This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009PC0333
Proposal for a Decision of the European Parliament and of the Council establishing a European Microfinance Facility for Employment and Social Inclusion (Progress Microfinance Facility) {COM(2009)340 final} {SEC(2009) 907}
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali (il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress) {KUMM(2009) 340 finali} {SEG(2009) 907}
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali (il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress) {KUMM(2009) 340 finali} {SEG(2009) 907}
/* KUMM/2009/0333 finali - COD 2009/0096 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 2.7.2009 KUMM(2009) 333 finali 2009/0096 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali (il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress) {KUMM(2009) 340 finali}{SEG(2009) 907} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA L-impatt ewlieni tar-riċessjoni huwa fuq in-nies: l-isfida prinċipali għall-UE llum għandha tkun li timpedixxi livelli għolja ta' qgħad, li tistimula l-ħolqien tax-xogħol u li twitti t-triq għal tiġdid ekonomiku, irkupru sostenibbli u tkabbir. L-UE rreaġixxiet malajr għall-kriżi permezz tal-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku li enfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-effetti tal-kriżi fuq l-impjiegi. L-impatt inizjali tal-Pjan diġà huwa promettenti, u s-sistemi ta’ ħarsien soċjali qed iwettqu r-rwol tagħhom ta’ stabbilizzazzjoni. Madankollu, hekk kif is-swieq tax-xogħol qed ikomplu sejrin lura b’reazzjoni għall-kriżi ekonomika, tinħtieġ azzjoni addizzjonali. L-Ewropa ma għandhiex biss tindirizza r-riċessjoni iżda tbiddilha f’opportunità biex toħloq ekonomija aktar produttiva, aktar innovattiva, b’ħiliet aħjar u waħda b'anqas emmissjoijiet ta' karbonju; waħda bi swieq tax-xogħol miftuħin u inklussivi, li joffru soċjetà aktar koeżiva u ugwali u impjiegi li jqisu aħjar l-età, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja u waħda li tirrikonoxxi u tappoġġja l-intraprenditorija[1]. Il-miżuri meħtieġa biex jikkumbattu l-impatt soċjali u tal-impjiegi tal-kriżi ekonomika kurrenti jmorru id f'id mal-miżuri strutturali neċessarji biex ikunu indirizzat l-isfidi fuq medda twila ta' żmien tal-globalizzazzjoni u tat-tibdil demografiku u t-tibdil fil-klima. Is-swieq tax-xogħol Ewropej se jinbidlu b’mod qawwi minħabba l-kriżi. Il-ħaddiema u l-kumpaniji għandhom jingħataw il-mezzi meħtieġa biex jirnexxilhom jadattaw ruħhom għal dawn ir-realtajiet li dejjem jinbidlu: biex jinżammu impjiegi sodi, jissaħħu l-ħiliet fil-livelli kollha, in-nies jerġgħu jkunu inklużi fid-dinja tax-xogħol u jkunu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Nixprunaw l-irkupru Ewropew”[2] elenkat għadd ta’ punti biex tgħin lill-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw politiki tal-impjiegi xierqa u effettivi. Permezz ta' ħidma fuq din il-bażi, il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa u t-tliet laqgħat ta’ ħidma dwar l-impjiegi li saru f’Madrid, fi Stokkolma u fi Praga f’April 2009 għenu biex jiġu definiti tliet prijoritajiet ewlenin: iż-żamma tal-impjiegi, il-ħolqien tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-mobilità; l-aġġornament tal-ħiliet u l-provvediment tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; iż-żieda fl-aċċess għall-impjiegi. Fl-aħħar nett, is-Samit dwar l-Impjiegi tas-7 ta’ Mejju 2009 kien jinkludi skambju ta’ opinjonijiet dwar dawn il-prijoritajiet, u sar qbil dwar 10 azzjonijiet[3]. Abbażi ta' dan l-isforz komuni, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni fit-3 ta' Ġunju dwar "Impenn Komuni għall-Impjiegi"[4], bil-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kif ukoll bejn is-sħab soċjali tal-UE, fuq dawn it-tliet prijoritajiet prinċipali, li tiffoka fuq inizjattivi konkreti u appoġġati mill-istrumenti disponibbli kollha tal-Komunità, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (ESF) u l-Fond Ewropew għall-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF). Bl-għan li jittaffa l-impatt soċjali tal-kriżi, huwa essenzjali li jinżammu u jiddaħħlu aktar nies fis-suq tax-xogħol, speċjalment in-nisa, il-ħaddiema aktar anzjani u gruppi oħra li qegħdin jiġu diskriminati, biex ikunu evitati l-qgħad u l-inattività fuq il-medda twila ta’ żmien. L-impjieg huwa l-aħjar mod biex wieħed ma jibqax jiġi eskluż: l-Ewropa soċjali tibda bl-impjiegi – madankollu anki qabel il-kriżi, wisq ċittadini tal-UE li riedu u setgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol ma kellhomx aċċess għal impjieg. 2. IL-KONTENUT Fil-Komunikazzjoni tat-3 ta' Ġunju, il-Kummisssjoni pproponiet faċilità mikrofinanzjarja ġdida tal-UE għall-impjiegi[5] (Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress) biex tagħti ċans lil dawk bla xogħol għal bidu ġdid u biex tiftaħ triq għall-intraprenditorija għall-aktar gruppi żvantaġġati fl-Ewropea, inkluż iż-żgħażagħ. Din il-Faċilità l-ġdida se żżid il-firxa ta' appoġġ finanzjarju mmirat għall-intraprendituri l-ġodda fil-kuntest kurrenti ta' tnaqqis fil-provvista ta' kreditu. L-intraprendituri individwali u l-fundaturi tal-mikrointrapriżi se jkunu appoġġati wkoll mill-iggwidar, it-taħriġ, il-konsulenza u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet, flimkien mal-appoġġ tar-rata tal-interessi mill-FSE. Il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progressse żżid mal-programmi l-oħrajn tal-Komunità billi tipprovdi strumenti għall-qsim tar-riskji, tad-dejn u tal-iffinanzjar tal-ekwità. Din se tieħu vantaġġ mill-esperjenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali pereżempju tal-Grupp tal-BEI (il-Bank Ewropew għall-Investiment u l-Fond Ewropew għall-Investiment). Abbażi tal-arranġament ta' amministrazzjoni konġunta, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali se jipprovdu ingranaġġ ulterjuri billi jappoġġaw il-fornituri bankarji u anke dawk mhux bankarji tal-mikrofinanzjament madwar l-Unjoni Ewropea. 3. IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ Minħabba t-tnaqqis tal-livell kurrenti ta' self u n-nuqqas drammatiku fis-self pendenti (kif muri mill-evalwazzjoni ex-ante li takkumpanja din il-proposta), l-isforzi Komunitarji u nazzjonali kontinwi hemm bżonn jissaħħu biex tiżdied il-provvista ta' mikrokreditu għal skala aċċettabbli u fi żmien raġonevoli biex jindirizzaw it-talba qawwija għal dawk li l-aktar għandhom bżonn f'dan il-perjodu ta' kriżi, jiġifieri dawk bla xogħol jew persuni vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriżi, inkluż dawk li jixtiequ jaħdmu għal rashom iżda li ma għandhomx aċċess għal krediti 'kummerċjali' tal-banek. L-użu tar-riżorsi tal-Komunità huwa xieraq u huwa skont ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009[6]. Barra minn dan, faċilità unika tipprovdi konċentrazzjoni tal-ingranaġġ mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali. Fl-aħħar nett, faċilità pan-Ewropea tevita approċċ mifrux u b'hekk iżżid il-provvista ta' mikrofinanzjament fl-Istati Membri kollha. 4. L-GĦAŻLA TAL-ISTRUMENT LEGALI Il-proposta tal-Kummissjoni hija li twaqqaf il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progressb'Deċiżjoni li tiddefinixxi r-rwolijiet u r-responsabbiltà tal-Kummissjoni biss u li ma toħloqx drittijiet jew obbligi għall-Istati Membri jew għall-individwi. Deċiżjoni hija għalhekk l-istrument l-aktar adattat biex jintlaħaq l-għan mixtieq. 5. L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI Skont il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006[7] bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni soda tal-finanzi, il-Faċilità trid titwaqqaf permezz ta' riallokazzjoni tal-baġit eżistenti. Skont it-termini tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-2006, il-PE żied EUR 114 miljun[8] oħrajn mal-baġit tal-programm Progress u b'hekk żied il-baġit minn EUR 628 800 000 kif imniżżel fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni għal EUR 743 250 000. Dan il-finanzjament ulterjuri kien intiż biex ikun applikat b'mod progressiv matul l-aħħar snin tal-programm jiġifieri mill-2009. Wara li kienu eżaminati l-alternattivi kollha, il-finanzjament sar minn riallokazzjoni ta' EUR 100 miljun (fuq 4 snin) tal-Programm Progress[9] għall-Faċilità Ewropea Mikrofinanzjarja għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali (il-Faċilità ta' Mikrofinanzjament Progress). Dawn l-EUR 100 miljun mill-baġit eżistenti jista' jkollhom effett ta' ingranaġġ biex jiġbru aktar minn EUR 500 miljun, f'inizjattiva konġunta mal-istuzzjonijiet finanzjarji internazzjonali b'mod partikolari mal-Grupp tal-BEI. 2009/0096 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali (il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 159(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 251 tat-Trattat, Billi: (1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta’ mikrokreditu b’appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi"[10] identifikat erba' oqsma ta' prijorità għal azzjoni. it-titjib tal-ambjent legali u istituzzjonali fl-Istati Membri, it-tibdil tal-klima fis-swieq tax-xogħol favur l-impjiegi u l-intraprenditorija, il-promozzjoni tal-aħjar prassi u l-provvista ta' kapital għal finanzjament ulterjuri għall-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament. Bħala l-ewwel pass fl-implimentazzjoni ta' din l-aġenda, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) ħolqu l-inizjattiva JASMINE li fl-2008 pprovdiet gwida għall-istituzzjonijiet finanzjarji tal-mikrokreditu li mhumiex banek u tieqa finanzjarja għal ammont globali ta' EUR 20 Miljun offruti mill-BEI. (2) Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2009 talab li l-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tiżviluppa mikrokrediti bħala appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi u offra EUR 4 Miljuni oħra bħala appoġġ biex azzjoni pilota tkun implimentata fil-kuntest tal-qafas JASMINE. Il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni ukoll biex tiffinanzja proġetti għall-mikrokrediti b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati. (3) L-isforzi Komunitarji u nazzjonali preżenti hemm bżonn li jissaħħu biex tikber il-provvista ta' mikrokrediti għal skala suffiċjenti u f'ħin raġonevoli biex tindirizza t-talba għolja ta' dawk li għandhom bżonn l-aktar f'dan il-perjodu ta' kriżi jiġifieri dawk bla xogħol u vulnerabbli, inkluż iż-żgħażagħ li jridu jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża inkluż impjieg għal rashom iżda li ma għandhomx aċċess għall-kreditu. (4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Impenn Komuni għall-Impjiegi"[11] tisħaq dwar il-bżonn li jkun offrut ċans ieħor lil dawk bla xogħol u li tinfetaħ it-triq għall-intraprenditorija għal uħud mill-aktar gruppi żvantaġġati, inkluż iż-żgħażagħ. Minbarra l-istrumenti eżistenti, hemm bżonn ta' azzjoni speċifika biex issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali b'mod ulterjuri billi ssaħħaħ l-attivitajiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u tal-Fond Ewropew għall-Investiment kif ukoll ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn bla ħsara għall-attivitjajiet tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għalhekk ħabbret il-proposta għal faċilità ġdida tal-UE ta' mikrofinanzjament biex il-mikrofinanzjament jilħaq aktar persuni, b'mod partikolari gruppi li huma f'riskju u biex tappoġġa aktar l-iżvilupp tal-intraprenditorija, tal-ekonomija soċjali u tal-mikrointrapriżi. (5) L-użu tar-riżorsi tal-Komunità huwa xieraq u huwa skont ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Marzu 2009. Barra minn hekk, faċilità unika pan-Ewropea jista' jkollha konċentrament ta' ingranaġġ minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u tevita sforz mifrux u b'hekk żżid il-provvista ta' mikrofinanzjament fl-Istati Membri kollha. Biex tieħu vantaġġ mill-esperjenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali b'mod partikolari tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-Fond Ewropew għall-Investiment, il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progressse tkun stabbilita fuq il-bażi ta' amministrazzjoni konġunta. (6) L-azzjonijiet iffinanzjati mill-Faċilità għandhom ikunu koerenti u kompatibbli mal-politiki l-oħrajn tal-Komunità u konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u tal-atti adottati skont dan. L-attivitajiet tal-Faċilità għandhom ikunu kumplimentari mal-interventi l-oħrajn tal-Komunità, b'mod partikolari mal-istrumenti finanzjarji CIP, JASMINE u mal-Fond Soċjali Ewropew. (7) Għall-fini ta' din id-deċiżjoni, il-“mikrofinanzjament” jirreferi għall-mikrokreditu u kopertura għall-qsim tar-riskji. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Marzu 2003 dwar id-definizzjoni tal-mikrointrapriżi, u l-intrapriżi żgħar u medji[12] tiddefinixxi “mikrokreditu” bħala self taħt il-EUR 25 000 u “mikrointrapriża” bħala intrapriża li tħaddem anqas minn 10 persuni, inkluż dawk impjegati għal rashom, u li l-bejgħ annwali u/jew il-karta tal-bilanċi annwali tagħhom ma taqbiżx l-EUR 2 miljuni li huma definizzjonijiet xierqa għall-fini ta' din id-Deċiżjoni; IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ: 1 Stabbiliment 1. B'dan qed titwaqqaf Faċilità Ewropea tal-Mikrofinanzjament għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali, li qed tissejjaħ il-Faċilità ta' Mikrofinanzjament Progress (minn hawn 'l isfel il-'Faċilità'). 2 L-għan 1. Il-Faċilità għandha tipprovdi riżorsi Komunitarji biex jiżdied l-aċċess għall-mikrokreditu għal: 1. persuni li tilfu jew li qegħdin fir-riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom u li jixtiequ jibdew il-mikrointrapriża tagħhom, inkluż impjieg għal rashom; 2. persuni żvantaġġati, inkluż iż-żgħażagħ, li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw aktar il-mikrointrapriża tagħhom, inkluż impjieg għal rashom; 3. mikrointrapriżi fl-ekonomija soċjali li jimpjegaw persuni li tilfu l-impjieg tagħhom jew li jimpjegaw persuni żvantaġġati, inkluż iż-żgħażagħ. 3 Il-baġit 1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit tal-Komunità għall-Faċilità għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2013 se tkun ta' EUR 100 miljun. 2. L-approprjazzjonijiet ta' kull sena għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju. 3. Il-baġit totali għall-miżuri ta' appoġġ msemmija fl-Artikolu 4 (1) (d) ma għandux jaqbeż il-1 % tal-baġit tal-Faċilità stipulat fil-paragrafu 1. 4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkopri l-ispejjeż kollha tal-Faċilità, inkluż l-ispejjeż amministrattivi għall-istuzzjonijiet finanzjarji internazzjonali msemmija fl-Artikolu 5(2) li jamministraw il-kontribuzzjoni Komunitarja kif ukoll spejjeż eliġibbli oħrajn. 4 Azzjonijiet u benefiċjarji eliġibbli 1. Il-Faċilità se tkun implimentata bl-użu tat-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin, kif xieraq: 4. strumenti ta' garanziji u ta' qsim tar-riskju; 5. strumenti ta' ekwità; 6. strumenti ta' dejn; 7. miżuri ta' appoġġ, bħal attivitjaiet ta' komunikazzjoni, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma neċessarji b'mod dirett għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti ta' din id-Deċiżjoni u għall-kisba tal-għanijiet tagħha. 2. Il-Faċilità għandha tkun miftuħa għall-korpi pubbliċi u privati stabbiliti fl-Istati Membri li jipprovdu mikrofinanzjamenti lill-persuni u mikrointrapriżi fl-Istati Membri. 5 L-amministrazzzjoni 1. Il-Kummisssjoni għandha tamministra l-Faċilità skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002. 2. Biex timplimenta l-azzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4 (1), minbarra l-miżuri ta' appoġġ msemmija f'punt (d) tal-Artikolu 4 (1), il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod partikolari mal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) u mal-Fond Ewropew għall-Investiment (FEI), skont l-Artikolu 53d tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kummisssjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002. Dan il-ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet iddettaljati għall-implimentazzjoni tal-biċċiet ta' xogħol fdati lilhom, inkluż il-bżonn li tkun żgurata addizjonalità mal-iskemi nazzjonali. 3. Il-flus mill-ħlas lura lill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali msemmija fil-paragrafu 2 , inkluż dividend u rimborżi, jistgħu jkunu investiti mill-ġdid f'azzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4 (1) (a), (b), u (c) għal perjodu ta' 6 snin wara l-bidu tal-Faċilità. Wara l-għeluq tal-Faċilità, il-bilanċ li jifdal jitħallas lill-Komunitajiet Ewropej għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. 4. L-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonkludu ftehimiet bil-miktub mal-fornituri pubbliċi u privati tal-mikrofinanzjament msemmija fl-Artikolu 4 (2) li jistipulaw l-obbligi ta' użu tar-riżorsi li jkunu pprovduti mill-Faċilità skont l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2 u biex jipprovdu informazzjoni għat-tfassil ta' rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 8 (1). 5. Il-baġit għall-miżuri ta' appoġġ msemmija fl-Artikolu 4 (1) (d) għandu jkun amministrat mill-Kummissjoni. 6 Konformità L-azzjonijiet iffinanzjati mill-Faċilità għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u ta' atti adottati skont dan. 7 Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni jkunu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra permezz ta' verifiki effettivi u bl-irkupru tal-ammonti li ma jkunux tħallsu kif suppost u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, b’penali li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95[13] u (Euratom, KE) Nru 2185/96[14], kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15]. 2. Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati skont din id-Deċiżjoni, l-OLAF għandu l-poter jagħmel investigazzjonijiet skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, li għandhom japplikaw għal kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja, inkluż il-ksur ta' obbligu kuntrattwali stipulat abbażi tal-programm, li jirriżulta minn att jew ommissjoni ta' operatur ekonomiku, li għandu jew jista' jkollu l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati minnha, permezz ta' unità ta' spiża mhux ġustifikata. 3. Il-miżuri kollha ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw minn din id-Deċiżjoni għandhom jipprovdu referenza għall-paragrafi msemmija hawn fuq u jistipluaw, b’mod partikolari, sorveljanza u kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha u għall-verifiki mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jekk ikunu meħtieġa verifiki fuq il-post. 8 Rapport annwali 1. Il-Kummissjoni għandha tirċievi rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali msemmija fl-Artikolu 5 (2) li jistipulaw l-attivitajiet appoġġati f'termini ta' implimentazzjoni finanzjarja, it-tqassim tal-finanzi fir-rigward tas-setturi u t-tipi ta' benefiċjarji, l-applikazzjonijiet mibgħuta, il-kuntratti konklużi, l-azzjonijiet iffinanzjati, ir-riżultati u,.fejn possibbli, l-impatt. 2. Għall-ewwel darba fl-2011 u qabel l-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet skont din id-Deċiżjoni matul is-sena ta’ qabel. Ir-rapport annwali għandu jkun imsejjes fuq ir-rapporti tal-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jiffoka l-aktar fuq ir-riżultati miksuba u għandu b'mod partikolari jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet mibgħuta, il-kuntratti konklużi, l-azzjonijiet iffinanzjati inkluż il-kumplimentarità ma' interventi oħrajn tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-FSE. 3. Ir-rapport se jiġi trażmess, bħala informazzjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. 9 Il-Valutazzjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjonijiet interim u finali fuq l-inizjattiva tagħha b'kooperazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali msemmija fl-Artikolu 5 (2). Il-valutazzjoni interim trid tkun lesta erba' snin wara l-bidu tal-Faċilità u l-valutazzjoni finali mhux aktar tard minn sena wara t-tmiem tal-mandat(i) mogħtija lill-istituzzjonijiet finanzjari internazzjonali msemmija fl-Artikolu 5 (2). Il-valutazzjoni finali għandha, barra minn hekk, teżamina sa fejn il-Faċilità laħqet l-għanijiet tagħha. 2. Ir-riżultati tal-valutazzjoni se jkunu trażmessi, bħala informazzjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewrope u, lill-Kumitat tar-Reġjuni. 10 Dħul fis-seħħ Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmula fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. ISEM TAL-PROPOSTA Il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress 2. QAFAS TAL-ABM / ABB Il-Qasam/L-Oqsma ta’ Politika kkonċernat(i) u l-Attività/ajiet assoċjata/i: IMPJIEGI, AFFARIJIET SOĊJALI u OPPORTUNITAJIET INDAQS ABB 04 04 Impjiegi, Solidarjetà Soċjali u Ugwaljanza bejn is-Sessi 3. LINJI TAL-BAĠIT 3.1. Linji Baġitarji: Linji Baġitarji Ġodda 04 04 13 Il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress 04 01 04 11 Il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress – spejjeż amministrattivi 3.2. It-tul taż-żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju: 01/01/2010 – 31/12/2013 3.3. Il-karatteristiċi baġitarji ( żid il-linji jekk meħtieġ ): Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja | 04 04 13 | Non-comp | Diff | IVA | LE | LE | Nru 1a | 04 01 04 11 | Non-comp | Mhux Diff. | IVA | LE | LE | Nru 1a | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1. Riżorsi Finanzjarji 4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ) EUR miljuni (sa 2 ċifri wara l-punt deċimali) Tip ta’ nefqa | Nru. tat-Taqsima | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | > 2013 | Total | Spejjeż operattivi[16] | Approprjazzjonijiet tal-Impenji (AI) | 8.1 | a | 24.75 | 24.75 | 24.75 | 24.75 | 99.00 | Approprjazzjonijiet tal-Ħlasijiet (AĦ) | b | 9.00 | 16.00 | 20.00 | 20.00 | 34.00 | 99.00 | Nefqa amministrattiva fl-ambitu tal-ammont ta’ referenza[17] | Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | 0.25 | 0.25 | 0.25 | 0.25 | 1.00 | L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | Approprjazzjonijiet tal-Impenji | a+c | 25.00 | 25.00 | 25.00 | 25.00 | 100.00 | Approprjazzjonijiet tal-Ħlasijiet | b+c | 9.25 | 16.25 | 20.25 | 20.25 | 34.00 | 100.00 | Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta' referenza[18] | Riżorsi umani u n-nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5 | d | 0.25 | 0.25 | 0.25 | 0.25 | 1.00 | Spejjeż amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | In-nefqa finanzjarja indikattiva totali tal-intervent TOTAL AI, inklużi spejjeż ta' Riżorsi Umani | a+c+d+e | 25.25 | 25.25 | 25.25 | 25.25 | 101.00 | TOTAL AI, inklużi spejjeż ta' Riżorsi Umani | b+c+d+e | 9.50 | 16.50 | 20.50 | 20.50 | 34.00 | 101.00 | Id-dettalji tal-kofinanzjament F’każ li l-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta' hawn taħt (jistgħu jiżdiedu aktar linji f’każ li entitajiet differenti huma previsti għall-għoti tal-kofinanzjament): EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Entità tal-kofinanzjament | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Total | …………………… | f | TOTAL tal-AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 25.25 | 25.25 | 25.25 | 25.25 | 101.00 | 4.1.2. Il-Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju X Il-proposta hija kompatibbli mal-programm finanzjarju attwali. Il-proposta hija marbuta mal-proposta ta' reviżjoni tal-ammont finanzjarju tal-programm Progress, imnaqqas b'EUR 100 miljun biex ikunu allokati għall-Faċilità ta' Mikrofinanzjament. ( Il-proposta se tkun tfisser l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta jista’ jkollha bżonn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[19] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul. ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa dan li ġej: NB: Kull dettall u osservazzjoni dwar il-mod kif jinħadem l-effett fuq id-dħul għandu jitniżżel f'anness separat. EUR miljuni (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali) Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Qagħda wara l-azzjoni | Numru totali ta’ riżorsi umani | 3 | 3 | 3 | 3 | 5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET Id-dettalji relatati mal-kuntest tal-proposta huma meħtieġa fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Din it-taqsima tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi t-tagħrif komplementari speċifiku li ġej: 5.1. Bżonn li jintlaħqu fi żmien qasir jew fit-tul Fil-kuntest tal-kriżi ekonomika, il-Faċilita' Mikrofinanzjarja ta' Progress hija mfassla biex toffri ċans ġdid lill dawk bla xogħol u tagħti opportunità għall-intraprenditorija għal ftit mill-gruppi l-aktar żvantaġġati fl-Ewropa. Il-kriżi ekonomika tirrikjedi azzjoni immedjata biex tassisti lil dawk li tilfu l-impjieg jew qed jaffaċċjaw esklużjoni soċjali u jridu jibdew jew jiżviluppaw aktar in-negozju tagħhom. Il-tnaqqis fil-kreditu flimkien mal-istat ta' dawk li spiċċaw bla xogħol riċentement, ifisser li ħafna persuni li kieku kienu jibdew jaħdmu għal rashom jew jibdew mikrointrapriża ma jistgħux jagħmlu hekk. Barra minn dan, il-grupp ta' ‘tip ta' benefiċjarji tal-ESF[21]’ ma għandux aċċess biżżejjed għall-mikrokreditu billi l-banek prinċipali jikkunsidraw dan il-grupp ta' riskju kbir u ta' spejjeż intensivi (dan tal-aħħar minħabba l-ammont relattivament żgħir ta' self). 5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli Il-Kummissjoni rrikonoxxiet ir-rwol importanti li l-mikrokreditu jista' jkollu fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2007. Il-Komunikazzjoni tispjega li l-użu tal-mikrokreditu kien ferm taħt il-potenzjal tat-talba minħabba l-profil ta' riskju relattivament għoli, l-ispiża tat-tranżazzjonijiet u n-nuqqas ta' intermedjarji f'xi Stati Membri. L-istrument Komunitarju prinċipali attiv madwar il-Komunità disponibbli għall-istabbilimenti tal-iffinanzjar u t-tkabbir tan-negozji ż-żgħar bħalissa huwa l-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP - Competitiveness and Innovation Framework Programme). Il-faċilità ta' garanzija għall-IŻM tal-programm għall-mikroself tipprovdi garanziji ta' self li jagħmluha possibbli għall-istituzzjonijiet ta' mikrofinanzjament li huma banek u dawk li mhumiex bħal pereżempju l-MicroBank Spanjol u l-organizzazzjoni Franċiża ADIE li jimmiraw li jagħmlu aktar finanzjament permezz ta' self disponibbli għall-mikrointrapriżi billi jnaqqsu l-espożizzjoni tagħhom għar-riskji. Il-faċilità tinkludi garanziji konġunti, garanziji ta' kontrobilanċ u garanziji diretti għall-intermedjarji finanzjarji sa EUR 25 000 għall-mikrointrapriżi li jħaddmu sa disa' ħaddiema, b'mod partikolari intraprendituri li qed jibdew negozju ġdid. Kemm l-FSE kif ukoll l-FGE jipprevedu l-possibilità li l-Istati Memri li jużaw il-Fondi għall-mikrokreditu, iżda din il-faċilità għadha ma tteħditx mill-Istati Membri. Fid-dawl tal-urġenza biex ikun hemm reazzjoni għall-kriżi kurrenti, l-inizjattivi li jqajmu kuxjenza biex tittieħed aktar din il-faċilità ikollhom pass wisq bil-mod. JASMINE hija inizjattiva konġunta tal-Kummissjoni u tal-Grupp tal-BEI għall-iżvilupp tas-settur tal-fornituri tal-mikrokreditu. Dan il-programm jinkludi faċilità ta' assistenza teknika għall-bini tal-kapaċità ffinanzjata mill-Kummisssjoni u faċilita ta' kofinanzjament appoġġata mill-BEI (EUR 20 miljun). Il-faċilità JASMINE hija amministrata mill-FEI. Biex iħeġġeġ aktar l-iżvilupp tal-mikrokreditu fl-Ewropa, il-Parlament Ewropew adotta azzjoni preparatorja b'baġit ta' EUR 4 miljuni għall-2009, b'mod partikolari għall-iżvilupp ta' fond ta' kapital għal-istituzzjonijiet mhux bankarji. Din l-azzjoni hija bħalissa implimentata fil-qafas tal-inizjattiva JASMINE. Il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta'Progress se tinjetta flus (EUR 100 miljun kull 4 snin) fl-istrutturi tal-mikrofinanzjament permezz ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, u b'hekk se ttejjeb l-aċċess għall-mikrokrediti għal dawk li normalment huma kkunsidrati mhux bankabbli. 5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM Għan speċifiku ieħor huwa miżjud mal-attività tal-ABB 04 04 – Impjiegi, Solidarjetà Soċjali u Ugwaljanza bejn is-Sessi: Il-provvista ta' assistenza għal dawk bla xogħol u gruppi żvantaġġati, inkluż żgħażagħ, li jridu jibdew jew jiżviluppaw aktar in-negozju tagħhom. Żewġ indikaturi se jgħinu biex ikunu mkejla r-riżultati: - Il-volum tal-kreditu - In-numru ta' benefiċjarji ta' self. 5.4. Il-metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv) Hawn isfel uri l-metodu(i)[22] magħżul(in) għall-implimentazzjoni tal-azzjoni. ٱ Amministrazzjoni Ċentralizzata ٱ Direttament mill-Kummissjoni ٱ Indirettament b’delega lil: ٱ Aġenziji Eżekuttivi ٱ Entitajiet stabbiliti mill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju ٱ Entitajiet nazzjonali tas-settur pubbliku/entitajiet b’missjoni tas-servizz pubbliku ٱ Amminstrazzjoni konġunta jew deċentralizzata ٱ Mal-Istati Membri ٱ Ma’ Pajjiżi Terzi X Amminstrazzjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li għandhom jiġu speċifikati) Il-mandati għandhom ikunu ffirmati mill-Kummissjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-BEI/FEI. 6. IL-MONITORAĠĠ U L-VALUTAZZJONI 6.1. Is-sistema ta’ monitoraġġ Għall-ewwel darba fl-2011 u qabel l-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet matul is-sena ta’ qabel. Ir-rapport annwali għandu jkun imsejjes fuq ir-rapporti tal-implimentazzjoni rċevuti mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali li jeżaminaw l-attivitajiet ta' appoġġ f'termini tal-implimentazzjoni finanzjarja, l-applikazzjonijiet mibgħuta, il-kuntratti konklużi, l-azzjonijiet iffinanzjati, ir-riżultati u, fejn possibbli, l-impatt. 6.2. Il-Valutazzjoni 6.2.1. L-evalwazzjoni ex-ante Il-proposta għall-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress hija relatata ma' valutazzjoni ex-ante. Din saret mill-Kummisssjoni u tinkludi informazzjoni dwar il-bżonnijiet li jridu jintlaħqu, l-għanijiet li jridu jinkisbu, ir-riskji relatati mal-proposta u x-xenarji alternattivi. 6.2.2. Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja jew ex post (tagħlim meħud minn esperjenzi simili fl-imgħoddi) L-evalwazzjoni ex-ante tirrevedi l-inizjattivit Komunitarji eżistenti dwar il-mikrokreditu, bħal Jasmine u l-programm CIP. Il-proposta għal Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress għandha sinerġija mal-azzjonijiet eżistenti u ttejjeb b'mod sostanzjali kemm l-effettività u s-suċċess potenzjali ta' dawn l-azzjonijiet. 6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni futura Il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress għandha tkun suġġetta għal evalwazzjonijiet interim u finali. Tali evalwazzjonijiet ser jeżaminaw kwistjonijiet bħalma huma r-rilevanza, l-koerenza u s-sinerġiji, l-effettività, l-effiċjenza, is-sostenibbiltà, l-utilità u, fejn possibbli u xieraq, id-distribuzzjoni tal-fondi fir-rigward tas-setturi u t-tip ta' benefiċjarji. Il-valutazzjoni finali għandha, barra minn hekk, teżamina sa fejn il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress laħqet l-għanijiet tagħha. L-evalwazzjoni interim tal-Faċilità trid tkun lesta 4 snin wara l-bidu tal-Faċilità u l-evalwazzjoni finali mhux aktar tard minn sena wara t-tmiem tal-mandat(i) mogħtija lill-istituzzjonijiet finanzjari internazzjonali. 7. IL-MIżURI KONTRA L-FRODI Il-Kummissjoni trid tiżgura li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati skont id-Deċiżjoni preżenti jkunu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u bil-ġbir lura tal-ammonti mħallsa meta mhux dovuti u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, permezz ta’ pieni effettivi, proporzjonali u dissważivi, b’konformità mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, u mar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għall-azzjonijiet Komunitarji li jkunu ffinanzjati skont din id-Deċiżjoni, irregolarità kif imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandha tfisser kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kull ksur ta’ obbligu kuntrattwali li jkun ġej minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku, li jkollu, jew jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Komunitajiet jew il-baġits amministrati minnhom, minħabba element ta’ nefqa mhux iġġustifikat. 8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini tan-nefqa finanzjarja tagħhom Approprjazzjonijiet għall-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 1 puni deċimali) Azzjoni 1….. | L-implimentazzjoni tal-faċilità permezz ta' mandati għall-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Uffiċjali jew persunal temporanju[24] (XX 01 01) | A*/AD | 1 | 1 | 1 | 1 | B*, C*/AST | Persunal iffinanzjat[25] skont l-Art. XX 01 02 | 2 | 2 | 2 | 2 | Persunal ieħor[26] iffinanzjat skont l-Art. XX 01 04/05 | TOTAL | 3 | 3 | 3 | 3 | 8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-eżerċizzji li jirriżultaw mill-azzjoni L-eżerċizzji prinċipali għall-implimentazzjoni tal-azzjoni huma: - in-negozjar tal-mandati mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali - ir-reviżjoni u l-approvazzjoni tat-tranżazzjonijet - is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-programm - it-tfassil tar-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni - l-eżaminazzjoni tas-sinerġiji fil-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress u ma' programmi kumplimentari oħrajn tal-Komunità u b'mod partikolari mal-Fond Soċjali Ewropew. 8.2.3. L-oriġini tar-riżorsi umani (statutarji) (Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors) ( Karigi li huma bħalissa allokati għall-amministrazzjoni tal-programm li jridu jinbidlu jew jiġu estiżi ( Karigi allokati minn qabel fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena n ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss X Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fis-servizz ta’ amministrazzjoni (tqassim intern mill-ġdid) ( Karigi meħtieġa għas-sena 2010 għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena kkonċernata Il-ħtiġijiet għal riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti fi ħdan l-allokazzjoni li tista’ tingħata lid-DĠ responsabbli għall-amministrazzjoni fil-qafas tal-proċedura annwali ta' allokazzjoni fid-dawl tal-limiti baġitarji. 8.2.4. Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Nefqa ta’ ġestjoni amministrattiva) Miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Linja baġitarja 04 01 04 11 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL | Assistenza teknika u amministrattiva oħra | - intra muros | - extra muros | Għajnuna Teknika u amministrattiva totali | 0.250 | 0.250 | 0.250 | 0.250 | 1.000 | 8.2.5. In-nefqa finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) It-tip ta’ riżorsi umani | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Total | Uffiċjali u persunal temporarju (XX 01 01) | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.488 | Il-persunal iffinanzjat skont l-Art XX 01 02 (awżiljarju, SNEs, persunal b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) | 0.128 | 0.128 | 0.128 | 0.128 | 0.512 | Kost totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0.250 | 0.250 | 0.250 | 0.250 | 1.000 | Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti temporanji Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1 jekk ikun meħtieġ 1 * 122 000 = 122 000 kull sena Kalkolu – Staff iffinanzjat skont l-Art. XX 01 02 Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1 jekk ikun meħtieġ 2 * 64 000 = 128 000 kull sena 8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor li mhuwiex inkluż fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL | XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | XX 01 02 11 03 – Kumitati[28] | XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 – Sistemi tal-informatika | 2 Nefqa Oħra ta’ Ġestjoni Totali (XX 01 02 11) | 3 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva (speċifika inkluża referenza għal-linja tal-baġit) | Spiża Amministrattiva Totali, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | Kalkolu - Spejjeż amministrattivi oħrajn mhux inklużi fl-ammont ta ’ referenza [1] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Aħseb fiċ-Ċokon l-Ewwel", "Att għan-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa, COM(2008)394 finali, 25.6.2008 [2] COM(2009) 114, 4.3.2009. [3] Ara: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=103&langId=en&eventsId=173&furtherEvents=yes [4] COM(2009) 257, 3.6.2009. [5] COM(2009) 257, 3.6.2009. [6] P6_TA-PROV(2009)0166 [7] (2006/C 139/01) [8] Fi prezzijiet tal-2004, EUR 100 miljun. [9] Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress (ĠU L 315, 15.11.2006, p. 1). [10] COM(2007) 708 [11] COM(2009) 257, 3.6.2009. [12] ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36. [13] ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1. [14] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2. [15] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1. [16] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx konċernat. [17] Nefqa fl-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [18] Nefqa fl-ambitu tal-Kapitolu xx 01 għajr għall-artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [19] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [20] Jistgħu jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun hemm bżonn, jiġifieri jekk it-tul taż-żmien tal-azzjoni jaqbeż is-6 snin. [21] B'mod partikolari dawk ikkunsidrati bħala 'mhux-bankabbli' jiġifieri li ma għandhomx aċċess għas-sistemi normali ta' kreditu; żgħażagħ, jew dawk li jgħixu f'ċirkostanzi ta' nuqqas ta' stabilità finanzjarja (ommijiet waħedhom, inkapaċitati, migranti, ħaddiema li saru żejda mill-post tax-xogħol tagħhom). [22] Jekk ikun indikat iktar minn metodu wieħed, jekk jogħġbok agħti aktar dettalji fit-taqsima ta' dan il-punt imsejħa "Kummenti rilevanti". [23] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3 [24] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [25] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [26] Spejjeż tiegħu huma inklużi fl-ammont ta’ referenza. [27] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i. [28] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.