Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DC0622

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI RAPPORT ANNWALI DWAR L-ISTRUMENT GĦAL POLITIKI STRUTTURALI GĦAL QABEL L-ADEŻJONI (ISPA) 2009 SEC(2010 1304 final

    /* KUMM/2010/0622 finali */

    52010DC0622




    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussell, 4.11.2010

    COM(2010) 622 finali

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

    RAPPORT ANNWALI DWAR L-ISTRUMENT GĦAL POLITIKI STRUTTURALI GĦAL QABEL L-ADEŻJONI (ISPA) 2009 SEC(2010 1304 final

    WERREJ

    1. Introduzzjoni 3

    2. Il-proġett tal-ISPA 2005HR16PPE001 - Il-Programm tal-Ilma u d Drenaġġ għal Karlovac 4

    3. Il-proġett tal-ISPA 2005HR16PPT001 - Riabilitazzjoni tal-Linja Ferrovjarja minn Vinkovci għal Tovarnik sal-Fruntiera tal-Istat 5

    4. Il-baġit tal-ISPA 6

    5. Il-Proġetti ġodda tal-ISPA 7

    6. Impenji Ġodda 7

    7. Proġetti finanzjati bejn l-2005 u l-2009 7

    8. Ħlasijiet 8

    9. Tabelli ta' sommarju 9

    10. Forom u metodi għall-provvista ta' assistenza teknika 10

    11. Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-pajjiż benefiċjarju 10

    12. Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni 11

    13. L-Implimentazzjoni 12

    14. Monitoraġġ tal-proġett 13

    15. Ġestjoni u kontroll finanzjarji, inkluża l- EDIS 14

    16. Valutazzjoni tar-riskji 15

    17. L-Osservazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 15

    18. Sħab kofinanzjarji - Il-BEI u l-BERŻ 15

    19. L-Akkwist pubbliku 16

    20. Politika għall-kompetizzjoni 16

    21. Politika Ambjentali 16

    22. Il-politika tat-trasport 17

    23. Azzjonijiet ta' reklamar 18

    INTRODUZZJONI

    Wara l-Kunsill Ewropew ta' Brussell f'Ġunju 2004, fejn il-Kroazja ngħatat l-istatus ta' pajjiż kandidat , il-pajjiż beda jibbenefika mill-ISPA mill-1 ta' Jannar 2005. Il-Kroazja għalhekk imxiet wara l-passi tal-pajjiżi benefiċjarji tal-ISPA preċedenti li rċevew għajnuna mill-ISPA minn meta dan l-istrument twaqqaf fis-sena 2000. Fl-1 ta' Jannar 2007, il-Bulgarija u r-Rumanija saru membri tal-Unjoni Ewropea u waqfu jirċievu għajnuna benefiċjarja minn fondi ta' qabel l-adeżjoni, inkluż l-ISPA. L-adeżjoni ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi ħalliet lill-Kroazja bħala l-uniku riċevitur tal-assistenza tal-ISPA. Dan ir-rapport għalhekk ikopri biss l-attivitajiet tal-ISPA mwettqa mill-Kroazja.

    Is-sena 2009 rat kienet xhud ta' progress sinifikanti fir-ritmu tal-implimentazzjoni tal-proġett fil-Kroazja għalkemm sfortunatament dan ma kienx rifless f'żieda li tikkorrispondi mal-ħlasijiet tal-ISPA. Ir-raġuni prinċipali għal dan kien li għadd ta' pproċessar tal-offerti prinċipali maħruġa matul dik is-sena kienu għadhom ma tlestewx sal-aħħar tas-sena minħabba komplikazzjonijiet fil-proċess tas-sejħiet għall-offerti. Madankollu ta' min jinnota l-fluss kontinwu ta' għadd ta' talbiet għal ħlas interim magħmula matul is-sena, xhieda tal-implimentazzjoni fiżika kontinwa.

    Minkejja n-nuqqas ta' progress viżibbli fl-implimentazzjoni fiżika ta' ħlas u kkuntrattar, ta' min jinnota li l-2009 ma kenitx sena bla suċċessi għall-ISPA fil-Kroazja. Sa fl-aħħar, wara li ġie riżolt ammont ta' kwistjonijiet sinifikanti u diffiċli kemm tekniċi kif ukoll legali, inħarġu bosta offerti kruċjali. Barra minn hekk, kemm l-Aġenzija tal-Implimentar kif ukoll il-benefiċjarji finali għamlu sforzi qawwija biex jiżguraw li d-dati tal-iskadenzi jiġu mħarsa u li d-dokumentazzjoni teknika tkun tal-livell mistenni. Ir-riżultat ta' dawn l-isforzi kien li l-implimentazzjoni fiżika tas-sitt (6) proġetti tal-ISPA fil-Kroazja tkun bdiet għaddejja sal-bidu tal-2010.

    L-2009 rat it-tlestija fiżika, kompluta tal-ewwel mis-sitt (6) proġetti tal-ISPA. Barra minn dan, bħala riżultat ta' prezzijiet tal-kuntratti inqas minn dawk mistennija, kien possibbli li jiġu modifikati żewġ (2) Memoranda Finanzjarji ta' proġett biex b'hekk kien hemm żieda fl-ambitu ta' xogħol li għandu jiġi finanzjat mill-fondi tal-ISPA, kif ukoll żieda fir-rata ta' kofinanzjament. Bl-istess għan, aktar modifikazzjonijiet fuq l-erba' (4) Memoranda ta' Finanzjament li għad baqa' huma mistennija iseħħu fl-2010.

    Il-konsegwenza ta' dan ix-xogħol iebes u d-determinazzjoni tal-partijiet kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-proġett tal-ISPA fl-2009 hija li l-kuntratti kruċjali kollha tas-sitt (6) proġetti se jkunu ġew iffirmati sal-bidu tal-2010. B'hekk, dan ifisser li x-xogħol li għandu jsir fl-2010 se jkun konċentrat fuq l-implimentazzjoni fiżika, it-tmexxija tal-proġett, il-monitoraġġ u l-ħlasijiet li jkunu għaddejjin, iktar milli fuq il-ħruġ tal-offerti.

    L-Aġenzija tal-Implimentazzjoni tal-ISPA Kroata, l-Aġenzija Ċentrali tal-Finanzjament u tal-Kuntratti (CFCA), ħadmet ħafna aħjar matul l-2009 b'riżultat ta' akkumulazzjoni gradwali ta' esperjenza u anke żieda fl-għadd ta' impjegati. Iż-żamma tal-impjegati għadha problema, bħalma hi l-attrazzjoni ta' inġiniera bl-esperjenza addattata. Taħriġ sinifikanti għall-impjegati tkompla matul is-sena u jidher ċar li kien hemm progress fil-funzjonament tal-Aġenzija.

    Hemm fattur finali li wieħed għandu jżomm f'moħħu fir-rigward tad-diffikultajiet li wieħed qed jiltaqa' magħhom fl-implimentar tal-proġetti tal-ISPA. Dan huwa l-fatt li sar progress ġenwin fl-2009 minkejja l-bidu parallel tal-implimentazzjoni tal-proġetti iffinanzjati mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA). Il-bidu ta' dawn il-ħidmiet tal-IPA kien jeħtieġ kontribut konsiderevoli mid-diversi korpi li jaħdmu mal-ISPA u speċifikament ż-żewġ ministeri konċernati, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Aġenzija Finanzjarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA).

    IL-PROġETT TAL-ISPA 2005HR16PPE001 - IL-PROGRAMM TAL-ILMA U D DRENAġġ GħAL KARLOVAC

    [pic]

    IL-PROġETT TAL-ISPA 2005HR16PPT001 - RIABILITAZZJONI TAL-LINJA FERROVJARJA MINN VINKOVCI GħAL TOVARNIK SAL-FRUNTIERA TAL-ISTAT

    [pic]

    IL-BAġIT TAL-ISPA

    Skont is-sistema ta' kontabilità tal-Kummissjoni li hija bbażata fuq l-attività, il-baġit tal-ISPA kien kopert minn żewġ linji ta' baġit: il-linja ta' baġit funzjonali B13.01.04.02 u l-linja ta' baġit operazzjonali B13.05.01.01. L-ewwel linja tinkludi l-mezzi biex tkopri n-nefqiet amministrattivi tal-Assistenza Teknika (AT) prinċipalment għar-riinfurzar tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tal-Kroazja. Din intemmet fl-2006. It-tieni linja tal-baġit tinkludi approprjazzjonijiet tal-ħlasijiet li kienu disponibbli għall-implimentazzjoni u l-operat effettiv tal-ISPA għall-Kroazja.

    Il-linja tal-baġit B13.05.01.01 tkopri n-nefqiet kollha biex jiġu kofinanzjati proġetti infrastrutturali (miżuri). Minn din il-linja, fl-2009, tħallas total ta' EUR 6,762,276.41.

    Tabella 1: Il-baġit tal-ISPA għall-2009 – f’Euro

    Linja tal-baġit | Ħlasijiet implimentati |

    Linja tal-baġit funzjonali B13.01.04.02 (magħluqa fl-2006) | 0 |

    Linja tal-baġit operazzjonali B13.05.01.01 | 6,762,276.41 |

    Total | 6,762,276.41 |

    Finanzjament tal-proġetti

    IL-PROġETTI ġODDA TAL-ISPA

    L-ebda proġett ġdid tal-ISPA ma ġie adottat fl-2009.

    IMPENJI ĠODDA

    Minn mindu ntemm l-ISPA fl-2006 ma sar l-ebda impenn ġdid għal proġetti fl-2009, la fis-settur tal-ambjent u lanqas f'dak tat-trasport.

    PROġETTI FINANZJATI BEJN L-2005 U L-2009

    Bejn l-2005 u l-2006, il-Kummissjoni approvat total ta' sitt (6) proġetti fuq il-bażi ta' proposti sottomessi mill-Kroazja. Minn dawn il-proġetti, tlieta (3) jikkonċernaw is-settur tal-ambjent, tnejn (2) is-settur tat-trasport, u miżura waħda (1) ta' AT orizzontali (għall-organizzazzjoni tal-kumitati statutorji ta' monitoraġġ u l-aġenziji tal-implimentazzjoni tal-ISPA sekondarji). Il-prezz totali eliġibbli tal-investiment ta' dawn il-proġetti huwa ta' EUR 107,474,736 b'total ta EUR 59,000,000 jew 54.8%, jiġu allokati bħala għotjiet tal-ISPA. Sal-aħħar tal-2006, il-Kummissjoni kienet ikkommettiet il-100% tal-għotjiet tal-fondi tal-ISPA rriżervati għall-Kroazja biex tkopri l-perjodu 2005-2006, b'dawn l-impenji jitqassmu b'mod bilanċjat bejn is-setturi tal-ambjent u tat-trasport.

    Tabella 2 : Proġetti approvati fil-Kroazja fil-perjodu 2005-2006[1] - f'Euro

    Trasport | 2 | 60,924,700 | 29,271,310 | 56.5 | 29,271,310 |

    AT orizzontali | 1 | 262,335 | 262,335 | 100 | 262,335 |

    Ambjent | 5,486,527.00 | 2,390,822.62 | 7,877,349.62 |

    Trasport | 8,387,352.30 | 4,371,453.79 | 12,758,806.09 |

    TA | 209,868.00 | 0 | 209,868.00 |

    Total | 14,083,747.30 | 6,762,276.41 | 20,846,023.71 |

    TABELLI TA' SOMMARJU

    It-tabella 4 ta' hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali tal-interventi tal-ISPA kemm għas-sena 2009 kif ukoll għall-perjodu 2005-2009.

    Tabella 4: Proġetti deċiżi fil-Kroazja fl-2005-2009 - f'Euro

    Sotto-settur | Nru ta' proġetti | Spejjeż eliġibbli | Kontribuzzjoni mill-ISPA-{}- | 2009 | 2005 – 2009 |

    Ilma | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    Ilma u drenaġġ inkluż it-trattament | 1 | 36,000,000 | 22,500,000 | 0 | 2,217,698.68 | 22,500,000 | 6,717,698.68 |

    Impjant tat-trattament tad-drenaġġ | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    Skart solidu | 1 | 8,823,601 | 6,000,049 | 0 | 0 | 6,000,049 | 600,005.00 |

    Kwalità tal-arja | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    Orizzontali | 1 | 1,464,100 | 966,306 | 0 | 173,123.94 | 966,306 | 559,645.94 |

    Total tas-settur | 3 | 46,287,701 | 29,466,355 | 0 | 2,390,822.62 | 29,466,355 | 7,877,349.62 |

    Trasport |

    Toroq | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    Il-ferroviji | 1 | 60,182,962 | 28,789,180 | 0 | 4,275,027.79 | 28,789,180 | 12,565,954.09 |

    Toroq u ferroviji | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    Kanali tal-ilma interni | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    Ajruporti | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    Orizzontali | 1 | 741,738 | 482,130 | 0 | 96,426 | 482,130 | 192,852.00 |

    Total tas-settur | 2 | 60,924,700 | 29,271,310 | 0 | 4,371,453.79 | 29,271,310 | 12,758,806.09 |

    Orizzontali |

    AT | 1 | 262,335 | 262,335 | 0 | 0 | 262,335 | 209,868 |

    Total tas-settur | 1 | 1,464,100 | 966,306 | 0 | 173,123.94 | 966,306 | 559,654.94 |

    Trasport |

    Total tas-settur | 1 | 741,738 | 482,130 | 0 | 96,426.00 | 482,130 | 192,852.00 |

    AT orizzontali |

    Total tas-settur | 1 | 262,335 | 262,335 | 0 | 0 | 262,335 | 209,868.00 |

    TOTAL | 3 |2,468,173 |1,710,771 |0 |269,549.94 |1,710,771 |962,374.94 | | ASSISTENZA TEKNIKA FUQ L-INIZJATTIVA TAL-KUMMISSJONI

    Mindu beda l-ISPA, l-attivitajiet ta’ assistenza teknika mwettqa fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew f’isimha, kienu kkonċentrati fuq l-awtorizzazzjoni lid-Delegazzjoni tal-UE li twettaq il-proċeduri ta’ kontroll ex-ante tagħha (inkluża l-evalwazzjoni tal-proġett) skont l-istandards meħtieġa għall-immeniġjar tal-fondi tal-UE. L-ebda miżuri ta’assistenza teknika bħal dawn ma ġew iffinanzjati mill-ISPA mill-2006 'l hawn. Il-miżuri kollha bħal dawn, minn dak iż-żmien, ġew iffinanzjati mill-IPA.

    Il-Ġestjoni u l-implimentazzjoni

    L-IMPLIMENTAZZJONI

    L-ewwel żewġ proġetti fil-Kroazja kienu approvati f'Diċembru 2005, bl-erbgħa l-oħra finali jiġu approvati f'Lulju u Settembru 2006. Sa tmiem l-2009, kienet tnediet l-implimentazzjoni fiżika fuq ħamsa (5) mis-sitt (6) proġetti tal-ISPA, inklużi t-tnejn (2) mit-tliet (3) proġetti ta’ infrastruttura. L-aħħar proġett ta' infrastruttura kien ukoll fil-proċess tas-sejħa għall-offerti bil-kuntratti mistennija jiġu ffirmati fil-bidu tal-2010. Tliet kuntratti tal-ISPA issa tlestew u numru ieħor wasal fi stadju avvanzat ħafna. Barra minn hekk, proġett wieħed mit-tliet (3) proġetti tal-infrastruttura ġie ikkuntrattat kollu u qiegħed fi stat avvanzat ta' implimentazzjoni b'madwar 65% tax-xogħol lest (ara r-ritratti tal-proġett f'paġna 6).

    Sal-aħħar tal-2009 kien għad baqa' total ta' sitt kuntratti biex tinħarġilhom is-sejħa għall-offerti, li minnhom erbgħa (4) kienu kuntratti ta' provvisti. Żewġ sejħiet oħra kienu fil-proċess ta' evalwazzjoni waqt li kuntratt (1) ieħor kien wasal biex terġa' tinħariġlu s-sejħa għall-offerti minħabba t-tmiem tal-kuntratt.

    Problemi sinifikanti fis-sejħiet tal-offerti u l-ikkuntrattar komplew jinħassu fl-2009 bi tliet (3) offerti kruċjali (tnejn tax-xogħlijiet u ieħor tas-servizzi) ikollhom jiġu repetuti biex b'hekk dewmu u kkomplikaw l-implimentazzjoni tal-proġetti affettwati. Barra minn hekk, kuntrattur rebbieħ temm il-kuntratt tiegħu wara bosta xhur ta' implimentazzjoni, bir-riżultat li l-kuntratt irid jerġa' jinħareġ għall-offerti.

    Il-biċċa l-kbira mill-kuntratti tal-ISPA issa waslu fl-aħħar stadji tal-ikkuntrattar. Bħala riżultat qed tingħata iktar u iktar attenzjoni biex jiġi żgurat li l-ammont allokat għal kull proġett ikun imħallas kollu. Bħala riżultat jistgħu jsiru aġġustamenti lill-proġetti billi jiġi modifikat il-memorandum finanzjarju rispettiv matul l-2010.

    Wara li saret modifika lit-test Linji Gwida dwar l-Għeluq tal-Fond ta' Koeżjoni u l-proġetti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA 2000-2006[2], adottat biex tiġi estiża d-data finali tal-eliġibbiltà tan-nefqa sal-31 ta' Diċembru 2011, għall-proġetti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA (u issa taħt il-Fond ta' Koeżjoni) approvati għall-ewwel darba mill-1 ta' Jannar 2004 'l quddiem, u sal-31 ta' Diċembru 2012 għal proġetti adottati mill-1 ta' Jannar 2004 'l quddiem b'għajnuna ta' 100 miljun EUR jew aktar, proposti simili se jiġu ppreparati għal proġetti tal-infrastruttura li bħalissa qegħdin jiġu implimentati l-Kroazja. L-estensjoni tad-data finali tal-eliġibbiltà kienet inizjattiva tal-Kummissjoni biex tagħti għajnuna lill-pajjiżi benefiċjarji ta' proġetti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA (u issa taħt il-Fond ta' Koeżjoni) waqt il-kriżi ekonomika. Fil-każ tal-Kroazja din is-sena ta' estensjoni tista' tagħti l-possibbiltà li l-fondi kollha tal-ISPA allokati għall-pajjiż benefiċjarju jkunu mqassma bl-aħjar mod.

    Matul l-2009, il-prestazzjoni tal-aġenzija Kroata għall-implimentazzjoni tal-ISPA baqgħet irregolari, għalkemm ġie nnutat titjib ġenerali. Fost ir-raġunijiet għal din il-prestazzjoni diżappuntanti hemm dawk tal-pressjonijiet dejjem jikbru fuq il-persunal li issa qed ikollu jlaħħaq ukoll mal-implimentar tal-proġetti tal-IPA. Barra minn hekk, il-proċeduri interni twal u kultant burokratiċi ħafna tal-amministrazzjoni Kroata kkontribwew għal dan il-pass ta' implimentazzjoni xejn sodisfaċenti.

    Bħala konklużjoni fuq nota pożittiva, ta' min wieħed jinnota li sal-aħħar tal-2009 kważi s-sitt (6) proġetti tal-ISPA kollha kienu fil-proċess ta' implimentazzjoni. Kull kuntratt kruċjali bħalissa jew qed jiġi implimentat jew inkella qed jistenna li jiġi ffirmat fi żmien qasir. Barra minn dan, il-ftit kuntratti li għad iridu li tinħarġilhom is-sejħa għall-offerti qegħdin jew diġà fl-istadju tas-sejħa, jew l-għoti tagħhom huwa imminenti. Madankollu, l-ebda wieħed minnhom ma huwa urġenti. Għalhekk wieħed ikun qed jgħid il-verità meta jgħid li l-2009 kienet sena kruċjali fir-rigward tas-suċċess tal-ISPA għall-Kroazja. Madankollu, minkejja d-diffikultajiet qawwija, l-awtoritajiet fl-aħħar irnexxielhom jagħmlu progress ġenwin bħala riżultat tal-isforzi kollha magħmula minn dawk kollha li kellhom x'jaqsmu.

    MONITORAġġ TAL-PROġETT

    Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ġenerali tal-progress u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-ISPA huma żgurati minn laqgħat regolari fl-uffiċċji tad-Delegazzjoni tal-UE, mir-rapporti ta' monitoraġġ imressqa mill-korpi tal-implimentazzjoni, minn żjajjar fuq is-sit mill-persunal tal-Kummissjoni, minn monitoraġġ formali permezz ta' żewġ laqgħat fis-sena tal-Kumitat għall-Monitoraġġ tal-ISPA fil-Kroazja, kif ukoll mill-preżentazzjoni tar-rapporti annwali għal kull proġett tal-ISPA mill-awtorità tal-implimentazzjoni.

    Saru żewġ laqgħat tal-Kumitati għall-Monitoraġġ tal-ISPA fil-Kroazja fl-2009; f'Ġunju u f’Novembru rispettivament. Waqt dawn iż-żewġ laqgħat ingħatat ħafna attenzjoni lejn is-soluzzjoni tal-problemi konnessi ma' żewġ sejħiet għall-offerti ta' xogħlijiet kruċjali li kellhom jiġu ripetuti wara żewġ tentattivi mingħajr suċċess biex jingħata l-kuntratt tax-xogħol. Minkejja din il-komplikazzjoni, iż-żewġ offerti reġgħu nħarġu wara xi aġġustamenti siewja fuq id-dokumenti tal-offerti u sal-aħħar tas-sena ż-żewġ proċeduri tal-offerti kienu qed joqorbu lejn it-tmiem.

    Kwistjonijiet oħra li ngħataw attenzjoni partikolari waqt il-laqgħat tal-kumitat kienu dawn li ġejjin: iż-żieda fil-komplikazzjonijiet fl-implimentar tal-proġetti, li beda riesaq dejjem aktar lejn d-data finali tal-eliġibbiltà tal-ħlasijiet, jiġifieri Diċembru 2010; il-ħtieġa li jitnaqqas il-ħin neċessarju fl-amministrazzjoni Kroata għall-approvazzjoni tad-dokumenti; il-ħtieġa li l-proċeduri tat-talbiet għall-offerti jiġu osservati b'mod aktar strett (din kienet ir-raġuni għall-falliment ta' wieħed mill-kuntratti tax-xogħlijiet msemmi fuq); il-ħtieġa li jiġu modifikati żewġ (2) Memoranda Finanzjarji biex tiġi estiża għall-massimu d-data finali tal-eliġibbiltà tal-ħlasijiet, tiġi aġġustata r-rata kofinanzjarja u l-ambitu tax-xogħol meħtieġ wara li s-sejħiet għall-offerti kollha jitlestew; ir-rekwiżiti biex jiġu ppreparati r-rapporti finali; diskussjonijiet dwar il-prestazzjoni insodisfaċenti tal-kuntratturi u l-konsegwenzi tat-tmiem ta' kuntratt speċifiku; l-allokazzjoni u l-użu tal-interessi ġġenerati fuq il-kontijiet individwali tal-ISPA; l-użu ta' fondi "żejda" tal-ISPA wara li jitlesta l-proċess tal-ikkuntrattjar għal kull proġett individwali tal-ISPA; il-ħtieġa li jiżdiedu l-livelli tal-persunal fil-korpi rilevanti Kroati involuti fl-implimentazzjoni tal-proġett; il-modifikazzjonijiet meħtieġa fuq il-kumplament tal-Memoranda Finanzjarji, kif ukoll il-ħtieġa li jintalab permess speċjali biex tiġi estiża d-data finali tal-eliġibbiltà għat-tliet (3) proġetti tal-infrastruttura sa Diċembru 2011 (din l-estensjoni diġà ngħatat lil xi proġetti tal-Fondi ta' Koeżjoni eks-ISPA approvati fl-2005 u l-2006) biex jippermettu assorbiment totali tal-fondi tal-ISPA.

    ġESTJONI U KONTROLL FINANZJARJI, INKLUżA L- EDIS

    Ir-rekwiżiti ewlenin kemm għall-ġestjoni u l-kontroll finanzjarji kif ukoll għat-trattament tal-irregolaritajiet huma rregolati mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-ISPA[3] u tal-Anness III tal-Memorandum Finanzjarju, kif applikabbli skont ir-reġim ex ante ta' kontroll mill-Kummissjoni. Dawn ir-rekwiżiti huma simili għal dawk applikabbli għall-Fond ta' Koeżjoni u l-Fondi Strutturali. L-elementi prinċipali jirreferu għat-twaqqif ta' sistemi u proċeduri interni ta' kontroll finanzjarju li jistgħu jiżguraw proċeduri ta' akkwist trasparenti u mhux diskriminatorji, il-preċiżjoni tan-nefqa ddikjarata, ħila adegwata ta' verifika interna, rekord tal-verifika suffiċjenti u trattament xieraq tal-irregolaritajiet.

    L-unità tal-verifika tad-DĠ REGIO kienet oriġinarjament ippjanat li tmexxi verifika tal proġetti tal-ISPA fil-Kroazja fl-2009. L-intenzjoni kienet biex ikun żgurat li l-informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni u d-dħul finanzjarju relatat mal-proġetti tal-ISPA tipprovdi assigurazzjoni dwar: 1) il-legalità u r-regolarità tad-dikjarazzjonijiet tal-infiq lill-Kummissjoni; 2) il-konformità mal-politiki tal-UE, partikolarment fejn jidħlu ħtiġijiet ta' pubbliċità; 3) il-konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba. Madankollu, minħabba diversi raġunijiet il-verifika kellha tiġi posposta għal mhux qabel il-bidu tal-2010.

    L-attenzjoni prinċipali tal-unità tal-verifika fl-2009 kienet fuq attivitajiet konnessi mat-tnedija tal-IPA[4]. Minkejja li l-unità tal-verifika (u d-Delegazzjoni tal-UE) ma mexxiet l-ebda missjoni lejn il-Kroazja fl-2009, hija kompliet tagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet Kroati biex itejbu l-kompetenza istituzzjonali tagħhom billi jkomplu jirreklutaw u jħarrġu lill-persunal tagħhom.

    Id-delegazzjoni tal-UE f'Żagreb kompliet tkun il-mekkaniżmu prinċipali biex tiżgura ġestjoni u kontroll finanzjarji sodi. Ir-rata ta' rifjut ta' dokumenti tal-ISPA għadha għolja, sinjal ċar li għad irid isir aktar xogħol mill-awtoritajiet Kroati biex jirbħu l-fiduċja fil-kapaċità tagħhom ta' tmexxija indipendenti u tajba tal-fondi tal-ISPA. Ta' min jinnota f'dan il-kuntest li fid-Delegazzjoni tal-UE għad hemm nuqqas ta' persunal wara tentattivi ta' reklutaġġ li fallew u dan, flimkien ma' żieda sinifikanti ta' xogħol relatat mal-attivitajiet tal-IPA, poġġa pressjoni u xogħol kbir fuq il-persunal tad-Delegazzjoni.

    SID

    Ir-rekwiżit għall-akkreditazzjoni tas-SID (Sistema Deċentraliżżata ta' Implimentazzjoni) tal-aġenzija tal-implimentazzjoni fil-Kroazja, timxi mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 164 tar-Regolament Finanzjarju[5]. L-akkreditazzjoni tas-SID ingħatat mill-Kummissjoni fit-13 ta' Frar 2006.

    EDIS

    Minn mindu spiċċa l-ISPA fl-2006 permezz tal-introduzzjoni tal-Istrument Għall-assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA,) l-għan taċ-ċaqliq tal-ISPA għal EDIS (billi tintuża s-Sistema amministrattiva ta' Implimentazzjoni Deċentraliżżata Estiża – EDIS b'kontroll ex-post biss mill-Kummissjoni) sar superfluwu. Sforzi reċenti mill-awtoritajiet Kroati għalhekk kienu iktar konċentrati fuq il-preparazzjoni tal-istrutturi tal-IPA għaċ-ċaqliq lejn l-EDIS, minħabba li dawn l-istrutturi se jkunu qed jitħaddmu fil-futur sal-Adeżjoni. Sadanittant id-Delegazzjoni tal-UE fil-Kroazja qed tkompli tesegwixxi r-rwol importanti tagħha fis-superviżjoni tat-tmexxija, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' kuljum tal-miżuri tal-ISPA.

    Valutazzjoni tar-riskji

    L-istrateġija ta' verifika ppjanata għall-2009 kienet ibbażata fuq ir-riżultati tal-analiżi tal-istat tal-implimentazzjoni tal-ISPA u l-għanijiet relatati tad-Direttorat tal-Verifika tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali. L-istrateġija ta' verifika tistipula l-għanijiet li huma definiti mill-maniġment superjuri tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali. Dawn l-għanijiet huma definiti fuq il-bażi ta' diskussjonijiet dettaljati mad-direttorati operazzjonali li matulhom jinqasam tagħrif dwar riskji potenzjali. L-istrateġija ta' verifika imbagħad tistipula l-azzjonijiet biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, waqt li tqis ir-riskji identifikati. B'mod ġenerali, ir-riskji huma minimizzati bl-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija. Minkejja li oriġinarjament kien ippjanat li ssir verifika tal-ISPA fil-Kroazja fl-2009, din ma saritx. Il-verifika ppjanata ġiet skedata mill-ġdid għall-bidu tal-2010.

    Skont is-sistema tal-approvazzjoni ex-ante , se tingħata prijorità biex ikun żgurat li jsiru biżżejjed proċeduri ta' kontroll fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-proġett u tal-ħlasijiet. Madankollu, l-amministrazzjoni tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni għandha riskju inerenti billi l-fondi huma mqassma minn diversi organizzazzjonijiet u sistemi. L-eliġibbiltà tan-nefqa hija determinata permezz tal-konformità ma' regoli u kundizzjonijiet iffissati fuq livell tal-UE u nazzjonali li jistgħu jwasslu għal kumplessità u riskju ta' miżinterpretazzjoni.

    L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

    L-ebda missjoni jew verifika ma saret fil-Kroazja fl-2009.

    SħAB KOFINANZJARJI - IL-BEI U L-BERŻ

    Minħabba l-esperjenza tagħhom fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti, il-Kummissjoni żammet kuntatt regolari ma' dawn l-istituzzjonijijet ta' self, kemm fil-livell orizzontali kif ukoll għall-fini ta' koordinament ta' politika u kwistjonijiet ta' metodoloġija dwar il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni, u fil-livell ta' pajjiżi. Il-ħiliet speċjalizzati ta’ dawn il-Banek fl-istrutturar ta' forom differenti ta' ffinanzjar permezz ta' għotjiet/self, inklużi arranġamenti ta' sħubija bejn is-servizz pubbliku u l-privat, huma ta' għajnuna kbira għat-tijib tal-kwalità tal-proġetti ffinanzjati mill-ISPA. Madankollu, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) mhu involut fl-ebda proġett tal-ISPA fil-Kroazja.

    Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp (BERŻ) huwa l-uniku Istituzzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFI) li huwa attivament involut fi proġett tal-ISPA fil-Kroazja b'dispożizzjoni ta’ EUR 10 miljun għal proġett ambjentali approvat fl-2005 – il-Programm ta’ Trattament tal-Ilma u tad-Drenaġġ għal Karlovac. Għalhekk, rappreżentanti tal-BERŻ ħadu sehem fiż-żewġ Kumitati ta' Monitoraġġ li saru fil-Kroazja fl-2009.

    Kontribuzzjoni għall-politika tal-Unjoni Ewropea

    L-AKKWIST PUBBLIKU

    It-twettiq tar-rekwiżiti legali għal akkwist pubbliku li huwa raġonevoli, ġust u trasparenti kif miġbur fir-regoli tal-PRAG irriżulta li kien sfida kbira fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-ISPA. Diffikultajiet biex tkun żgurata l-konformità mal-prinċipji tax-xiri mill-UE wasslu għal dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-ISPA u f'ħafna każijiet, ir-repetizzjoni tal-ħruġ tal-offerti. Għalhekk baqa' jinħass il-bżonn li s-servizzi tal-Kummissjoni – speċjalment id-Delegazzjoni tal-UE f'Żagreb – jintervjenu biex jiżguraw li l-proċeduri jiġu applikati korrettament u li l-iżbalji jitranġaw. Barra minn dan, din ġieli kellha tassisti lill-Aġenzija tal-Implimentazzjoni biex tittratta ilmenti mingħand xi entitajiet li jkunu tefgħu l-offerti. Ġeneralment, il-kwalità tad-dokumenti tal-ħruġ għall-offerti tjiebet, imma dan it-titjib huwa xi ftit jew wisq irregolari.

    L-approvazzjoni ex-ante mill-Kummissjoni, li tirregola s-sejħiet għall-offerti u l-ikkuntrattjar tal-proġetti tal-ISPA, għadha ġustifikata minħabba li l-pjanijiet għaċ-ċaqliq għal EDIS issa twaqqgħu kompletament (ara fuq). Taħt is-sistema ta' approvazzjoni ex-ante kurrenti u b'konformità mad-deċiżjoni tas-SID għall-għotja ta' amministrazzjoni, hija is-CFCA biss li għandha r-rwol tal-awtorità tal-ikkuntrattjar responsabbli mill-implimentazzjoni tal-proġett, waqt li l-Kummissjoni tappoġġja kull pass tal-akkwist. Dan ifisser li, għalkemm il-Kummissjoni mhijiex sieħba kuntrattwali, hija ġġorr responsabbiltà konġunta għall-korrettezza fil-proċeduri tal-proċess tal-akkwisti (mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-kuntratti bejn benefiċjarji u kuntratturi huma invalidi).

    POLITIKA GħALL-KOMPETIZZJONI

    Minħabba li l-assistenza tal-ISPA hija primarjament immirata biex tkopri n-nefqa pubblika – jew ekwivalenti – dwar proġetti ta' utilità, ġeneralment ma toħloqx problemi ta' inkompatibbilità mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni. Sakemm ir-regoli tal-akkwist pubbliku ma jinkisrux, u sakemm huwa garantit l-aċċess liberu għal din it-tip ta' infrasstruttura għal kull operatur li għandu l-kundizzjonijiet tekniċi u legali neċessarji kollha, din l-għajnuna ma tagħtix xi tip ta' vantaġġ speċjali lil ditti speċifiċi.

    POLITIKA AMBJENTALI

    Bil-provvista ta’ għajnuna diretta għall-proġetti ambjentali li għandhom prijorità, l-ISPA kkontribwiet għall-implimentazzjoni tal-politika ambjentali u l-kompatibbilità mal-istandards tal-UE fil-Kroazja. L-esperjenza mirbuħa mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġett tiżviluppa l-kapaċità amministrattiva u żżid il-veloċità tar-riforma settorjali fis-settur ambjentali. B'mod partikolari, l-kapaċità amministrattiva qed tkun imsaħħa fir-rigward tal-ippjanar u l-prijoritizzazzjoni tal-investiment ambjentali. Sar ukoll progress kostanti fl-implimentazzjoni tad-direttiva tal-AEA (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni)[6], partikolarment l-aspetti relatati mal-konsultazzjoni pubblika. Huwa mistenni li l-ISPA b'dan il-mod se tikkontribwixxi għal progress fil-protezzjoni tal-ambjent fil-Kroazja.

    F'dan ir-rigward, huwa importanti li jkun enfasizzat li, fejn tidħol il-Kroazja, l-introduzzjoni tal-IPA, bin-numru akbar ta' korpi tagħha u lista ta' proġetti addizzjonali, il-provvista ta' riżorsi finanzjarji u umani għall-implimentazzjoni (inklużi monitoraġġ, spezzjoni, provvista ta' permessi u rappurtaġġ) għandha tkun żgurata.

    IL-POLITIKA TAT-TRASPORT

    In-netwerks tat-trasport fil-Kroazja, kif miftiehma skont it-TINA (Evalwazzjoni tal-Ħtiġijiet tal-Infrastruttura tat-Trasport) u r-REBIS (Studju dwar l-Infrastruttura tar-Reġjun tal-Balkani) inbnew madwar qafas ta’ kurituri pan-Ewropej. Ħafna minnhom huma mqassma madwar it-territorju tal-Kroazja inklużi l-Kurituri VII (ix-xmara Danubju), X (Salzburg-Ljubljana-Zagreb-Beograd-Nis-Skopje-Veles-Thessaloniki, inkluża l-fergħa Xa) kif ukoll il-Kuritur V, li għandu żewġ fergħat fil-Kroazja (Vb - Budapest, Zagreb Rijeka, u Vc - Budapest, Sarajevo, Ploče). Dawn in-netwerks kienu użati bħala bażi ta' ppjanar għall-istrateġija tat-trasport nazzjonali għall-finijiet tal-ISPA. Bħala konsegwenza ta' dan, il-proġett tat-trasport tal-ISPA waħdu jifforma parti min-netwerks TINA u REBIS, jiġifieri jikkonċerna l-kostruzzjoni jew ir-riabilitazzjoni ta’ sezzjoni, punt nodali, jew aċċess li għandu x’jaqsam man-netwerks. In-netwerks TEN-T għall-Kroazja huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tas-SEETO (L-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk tal-Ewropa).

    Koordinazzjoni bejn l-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni

    Koordinazzjoni mad-Delegazzjonijiet tal-UE

    Laqgħat perjodiċi kienu organizzati mis-servizzi tal-Kummissjoni (DĠ Tkabbir, DĠ Relazzjonijiet Esterni u DĠ Politika Reġjonali) bl-esperti fid-Delegazzjonijiet responsabbli għall-PHARE u l-ISPA biex jiddiskutu kwistjonijiet ta' programmazzjoni u implimentazzjoni, b'mod partikolari dawk relatati mas-sejħiet għall-offerti u l-kuntratti.

    Koordinazzjoni mal-istrument tal-IPA

    Sabiex tkun żgurata l-koordinazzjoni effiċjenti tal-attivitajiet u l-prevenzjoni tad-duplikazzjoni, fl-organizzazzjoni taż-żewġ Kumitati għall-Monitoraġġ tal-ISPA miżmuma fil-Kroazja fl-2009, ġew ikkunsidrati il-kwistjonijiet relatati mal-komponent tal-Iżvilupp Reġjonali tal-IPA. Żewġ (2) miżuri ta' assistenza teknika li kienu ffinanzjati mill-ISPA jikkonċernaw il-preparazzjoni ta' lista ta' proġetti għall-implimentazzjon permezz tal-kofinanzjament tal-IPA.

    AZZJONIJIET TA' REKLAMAR

    Ma twettqet l-ebda azzjoni ta' reklamar sinifikanti fl-2009 fir-rigward tal-proġetti tal-ISPA.

    [1] Ma ġie approvat l-ebda proġett mill-2006 'l hawn minħabba fit-tmiem tal-programm ISPA f'dik is-sena.

    [2] SEC(2008) 415 tat-28.3.2008

    [3] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi Strument għall-Politika Strutturali għal Qabel l-Adeżjoni [ĠU L 161, 26.6.1999, p. 73].

    [4] L-attenzjoni prinċipali tal-unità tal-verifika fl-2009 kienet li jkollha assigurazjoni raġonevoli li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-proġetti tal-ISPA jibqgħu konformi mar-rekwiżiti applikabbli għar-regolamenti filwaqt li jitħaddmu effettivament.

    [5] Id-dispożizzjoni, madankollu, tħassret b'effett mill-1 ta' Mejju 2007 bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 [ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1].

    [6] Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-evalwazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati dwar l-ambjent [ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40].

    Top