Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0365

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Jannar 2009 li tagħti għajnuna finanzjarja Komunitarja lil-Latvja għal medda medja ta’ żmien

    /* KUMM/2009/0365 finali */

    52009PC0365

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Jannar 2009 li tagħti għajnuna finanzjarja Komunitarja lil-Latvja għal medda medja ta’ żmien /* KUMM/2009/0365 finali */


    [pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussell, 8.7.2009

    KUMM(2009) 365 finali

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Jannar 2009 li tagħti għajnuna finanzjarja Komunitarja lil-Latvja għal medda medja ta’ żmien

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Jannar 2009 li tagħti għajnuna finanzjarja Komunitarja lil-Latvja għal medda medja ta’ żmien

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilita' li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri u b'mod partikolari l-Artikolu 5, it-tieni sottopragrafu, flimkien mal-Artikolu 8 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF),

    Billi:

    (1) Bid-Deċiżjoni 2009/289/KE, il-Kunsill iddeċieda li jagħti assistenza reċiproka lil-Latvja. Bid-Deċiżjoni 2009/290/KE, il-Kunsill iddeċieda li jagħti assistenza finanzjarja fuq il-medda medja ta' żmien lil-Latvja.

    (2) L-ambitu u l-intensità tal-kriżi finanzjarja li qed taffettwa lil-Latvja titlob reviżjoni tal-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika previsti għall-għoti tal-ħlasijiet tal-assistenza finanzjarja Komunitarja bil-għan li jkunu kkunsidrati l-effetti fiskali bħala riżultat tat-tnaqqis sinifikanti fil-PGD.

    (3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/290/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/290/KE hija b'dan emendata kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 3(5), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    "Implimentazzjoni ta' programm fiskali mfassal b'mod ċar fuq il-medda medja ta' żmien sabiex id-defiċit ġenerali tal-gvern jinġieb taħt il-valur ta' referenza tat-Trattat ta' 3 % tal-PGD fi żmien stipulat u fi triq ta' konsolidazzjoni konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill lil-Latvja adottati skont il-proċedura ta' defiċit eċċessiv."

    2. Fl-Artikolu 3(5), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    "Implimentazzjoni tal-baġit għall-2009 u l-adozzjoni tal-baġit għall-2010 b'miżuri sostenibbli konsistenti mat-triq ta' konsolidazzjoni."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Kunsill,

    Il-President

    Top