EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0127

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja [Greenland] fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral [fil-Majjistral tal-Atlantiku]

/* KUMM/2009/0127 finali - CNS 2009/0041 */

52009PC0127

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja [Greenland] fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral [fil-Majjistral tal-Atlantiku] /* KUMM/2009/0127 finali - CNS 2009/0041 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 19.3.2009

KUMM(2009) 127 finali

2009/0041 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja [Greenland] fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral [fil-Majjistral tal-Atlantiku]

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-għan tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 tat-2 ta' Diċembru 2005 huwa jiġi implimentat fil-liġi tal-Komunita pjan ta’ rkupru għall-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja [Greenland] fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral [fil-Majjistral tal-Atlantiku] (NAFO).

Dan il-pjan ta' rkupru għandu jiġi rivedut f’intervalli regolari min-NAFO.

Matul il-laqgħa annwali tal-2007 f'Liżbona, il-Portugal, in-NAFO adotta għadd ta' modifiki għal dan il-pjan ta' bini mill-ġdid. Ġew adottati dawn l-emendi:

- miżuri msaħħa ta' kif jiġi rrappurtat il-qbid; u

- miżuri addizzjonali ta' kontroll biex jissaħħu l-ispezzjonijiet fuq il-baħar għal bastimenti deħlin u ħerġin miż-Żona tan-NAFO.

Dawn l-emendi ġew adottati bl-appoġġ tal-Komunità wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Dawn il-miżuri ġew implimentati fil-Liġi tal-Komunita fuq bażi temporanja permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li stabbilixxew għall-2008 u l-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid.

Dawn l-emendi huma vinkolanti u għalhekk għandhom jiġu implimentati fil-liġi tal-Komunità fuq bażi ta' żmien aktar fit-tul.

L-għan ta’ din il-proposta huwa li jiġu introdotti l-emendi meħtieġa fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005.

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju ta’ sussidjarità ma japplikax.

Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju.

Il-bażi ġuridika tal-proposta hija l-Artikolu 37 tat-Trattat KE.

Il-Kunsill b'hekk huwa mitlub jadotta din il-proposta mill-aktar fis possibbli.

2009/0041 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja [Greenland] fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral [fil-Majjistral tal-Atlantiku]

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 li jistabilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja [Greenland] fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral [tal-Majjistral tal-Atlantiku][3] jimplimenta pjan ta' rkupru għall-ħalibatt ta' Greenland adottat mill-Organizzazzjoni tas-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku (minn issa ‘l quddiem “NAFO”).

(2) Fid-29 Laqgħa Annwali li saret f'Settembru 2007, in-NAFO adotta għadd ta' emendi għal dan il-pjan ta' rkupru. Dawk l-emendi għandhom x'jaqsmu ma' miżuri msaħħa ta' kif jiġi rrappurat il-qbid u miżuri addizzjonali ta' kontroll biex jissaħħu l-ispezzjonijiet fuq il-baħar għal bastimenti deħlin u ħerġin miż-Żona Regolatorja tan-NAFO.

(3) Għalhekk huwa neċessarju li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 jiġi emendat sabiex jimplementa l-emendi għall-pjan ta' rkupru.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 huwa emendat kif ġej:

(1) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej:

"Artikolu 5aDħul fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO

1. Il-bastimenti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 5(1) jistgħu jidħlu fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO biex jistadu għall-ħalibatt ta' Greenland biss jekk:

1. għandhom inqas minn 50 tunnellata ta' kwalunkwe qabdafuq il-bastiment, jew

2. jikkonformaw mal-proċeduri msemmija f'paragrafi 2, 3 u 4.

2. Fejn il-bastiment tas-sajd ikollu qabdiet minn barra ż-Żona Regolatorja tan-NAFO ta' 50 tunnellata jew aktar abbord, għandu jikkomunika lis-Segretarjat tan-NAFO, permezz tal-posta elettronika jew feks sa mhux aktar tard minn 72 siegħa qabel ma jidħol fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO:

- l-ammont tal-qabda miżmum abbord,

- il-pożizzjoni (latitudni/lonġitudni) fejn il-kaptan tal-bastiment jipprevedi li l-bastiment ikun se jibda jistad, u

- l-ħin stmat tal-wasla f'dik il-pożizzjoni.

3. Jekk bastiment ta' spezzjoni, wara l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jindika li jkun biħsiebu jagħmel spezzjoni, dan għandu jikkomunika l-koordinati ta' punt ta' kontroll fejn tkun tista' ssir spezzjoni tal-bastiment tas-sajd. Il-punt ta' kontroll m'għandux ikun aktar minn 60 mil nawtiku mill-pożizzjoni li fih l-kaptan tal-bastiment jipprevedi li l-bastiment ikun se jibda jistad.

4. Il-bastiment tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jibda jistad f'kull wieħed mill-każjiet li ġejjin:

3. jekk jiġi notifikat b'dan mis-Segretarjat tan-NAFO;

4. jekk, wara spezzjoni magħmula skont il-paragrafu 3, jiġi infurmat mill-bastiment ta' ispezzjoni li jista' jibda jistad;

5. jekk il-bastiment ta' ispezzjoni ma jkunx beda l-ispezzjoni sa tliet sigħat wara l-wasla tal-bastiment tas-sajd fil-punt ta' kontroll indikat skont il-paragrafu 3;

6. jekk ma jirċievi l-ebda komunikazzjoni mis-Segretarjat tan-NAFO jew minn bastiment ta' ispezzjoni sakemm jidħol fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO, li l-bastiment ta' ispezzjoni għandu l-intenzjoni li jagħmel spezzjoni skont il-paragrafu 3."

(2) L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

7. Il-paragrafu 1, punt (b) għandu jinbidel bit-test li ġej:

"(b) kwantitajiet ta' ħalibatt ta' Greenland fuq bażi ta’ ħamest ijiem, inkluż qabda li ma tirrendi xejn. Dan ir-rapport għandu jiġi trażmess għall-ewwel darba mhux aktar tard minn tmiem l-għaxar jum wara d-data ta' dħul tal-bastiment fis-Sub-żona 2 tan-NAFO u fid-Diviżjonijiet 3KLMNO,

8. Il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom, malli jirċevuhom, jittrażmettu r-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat mill-ewwel ir-rapport imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 lis-Segretarjat tan-NAFO.

3. Meta l-qabdiet ta’ ħalibatt ta' Greenland notifikati skont il-paragrafu 2 huma meqjusa li eżawrew 75 % tal-allokazzjoni tal-kwota tal-Istati Membri, il-kaptani għandhom jittrażmettu r-rapporti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 fuq bażi ta' tlett ijiem.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Ghall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU C , , p. .

[2] ĠU C , , p. .

[3] ĠU L 340, 23.12.2005, p. 3

Top