Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0313

    Proposta għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Rumanija tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

    /* KUMM/2010/0313 finali - NLE 2010/0174 */

    52010PC0313

    Proposta għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Rumanija tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud /* KUMM/2010/0313 finali - NLE 2010/0174 */


    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 17.6.2010

    KUMM(2010)313 finali

    2010/0174 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

    li tawtorizza lir-Rumanija tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Skont l-Artikolu 395 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (minn hawn 'il quddiem 'id-Direttiva tal-VAT'), il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru biex japplika miżuri speċjali għal deroga minn dik id-Direttiva sabiex jissimplifika l-proċedura tal-ġbir tal-VAT jew sabiex jipprjeveni ċertu tipi ta' evażjoni jew evitar tat-taxxa. Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-23 ta’ Settembru 2009, ir-Rumanija talbet awtorizzazzjoni biex tintroduċi miżuri ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva tal-VAT. B’konformità mal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva tal-VAT, il-Kummissjoni, permezz ta’ ittra datata l-14 ta’ Diċembru 2009, infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba tar-Rumanija. Permezz ta’ ittra datata s-17 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Rumanija li kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat meħtieġa biex tivvaluta t-talba. |

    Kuntest ġenerali Bħala regola ġenerali, l-Artikolu 193 tad-Direttiva tal-VAT jistipula li l-persuna taxxabbli li tforni merkanzija jew servizzi hi normalment responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Il-gvern rumen jixtieq japplika proċedura ta’ ħlas invertit b'tali mod li l-persuna taxxabli li tirċievi l-fornimenti tal-prodotti jew servizzi, issir responsabbli għall-ħlas tal-VAT f'dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin: - il-fornimenti ta’ merkanzija u l-provvista ta’ servizzi minn persuni taxxabbli waqt li jkunu għaddejjin minn proċedura ta’ insolvenza, minnbarra l-bejjiegħa bl-imnut. - fornimenti ta’ prodotti tal-injam minn persuni taxxabbli - speċifikatament, siġar għall-produzzjoni tal-injam, injam biex taħdem bih bit-tond jew bix-xaqq, injam biex jintuża bħala fjuwil, prodotti lesti tal-injam, injam imxellef jew bit-truf kwadri kif ukoll injam mhux irfinut, u injam ipproċessat jew nofsu maħdum. Fir-rigward ta’ persuni taxxabbli li għaddejjin minn proċedura ta’ insolvenza u li qegħdin ifornu prodotti u servizzi, dawn jistgħu ma jkunux jistgħu jħallsu l-VAT fuq il-fornimenti li għamlu lill-awtoritajiet kompetenti, minħabba diffikultajiet finanzjarji. Min-naħa l-oħra, ix-xerrej, jekk ikun persuna taxxabbli, xorta jista’ jnaqqas il-VAT li jrid jitħallas. Il-ħlas invertit mhuwiex se jiġi applikat għal provvisti li jsiru minn bejjiegħa bl-imnut filwaqt li jkunu għaddejjin minn proċedura ta’ insolvenza minħabba d-diffikultajiiet fil-prattika li se jiltaqgħu magħhom biex japplikaw tali miżura, b’mod partikolari biex jiddentifikaw l-istatus tat-taxxa tal-klijenti tagħhom fil-post fejn isir il-bejgħ. Is-settur tal-forestrija fir-Rumanija huwa ta’ importanza ekonomika partikolari. Is-settur jinvolvi numru sinifikanti ta’ negozjanti, ħafna drabi bejjiegħa mill-gdid żgħar u intermedjarji, li ta’ spiss ma jikkonformawx mal-obbligi għall-ħlas tal-VAT li għandhom. Il-klijenti ta’ dawn il-fornituri huma ġeneralment negozji akbar li huma stabbiliti sew fis-suq. Din it-talba se tiġi aċċettata sal-31 ta’ Diċembru 2013. |

    IR-RIżULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

    Mhux rilevanti |

    Ġbir u użu ta’ għarfien espert |

    Ma kienx hemm bżonn ta’ esperti esterni. |

    Valutazzjoni tal-impatt Il-proposta għal deċiżjoni għandha l-għan li tiġġieled kontra evażjoni jew evitar possibbli tal-VAT u għalhekk għandha impatt ekonomiku potenzjalment pożittiv. F'kull każ l-impatt se jkun limitat minħabba l-ambitu ristrett tad-deroga. |

    L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    L-azzjoni proposta fil-qosor L-awtorizzazzjoni biex ir-Rumanija tkun tista’ tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva tal-VAT fir-rigward l-użu ta’ mekkaniżmu ta' ħlas invertit fil-każ ta’ provvisti ta’ prodotti u servizzi minn persuni taxxabbli taħt proċedura ta’ insolvenza, minbarra bejjiegħa bl-imnut, u provvisti ta’ prodotti magħmulin mill-injam. |

    Bażi legali L-Artikolu 395 tad-Direttiva tal-VAT. |

    Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà B’konformità mal-Artikolu 395 tad-Direttiva tal-VAT, Stat Membru li jixtieq idaħħal miżuri li jagħtu deroga mill-imsemmja Direttiva jrid jikseb awtorizzazzjoni mill-Kunsill, li tieħu l-forma ta' Deċiżjoni tal-Kunsill. Il-proposta għalhekk hija konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. |

    Il-prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja(in). |

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna awtorizzazzjoni mogħtija lil Stat Membru fuq talba tiegħu stess u ma tikkostitwixxi l-ebda obbligu. |

    IMPLIKAZZJONI BAġITARJA

    IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

    Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. |

    ELEMENTI MHUX OBBLIGATORJI

    Klawsola ta’ analiżi/reviżjoni/terminazzjoni |

    Il-proposta tinkludi klawsola ta' terminazzjoni. |

    2010/0174 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

    li tawtorizza lir-Rumanija biex tapplika miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

    IL- KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    1. Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-23 ta’ Ġunju 2009, ir-Rumanija talbet awtorizzazzjoni biex tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE.

    2. Permezz tal-ittri datati l-14 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba tar-Rumanija. Permezz tal-ittra datata s-17 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Rumanija li kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat meħtieġa biex tivvaluta t-talba.

    3. L-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE jipprevedi li persuna taxxabbli li tforni merkanzija jew servizzi hija, bħala regola ġenerali, responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-awtoritajiet tat-taxxa.

    4. L-iskop għad-deroga mitluba mir-Rumanija huwa li dak li jirċievi l-fornimenti tal-prodotti jew servizzi jsir responsabbli hu għall-ħlas tal-VAT f’żewġ tipi ta’ ċirkostanzi speċifiċi. L-ewwel każ kopert huwa meta persuni taxxabbli jipprovdu prodotti tal-injam kif definiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. It-tieni każ huwa meta l-oġġetti u/jew servizzi jiġu fornuti minn persuni taxxabbli, bl-eċċezzjoni ta’ bejjiegħa bl-imnut, waqt li jkunu għaddejjin minn proċedura ta' insolvenza.

    5. Negozji li jkunu fi stat ta’ insolvenza ta’ spiss ma jkunux jistgħu jħallsu l-VAT lill-awtoritajiet kompetenti fuq il-fornimenti ta’ merkanzija jew servizzi li jagħmlu, minħabba diffikulatjiet finanzjarji. Madankollu, dak li jirċievi l-merkanzija jew is-servizzi jista’ fil-prinċipju jnaqqas il-VAT anki jekk din ma tkunx tħallset mill-fornitur lill-awtoritajiet kompetenti.

    6. Peress li l-bejjiegħa bl-imnut isibuha diffiċli li jaċċertaw l-istatus tat-taxxa tal-klijenti tagħhom fil-post fejn isir il-bejgħ, il-ħlas invertit ma għandux japplika għal bejjiegħa bl-imnut li jkunu għaddejjin minn proċedura ta' insolvenza.

    7. Ir-Rumanija tiltaqa’ wkoll ma’ problemi fis-suq tal-injam minħabba n-natura tas-suq u n-negozji involuti. Is-suq għandu għadd kbir ta’ impriżi żgħar li l-awtoritajiet Rumeni isibu diffiċli li jikkontrollaw. L-aktar forma komuni ta’ evażjoni tat-taxxa sseħħ meta l-fornitur joħroġ fattura għal fornimenti li jagħmel imbagħad jisparixxi mingħajr ma jħallas it-taxxa lill-awtoritajiet kompetenti filwaqt li jħalli lill-klijent fattura valida li biha dan tal-aħħar jista’ jitlob għal tnaqqis mit-taxxa.

    8. Bin-nominazzjoni tal-persuna li tirċievi l-merkanzija jew is-servizzi bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT fil-każ ta’ fornimenti ta’ prodotti tal-injam minn persuni taxxabbli u fil-każ ta’ fornimenti ta’ merkanzija u provvista ta’ servizzi minn persuni taxxabbli, bl-eċċezzjoni tal-bejjiegħa bl-imnut waqt li jkunu għaddejjin minn proċedura ta’ insolvenza, id-deroga se twarrab id-diffikultajiet affaċċjati mingħajr ma taffettwa l-ammont ta’ taxxa dovut. Dan għandu l-effett li jipprevjeni ċerti tipi ta’ evazjoni jew ta’ evitar tat-taxxa.

    9. Il-miżura hija proporzjonata mal-għanijiet segwiti peress li mhijiex maħsuba biex tapplika b'mod ġenerali, iżda biss għal operazzjonijiet u setturi speċifiċi li jippreżentaw problemi konsiderevoli marbutin mal-ħlas tat-taxxa jew mal-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa.

    10. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għal perjodu limitat ta’ żmien u għalhekk għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba sa dik id-data tista’ ssir evalwazzjoni dwar jekk id-deroga tibqax ġustifikata jew le.

    11. Id-deroga ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-VAT.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Rumanija hija awtorizzata li tinnomina l-persuna taxxabli li tirċievi l-fornimenti ta’ merkanzija jew servizzi imsemmija fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni, bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa.

    Artikolu 2

    Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għal:

    12. Provvisti ta’ prodotti tal-injam minn persuni taxxabbli;

    13. Fornimenti ta’ merkanzija u l-provvista ta’ servizzi minn persuni taxxabbli li jkunu għaddejjin proċedura ta’ insolvenza, bl-eċċezzjoni ta’ bejjiegħa bl-imnut.

    Il-prodotti tal-injam imsemmija fil-punt (1) tal-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu siġar għall-produzzjoni tal-injam, injam biex taħdem bit-tond jew bix-xaqq, injam li se jintuża bħala fjuwil, prodotti lesti tal-injam, injam imxellef jew bit-truf kwadri kif ukoll injam mhux irfinut, u injam proċessat jew nofsu maħdum.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    [1] ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

    Top