This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009PC0657
Proposal for a Council Decision on the Community position to be taken in the EU – Switzerland Joint Committee established in the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation in the audiovisual field, establishing the terms and conditions for the participation of the Swiss Confederation in the Community program MEDIA 2007, as regards a Joint Committee decision updating Article 1 in Annex I of the Agreement
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Komunità li għandha tittieħed fil-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera mwaqqaf fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, rigward id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li taġġorna l-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Komunità li għandha tittieħed fil-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera mwaqqaf fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, rigward id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li taġġorna l-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim
/* KUMM/2009/0657 finali */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Komunità li għandha tittieħed fil-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera mwaqqaf fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, rigward id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li taġġorna l-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim /* KUMM/2009/0657 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 30.11.2009 KUMM(2009)657 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Komunità li għandha tittieħed fil-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera mwaqqaf fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, rigward id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li taġġorna l-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam Awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007[1], kien iffirmat fil-11 ta' Ottubru 2007 u skont l-Artikolu 13 tiegħu, beda jiġi applikat b'mod provviżorju mill-1 ta' Settembru 2007. Fit-12 ta' Ġunju 2009, il-Parlament Żvizzeru approva l-Ftehim u fil-25 ta' Settembru 2009 approva emendi għal-liġi Żvizzera dwar ir-Radju u t-Televiżjoni (LRTV) li, mad-dħul fis-seħħ tagħhom, se jrendu l-Ftehim kompatibbli mal-acquis. In-notifika uffiċjali mill-Gvern Żvizzeru dwar ir-ratifika tal-Ftehim hija mistennija dalwaqt u l-emendi għal-liġi Żvizzera dwar ir-Radju u t-Televiżjoni għandhom jidħlu fis-seħħ f'Jannar wara l-iskadenza tal-100 ġurnata żmien li matulha jista' jintalab referendum. Ir-ratifika min-naħa tal-UE għandha ssegwi wara d-dħul fis-seħħ tal-emendi għal-liġi Żvizzera dwar ir-Radju u t-Televiżjoni. Wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja fid-19 ta' Diċembru 2007 (Id-Direttiva 89/552 kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill)[2], jidher xieraq għal Partijiet li mhux biss jissostitwixxu r-referenzi għal din id-Direttiva kif stipulat fl-Att Finali għall-Ftehim fid- Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontrattanti dwar l-adattament tal-Ftehim għad-Direttiva ġdida tal-Komunità , iżda li jaġġornaw ukoll l-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim, f'konformità mal-Artikolu 8(7) tal-Ftehim. L-abbozz il-ġdid propost se jissostitwixxi l-proċedura attwali msemmija fl-Artikolu 1 tal-Anness I permezz ta' mekkaniżmu simili li huwa iktar konformi mal-qafas legali tad-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja (AVMS). Rigward l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Komunità li għandha tittieħed mill-Kumitat Konġunt, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera, isemmi li l-pożizzjonijiet li ttieħdu mill-Komunità matul l-implimentazzjoni tal-Ftehim rigward deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu stipulati mill-Kunsill f'konformità mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea[3]. F'dak ir-rigward, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jipprovdi li l-pożizzjonijiet adottati f'isem il-Kummissjoni minn korp imwaqqaf bi ftehim, għandhom ikunu approvati mill-Kunsill meta dan il-korp jintalab jadotta deċiżjonijiet li għandhom impatti legali. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Komunità li għandha tittieħed fil-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera mwaqqaf fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, rigward id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li taġġorna l-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 150(4) u 157(3) tiegħu, flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[4], Billi: 1. L-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007 li kien iffirmat fil-11 ta' Ottubru 2007, minn issa 'l quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim', iwaqqaf Kumitat Konġunt responsabbli għall-immaniġġjar u l-implimentazzjoni xierqa ta' dan il-Ftehim. 2. Wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja fid-19 ta' Diċembru 2007 (Id-Direttiva 89/552 kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill)[5], il-Partijiet mhux biss għandhom jissostitwixxu r-referenzi għal din id-Direttiva kif stipulat fl-Att Finali għall-Ftehim fid-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontrattanti dwar l-adattament tal-Ftehim għad-Direttiva ġdida tal-Komunità , iżda għandhom ukoll jaġġornaw l-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim f'konformità wkoll mal-Artikolu 8(7) tal-Ftehim. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Kunsill japprova l-abbozz ta' deċiżjoni fl-Anness bħala l-pożizzjoni tal-Komunità rigward deċiżjoni li għandha tkun adottata mill-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera fil-Ftehim dwar l-aġġornar tal-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim. Artikolu 2 Id-deċiżjoni tal-kumitat konġunt għandha tiġi ppubblikata f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il–President […] ANNESS Abbozz ta' DEĊIŻJONI Nru …. TAL-KUMITAT KONġUNT żVIZZERA – UE STABBILIT FIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA FIL-QASAM AWDJOVIżIV, LI JISTABBILIXXI T-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET GħALL-PARTEċIPAZZJONI TAL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA FIL-PROGRAMM TAL-KOMUNITÀ MEDIA 2007 ta’ … 2010 dwar l-aġġornar tal-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim. DEĊIŻJONI Nru …. TAL-KUMITAT KONġUNT żVIZZERA – UE STABBILIT FIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA FIL-QASAM AWDJOVIżIV, LI JISTABBILIXXI T-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET GħALL-PARTEċIPAZZJONI TAL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA FIL-PROGRAMM TAL-KOMUNITÀ MEDIA 2007, ta’ … 2010 dwar l-aġġornar tal-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim. IL-KUMITAT KONĠUNT, Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007[6] minn issa 'l quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim', u l-Att Finali għall-Ftehim[7] li kienu ffirmati fi Brussell fil-11 ta' Ottubru 2007. Billi: 3. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fil-[……….], 4. Wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja fid-19 ta' Diċembru 2007 (Id-Direttiva 89/552 kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill)[8], il-Partijiet mhux biss għandhom jissostitwixxu r-referenzi għal din id-Direttiva kif stipulat fl-Att Finali għall-Ftehim fid-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontrattanti dwar l-adattament tal-Ftehim għad-Direttiva ġdida tal-Komunità , iżda għandhom ukoll jaġġornaw l-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim f'konformità wkoll mal-Artikolu 8(7) tal-Ftehim. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 (1) L-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: Artikolu 1 Libertà ta’ riċezzjoni u ritrażmissjoni tax-xandir 1. L-Iżvizzera għandha tiżgura l-libertà ta' riċezzjoni u ritrażmissjoni tax-xandir fit-territorju tagħha rigward ix-xandiriet televiżivi fil-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru tal-Komunità skont id-Direttiva 89/552/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stipulati mil-liġi, mir-regolamenti jew mill-azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar il-provvediment ta' servizzi awdjoviżivi tal-midja (l-ewwel nota f'qiegħ il-paġna), (minn issa 'l quddiem imsemmija 'Direttiva dwar Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja), skont il-proċeduri li ġejjin: L-Iżvizzera għandha żżomm id-dritt li (a) tissospendi r-ritrażmissjoni tax-xandir minn organizzazzjoni ta’ xandir televiżiv, taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Komunità, li b’mod ċar, serju u gravi kisret ir-regoli dwar il-ħarsien tal-minuri u tad-dinjità umana stipulati fl-Artikoli 22 (1) jew (2) u/jew fl-Artikolu 3b tad-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja; (b) titlob lix-xandara fil-ġurisdizzjoni tagħha biex jikkonformaw ma' regoli iktar dettaljati u stretti fl-oqsma kkordinati mid-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja, sakemm dawn ir-regoli jkunu proporzjonati u mhux diskriminatorji. 2. F'każijiet meta l-Iżvizzera: (a) tkun eżerċitat il-libertà tagħha skont il-paragrafu 1(b) li tadotta regoli aktar dettaljati jew aktar stretti ta’ interess pubbliku ġenerali; kif ukoll (b) tqis li xandar taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Komunità jipprovdi xandira televiżiva li hija kompletament jew fil-biċċa l-kbira tagħha diretta lejn it-territorju tagħha; hija tkun tista’ tikkuntattja lill-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni bil-ħsieb li tinkiseb soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti għal kwalunkwe problema kkaġunata. Meta tasal talba ġġustifikata mill-Iżvizzera, l-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni għandu jitlob lix-xandar biex jikkonforma mar-regoli ta' interess pubbliku ġenerali in kwistjoni. Fi żmien xahrejn, l-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni għandu jgħarraf lill-Iżvizzera bir-riżultati miksuba wara din it-talba. Kemm l-Iżvizzera u kemm l-Istat Membru jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tistieden lill-partijiet ikkonċernati għal laqgħa ad-hoc mal-Kummissjoni fil-marġinu tal-Kumitat ta' Kuntatt biex ikun eżaminat il-każ . 3. Meta l-Iżvizzera tqis; (a) li r-riżultati miksuba permezz tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2 m'humiex sodisfaċenti; kif ukoll (b) li x-xandar ikkonċernat stabbilixxa lilu nnifsu fl-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni sabiex jevita r-regoli aktar stretti, fl-oqsma koordinati mid-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja, li jkunu applikabbli għalih li kieku kien stabbilit fl-Iżvizzera, tista' tieħu l-miżuri xierqa kontra x-xandar ikkonċernat. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu oġġettivament meħtieġa, applikati b’mod mhux diskriminatorju u jkunu proporzjonati mal-objettivi li huma jfittxu li jwettqu. 4. L-Iżvizzera tista' tieħu miżuri skont il-paragrafu 1.(a) jew 3 ta' dan l-Artikolu jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin biss: (a) hija tkun innotifikat lill-Kumitat Konġunt u lill-Istat Membru li fih huwa stabbilit ix-xandar bl-intenzjoni tagħha li tieħu miżuri bħal dawn filwaqt li tissostanzja r-raġunijiet li fuqhom tkun qed tibbaża l-evalwazzjoni tagħha; (b) u l-Kumitat Konġunt ikun iddeċieda li l-miżuri jkunu proporzjonati u mhux diskriminatorji u b'mod partikolari li evalwazzjonijiet li jkunu saru mill-Iżvizzera skont il-paragrafi 2 u 3 jkunu sostanzjati korrettement. Nota f'qiegħ il-paġna (1): ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1997, (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60) u mid-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27). Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kumitat Konġunt Il–President Is-Segretarji [1] Ġ.U. (2007) L 303 p 11 [2] Ġ.U. (2007) L 332 p 27 [3] Ġ.U. (2002) L 114 p 1 [4] ĠU C [...], [...], p. [...]. [5] Ġ.U. (2007) L 332 p 27 [6] Ġ.U. (2007) L 303 p 11 [7] Ġ.U. (2007) L 303 p 20 [8] Ġ.U. (2007) L 332 p 27