkulata u prodotti taċ-ċikkulata f’ekwivalenti f’żerriegħa.

    [5] ABM: Activity Based Management (Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività) – ABB: Activity Based Budgeting (Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività)

    [6] Kif imsemmija fl-Artikolu 49.6 a jew b tar-Regolament Finanzjarju.

    [7] L-ispjegazzjonijiet dwar il-metodi ta’ ġestjoni kif ukoll ir-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fuq is-sit elettroniku BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_fr.html

    [8] Kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

    [9] AD = Approprjazzjonijiet Differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati

    [10] EFTA: European Free Trade Association (Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles)

    [11] AD = Approprjazzjonijiet Differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati

    [12] Is-sena N hija s-sena tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva

    [13] Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (linji antiki “BA”) riċerka indiretta, riċerka diretta

    [14] Is-sena N hija s-sena tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva

    [15] It-twettiq jirreferi għall-prodotti u s-servizzi li sejrin ikunu pprovduti (eż: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ kilometri ta’ toroq mibnija…)

    [16] Kif deskritt fil-parti 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi...”

    [17] Is-sena N hija s-sena tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva

    [18] Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (linji antiki “BA”) riċerka indiretta, riċerka diretta

    [19] AK = Aġenti Kuntrattwali; AL = Aġent Lokali; DNE= Delegated National Expert ; INT = Aġent Temporanju; JED = Junior Experts in Delegation

    [20] Sotto-limitu fuq persunal estern fuq l-approprjazzjonijiet operattivi(linji “BA” antiki)

    [21] Fondi Strutturali, Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u Fond Ewropew għas-Sajd (FES)

    [22] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim bejn l-Istituzzjonijiet (IIA).

    [23] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, dazji fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% tal-ispejjeż tal-ġbir.

    Top