Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0207

Eliġibbiltà taħt l-ERDF ta' investimenti fl-effiċenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli fid-djar ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 2 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli fid-djar (COM(2008)0838 – C6-0473/2008 – 2008/0245(COD))
P6_TC11-COD(2008)0245 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 2 ta' April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-effiċjenza fl-enerġija u l-investimenti fl-enerġija rinovabbli fid-djar

ĠU C 137E, 27.5.2010, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 137/64


Il-Ħamis, 2 ta’ April 2009
Eliġibbiltà taħt l-ERDF ta' investimenti fl-effiċenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli fid-djar ***I

P6_TA(2009)0207

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli fid-djar (COM(2008)0838 – C6-0473/2008 – 2008/0245(COD))

2010/C 137 E/18

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0838),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 162 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0473/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li ikkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0134/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 2 ta’ April 2009
P6_TC11-COD(2008)0245

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-effiċjenza fl-enerġija u l-investimenti fl-enerġija rinovabbli fid-djar

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (KE) Nru 397/2009.)


Top