Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0291

    Il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas- 7 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (kodifikazzjoni) (COM(2010)0204 – C7-0112/2010 – 2010/0110(COD))
    P7_TC1-COD(2010)0110 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 7 ta' Settembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (kodifikazzjoni)

    ĠU C 308E, 20.10.2011, p. 92–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 308/92


    It-Tlieta 7 ta’ Settembru 2010
    Il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni ***I

    P7_TA(2010)0291

    Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (kodifikazzjoni) (COM(2010)0204 – C7-0112/2010 – 2010/0110(COD))

    2011/C 308 E/20

    (Proċedura leġislattiva ordinarja: kodifikazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0204),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 46 tat-Trattat FUE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0112/2010),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat FUE,

    wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati indirizzati lill-President tiegħu mill-parlamenti nazzjonali dwar il-konformità tal-abbozz ta’ att mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Lulju 2010,

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0222/2010),

    A.

    billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


    It-Tlieta 7 ta’ Settembru 2010
    P7_TC1-COD(2010)0110

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Settembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (kodifikazzjoni)

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru …/2011)


    Top