Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009DC0547

    Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - It-tieni Rapport finanzjarju dwar l-eżukuzzjoni finanzjara tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) Sena Finanzjarja 2008

    /* KUMM/2009/0547 finali */

    52009DC0547

    Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - It-tieni Rapport finanzjarju dwar l-eżukuzzjoni finanzjara tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) Sena Finanzjarja 2008 /* KUMM/2009/0547 finali */


    [pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 21.10.2009

    KUMM(2009)547 finali

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    It-tieni rapport finanzjarju dwar l-eżukuzzjoni finanzjara tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)Sena Finanzjarja 2008

    WERREJ

    1. Proċedura u segwitu baġitarji 3

    2. L-Amministrazzjoni tal-approprjazzjonijiet u l-implimentazzjoni finanzjarja 5

    2.1. Approprjazzjonijet għall-impenji 5

    2.1.1. Approprjazzjonijiet għall-impenji għall-programmi operattivi tal-iżvilupp rurali 5

    2.1.2. Approprjazzjonijiet għall-impenji disponibbli għall-assistenza teknika 6

    2.2. Approprjazzjonijet għall-ħlasijiet 6

    2.2.1. Approprjazzjonijiet disponibbli għall-programmi operattivi tal-iżvilupp rurali 6

    2.2.2. Approprjazzjonijiet disponibbli għall-assistenza teknika 11

    3. Rata ta’ implimentazzjoni tal-programmi FAEŻR (% tal-allokazzjonijiet FAEŻR 2007 u 2008 mħallsa mill-Kummissjoni) mill-Istat Membru Error! Bookmark not defined.

    PROċEDURA U SEGWITU BAġITARJI

    Fit-2 ta' Mejju 2007, il-Kummissjoni adottat l-abbozz preliminari tal-baġit (APB) għas-sena finanzjarja 2008. L-APB għall-FAEŻR ġie propost lill-awtorità baġitarja bir-riżorsi finanzjarji li ġejjin (f' €) :

    Intestatura tal-baġit | Approprjazzjonijet għall-impenji | Approprjazzjonijet għall-ħlasijiet |

    05.040501 (Programmi ta' żvilupp rurali) | 12 542 462 561.00 | 9 396 700 000.00 |

    05.040502 (Assistenza teknika) | 22 089 328.00 | 10 000 000.00 |

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 li jistabbilixxi regoli għall-modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti ġie adottat fis-27 ta' Marzu 2007. L-impatt dirett fuq il-baġit tal-FAEŻR huwa żieda tal-approprjazzjonijiet għall-impenji b'ammont ta' € 362 000 000.00.

    Bħala konsegwenza, il-baġit ġenerali tal-2008 ġie adottat mill-Parlament fit-tieni qari fit-13 ta' Diċembru 2007 bl-ammonti li ġejjin għall-FAEŻR:

    Intestatura tal-baġit | Approprjazzjonijet għall-impenji | Approprjazzjonijet għall-ħlasijiet |

    05.040501 (Programmi ta' żvilupp rurali) | 12 904 462 561.00 | 9 396 700 000.00 |

    05.040502 (Assistenza teknika) | 22 089 328.00 | 10 000 000.00 |

    Fi tmiem is-sena 2007, ġew approvati mill-Kummissjoni 54 programm FAEŻR biss minn total ta' 94. L-40 programm li kien fadal ġew approvati fl-2008 kif ġej:

    - 25 programm FAEŻR ġew approvati fil-bidu tal-2008 billi bbenefikaw minn trasferiment mhux awtomatiku tal-approprjazzjonijiet għall-impenji mis-sena 2007 għas-sena 2008 għal ammont totali ta' € 1 360 517 165.00:

    - 15-il programm FAEŻR li għalihom ix-xogħol ta' struzzjoni ma ġiex iffinalizzat mill-Kummissjoni qabel tmiem l-2007 kienu parti mill-allokazzjoni tal-2007 li ġiet pprogrammata mill-ġdid għas-snin 2008-2013 bl-applikazzjoni tal-punt 48 tal-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) dwar id-dixxiplina baġitarja

    Għal dawn l-aħħar il-15-il programm FAEŻR, l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit 2007 f'isem l-allokazzjoni annwali tal-2007 ġew ikkanċellati u l-awtorità baġitarja approvat f'Mejju 2008 baġit rettifikat għal ammont supplimentari ta' € 370 376 764.00 f'approprjazzjonijiet għall-impenji li jikkorispondu għas-sehem tal-2008 tal-ipprogrammar mill-ġdid tal-allokazzjoni annwali tal-2007.

    Ta' min wieħed jinnota li l-applikazzjoni tal-punt 48 tal-IIA ħtieġet ukoll ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju għall-iżvilupp rurali bir-rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE li tistabbilixxi l-ammont ta' appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perijodu 2007-2013 u t-tqassim annwali tiegħu, kif ukoll ir-rettifika tad-Deċiżjoni 2006/636/KE li tistabbilixxi, skont l-Istat Membru, it-tqassim annwali tal-ammont għall-għajnuna Komunitarja għall-iżvilupp rurali għall-istess perjodu.

    Is-sitwazzjoni deskritta fuq tfisser li l-ammont għall-approprjazzjonijiet tal-impenn li huma finalment disponibbli għal-linja tal-baġit għal programmi FAEŻR operattivi (eskluża l-assistenza teknika) huwa ta' € 14 635 356 490.00.

    Ta' min jinnota li l-approprjazzjonijiet tal-ħlasijiet baqgħu fl-istess livell tal-2008 bħal dak tal-baġit adottat mill-Parlament fit-tieni qari fit-13 ta' Diċembru 2007, bl-eċċezzjoni ta' trasferiment totali ta' € 82 995 000.00 li sar fl-aħħar tas-sena sabiex iżid mal-linji baġitarji għat-Taqsima ta' Gwida tal-FAEGG. It-tabella taħt turi l-qagħda skont il-linja tal-baġit (f'Euro):

    Strument finanzjarju/linja tal-baġit | Żieda ("+") jew Tnaqqis ("-") tal-approprjazzjoni għall-ħlasijiet disponibbli (f’€) |

    FAEŻR (05.040501) | - 82 995 000.00 |

    FAEGG-Taqsima ta’ Gwida Għan 1 (05.04.02.01) u FAEGG-Taqsima ta’ Gwida Leader+ (05.040206) | + 82 995 000.00 |

    Varjazzjoni totali (żieda, tnaqqis għall-iżvilupp rurali) | 0.00 |

    It-taqsima li jmiss tiddeskrivi kif intużaw dawn il-fondi.

    L-AMMINISTRAZZJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA

    Approprjazzjonijet għall-impenji

    Approprjazzjonijiet għall-impenji għall-programmi operattivi tal-iżvilupp rurali

    It-totalità tal-approprjazzjonijiet għall-impenji disponibbli għall-allokazzjoni 2008 (€ 14.635.356.490,00) ġew użati (i.e. implimentazzjoni finanzjarja ta' 100 %) It-tabella hawn taħt turi l-ammonti realment impenjati f'2008, għal kull Stat Membru għall-programmi tal-FAEŻR (f'Euro):

    Stat Membru | Użu ta' approprjazzjonijet għall-impenji 2008 |

    AT | 594.709.669,00 |

    BE | 63.957.784,00 |

    BG | 581.200.565,00 |

    CY | 24.772.842,00 |

    CZ | 392.638.892,00 |

    DE | 1.186.941.705,00 |

    DK | 128.937.144,00 |

    EE | 95.569.377,00 |

    ES | 1.548.539.790,00 |

    FI | 318.959.772,00 |

    FR | 959.359.146,00 |

    GR | 463.470.078,00 |

    HU | 537.525.661,00 |

    IE | 355.014.220,00 |

    IT | 1.616.756.298,00 |

    LT | 248.836.020,00 |

    LU | 13.661.411,00 |

    LV | 300.635.734,00 |

    MT | 23.962.147,00 |

    NL | 72.638.338,00 |

    PL | 1.932.933.351,00 |

    PT | 587.531.051,00 |

    RO | 1.146.687.683,00 |

    SE | 277.225.207,00 |

    SI | 139.868.094,00 |

    SK | 286.531.906,00 |

    UK | 736.492.605,00 |

    Total Kumplessiv | 14.635.356.490,00 |

    Approprjazzjonijiet għall-impenji disponibbli għall-assistenza teknika

    L-Artikolu 69(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 jipprovdi għal 0.25 % tal-ammont totali għall-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali biex jintuża għall-assistenza teknika amministrata mill-Kummissjoni. Fil-baġit 2008, l-ammont disponibbli għal dan il-għan kien € 22 089 328.00 f'approprjazzjonijiet għall-impenji. Fi tmiem l-2008, l-użu tal-approprjazzjonijet għall-impenji laħaq € 5 250 376.94.

    It-tabella hawn taħt turi kif intużaw dawn l-approprjazzjonijiet għall-impenji. Il-biċċa l-kbira tal-approprjazzjonijiet għall-impenji tas-sena 2008 jikkonċernaw azzjonijiet marbuta mal-kostituzzjoni tan-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali u għall-iżvilupp tas-sistema informatika SFC2007.

    [pic]

    Approprjazzjonijet għall-ħlasijiet

    Approprjazzjonijiet disponibbli għall-programmi operattivi tal-iżvilupp rurali

    L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fil-baġit 2008 għall-programmi FAEŻR jitilgħu għal € 9 396 700 000.00. Minn dan l-ammont disponibbli, € 82 995 000.00 ġew trasferiti f'Novembru u f'Diċembru 2008 sabiex isaħħu l-linji baġitarji 05.040201 et 05.040206 (programmi FAEGG - Taqsima ta' Gwida għall-Għan 1 u rispettivament għal Leader + tal-perjodu ta' programmar 2000-2006).

    Sa tmiem is-sena 2008, l-użu tal-approprjazzjonijet għall-impenji laħaq € 8 538 840 673.98, li ntużaw kif ġej:

    Ħlasijiet akkont: | € 2.475.706.914,50 |

    Rimborżi r-4 trimestru 2006 | € 21.697.817,73 |

    Rimborżi t-3 trimestru 2007 | € 116.058.716,24 |

    Rimborżi r-4 trimestru 2007 | € 1.697.255.282,24 |

    Rimborżi l-1 trimestru 2008 | € 1.120.239.109,02 |

    Rimborżi t-2 trimestru 2008 | € 1.303.099.545,58 |

    Rimborżi t-3 trimestru 2008 | € 1.804.783.288,67 |

    Użu totali 2008 | € 8.538.840.673,98 |

    Ir-rimborżi tat-2 u t-3 trimestru 2008 għal ċerti programmi (ara l-lista taħt) kienu totalment jew parzjalment pendenti ma' tmiem is-sena finanzjarja minħbba li l-impenji tal-2007 u l-2008 għal dawn il-programmi kienu ġa ntużaw kollha mill-ħlasijiet akkont u r-rimborżi preċedenti. It-tabella taħt turi l-qagħda tal-programmi li użaw l-approprjazzjonijiet għall-impenji, u li l-ħlasijiet għalihom kellhom jistennew il-bidu tal-2009 (f'Euro):

    Programm FAEŻR - Nru° CCI | Q2 2008 (It-2 trimestru) | Q3 2008 (It-3 trimestru) | Total |

    Vlaanderen (2007BE06RPO001) | 2.634.830,50 | 2.634.830,50 |

    Nordrhein-Westfalen (2007DE06RPO015) | 10.345.809,87 | 10.345.809,87 |

    Aragon (2007ES06RPO002) | 12.299.213,27 | 16.291.566,28 | 28.590.779,54 |

    Asturias (2007ES06RPO003) | 1.100.082,61 | 1.100.082,61 |

    La Rioja (2007ES06RPO016) | 1.046.530,71 | 1.046.530,71 |

    Ireland National (2007IE06RPO001) | 95.219.252,45 | 95.219.252,45 |

    Total | 12.299.213,27 | 126.638.072,42 | 138.937.285,68 |

    Id-differenza bejn parti waħda mill-ammont totali tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet disponibbli u, min-naħa l-oħra, l-ammont ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet użati u l-ammont trasferit sabiex jissaħħu żewġ linji għall-prejodu preċedenti ta' pprogrammar kienet ta' € 774 864 326.02 Dan l-ammont jirrapreżenta sotto-implimentazzjoni finanzjarja ta' 8.2 % tal-ammont disponibbli fil-baġit. Din is-sotto-implimentazzjoni tirriżulta prinċiplament mill-fatt li d-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tat-tielet trimestru kienet inqas mill-previżjonijiet kkomunikati fil-bidu mill-Istati Membri. Dawn l-approprjazzjonijiet ġew trasferiti lejn il-baġit tal-2009 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SEC(2009) 164 tat-13 ta' Frar 2009 bħala approprjazzjonijiet C2 (approprjazzjonijiet mhux trasferiti awtomatikament b' Deċiżjoni tal-Kummissjoni u li għandhom jintużaw qabel il-31 ta' Diċembru 2009).

    It-tabella taħt turu l-użu fix-xahar tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fis-sena 2008. Ir-ritmu tal-użu huwa influwenzat mid-dati li fihom isiru l-erba' dikjarazzjonijiet tal-ħlas (il-31 ta' Jannar, it-30 ta' April, il-31 ta' Lulju, l-10 ta' Novembru għad-dikjarazzjonijiet korrispondenti għal Q4 2007, Q1 2008, Q2 2008, Q3 2008 rispettivament).

    [pic]

    It-tabella fuq tindika l-ammonti mħallsa mill-Kummissjoni fis-sena kalendarja 2008, skont l-Istat Membru, għal ħlasijiet bil-quddiem effettwati u għal rimborżi ta' spejjeż imġarrba mill-entitajiet paganti waqt il-perjodi tas-16 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2007 (Q4 2007), mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Marzu 2008 (Q1 2008), mill-1 ta' April 2008 sat-30 ta' Ġunju 2008 (Q2 2008), mill-1 ta' Lulju 2008 sal-15 ta' Ottubru 2008 (Q3 2008).

    L-ammonti li jikkonċernaw Q4 2006, fir-rigward tal-ispejjeż iddikjarati mill-Istati Membri abbażi tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, jitħallsu darba li l-programmi korrispondenti jiġu finalment adottati mill-Kummissjoni, li tat lok għall-ħlasijiet anki fl-2008. Dawk il-ħlasijiet li jikkonċernaw programmi li għadhoma ma ġewx approvati fi tmiem is-sena finanzjarja 2007 u li huma suġġetti għal programmar mill-ġdid (l-Artikolu 48 tal-Ftehim Internazzjonali) jew ta' trasferiment mhux awtomatiku tal-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-2007 lejn l-2008.

    L-ammonti li jikkonċernaw il-Q3 2007 (imġarrba bejn l-1 ta' Lulju 2007 u l-15 ta' Ottubru 2007) jikkonċernaw programmi li eżawrew l-approprjazzjonijiet għall-impenji tagħhom tal-2007 u li tħallsu b'approprjazzjonijiet tas-sena 2008.

    [pic]

    Fis-sena 2008, l-ammont totali ta' rimborżi (ħlasijiet intermedji) jitla' għal € 6 063 133 759.48, u dak tal-ħlasijiet bil-quddiem jitla' għal € 2 475 706 914.50.

    Għal dak li jikkonċerna l-evoluzzjoni f'relazzjoni mal-2007, it-tabella fuq turi żieda sinifikattiva ħafna (+40.43 %) tal-ħlasijiet li saru mill-Istati Membri. Din iż-żieda hija spjegata mill-fatt li r-rimborżi iktar minn irduppjaw fl-2008 (+ 155.21 %) filwaqt li l-ammont tal-ħlasijiet bil-quddiem naqsu b'rata inqas (-33.18 %). It-tnaqqis tal-ħlasijiet bil-quddiem ġej mill-fatt li aktar min-nofs kien ġa tħallas fl-2007. Iż-żieda kbira fir-rimborżi tixhed l-implimentazzjoni progressiva tal-programmi tal-iżvilupp rurali fl-Istati Membri.

    [pic]

    Approprjazzjonijiet disponibbli għall-assistenza teknika

    Fil-baġit 2008, l-ammont inizjalment disponibbli għal dan il-għan jitla' għal € 10 000 000.00 għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet. Waqt is-sena finanzjarja tal-ħlas globali 2008 li sar mid-DĠ BUDG, ammont ta' € 2 000 000.00 ġie trasferit lejn linja baġitarja oħra barra mill-qasam tal-iżvilupp rurali. Sa tmiem l-2008, l-użu tal-approprjazzjonijiet tal-kreditu jitla' għal € 3 455 471.11.

    It-tabella li ġejja turi l-ammonti mħallsa skont il-linja baġitarja, kif ukoll l-implimentazzjonijiet ewlenin, partikolarment il-kostituzzjoni ta' netwerk ewropew għall-iżvilupp rurali u l-osservatorju għaż-żoni rurali.

    [pic]

    Għandu jiġi nnutat li parti minn dawn l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet użati fl-2008 għal-linja baġitarja korrispondenti għall-iżvilupp tas-sistema informatika SFC 2007 (€ 316 624) jikkonċernaw impenji li saru fis-sena 2007.

    ANALIŻI SKONT L-ASSI U L-MIŻURA FAEŻR TAL-AMMONTI DDIKJARATI MILL-ISTITUZZJONIJIET PAGANTI TAL-ISTATI MEMBRI

    It-tabella isfel turi l-infiq iddikjarat mill-Istati Membri skont il-miżura ta' żvilupp rurali fl-2007 (minn Q4 2006 sa q3 2007), fl-2008 (minn Q4 2007 sa Q3 2008), u t-tqabbil mal-istess infiq mill-bidu tal-programmi (Q4 2006 sa Q3 2008), u bl-ammonti li jidhru fil-pjani ta' finanzjament 2007-2013 (f'miljuni ta' €). Dan it-tqabbil juri sa liema punt l-implimentazzjoni reali tikkorrispondi mal-previżjonijiet stabbiliti fil-programmi.

    Għas-sena 2008, joħroġ li 21.3 % ta' dawn l-ammonti jikkonċernaw infiq għal miżuri f'isem l-assi 1, 75.0 % għall-miżuri f'isem l-assi 2, u 1.9 % għall-assi 3. Din il-qagħda tippreżenta differenzi sinifikattivi fir-rigward tal-pjan finanzjarju fis-seħħ fi tmiem Diċembru 2008 għat-totalità tal-perjodu 2007-2013 (34 % għall-assi 1, 43.7 % għall-assi 2, u 13.4 % għall-assi 3).

    Din il-qagħda tista' tiġi spjegata min-natura tal-miżuri tal-assi 2 li spiss jitħallsu sew abbażi tal-kuntratti tul il-programmazzjoni preċedenti u sew bis-saħħa ta' pagamenti annwali. Madankollu, id-dewmien fir-rigward tal-assi 1 u 3 jista' jiġi spjegat mill-fatt li l-proġetti ta' investiment jeħtieġu proċedura itwal għall-approvazzjoni tagħhom (il-pubblikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-għoti, il-wasla tat-talbiet mill-benefiċjarji potenzjali, proċedura tal-għażla, eċċ.) u għall-implimentazzjoni tagħhom.

    Il-bilanċ bejn l-assi fl-istrateġija tal-iżvilupp ta' kull programm se tintlaħaq skont il-każ hekk kif il-programmi FAEŻR jimxu 'l quddiem fl-implimentazzjoni tagħhom. Fil-fatt, it-tqabbil tal-perċentwali tas-sena 2008 ma' dawk tal-2007 juri diġà evoluzzjoni f'dan is-sens u, bħala eżempju, l-assi 2 għadda minn 81.6 % tan-nefqa ddikjarata fl-2007 għal 75.0 % fl-2008, filwaqt li l-assi 1 juri evoluzzjoni bil-maqlub minn 16.0 % fl-2007 għal 21.3 % fl-2008.

    [pic]

    RATA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMMI FAEŻR (% TAL-ALLOKAZZJONIJIET FAEŻR 2007 U 2008 MĦALLSA MILL-KUMMISSJONI) MILL-ISTAT MEMBRU

    Il-grafika tal-paġna li jmiss turi l-livell ta' ħlasijiet FAEŻR mill-bidu tal-perjodu tal-ipprogrammar, inkluż l-ammonti mħallsa mill-Istati Membri għall-aħħar trimestru tal-2008 (u rrimborżati għalhekk mill-Kummissjoni bil-baġit 2009), imqabbel mal-allokazzjoni tas-snin 2007 u 2008. Dan il-livell qiegħed 71.7 % għat-totalità tal-programmi FAEŻR.

    Il-grafika turi li l-programmi kollha ħlief 4 (Malta, il-Litwanja, il-Bulgarija u l-Latvja) nefqu, fuq livell ta' Stat Membru, aktar minn 50 % tal-ammont kumulat tal-approprjazzjonijiet għall-2007 u l-2008.

    Min-naħa l-oħra, 5 pajjiżi (l-Irlanda, Franza, il-Lussemburgu, l-Awstrija u l-Belġju) iddikjaraw spejjeż li jaqbżu l-ammont kumulat tal-approprjazzjonijiet għall-2007 u l-2008, qabża li kellha tiġġarrab mill-impenn annwali għall-2009.

    [pic]

    Top