Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009DC0177

    Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda nru 5 għall-baġit ġenerali tal-2009 - Dikjarazzjoni tal-infiq taqsima b’taqsima - Taqsima III : Il-Kummissjoni

    /* KUMM/2009/0177 finali */

    52009DC0177

    Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda nru 5 għall-baġit ġenerali tal-2009 - Dikjarazzjoni tal-infiq taqsima b’taqsima - Taqsima III : Il-Kummissjoni /* KUMM/2009/0177 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 15.4.2009

    KUMM(2009) 177 finali

    ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT TA' EMENDA Nru 5 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2009

    DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ TAQSIMA B’TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni

    ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT TA' EMENDA Nru 5GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2009

    DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ TAQSIMA B’TAQSIMATaqsima III – Il-Kummissjoni

    Wara li ġie kkunsidrat:

    - it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 272 tiegħu,

    - it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

    - ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta’ Emenda Nru 5 għall-baġit tal-2009.

    TIBDILIET FID-DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL

    It-tibdil għad-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul jintbagħat separatament permezz tas-sistema SEI-BUD. Verżjoni bl-Ingliż tat-tibdil għad-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness tal-baġit.

    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    L-Abbozz Preliminari preżenti tal-Baġit ta' Emenda Nru 5/2009 huwa maħsub biex iqassam il-bilanċ favorevoli li rriżulta mill-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2008. Kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], fl-Artikolu 15 § 3, dan huwa l-uniku suġġett ta' dan l-APBE u għandu jiġi sottomess fi żmien 15-il ġurnata wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji, li saret fil-31 ta' Marzu 2009.

    1. L-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2008 turi bilanċ favorevoli ta' EUR 1,796,151,821 (li ma jinkludix il-kontribuzzjonijiet mill-EFTA-ŻEE), li għalhekk iddaħħal bħala dħul fil-baġit tal-2009.

    Ir-reġistrar tal-bilanċ favorevoli jista' jiġi analizzat kif ġej:

    2008 | EFTA-ŻEE | Il-Komunitajiet Ewropej | Total |

    Dħul għas-sena finanzjarja | 199 139 557,00 | 121 385 242 727,55 | 121 584 382 284,55 |

    Pagamenti kontra approprjazzjonijiet għas-sena kurrenti | -183 598 206,59 | -115 366 374 174,96 | -115 549 972 381,55 |

    Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mgħoddija għas-sena N+1 | 0,00 | -3 912 336 487,46 | -3 912 336 487,46 |

    Approprjazzjonijiet tal-EFTA miġjuba mis-sena N-1 | -2 324 641,86 | 0,00 | -2 324 641,86 |

    Kanċellazzjonijiet ta' approprjazzjonijiet mhux użati miġjuba mis-sena N-1 | 564 626,36 | 187 331 191,58 | 187 895 817,94 |

    Differenzi tal-kambju għas-sena | 0,00 | -497 711 435,90 | -497 711 435,90 |

    Outturn baġit 2008 | 13 781 334,91 | 1 796 151 820,81 | 1 809 933 155,72 |

    2. L-ibbaġġitjar tal-bilanċ favorevoli se jnaqqas għaldaqstant il-kontribuzzjoni globali tal-Istati Membri għall-iffinanzjar tal-Baġit tal-UE. Dan it-tnaqqis globali skont l-Istat Membru se jkun ukoll influwenzat mill-previżjoni aġġornata tar-riżorsi proprji (TOR, VAT u DGN) inkluż l-ammont aġġornat tal-korrezzjoni tar-Renju Unit. F'Ġunju, il-Kummissjoni se tippreżenta, f'Abozz Preliminari tal-Baġit ta' Emenda separat, previżjonijiet aġġornati, li mistennija jkomplu jbiddlu l-ammonti tal-kontribuzzjonijiet skont il-pajjiż.

    [1] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    [2] ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

    Top