Dit document is overgenomen van EUR-Lex
Document 52010PC0424
Proposal for a COUNCIL DECISION concluding a Protocol between the European Union and the Arab Republic of Egypt establishing a Dispute Settlement Mechanism applicable to disputes under the trade provisions of the Euro-Mediterranean Agreement establishing an Association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Arab Republic of Egypt of the other part
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonkludi Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonkludi Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra
/* COM/2010/0424 final - NLE 2010/0229 */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonkludi Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra /* COM/2010/0424 final - NLE 2010/0229 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 9.8.2010 KUMM(2010) 424 finali 2010/0229 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonkludi Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Il-Ftehimiet Ewro-Mediterranji fihom dispożizzjonijiet li jilliberalizzaw il-kummerċ fi prodotti, imma r-regoli tas-soluzzjoni tal-tilwim applikabbli għat-tilwimiet li jolqtu lil dawn id-dispożizzjonijiet huma bbażati prinċipalment fuq mudell diplomatiku li faċilment jista’ jkun imblukkat mill-parti li jkun sar ilment kontriha. 2. Fil-kuntest tat-twessigħ u t-titjib tar-relazzjonijiet kummerċjali Ewro-Mediterranji, kien opportun li jinħoloq mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għat-tilwimiet kummerċjali msejjes fuq proċeduri effiċjenti u effettivi li jitwettqu f’termini ta’ skadenza stretti, u mmudellat fuq il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim tal-aktar ftehimiet riċenti konklużi mill-Unjoni Ewropea u fuq il-Fehim dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Tali mekkaniżmu se jżid is-sigurtà u l-prevedibbiltà tar-relazzjonijiet kummerċjali bilaterali tagħna. Għal dan il-għan, fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE u l-Eġittu tal-Politika Ewropea tal-Viċinat il-partijiet ftehmu li jelaboraw regoli tal-proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim. 3. Fl-24 ta’ Frar 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-imsieħba tagħha mir-reġjun tal-Mediterran sabiex tistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim relatat ma’ dispożizzjonijiet kummerċjali (id-dokument 6489/06 MED 4 WTO 37). 4. Il-Kummissjoni nnegozjat ma’ għadd ta’ msieħba Mediterranji b’mod reġjonali u bilaterali. Dawn in-negozjati seħħew b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fil-qafas tad-direttivi tal-innegozjar maħruġa mill-Kunsill. 5. In-negozjati mal-Eġittu mxew ’il quddiem sewwa u rriżultaw f’abbozz ta’ Ftehim li kien inizjalat fil-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-UE u l-Eġittu li ltaqa’ fil-Lussemburgu fis-27 ta’ April 2010. Dan il-Ftehim isegwi l-mudell tal-kapitolu dwar is-soluzzjoni tat-tilwim tan-negozjati attwali tal-FTA, u huwa msejjes fuq il-Fehim dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO, adattat għal kuntest bilaterali. L-ambitu tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim jinkludi t-Titolu II tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-UE u l-Eġittu, bl-eċċezzjoni tas-soltu tal-Artikoli dwar id-difiża tal-kummerċ. It-test jipprevedi wkoll proċeduri effiċjenti u effettivi (inklużi dwar il-kompożizzjoni tal-bord u l-proċeduri ta’ konformità) b’limiti taż-żmien ċari. Fih ukoll opportunitajiet biex ikunu solvuti t-tilwimiet qabel ma jkun hemm il-ħtieġa li jkun stabbilit bord, permezz ta’ konsultazzjonijiet u medjazzjoni. Fl-aħħar nett, it-test jinkorpora r-regoli dwar il-ftuħ u t-trasparenza (seduti miftuħa, sottomissjonijiet mhux mitluba “amicus curiae”, il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-bord), kif ukoll artikolu dwar il-konnessjoni mal-Fehim dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO. 6. B’mod parallel, qed tiġi sottomessa wkoll proposta separata dwar l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim. Wara l-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim mill-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet Eġizzjani, dan il-Protokoll se jkun anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. 2010/0229 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonkludi Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[1], Billi: (1) Fl-24 ta’ Frar 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-imsieħba tagħha mir-reġjun tal-Mediterran sabiex tistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim relatat ma’ dispożizzjonijiet kummerċjali. (2) Dawn in-negozjati twettqu mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fil-qafas tad-direttivi tal-innegozjar maħruġa mill-Kunsill. (3) Dawn in-negozjati ġew konklużi u fis-27 ta’ April 2010 ġie inizjalat Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim). (4) Il-Ftehim kien iffirmat f’isem l-Unjoni Ewropea fi[...], suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim f’data aktar tard, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill [...]. (5) Il-Ftehim għandu jkun konkluż, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, huwa hawnhekk konkluż. . It-test tal-Ftehim li se jkun konkluż huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna bil-kapaċità li tipproċedi, f’isem l-Unjoni Ewropea, għan-notifikazzjoni prevista fl-Arikolu 23 tal-Ftehim, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tkun marbuta b’dan il-Ftehim. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Għandha tkun ippubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS PROTOKOLL BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-EĠITTU LI JISTABBILIXXI MEKKANIŻMU GĦAS-SOLUZZJONI TAT-TILWIM APPLIKABBLI GĦAL TILWIMIET LI JAQGĦU TAĦT ID-DISPOŻIZZJONIJIET KUMMERĊJALI TAL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU LI JISTABBILIXXI ASSOĊJAZZJONI BEJN IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHOM, MINN NAĦA WAĦDA, U R-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-EĠITTU, MIN-NAĦA L-OĦRA L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, minn naħa waħda, u IR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-EĠITTU, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Eġittu”, min-naħa l-oħra, IDDEĊIDEW KIF GEJ: KAPITOLU I OBJETTIV U AMBITU Artikolu 1 Objettiv L-objettiv ta’ dan il-Protokoll huwa li tkun evitata u tiġi solvuta kwalunkwe tilwima kummerċjali bejn il-Partijiet sabiex, fejn ikun possibbli, tintlaħaq soluzzjoni li jaqblu dwarha ż-żewġ naħat. Artikolu 2 Applikazzjoni tal-Protokoll 1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll japplikaw fir-rigward ta’ kwalunkwe differenza li tikkonċerna l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II (għajr l-Artikoli 22, 23 u 24), tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”)[2], ħlief fejn espressament stipulat mod ieħor. L-Artikolu 82 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni japplika għat-tilwim relatat mal-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. 2. Il-proċeduri ta’ dan il-Protokoll għandhom japplikaw jekk, 60 jum wara li tilwima tkun tressqet quddiem il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni skont l-Artikolu 82 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni ma jkunx solva t-tilwima. 3. Għall-għanijiet tal-paragrafu 2, tilwima għandha titqies riżolta meta l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni jkun ħa deċiżjoni kif previst fl-Artikolu 82.2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, jew meta jkun iddikjara li m’għadx hemm tilwima. KAPITOLU II KONSULTAZZJONIJIET U MEDJAZZJONI Artikolu 3 Konsultazzjonijiet 1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex isolvu kwalunkwe differenza rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiiet imsemmija fl-Artikolu 2 billi jibdew konsultazzjonijiet b’rieda tajba bil-għan li jiksbu soluzzjoni rapida, ġusta u bi qbil reċiproku. 2. Parti għandha tfittex konsultazzjonijiet permezz ta’ talba bil-miktub lill-Parti l-oħra, b’kopja mibgħuta lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment”, li tidentifika kwalunkwe miżura inkwistjoni u d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni li tqis applikabbli. 3. Il-konsultazzjonijiet għandhom iseħħu fi żmien 40 jum mid-data tal-wasla tat-talba u jsiru, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, fit-territorju tal-Parti li sar l-ilment dwarha. Il-konsultazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala konklużi fi żmien 60 jum mid-data tal-wasla tat-talba, sakemm iż-żewg Partijiet ma jaqblux li jkomplu l-konsultazzjonijiet. Il-konsultazzjonijiet, b’mod partikolari l-informazzjoni kollha żvelata u l-pożizzjonijiet meħuda mill-Partijiet matul dawn il-proċedimenti, għandhom ikunu kunfidenzjali, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ kwalunkwe Parti fi kwalunkwe proċedimenti ulterjuri. 4. Konsultazzjonijiet dwar affarijiet urġenti, inklużi dawk dwar prodotti li jitħassru biż-żmien jew prodotti staġjonali, għandhom iseħħu fi żmien 15-il jum mid-data tal-wasla tat-talba, u għandhom jitqiesu bħala konklużi fi żmien 30 jum mid-data tal-wasla tat-talba. 5. Jekk il-Parti li lilha ssir it-talba ma tweġibx għat-talba għall-konsultazzjonijiet fi żmien 15-il jum mid-data tal-wasla tat-talba, jew jekk il-konsultazzjonijiet ma jseħħux fl-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 3 jew fil-paragrafu 4 rispettivament, jew jekk il-konsultazzjonijiet ikunu konklużi u ma jkunx intlaħaq ftehim dwar soluzzjoni miftiehma reċiprokament, il-Parti li tressaq l-ilment tista’ titlob li jitwaqqaf bord ta’ arbitraġġ skont l-Artikolu 5. Artikolu 4 Medjazzjoni 1. Jekk il-konsultazzjonijiet ma jwasslux għal soluzzjoni miftiehma reċiprokament, il-Partijiet jistgħu, bi ftehim reċiproku, jirrikorru għand medjatur. Kwalunkwe talba għall-medjazzjoni għandha ssir bil-miktub lil-Parti li sar l-ilment dwarha u lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” u tiddikjara kwalunkwe miżura li kienet is-suġġett tal-konsultazzjonijiet kif ukoll it-termini tar-referenza għall-medjazzjoni maqbula reċiprokament. Kull Parti timpenja lilha nnifisha biex tagħti kunsiderazzjoni pożittiva lit-talbiet għall-medjazzjoni. 2. Sakemm il-Partijiet ma jaqblux rigward medjatur fi żmien 15-il jum mid-data tal-wasla tat-talba għall-medjazzjoni, il-presidenti tas-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment”, jew id-delegat tal-presidenti, għandhom jagħżlu bix-xorti medjatur mill-grupp ta’ individwi li jkunu fil-lista msemmija fl-Artikolu 19 u li mhumiex ċittadini ta’ xi waħda mill-Partijiet. L-għażla għandha ssir fi żmien 10 ijiem mid-data tal-wasla tat-talba. Il-medjatur għandu jsejjaħ laqgħa mal-Partijiet mhux qabel 20 jum u mhux aktar tard minn 30 jum wara li jintgħażel. Il-medjatur għandu jirċievi s-sottomissjonijiet ta’ kull Parti sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-laqgħa u jista’ jitlob tagħrif addizzjonali mingħand il-Partijiet jew mingħand l-esperti jew il-konsulenti tekniċi skont kif jidhirlu. Kwalunkwe informazzjoni miksuba b’dan il-mod għandha tintwera lil kull waħda mill-Partijiet u titressaq għall-kummenti tagħhom. Il-medjatur għandu jinnotifika opinjoni mhux aktar tard minn 45 jum wara li jintgħażel. 3. L-opinjoni tal-medjatur tista’ tinkludi rakkomandazzjoni dwar kif tiġi riżolta t-tilwima b’mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2. L-opinjoni tal-medjatur mhijiex vinkolanti. 4. Il-Partijiet jistgħu jaqblu li jemendaw it-termini ta’ skadenza msemmija fil-paragrafu 2. Il-medjatur jista’ jiddeċiedi wkoll li jemenda dawn it-termini ta’ skadenza wara talba ta’ xi waħda mill-Partijiet, minħabba diffikultajiet partikolari ffaċċjati mill-Parti kkonċernata jew il-kumplessità tal-każ. 5. Il-proċedimenti li jinvolvu medjazzjoni, b’mod partikolari l-opinjoni tal-medjatur u l-informazzjoni kollha żvelata u l-pożizzjonijiet meħuda mill-Partijiet matul dawn il-proċedimenti, għandhom ikunu kunfidenzjali, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ kwalunkwe Parti fi kwalunkwe proċedimenti ulterjuri. 6. Jekk il-Partijiet jaqblu, il-proċeduri għall-medjazzjoni jistgħu jkomplu waqt li tipproċedi l-proċedura tal-arbitraġġ. 7. Medjatur jista’ jinbidel biss għar-raġunijiet u skont il-proċeduri deskritti fil-paragrafi 18 sa 21 tar-Regoli tal-Proċedura. KAPITOLU III PROĊEDURI GĦAS-SOLUZZJONI TAT-TILWIM TAQSIMA I – PROĊEDURA TAL-ARBITRAĠĠ Artikolu 5 Bidu tal-proċedura tal-arbitraġġ 1. Meta l-Partijiet ma jkunux solvew it-tilwima permezz tal-konsultazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 3, jew permezz tal-medjazzjoni kif previst fl-Artikolu 4, il-Parti li tressaq l-ilment tista’ titlob li jitwaqqaf bord tal-arbitraġġ. 2. It-talba li jitwaqqaf bord tal-arbitraġġ għandha ssir bil-miktub lill-Parti li sar l-ilment dwarha u lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment”. Fit-talba tagħha, il-Parti li tressaq l-ilment għandha tidentifika l-miżura speċifika inkwistjoni, u għandha tispjega kif it-tali miżura tikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2. It-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ għandu jintalab mhux aktar tard minn 18-il xahar mid-data tal-wasla tat-talba għall-konsultazzjonijiet, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Parti li tressaq l-ilment li titlob konsultazzjonijiet ġodda dwar l-istess suġġett fil-ġejjieni. Artikolu 6 Twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ 1. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jkun magħmul minn tliet arbitri. 2. Fi żmien 15-il jum mid-data meta l-Parti li sar l-ilment dwarha tirċievi t-talba għat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw sabiex jilħqu ftehim dwar il-kompożizzjoni tal-bord tal-arbitraġġ. 3. Fil-każ li l-Partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-kompożizzjoni tiegħu fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 2, kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ titlob lill-presidenti tas-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment”, jew id-delegat tal-presidenti, biex jagħżlu t-tliet membri kollha bix-xorti mil-lista stabbilita taħt l-Artikolu 19, persuna waħda minn fost l-individwi proposti mill-Parti li tressaq l-ilment, persuna waħda minn fost l-individwi proposti mill-Parti li sar l-ilment dwarha u persuna waħda minn fost l-individwi magħżula mill-Partijiet biex taġixxi bħala president. Meta l-Partijiet jaqblu dwar membru wieħed jew aktar tal-bord tal-arbitraġġ, kwalunkwe membri li jkun fadal għandhom jintgħażlu bl-istess proċedura. 4. Il-presidenti tas-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment”, jew id-delegat tal-presidenti, għandhom jagħżlu l-arbitri fi żmien 10 ijiem mit-talba msemmija fil-paragrafu 3 minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet. 5. Id-data meta jitwaqqaf il-bord tal-arbitraġġ għandha tkun id-data meta jintgħażlu t-tliet arbitri. 6. L-arbitri jistgħu jinbidlu biss għar-raġunijiet u skont il-proċeduri deskritti fil-paragrafi 18 sa 21 tar-Regoli tal-Proċedura. Artikolu 7 Rapport interim tal-bord Il-bord tal-arbitraġġ għandu joħroġ rapport interim lill-Partijiet li jippreżenta l-fatti kkonstatati, l-applikabilità tad-dispożizzjonijiet rilevanti u r-raġunament bażiku wara kwalunkwe konstatazzjoni u rakkomandazzjoni li jagħmel, bħala regola ġenerali, sa mhux aktar tard minn 120 jum mid-data tat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ. Kwalunkwe Parti tista’ tressaq talba bil-miktub biex il-bord tal-arbitraġġ janalizza elementi speċifiċi tar-rapport interim fi żmien 15-il jum min-notifika tiegħu. Ir-riżultati tad-deċiżjoni finali tal-bord għandhom jinkludu diskussjoni dwar l-argumenti magħmula fl-istadju tal-analiżi interim. Artikolu 8 Deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ 1. Il-bord tal-arbitraġġ għandu, bħala regola ġenerali, jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet u lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” fi żmien 150 jum mid-data tat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ. Meta jikkunsidra li din l-iskadenza ma tistax tintlaħaq, il-president tal-bord tal-arbitraġġ irid jinnotifika bil-miktub lill-Partijiet u lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment”, u jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha l-bord jippjana li jikkonkludi l-ħidma tiegħu. Id-deċiżjoni fl-ebda ċirkostanza m’għandha tkun innotifikata aktar tard minn 180 jum mid-data tat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ. 2. Il-bord tal-arbitraġġ għandu, fuq talba taż-żewġ Partijiet, jissospendi l-ħidma tiegħu fi kwalunkwe żmien għal perjodu maqbul mill-Partijiet li ma jaqbiżx it-12-il xahar u għandu jkompli l-ħidma tiegħu fi tmiem dan il-perjodu maqbul fuq talba tal-Parti li tressaq l-ilment. Jekk il-Parti li tressaq l-ilment ma titlobx li titkompla l-ħidma tal-bord tal-arbitraġġ qabel ma jiskadi l-perjodu maqbul ta’ sospensjoni, il-proċedura għandha tiġi mitmuma. Is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-ħidma tal-bord tal-arbitraġġ huma bla preġudizzju għad-drittijiet ta’ kull waħda mill-Partijiet f’xi proċediment ieħor dwar l-istess kwistjoni. 3. F’każijiet urġenti, inklużi dawk li jinvolvu prodotti li jitħassru biż-żmien jew prodotti staġjonali, il-bord tal-arbitraġġ għandu jagħmel kull sforz biex jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu fi żmien 75 jum mid-data tat-twaqqif tiegħu. Fl-ebda ċirkostanza m’għandu jieħu aktar minn 90 jum mit-twaqqif tiegħu. Fi żmien 10 ijiem mit-twaqqif tiegħu, il-bord tal-arbitraġġ għandu jagħti deċiżjoni preliminari dwar jekk iqisx li l-każ huwa urġenti. TAQSIMA II – KONFORMITÀ Artikolu 9 Konformità mad-deċiżjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ u l-Bord tal-Appell Kull Parti għandha tieħu kwalunkwe miżura meħtieġa biex tkun konformi mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ, u l-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar il-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex jikkonformaw mad-deċiżjoni. Artikolu 10 Il-perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-konformità 1. Mhux aktar tard minn 30 jum wara li l-Partijiet jirċievu n-notifika tad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ, il-Parti li sar l-ilment dwarha għandha tinnotifika lill-Parti li tressaq l-ilment u lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” dwar iż-żmien li se tkun teħtieġ għall-konformità (perjodu ta’ żmien raġonevoli), jekk ma tkunx possibbli konformità immedjata. 2. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet rigward il-perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-konformità mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ, il-Parti li tressaq l-ilment għandha, fi żmien 20 jum mill-wasla tan-notifika magħmula taħt il-paragrafu 1 mill-Parti li sar l-ilment dwarha, titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ sabiex jiddetermina t-tul tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli. Tali talba għandha tkun innotifikata fl-istess ħin lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment”. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet u lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” fi żmien 30 jum mid-data tal-wasla tat-talba. 3. Il-perjodu ta’ żmien raġonevoli jista’ jkun estiż bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet. Artikolu 11 Analiżi ta’ kwalunkwe miżura meħuda biex tinkiseb konformità mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ 1. Qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ żmien raġonevoli, il-Parti li sar l-ilment dwarha għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” dwar kwalunkwe miżura li tkun ħadet sabiex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Bord tal-arbitraġġ. 2. F’każ li ma jkunx hemm qbil bejn il-Partijiet rigward l-eżistenza jew il-konsistenza ta’ kwalunkwe miżura nnotifikata taħt il-paragrafu 1 mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, il-Parti li tressaq l-ilment tista’ titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ biex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Tali talba għandha tidentifika l-miżura speċifika inkwistjoni u għandha tispjega kif tali miżura mhijiex konsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu fi żmien 90 jum mid-data tal-wasla tat-talba. Artikolu 12 Rimedji temporanji f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità 1. Jekk il-Parti li sar l-ilment dwarha tonqos milli tinnotifika kwalunkwe miżura meħuda biex tikseb konformità mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ żmien raġonevoli, jew jekk il-bord tal-arbitraġġ jiddeċiedi li l-miżura nnotifikata taħt l-Artikolu 11 paragrafu 1 mhijiex konsistenti mal-obbligi ta’ dik il-Parti skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, il-Parti li sar l-ilment dwarha għandha, jekk tintalab mill-Parti li tressaq l-ilment, tagħmel offerta għal kumpens temporanju. 2. Jekk ma jintlaħaqx qbil dwar il-kumpens fi żmien 30 jum wara t-tmiem tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli jew mid-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ taħt l-Artikolu 11 li l-miżura meħuda biex tinkiseb konformità hija inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, il-Parti li tressaq l-ilment għandha tkun intitolata, wara li tinnotifika lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment”, li tissospendi l-obbligi li jirriżultaw minn kwalunkwe dispożizzjoni msemmija fl-Artikolu 2 f’livell ekwivalenti għan-nullifikazzjoni jew ħsara kkawżati mill-vjolazzjoni. Il-Parti li tressaq l-ilment tista’ timplimenta s-sospensjoni 15-il jum wara d-data tal-wasla tan-notifika għand il-Parti li sar l-ilment dwarha, sakemm il-Parti li sar l-ilment dwarha ma tkunx talbet arbitraġġ taħt il-paragrafu 3. 3. Jekk il-Parti li sar l-ilment dwarha tqis li l-livell ta’ sospensjoni m’huwiex ekwivalenti għan-nullifikazzjoni jew ħsara kkawżati mill-vjolazzjoni, hija tista’ titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ sabiex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Tali talba għandha tkun innotifikata lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” qabel jiskadi l-perjodu ta’ 15-il jum imsemmi fil-paragrafu 2. Fi żmien 30 jum mid-data tal-wasla tat-talba, il-bord tal-arbitraġġ, wara li jikseb jekk ikun xieraq l-opinjoni tal-esperti, għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu rigward il-livell tas-sospensjoni tal-obbligi lill-Partijiet u lill-korp istituzzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet kummerċjali. L-obbligi m’għandhomx ikunu sospiżi qabel ma l-bord tal-arbitraġġ ikun innotifika d-deċiżjoni tiegħu, u kwalunkwe sospensjoni għandha tkun konsistenti mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ. 4. Is-sospensjoni tal-obbligi għandha tkun temporanja u għandha tkun applikata biss sakemm kwalunkwe miżura li tinstab li hija inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tkun ġiet irtirata jew emendata sabiex issir konformi ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif stabbilit taħt l-Artikolu 13, jew sakemm il-Partijiet jaqblu li jsolvu t-tilwima. Artikolu 13 Analiżi ta’ kwalunkwe miżura meħuda biex tinkiseb il-konformità wara s-sospensjoni tal-obbligi 1. Il-Parti li sar l-ilment dwarha għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” dwar kwalunkwe miżura li tkun ħadet sabiex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Bord tal-arbitraġġ u dwar it-talba tagħha biex tintemm is-sospensjoni tal-obbligi applikati mill-Parti li tressaq l-ilment. 2. Jekk il-Partijiet ma jilħqux ftehim dwar il-kompatibbiltà tal-miżura nnotifikata mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 fi żmien 30 jum mid-data tal-wasla tan-notifika, il-Parti li tressaq l-ilment għandha titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ biex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Tali talba għandha tkun innotifikata fl-istess ħin lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment”. Id-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ għandha tkun innotifikata lill-Partijiet u lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” fi żmien 45 jum mid-data tal-wasla tat-talba. Jekk il-bord tal-arbitraġġ jiddeċiedi li kwalunkwe miżura meħuda biex tinkiseb il-konformità tkun konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, is-sospensjoni tal-obbligi għandha tiġi mitmuma. TAQSIMA III – DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI Artikolu14 Soluzzjoni Miftiehma Reċiprokament F’kull waqt, il-Partijiet jistgħu jaslu għal soluzzjoni miftiehma reċiprokament għal tilwima taħt dan il-Protokoll. Huma għandhom jinnotifikaw lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” u lill-bord tal-arbitraġġ dwar kwalunkwe soluzzjoni ta’ dan it-tip. Malli jkun innotifikat dwar is-soluzzjoni miftiehma reċiprokament, il-bord għandu jtemm il-ħidma tiegħu u l-proċedura għandha tiġi mitmuma. Artikolu 15 Regoli tal-Proċedura 1. Il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim taħt il-Kapitolu III ta’ dan il-Protokoll għandhom ikunu rregolati mir-Regoli tal-Proċedura annessi ma’ dan il-Protokoll. 2. Kwalunkwe laqgħa tal-bord tal-arbitraġġ għandha tkun miftuħa għall-pubbliku skont ir-Regoli tal-Proċedura, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor. Artikolu 16 Informazzjoni u pariri tekniċi Fuq talba ta’ xi Parti, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jikseb informazzjoni li jqis xierqa għall-proċediment tal-bord tal-arbitraġġ. B’mod partikolari, il-bord tal-arbitraġġ għandu wkoll id-dritt li jikseb l-opinjoni rilevanti tal-esperti kif iqis li huwa xieraq. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jikkonsulta lill-Partijiet qabel jagħżel tali esperti. Kwalunkwe informazzjoni miksuba b’dan il-mod għandha tintwera lil kull waħda mill-Partijiet u titressaq għall-kummenti tagħhom. Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi interessati stabbiliti fil-Partijiet huma awtorizzati jressqu komunikazzjonijiet bil-miktub quddiem il-bordijiet tal-arbitraġġ skont ir-Regoli tal-Proċedura. Tali komunikazzjonijiet għandhom ikunu limitati għall-elementi fattwali tat-tilwima u m’għandhomx jindirizzaw punti ta’ liġi. Artikolu 17 Regoli tal-interpretazzjoni Kwalunkwe bord tal-arbitraġġ għandu jinterpreta d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 skont ir-regoli konswetudinali tal-interpretazzjoni tad-dritt pubbliku internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati. Id-deċiżjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ ma jistgħux iżidu jew inaqqsu d-drittijiet u l-obbligi previsti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2. Artikolu 18 Sentenza u deċiżjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ 1. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jagħmel kull sforz biex kwalunkwe deċiżjoni tittieħed b’konsensus. Madankollu, meta deċiżjoni ma tistax tintlaħaq b’konsensus, il-kwistjoni għandha tkun deċiża b’vot maġġoritarju. Madankollu, fl-ebda każ m’għandhom ikunu ppubblikati l-opinjonijiet tal-arbitri li ma jaqblux. 2. Kull deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ għandha tkun vinkolanti fuq il-Partijiet u m’għandha toħloq l-ebda dritt jew obbligu għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Id-deċiżjoni għandha tippreżenta l-fatti kkonstatati, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-kunċett bażiku wara kwalunkwe konstatazzjoni u konklużjoni li tagħmel. Is-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” għandu jagħmel id-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ disponibbli pubblikament fl-intier tagħha sakemm ma jiddeċidix li ma jagħmilx hekk sabiex jiżgura l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 19 Listi ta’ arbitri 1. Is-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” għandu, mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dhul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, jistabbilixxi lista ta’ mill-inqas 15-il individwu li huma lesti u kapaċi biex iservu ta’ arbitri. Kull waħda mill-Partijiet għandha tipproponi mill-anqas ħames individwi biex iservu ta’ arbitri. Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħżlu wkoll mill-inqas ħames individwi li mhumiex ċittadini ta’ xi waħda mill-Partijiet u li għandhom jaġixxu bħala president tal-bord tal-arbitraġġ. Is-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” għandu jiżgura li l-lista tinżamm dejjem f’dan il-livell. 2. L-arbitri għandu jkollhom għarfien speċjalizzat jew esperjenza tal-liġi u l-kummerċ internazzjonali. Huma għandhom ikunu indipendenti, iservu fil-kapaċijtiaet individwali tagħhom u m’għandhomx jieħdu struzzjonijiet minn xi organizzazzjoni jew gvern, jew ikunu affiljati mal-gvern ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, u għandhom ikunu konformi mal-Kodiċi tal-Kondotta annessa ma’ dan il-Protokoll. 3. Is-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” jista’ jistabbilixxi listi addizzjonali ta’ mill-inqas 15-il individwu li jkollhom tagħrif espert settorjali f’affarijiet speċifiċi koperti minn dan il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Meta jsir rikors għall-proċedura tal-għażla tal-Artikolu 6 paragrafu 2, il-presidenti tas-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” jistgħu jużaw lista settorjali bil-qbil taż-żewġ Partijiet. 4. Jekk il-lista prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx stabbilita meta ssir talba għal medjazzjoni jew għat-twaqqif ta’ bord tal-arbitraġġ, l-arbitri għandhom jintgħażlu bix-xorti mill-individwi li jkunu ġew proposti formalment minn Parti waħda jew miż-żewġ Partijiet. L-individwi proposti għal president tal-bord tal-arbitraġġ jew medjatur ma jistgħux ikunu ċittadini ta’ waħda mill-Partijiet. Artikolu 20 Ir-relazzjoni mal-obbligi tad-WTO 1. Meta Parti tfittex is-soluzzjoni ta’ tilwima rigward obbligu taħt il-Ftehim tad-WTO, hija għandha tirrikorri għar-regoli u l-proċeduri rilevanti tal-Ftehim tad-WTO, li japplikaw minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. 2. Meta Parti tfittex is-soluzzjoni ta’ tilwima rigward obbligu li jaqa’ fil-firxa ta’ dan il-Ftehim kif iddefinit fl-Artikolu 2, hija għandha tagħmel rikors għar-regoli u l-proċeduri ta’ dan il-Ftehim. 3. Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, meta Parti tfittex is-soluzzjoni ta’ tilwima rigward obbligu li jaqa’ fil-firxa ta’ dan il-Ftehim kif iddefinit fl-Artikolu 2, li huwa ekwivalenti fis-sustanza għal obbligu taħt id-WTO, hija għandha tirrikorri għar-regoli u l-proċeduri rilevanti tal-Ftehim tad-WTO, li japplikaw minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. 4. Ladarba jkunu nbdew proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim, il-forum magħżul skont il-paragrafi ta’ hawn fuq, jekk ma jkunx irrinunzja l-ġurisdizzjoni tiegħu, għandu jintuża għall-esklużjoni tal-ieħor. 5. F’dan il-Ftehim, xejn ma jżomm Parti milli timplimenta s-sospenzjoni tal-obbligi awtorizzati mill-Korp tad-WTO għas-Soluzzjoni tat-Tilwim. Il-Ftehim tad-WTO m’għandux ikun invokat biex iżomm lil xi Parti milli tissospendi l-obbligi taħt dan il-Ftehim. Artikolu 21 Termini ta’ skadenza 1. It-termini ta’ skadenza kollha stabbiliti f’dan il-Protokoll, inklużi l-limiti għall-bordijiet tal-arbitraġġ biex jinnotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom, għandhom jingħaddu f’jiem kalendarji mill-jum li jsegwi l-att jew il-fatt li jirreferu għalih. 2. Kwalunkwe limitu taż-żmien imsemmi f’dan il-Protokoll jista’ jkun estiż bil-ftehim reċiproku tal-Partijiet. Il-Partijiet jimpenjaw lilhom infushom biex jagħtu kunsiderazzjoni pożittiva lit-talbiet għal estenzjonijiet ta’ kwalunkwe limitu taż-żmien minħabba diffikultajiet iffaċċjati minn kwalunkwe Parti biex tikkonforma mal-proċeduri ta’ dan il-Protokoll. Fuq talba ta’ Parti, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jestendi t-termini ta’ skadenza applikabbli fil-proċedimenti, filwaqt li jqis il-livell differenti ta’ żvilupp tal-Partijiet. Artikolu 22 Reviżjoni u Modifika tal-Protokoll 1. Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu, il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni jista’ jirrevedi l-implimentazzjoni tagħhom, bil-għan li jiddeċiedi dwar il-kontinwazzjoni, il-modifika jew it-tmiem tagħhom. 2. F’din ir-reviżjoni, il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni jista’ jqis il-possibilità li joħloq Korp tal-Appell komuni għal għadd ta’ Ftehimiet Ewro-Mediterranji. 3. Il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jimmodifika dan il-Protokoll u l-annessi tiegħu. Artikolu 23 Dħul fis-seħħ Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu jkunu tlestew. Magħmul fi ………….., f’żewġ kopji, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Spanjola, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Għarbija, kull wieħed minn dawn it-testi huwa ugwalment awtentiku. Għall-Unjoni Ewropea Għar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu […] […] ANNESSI ANNESS I: REGOLI TAL-PROĊEDURA GĦALL-ARBITRAĠĠ ANNESS II: KODIĊI TAL-KONDOTTA GĦALL-MEMBRI TAL-BORDIJIET TAL-ARBITRAĠĠ U L-MEDJATURI ANNESS I REGOLI TAL-PROĊEDURA GĦALL-ARBITRAĠĠ DISPOżIZZJONIJIET ġENERALI 1. Fil-Protokoll u taħt dawn ir-regoli: “konsulent” tfisser persuna miżmuma minn Parti biex tagħti pariri jew tgħin lil dik il-Parti fil-proċedimenti tal-bord tal-arbitraġġ; “il-Parti li tressaq l-ilment” tfisser kwalunkwe Parti li titlob it-twaqqif ta’ bord tal-arbitraġġ taħt l-Artikolu 5 ta’ dan il-Protokoll; “il-Parti li sar l-ilment dwarha” tfisser il-Parti li hija allegata li tinsab fi ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll; “bord tal-arbitraġġ" tfisser bord imwaqqaf taħt l-Artikolu 6 ta’ dan il-Protokoll; “rappreżentant ta’ Parti” tfisser impjegat jew kwalunkwe persuna maħtura minn dipartiment jew aġenzija tal-gvern jew kwalunkwe entità pubblika oħra ta’ Parti; “jum” tfisser jum kalendarju. 2. L-Unjoni Ewropea għandha tħallas l-ispejjeż konnessi mal-affarijiet organizzattivi fir-rigward tal-konsulenzi, il-medjazzjoni u l-arbitraġġ, bl-eċċezzjoni tar-rimunerazzjoni u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-medjaturi u l-arbitri, li għandhom ikunu kondiviżi. NOTIFIKI 3. Il-Partijiet u l-bord tal-arbitraġġ għandhom jgħaddu kull talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokumenti oħra permezz tal-posta elettronika, b’kopja mibgħuta fl-istess jum bil-faks, bil-posta rreġistrata, b’kurjer, b’kunsinna li għaliha tintalab riċevuta jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni li jipprovdi rekord li d-dokument ikun intbagħat. Sakemm ma jkunx ippruvat mod ieħor, messaġġ bil-posta elettronika għandu jitqies li wasal fl-istess jum li jintbagħat. 4. Parti għandha tipprovdi kopja elettronika ta’ kull sottomissjoni bil-miktub tagħha lill-Parti l-oħra u lil kull wieħed mill-arbitri. Kopja stampata tad-dokument għandha tkun ipprovduta wkoll. 5. In-notifiki kollha għandhom ikunu indirizzati lill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu u lid-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea, rispettivament. 6. Żbalji żgħar ta’ natura klerikali fi kwalunkwe talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokumenti oħra relatati mal-proċeduri tal-bord tal-arbitraġġ jistgħu jkunu kkorreġuti bil-kunsinna ta’ dokument ġdid li jindika t-tibdiliet b’mod ċar. 7. Jekk l-aħħar jum għall-kunsinna ta’ dokument jaħbat jum ta’ btala uffiċjali jew jum ta’ mistrieħ fl-Eġittu jew fil-Komunità, id-dokument jista’ jkun ikkunsinnat fil-jum tan-negozju li jkun imiss. Fl-ewwel Tnejn ta’ kull Diċembru, il-Partijiet għandhom jiskambjaw lista tad-dati tal-btajjel uffiċjali u l-jiem tal-mistrieħ tagħhom b’referenza għas-sena li jmiss. L-ebda dokument, notifika jew talba ta’ kwalunkwe tip m’għandu jitqies li jkun wasal f’jum ta’ btala uffiċjali jew f’jum ta’ mistrieħ. 8. Skont l-oġġett tad-dispożizzjonijiet fit-tilwima, lis-sottokumitati l-oħra rilevanti mwaqqfa taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandha tintbagħtilhom kopja tat-talbiet u n-notifiki kollha skont dan il-Ftehim indirizzata lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment”. BIDU TAL-ARBITRAĠĠ 9. (a) Jekk skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll jew tar-Regoli 19, 20 jew 49 ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura, il-membri tal-bord tal-arbitraġġ jintgħażlu bix-xorti, ir-rappreżentanti taż-żewġ Partijiet għandhom ikunu preżenti meta ssir l-għażla bix-xorti. (b) Sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor, huma għandhom jiltaqgħu mal-bord tal-arbitraġġ fi żmien 10 ijiem mit-twaqqif tiegħu sabiex jiddeterminaw dawk il-kwistjonijiet li l-Partijiet jew il-bord tal-arbitraġġ iqisu xierqa, inklużi r-rimunerazzjoni u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-arbitri, li jkunu skont l-istandards tad-WTO. Il-membri tal-bord tal-arbitraġġ u r-rappreżentanti tal-Partijiet jistgħu jieħdu sehem f’din il-laqgħa permezz tat-telefown jew ta’ konferenza awdjoviżiva. 10. (a) Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, fi żmien 10 ijiem mid-data tal-għażla tal-arbitri, it-termini tar-referenza tal-bord tal-arbitraġġ għandhom ikunu: “li jeżamina, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-kwistjoni msemmija fit-talba għat-twaqqif tal-bord ta’ arbitraġġ, biex jiddeċiedi dwar il-kompatibilità tal-miżura inkwistjoni mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tal-Protokoll u biex jiddeċiedi skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim.” (b) Il-Partijiet iridu jinnotifikaw it-termini tar-referenza maqbula lill-bord tal-arbitraġġ fi żmien 5 ijiem mid-data tal-ftehim tagħhom. SOTTOMISSJONIJIET INIZJALI 11. Il-Parti li tressaq l-ilment għandha tikkunsinna s-sottomissjoni inizjali tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn 25 jum wara d-data tat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ. Il-Parti li sar l-ilment dwarha għandha tikkunsinna l-kontrosottomissjoni tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn 25 jum wara d-data tal-kunsinna tas-sottomissjoni inizjali bil-miktub. ĦIDMA TAL-BORDIJIET TAL-ARBITRAĠĠ 12. Il-president tal-bord tal-arbitraġġ għandu jippresjedi l-laqgħat kollha tal-bord. Bord tal-arbitraġġ jista’ jiddelega lill-president l-awtorità li jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u proċedurali. 13. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Protokoll, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jwettaq l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mezz, inkuż bit-telefown, trażmissjonijiet bil-faks jew kollegamenti bil-kompjuter. 14. L-arbitri biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ, iżda l-bord tal-arbitraġġ jista’ jippermetti lill-assistenti tiegħu li jkunu preżenti waqt id-deliberazzjonijiet tiegħu. 15. L-abbozzar ta’ kwalunkwe deċiżjoni għandha tibqa’ r-responsabilità esklużiva tal-bord tal-arbitraġġ u ma tistax tkun iddelegata. 16. Meta titfaċċa kwistjoni proċedurali li mhijiex koperta mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u l-annessi tiegħu, il-bord tal-arbitraġġ, wara li jikkonsulta lill-Partijiet, jista’ jadotta proċedura xierqa li tkun kompatibbli ma’ dawk id-dispożizzjonijiet. 17. Meta l-bord tal-arbitraġġ iqis li hemm il-ħtieġa li jimmodifika xi limitu taż-żmien applikabbli fil-proċedimenti jew li jagħmel kwalunkwe aġġustament proċedurali jew amministrattiv ieħor, huwa għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet bir-raġunijiet għall-bidla jew l-aġġustament u bil-perjodu jew aġġustament meħtieġ. Il-bord tal-arbitraġġ jista’ jadotta tali bidla jew modifika wara li jikkonsulta lill-Partijiet. SOSTITUZZJONI 18. Jekk arbitru ma jkunx jista’ jipparteċipa fil-proċedimenti, jirtira, jew jeħtieġ li jkun issostitwit, għandu jintgħażel sostitut skont l-Artikolu 6(3). 19. Meta Parti tqis li arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta u għaldaqstant għandu jkun issostitwit, din il-Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra fi żmien 15-il jum minn meta tkun saret taf biċ-ċirkustanzi abbażi tal-ksur materjali tal-Kodiċi tal-Kondotta min-naħa tal-arbitru. Meta Parti tqis li arbitru għajr il-president ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw u, jekk jaqblu dwar dan, jissostitwixxu l-arbitru u jagħżlu sostitut billi jsegwu l-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(3) tal-Protokoll. Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar il-ħtieġa li jkun issostitwit arbitru, kull waħda mill-Partijiet tista’ titlob li tali kwistjoni tkun irreferuta lill-president tal-bord tal-arbitraġġ, u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali. Jekk il-president isib li arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta, huwa għandu jagħżel arbitru ġdid bix-xorti minn fost il-grupp ta’ individwi msemmija taħt l-Artikolu 19(1) tal-Protokoll, li l-arbitru oriġinali kien Membru tiegħu. Jekk l-arbitru oriġinali kien intgħażel mill-Partijiet skont l-Artikolu 6(2) tal-Protokoll, is-sostitut għandu jintgħażel bix-xorti minn fost il-gruppi ta’ individwi li jkunu ġew proposti mill-Parti li tressaq l-ilment u mill-Parti li sar l-ilment dwarha skont l-Artikolu 19(1) tal-Protokoll. L-għażla tal-arbitru l-ġdid għandha ssir fi żmien 10 ijiem mid-data tal-wasla tat-talba lill-president tal-bord tal-arbitraġġ. 20. Meta Parti tqis li l-president tal-bord tal-arbitraġġ ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw u, jekk jaqblu dwar dan, jissostitwixxu l-president u jagħżlu sostitut billi jsegwu l-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(3) tal-Protokoll. Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jibdlu l-president, kwalunkwe Parti tista’ titlob li tali kwistjoni tkun irriferuta lil wieħed mill-membri li jkun fadal fil-grupp ta’ individwi magħżula sabiex jaġixxu bħala presidenti taħt l-Artikolu 19(1) tal-Protokoll. L-isem tiegħu jew tagħha għandu jintgħażel bix-xorti mill-presidenti tas-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment”, jew minn delegat tal-presidenti. Id-deċiżjoni ta’ din il-persuna dwar il-ħtieġa li jinbidel il-president tkun finali. Jekk din il-persuna tiddeċiedi li l-president oriġinali ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta, hija għandha tagħżel president ġdid bix-xorti minn fost il-grupp ta’ individwi li jkun fadal, imsemmi taħt l-Artikolu 19(1) tal-Protokoll, li jistgħu aġixxu bħala presidenti. Din l-għażla tal-president il-ġdid għandha ssir fi żmien 10 ijiem mid-data tal-wasla tat-talba msemmija f’dan il-paragrafu. 21. Il-proċedimenti tal-bord tal-arbitraġġ għandhom ikunu sospiżi matul il-perjodu ta’ żmien użat biex jitwettqu l-proċeduri previsti fil-paragrafi 18, 19 u 20. SEDUTI 22. Il-president għandu jiffissa d-data u l-ħin tas-seduti f’konsultazzjoni mal-Partijiet u l-membri l-oħra tal-bord tal-arbitraġġ, u jikkonferma dan bil-miktub lill-Partijiet. Din l-informazzjoni għandha ssir ukoll disponibbli pubblikament mill-Parti inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti jekk is-seduta tkun miftuħa għall-pubbliku. Sakemm kull Parti taqbel, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jiddeċiedi li ma jsejjaħx seduta. 23. Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, is-seduta għandha ssir fi Brussell jekk il-Parti li tressaq l-ilment tkun ir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu u fil-Kajr jekk il-Parti li tressaq l-ilment tkun l-Unjoni. 2 4 . Il-bord tal-arbitraġġ jista’ jsejjaħ seduta addizzjonali f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss. Ma jistgħux jissejħu seduti addizzjonali għall-proċeduri stabbiliti taħt l-Artikolu 10(2), 11(2), 12(3) u 13(2) ta’ dan il-Protokoll. 25. L-arbitri kollha għandhom ikunu preżenti matul is-seduta sħiħa. 26. Il-persuni li ġejjin jistgħu jattendu s-seduta, irrespettivament minn jekk il-proċeduri humiex miftuħa għall-pubbliku jew le: (a) ir-rappreżentanti tal-Partijiet; (b) il-konsulenti tal-Partijiet; (c) il-persunal amministrattiv, l-interpreti, it-tradutturi u r-relaturi tal-qorti; u (d) l-assistenti tal-arbitri. Ir-rappreżentanti u l-konsulenti tal-Partijiet biss jistgħu jindirizzaw lill-bord tal-arbitraġġ. 27. Mhux aktar tard minn 10 ijiem qabel id-data ta’ seduta, kull Parti għandha tagħti lill-bord tal-arbitraġġ lista tal-ismijiet tal-persuni li jkunu se jitkellmu fis-seduta f’isem dik il-Parti u ta’ rappreżentanti jew konsulenti oħra li jkunu se jattendu s-seduta. 28. Is-seduti tal-bordijiet tal-arbitraġġ għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku, sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor. Jekk il-Partijiet jiddeċiedu li s-seduta hija magħluqa għall-pubbliku, parti mis-seduta tista’, madankollu, tkun miftuħa għall-pubbliku jekk il-bord tal-arbitraġġ, fuq talba mill-Partijiet, jiddeċiedi hekk. Madankollu, il-bord tal-arbitraġġ għandu jiltaqa’ f’seduta magħluqa meta s-sottomissjoni u l-argumenti ta’ xi Parti jkun fihom informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. 29. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jmexxi s-seduta bil-mod li ġej: L-Argument (a) l-argument tal-Parti li tressaq l-ilment (b) l-argument tal-Parti li sar l-ilment dwarha Il-Kontroargument (a) l-argument tal-Parti li tressaq l-ilment (b) il-kontrorisposta tal-Parti li sar l-ilment dwarha 30. Il-bord tal-arbitraġġ jista’ jindirizza mistoqsijiet lil xi Parti fi kwalunkwe ħin waqt is-seduta. 31. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jagħmel arranġamenti għat-tlestija u l-kunsinna, mill-aktar fis possibbli, lill-Partijiet tat-traskrizzjoni ta’ kull seduta. 32. Kull Parti tista’ tagħti sottomissjoni supplimentari bil-miktub rigward kwalunkwe kwistjoni li tkun qamet matul is-seduta fi żmien 15-il jum mid-data tas-seduta. MISTOQSIJIET BIL-MIKTUB 33. Il-bord tal-arbitraġġ jista’ fi kwalunkwe ħin waqt il-proċedimenti jindirizza mistoqsijiet bil-miktub lil waħda mill-Partijiet jew liż-żewġ Partijiet. Kull waħda mill-Partijiet għandha tirċievi kopja tal-mistoqsijiet kollha magħmula mill-bord tal-arbitraġġ. 34. Kull Parti għandha wkoll tipprovdi lill-Parti l-oħra kopja tat-tweġiba tagħha bil-miktub għall-mistoqsijiet tal-bord tal-arbitraġġ. Kull Parti għandha tingħata l-opportunità li tipprovdi kummenti bil-miktub dwar ir-risposta tal-Parti l-oħra fi żmien 10 ijiem mid-data tal-wasla. KUNFIDENZJALITÀ 35. Il-Partijiet għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tas-seduta tal-bord tal-arbitraġġ meta s-seduti jsiru fil-magħluq, skont il-paragrafu 28. Kull Parti għandha tqis bħala kunfidenzjali kwalunkwe informazzjoni sottomessa mill-Parti l-oħra quddiem il-bord tal-arbitraġġ li dik il-Parti tkun indikat bħala kunfidenzjali. Meta Parti tissottometti verżjoni kunfidenzjali tas-sottomissjonijiet tagħha bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ, din għandha wkoll, fuq talba tal-Parti l-oħra, tipprovdi sommarju mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni li jkun hemm fis-sottomissjonijiet tagħha li jista’ jintwera lill-pubbliku, mhux aktar tard minn 15-il jum wara d-data tat-talba jew tas-sottomissjoni, skont liema minnhom isseħħ l-aħħar. Xejn f’dawn ir-regoli ma jżomm lil xi Parti milli tiżvela lill-pubbliku d-dikjarazzjonijiet dwar il-pożizzjonijiet tagħha stess. KUNTATTI EX PARTE 36. Il-bord tal-arbitraġġ m’għandux jiltaqa’ ma’, jew jikkuntattja lil, xi Parti fl-assenza tal-Parti l-oħra. 37. L-ebda membru tal-bord tal-arbitraġġ m’għandu jiddiskuti xi aspett tas-suġġett tal-proċedimenti ma’ Parti waħda jew maż-żewġ Partijiet fl-assenza tal-arbitri l-oħra. SOTTOMISSJONIJIET MHUX MITLUBA 38. Sakemm il-Partijiet ma jkunux qablu mod ieħor, fi żmien ħamest ijiem mid-data tat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ, l-istess bord tal-arbitraġġ jista’ jirċievi sottomissjonijiet mhux mitluba bil-miktub, sakemm dawn isiru fi żmien 10 ijiem mid-data tat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ, huma konċiżi u f’kull każ mhumiex itwal minn 15-il paġna ttajpjata, inklużi kwalunkwe annessi, u li huma direttament rilevanti għall-kwistjoni fattwali taħt kunsiderazzjoni mill-bord tal-arbitraġġ. 39. Is-sottomissjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-persuna, fiżika jew ġuridika, li tkun qiegħda tagħmel is-sottomissjoni, inkluża n-natura tal-attivitajiet tagħha u s-sorsi tal-finanzjament tagħha, u tispeċifika n-natura tal-interess li dik il-persuna għandha fil-proċediment tal-arbitraġġ. Din għandha tkun abbozzata bil-lingwi magħżula mill-Partijiet skont ir-Regoli 42 u 43 ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura. 40. Fid-deċiżjoni tiegħu, il-bord tal-arbitraġġ għandu jelenka s-sottomissjonijiet kollha li jkun irċieva li jkunu konformi mar-regoli msemmija hawn fuq. Il-bord tal-arbitraġġ m’għandu l-ebda obbligu li jindirizza fid-deċiżjoni tiegħu, l-argumenti mressqa f’tali sottomissjonijiet. Kull sottomissjoni miksuba mill-bord tal-arbitraġġ taħt din ir-regola għandha tkun sottomessa lill-Partijiet għall-kummenti tagħhom. KAŻIJIET URĠENTI 4 1. Fil-każijiet ta’ urġenza msemmija f’dan il-Ftehim, il-bord tal-arbitraġġ, wara li jikkonsulta lill-Partijiet, għandu jaġġusta t-termini ta’ skadenza imsemmija f’dawn ir-regoli skont kif ikun jixraq u għandu jinnotifika lill-Partijiet dwar tali aġġustamenti. TRADUZZJONI U INTERPRETAZZJONI 4 2. Matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6.2 tal-Protokoll, u mhux aktar tard mil-laqgħa msemmija fir-Regola 9(b) ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar lingwa tal-ħidma komuni għall-proċedimenti quddiem il-bord tal-arbitraġġ. 43. Jekk il-Partijiet ma jirnexxielhomx jaqblu dwar lingwa tal-ħidma komuni, kull Parti għandha tagħmel arranġamenti u tħallas l-ispejjeż għat-traduzzjoni tas-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha fil-lingwa magħżula mill-Parti l-oħra. 44. Il-Parti li sar l-ilment dwarha għandha tagħmel arranġamenti għall-interpretazzjoni tas-sottomissjonijiet bil-fomm fil-lingwi magħżula mill-Partijiet. 45. Id-deċiżjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ għandhom ikunu nnotifikati bil-lingwa jew lingwi magħżula mill-Partijiet. 46. Kwalunkwe Parti tista’ tipprovdi kummenti dwar kwalunkwe verżjoni tradotta ta’ dokument li tkun saret skont dawn ir-regoli. KALKOLU TAT-TERMINI TA’ SKADENZA 47. Meta, minħabba l-applikazzjoni tal-paragrafu 7 ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura, xi Parti tirċievi dokument f’data differenti mid-data li l-Parti l-oħra tkun irċeviet l-istess dokument, kwalunkwe perjodu ta’ żmien li huwa kkalkulat abbażi tad-data tal-wasla ta’ dak id-dokument għandu jkun ikkalkulat mill-aħħar data tal-wasla ta’ dak id-dokument. PROĊEDURI OĦRA 48. Dawn ir-Regoli tal-Proċedura huma applikabbli wkoll għall-proċeduri stabbiliti taħt l-Artikolu 10(2), 11(2), 12(3) u 13(2) ta’ dan il-Protokoll. Madankollu, it-termini ta’ skadenza stabbiliti f’dawn ir-Regoli tal-Proċedura għandhom ikunu aġġustati skont it-termini ta’ skadenza speċjali previsti għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-bord tal-arbitraġġ f’dawk il-proċeduri l-oħra. 49. Fil-każ li l-bord oriġinali, jew uħud mill-membri tiegħu, ma jkunx jista’ jiltaqa’ mill-ġdid għall-proċeduri stabbiliti taħt l-Artikolu 10(2), 11(2), 12(3) u 13(2) tal-Protokoll, għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 6 tal-Protokoll. Il-limitu taż-żmien għan-notifika tad-deċiżjoni għandu jkun estiż għal 15-il jum. ANNESS II KODIĊI TAL-KONDOTTA GĦALL-MEMBRI TAL-BORDIJIET TAL-ARBITRAĠĠ U L-MEDJATURI Definizzjonijiet 1. F’dan il-Kodiċi tal-Kondotta: (a) “membru” jew “arbitru” tfisser membru ta’ bord tal-arbitraġġ imwaqqaf b’mod effettiv taħt l-Artikolu 6 ta’ dan il-Protokoll; (b) “medjatur” tfisser persuna li tmexxi medjazzjoni skont l-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll; (c) “kandidat” tfisser individwu li ismu jkun fil-lista tal-arbitri msemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan il-Protokoll u li jkun qed jiġi kkunsidrat biex jintgħażel bħala membru ta’ bord tal-arbitraġġ taħt l-Artikolu 6 ta’ dan il-Protokoll; (d) “assistent” tfisser persuna li, skont it-termini tal-ħatra ta’ membru, tmexxi, tirriċerka jew tagħti l-għajnuna lill-membru; (e) “proċediment”, fejn mhux speċifikat mod ieħor, tfisser proċediment ta’ bord tal-arbitraġġ taħt dan il-Protokoll; (f) “persunal”, fir-rigward ta’ membru, tfisser persuni taħt id-direzzjoni u l-kontroll tal-membru, minbarra l-assistenti. Responsabbiltajiet lejn il-proċess 2. Kull kandidat u kull membru għandu jevita kondotta mhux xierqa u d-dehra ta’ kondotta mhux xierqa, għandu jkun independenti u imparzjali, għandu jevita kunflitti ta’ interess diretti jew indiretti u għandu josserva standards għolja ta’ kondotta sabiex jinżammu l-integrità u l-imparzjalità tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim. Il-membri preċedenti għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 15, 16, 17 u 18 ta’ dan il-Kodiċi tal-Kondotta. Obbligi dwar x’għandu jkun żvelat 3. Qabel ma tiġi kkonfermata l-għażla ta’ membru tal-bord tal-arbitraġġ taħt dan il-Protokoll, il-kandidat għandu jiżvela kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni li probabbilment jaffettwa l-indipendenza jew l-imparzjalità tiegħu jew li jista’ raġonevolment joħloq id-dehra ta’ kondotta mhux xierqa jew ta’ preġudizzju fil-proċediment. Għal dan il-għan, il-kandidat għandu jagħmel l-isforzi raġonevoli kollha sabiex isir konxju dwar kwalunkwe interess, relazzjoni u kwistjoni ta’ dan it-tip. 4. Kandidat jew membru għandu jikkomunika biss affarijiet li jikkonċernaw ksur attwali jew potenzjali ta’ dan il-Kodiċi tal-Kondotta lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment” għall-kunsiderazzjoni tal-Partijiet. 5. Meta jintgħażel, membru għandu jibqa’ jagħmel l-isforzi raġonevoli kollha biex isir konxju dwar kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan il-Kodiċi tal-Kondotta u għandu jiżvelahom. L-obbligu li dawn ikunu żvelati huwa dmir kontinwu li jirrikjedi li membru jiżvela tali interessi, relazzjonijiet jew kwistjonijiet li jistgħu jfeġġu waqt kwalunkwe stadju tal-proċediment. Il-membru għandu jiżvela tali interessi, relazzjonijiet jew kwistjonijiet billi jinforma bil-miktub lis-sottokumitat “industrija, kummerċ, servizzi u investiment”, għall-kunsiderazzjoni tal-Partijiet. Dmirijiet tal-membri 6. Meta jintgħażel, membru għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu b’mod sħiħ u bla dewmien matul il-proċediment, u b’mod ġust u kawt. 7. Membru għandu jikkunsidra biss dawk il-kwistjonijiet imqajma waqt il-proċediment u li jitqiesu meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni u m’għandux jiddelega dan id-dmir lil xi persuna oħra. 8. Membru għandu jwettaq il-passi kollha xierqa biex jiżgura li l-assistent u l-persunal tiegħu jkunu konxji tal-paragrafi 2, 3, 4, 5, 16, 17 u 18 ta’ dan il-Kodiċi tal-Kondotta u li jkunu konformi magħhom. 9. Membru m’għandux ikun involut f’kuntatti ex parte rigward il-proċediment. Indipendenza u imparzjalità tal-membri 10. Membru għandu jkun indipendenti u imparzjali u jevita li joħloq dehra ta’ kondotta mhux xierqa jew preġudizzju u m’għandux ikun influwenzat minn interess personali, pressjoni esterna, kunsiderazzjonijiet politiċi, fama pubblika, u lealtà lejn xi Parti jew biża’ mill-kritika. 11. Membru m’għandux jidħol, direttament jew indirettament, għal xi obbligu jew jaċċetta xi benefiċċju li jista’ b’xi mod itellef, jew jidher li jtellef, it-twettiq xieraq tad-dmirijiet tiegħu. 12. Membru m’għandux jinqeda bil-pożizzjoni tiegħu fuq il-bord tal-arbitraġġ biex jaġevola xi interess personali jew privat u għandu jevita azzjonijiet li jistgħu jagħtu l-impressjoni li oħrajn jinsabu f’pożizzjoni speċjali biex jinfluwenzawh. 13. Membru m’għandux jippermetti r-relazzjonijiet jew ir-responsabbiltajiet finanzjarji, kummerċjali, professjonali, familjari jew soċjali jinfluwenzaw l-imġiba jew il-ġudizzju tiegħu. 14. Membru għandu jevita li jidħol f’xi relazzjoni jew jakkwista xi interess finanzjarju li aktarx jaffettwa l-imparzjalità tiegħu jew li jista’ raġonevolment joħloq id-dehra ta’ kondotta mhux xierqa jew ta’ preġudizzju. Obbligi tal-membri preċedenti 15. Il-membri preċedenti kollha għandhom jevitaw azzjonijiet li jistgħu joħolqu d-dehra li kienu ppreġudikati fit-twettiq ta’ dmirijiethom jew li bbenefikaw mid-deċiżjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ. Kunfidenzjalità 16. Ebda membru jew membru preċedenti m’għandu fi kwalunkwe ħin jiżvela jew juża kwalunkwe informazzjoni mhux pubblika rrelatata ma’ proċediment jew miksuba matul proċediment ħlief għall-iskopijiet tal-proċediment innifsu u, f’ebda każ, m’għandu jiżvela jew juża tali informazzjoni biex jikseb vantaġġ personali jew vantaġġ għal ħaddieħor jew biex jaffettwa b’mod ħażin l-interessi ta’ ħaddieħor. 17. Membru m’għandux jiżvela deċiżjoni ta’ bord tal-arbitraġġ jew partijiet minnha qabel il-pubblikazzjoni tagħha skont dan il-Protokoll. 18. Membru jew membru preċedenti m’għandu qatt jiżvela d-deliberazzjonijiet ta’ bord tal-arbitraġġ, jew l-opinjoni ta’ kwalunkwe membru. Spejjeż 19. Kull membru għandu jżomm rekord u jagħti rendikont finali tal-ħin iddedikat għall-proċedura u tal-ispejjeż tiegħu. Medjaturi 20. Id-dixxiplini deskritti f’dan il-Kodiċi tal-Kondotta kif japplikaw għall-membri jew il-membri preċedenti għandhom japplikaw, mutatis mutandis , għall-medjaturi. [1] ĠU C […], […], p. […]. [2] Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll huma mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34 tal-Protokoll li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti li joriġinaw” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva.