This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0566
Recommendation for a COUNCIL DECISION designating the European Capital of Culture for the year 2015 in Belgium
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL għan-nominazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2015 fil-Belġju
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL għan-nominazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2015 fil-Belġju
/* KUMM/2010/0566 finali */
/* KUMM/2010/0566 finali */ Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL għan-nominazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2015 fil-Belġju
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 18.10.2010 KUMM(2010) 566 finali Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL għan-nominazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2015 fil-Belġju MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Id-Deċiżjoni 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni tal-Komunità għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2007 sal-2019[1], tistipula l-proċedura tan-nomina tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura. Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni, mill-2009 ’l quddiem, żewġt ibliet ta’ żewġ Stati Membri se jkunu nnominati Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura, skont min imissu, fl-ordni kronoloġika stipulata fl-Anness tad-Deċiżjoni. Il-Belġju u r-Repubblika Ċeka huma intitolati li jospitaw l-avveniment fl-2015. In-nomina għall-Ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura li tikkonċerna s-sena 2015 u s-snin ta’ wara hi sottomessa għall-proċess li ġej. Sejħa għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet se tiġi ppubblikata minn kull Stat Membru kkonċernat mhux aktar tard minn sitt snin qabel l-avveniment. Bord tal-għażla kompost minn 13-il espert indipendenti fis-settur kulturali se jiltaqa’ qabel il-laqgħa tal-għażla mhux aktar tard minn ħames snin qabel l-avveniment. Dan jivvaluta l-applikazzjonijiet li jirċievi skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE u jaqbel fuq lista qasira ta’ bliet kandidati li għandhom ikomplu jitqiesu wara li titlesta l-applikazzjoni tagħhom. Kull Stat Membru kkonċernat ilaqqa’ l-bord tal-għażla finali, disa’ xhur wara l-laqgħa ta’ qabel l-għażla. Wara valutazzjoni estensiva tal-ibliet magħżula minn qabel, ibbażata fuq il-kriterji stipulati għall-azzjoni, il-bord jirrakkomanda belt waħda għat-titolu f’kull Stat Membru kkonċernat. Abbażi ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, iż-żewġ Stati Membri jinnominaw belt kull wieħed biex kull waħda tkun Kapitali Ewropea tal-Kultura u jinnotifikaw lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tar-Reġjuni mhux aktar tard minn erba’ snin qabel ma jibda l-avveniment inkwistjoni. Il-Parlament Ewropew jista’ jressaq opinjoni lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jaslu n-nominazzjonijiet. Il-Kunsill, wara li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jinnomina b’mod uffiċjali lill-ibliet inkwistjoni għas-sena li għaliha ġew innominati. Waslet applikazzjoni għat-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura mill-belt ta' Mons. L-ebda belt oħra ma applikat mill-Belġju. Fl-aħħar tal-proċedura tal-għażla, il-bord ikkonkluda li l-applikazzjoni tal-belt laħqet l-għanijiet tal-avveniment u l-kriterji ddefiniti fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE u tilħaq l-istandards għoljin ta' kwalità meħtieġa għal dan l-avveniment. B'konsegwenza ta' dan, il-bord irrakkomanda li Mons tospita l-avveniment fil-Belġju fl-2015 fir-rapporti tiegħu ta' Frar 2010. Il-Belġju nnotifika dawn in-nominazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tar-Reġjuni sat-tmiem l-2009. Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni favorevoli tiegħu lill-Kummissarjoni fil-bidu ta’ Lulju 2010. Il-proċess ta' għażla fir-Repubblika Ċeka għadu għaddej u se jitlesta fil-bidu tal-2011. Konsegwentement, il-Kummissjoni, b’konformità mal-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni 1622/2006/KE qed tressaq lill-Kunsill ir-rakkomandazzjoni mehmuża għan-nomina uffiċjali ta’ Mons għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2015 fil-Belġju. Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL għan-nominazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2015 fil-Belġju IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2007 sa 2019[2], partikolarment l-Artikolu 9(3) tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-rapporti tal-Bord tal-Għażla ta' Frar 2010 dwar il-proċess tal-għażla tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura fil-Belġju, Billi: Filwaqt li qies li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE intlaħqu għal kollox, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Mons ġiet innominata bħala "Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2015" fil-Belġju. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmul fi [...], Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 304, 3.11.2006, p. l. [2] ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1.