This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008SC0093
Commission staff working document accompanying the Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on the provision of food information to consumers - Summary of the impact assessment - Report on general food labelling issues {COM(2008) 40 final} {SEC(2008) 92} {SEC(2008) 94} {SEC(2008) 95}
Dokument ta’ ħidma mill-persunal tal-Kummissjoni - Rapport fil-qosor dwar Rapport ta’ stima ta’ l-impatt dwar kwistjonijiet tat-tqegħid tat-tikketti fuq l-ikel ġenerali - li jakkumpanja l- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-forniment ta’ tagħrif dwar l-ikel lill-konsumaturi {KUMM(2008) 40 finali} {SEG(2008) 92} {SEG(2008) 94} {SEG(2008) 95}
Dokument ta’ ħidma mill-persunal tal-Kummissjoni - Rapport fil-qosor dwar Rapport ta’ stima ta’ l-impatt dwar kwistjonijiet tat-tqegħid tat-tikketti fuq l-ikel ġenerali - li jakkumpanja l- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-forniment ta’ tagħrif dwar l-ikel lill-konsumaturi {KUMM(2008) 40 finali} {SEG(2008) 92} {SEG(2008) 94} {SEG(2008) 95}
/* SEK/2008/0093 finali */
Dokument ta’ ħidma mill-persunal tal-Kummissjoni - Rapport fil-qosor dwar Rapport ta’ stima ta’ l-impatt dwar kwistjonijiet tat-tqegħid tat-tikketti fuq l-ikel ġenerali - li jakkumpanja l- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-forniment ta’ tagħrif dwar l-ikel lill-konsumaturi {KUMM(2008) 40 finali} {SEG(2008) 92} {SEG(2008) 94} {SEG(2008) 95} /* SEK/2008/0093 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussell, 30.1.2008 SEG(2008) 93 DOKUMENT TA’ ĦIDMA MILL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Rapport fil-qosor dwar RAPPORT TA’ STIMA TA’ L-IMPATT DWAR KWISTJONIJIET TAT-TQEGĦID TAT-TIKKETTI FUQ L-IKEL ĠENERALI li jakkumpanja l- PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL DWAR IL-FORNIMENT TA’ TAGĦRIF DWAR L-IKEL LILL-KONSUMATURI {KUMM(2008) 40 finali}{SEG(2008) 92}{SEG(2008) 94}{SEG(2008) 95} SINTEŻI EŻEKUTTIVA INTRODUZZJONI It-tqegħid tat-tikketti fuq l-ikel ġenerali hu regolat mid-Direttiva 2000/13/KE, verżjoni kodifikata tad-Direttiva 79/112/KE. Għalkemm emenda maġġuri riċenti ddaħħlet fl-2003 (ingredjenti allerġeniċi) bosta mid-dispożizzjonijiet ilhom mill-1978. L-iżvilupp ta’ kemm is-suq ta’ l-ikel kif ukoll l-istenniji tal-konsumaturi jagħmel l-aġġornament u l-modernizzazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni meħtieġa. Ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-tqegħid tat-tikketti ta’ l-ikel ġenerali u t-tqegħid tat-tikketti tan-nutrimenti hi inkluża fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni. Kwistjonijiet ta’ proċedura u konsultazzjoni tal-partijiet interessati Il-partijiet interessati ewlenin ġew ikkonsultati fl-2003 - 2007. Il-bażi tal-proċess ta’ konsultazzjoni kienet il-konklużjoni ta’ studju li sar fl-2003 dwar il-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-tqegħid tat-tikketti fuq l-ikel. Il-konklużjonijiet ta’ dan l-istudju identifikaw il-punti ewlenin fuq liema l-Kummissjoni għandha tiffoka fil-kuntest ta’ proposta li timmira li timmodernizza l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-tqegħid tat-tikketti u s-sodisfazzjoni ta' l-aspirazzjonijiet tal-konsumaturi. Kien hemm stħarriġ wiesa’ tal-partijiet interessati kollha li kien qiegħed ifittex l-opinjonijiet tagħhom dwar il-leġiżlazzjoni eżistenti u l-bżonnijiet għal bidla. Saret konsultazzjoni miftuħa permezz ta' l-internet mit-13.3.2006 sas-16.6.2006. Twaqqaf Grupp Intern tas-Servizz tal-Kummissjoni dwar l-Istima ta’ l-Impatt. Ir-riżultati tal-valutazzjoni ta’ l-impatt ġew miflija mill-Bord għall-Istima ta’ l-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea (BII), li ta l-opinjoni tiegħu. Identifikazzjoni tal-problema L-Istima ta’ l-Impatt tikkonċerna r-reviżjoni tad-Direttiva 2000/13/KE li tistipula tagħrif obbligatorju dwar it-tikketti ta’ l-ikel. L-għan ewlieni ta’ din il-leġiżlazzjoni ma tqegħidx fid-dubju mill-partijiet interessati tul konsultazzjoni estensiva. Il-kontenut bażiku tar-rekwiżiti eżistenti hu meqjus bħala akkwist ta’ valur u ma jidhirx li hemm xewqa għal bidla mill-partijiet interessati tal-komponenti ewlenin tal-leġiżlazzjoni. Madankollu, hemm ċerti aspetti tal-leġiżlazzjoni li ma jaħdmux b’mod effiċjenti u ma jissodisfawx bis-sħiħ l-għanijiet oriġinali. Kemm kritika ġenerali dwar il-mod mhux koordinat fl-għoti ta' l-ispettru kollu tal-leġiżlazzjoni Komunitarja tat-tqegħid tat-tikketti u, b’mod aktar speċifiku, nuqqas ta’ koordinazzjoni tad-dati ta’ implimentazzjoni. Għat-tqegħid tat-tikketti ta’ l-ikel orizzontali, ġie espress tħassib dwar in-nuqqas ta' ċarezza u ċertezza legali, u n-nuqqas tar-regoli li jindirizzaw il-bżonnijiet u l-istenniji attwali tal-partijiet interessati (li nbidlu tul iż-żmien). Il-proċess ta’ konsultazzjoni wera li ċerti kwistjonijiet ewlenin jeħtieġu jiġu rriveduti. Madankollu, il-partijiet interessati għandhom opinjonijiet differenti ħafna rigward kif dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati. L-għanijiet L-għanijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni dwar it-tqegħid tat-tikketti fuq l-ikel huma li: ( tippermetti lill-konsumaturi li jagħmlu għażliet informati, siguri, sani u sostenibbli; ( tipprovdi lill-konsumaturi b’tagħrif relevanti, utli u mistenni leġittimament; ( issaħħaħ it-tħaddim bla problemi tas-suq intern; ( trawwem ambjent tas-suq favur il-kompetizzjoni. B’kunsiderazzjoni ta’ dan l-għan, l-ambitu wiesa’ tar-reviżjoni għandu jirrifletti l-għanijiet speċifiċi li ġejjin: ( jiżguraw konsistenza u ċarezza fl-għoti ta’ tagħrif; ( iħarsu s-saħħa tal-konsumatur u jindirizzaw talbiet speċifiċi tal-konsumatur għat-tagħrif; ( jevitaw indikazzjonijiet li jqarrqu u jneħħu l-inkonsistenzi eżistenti; ( jippermettu u jippremjaw l-innovazzjoni ta’ l-industrija li tippermettilhom li jagħmlu użu sħiħ mis-setgħa tat-tqegħid tat-tikketti biex ibiegħu l-prodotti tagħhom. Kwistjonijiet tal-Politika Maġġuri u Benefiċċji ta’ Simplifikazzjoni Mistennija Sabiex jinkisbu l-għanijiet u skond il-proċess ta’ simplifikazzjoni, tqiesu għadd ta’ miżuri. B’kunsiderazzjoni sħiħa tal-bżonnijiet ta’ simplifikazzjoni li feġġu mill-konsultazzjoni, dawn il-miżuri nfirdu f’żewġ kategoriji: Għodod ta’ simplifikazzjoni ġenerali: ( Twaqqif ta’ mekkaniżmu flessibbli minn isfel għal fuq (governanza ġdida tat-tqegħid tat-tikketti) li jippermetti lill-industrija li ddaħħal innovazzjonijiet, u r-regoli tat-tqegħid tat-tikketti biex jaddattaw għas-swieq u t-talbiet tal-konsumaturi differenti u li kontinwament qegħdin jinbidlu; ( Tfassil mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet tat-tqegħid tat-tikketti orrizontali differenti. It-twaħħid ta’ dawn it-testijiet se jżid is-sinerġiji, inaqqas l-irduppjar u xogħol żejjed u jżid iċ-ċarezza u l-konsistenza tar-regoli Komunitarji. Dan hu metodu ta’ simplifikazzjoni qawwi li għandu jipprovdi lill-operaturi ekonomiċi u lill-awtoritajiet ta’ infurzar b’qafas regolatorju aktar ċar u armonizzat. Ġie kkunsidrat li tinġabar il-leġiżlazzjoni tat-tqegħid tat-tikketti kollha, kif ukoll ir-rekwiżiti vertikali, f’test wieħed iżda dan kien se jirriżulta f’mod ħafna aktar kumpless; ( Tneħħija ta’ l-inkonsistenzu bejn ir-regoli orizzontali u vertikali, fejn possibbli; ( Razzjonalizzazzjoni (aġġornament, kjarifika, tneħħija ta' xogħol żejjed) tat-tagħrif obbligatorju meħtieġ mill-Artikolu 3.1 tad-Direttiva 2000/13/KE. Miżuri li tul il-konsultazzjonijiet ġew identifikati bħala li kellhom impatti aktar importanti, u li għalihom twettqet analiżi aktar dettaljata. It-trattament tal-kwistjonijiet li ġejjin jikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni f’termini ta’ konformità eħfef u aktar ċarezza għall-partijiet interessati: ( Leġġibilità tat-tikketti – l-għan hu li jiġi ssimplifikat u mtejjeb il-mod kif it-tagħrif hu magħmul disponibbli għall-konsumaturi u biex jitħaffef il-mod kif l-operaturi jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali għal tikketti ċari u li jinqraw faċilment. ( Nuqqas ta’ tagħrif dwar ingredjenti allerġeniċi fuq ikel mhux ippakkjat minn qabel – l-għan hu li titħares is-saħħa tal-konsumatur u li tiġi żgurata konsistenza fl-għoti ta' tagħrif. ( Tikketti ta' l-oriġini - l-għan hu li tiġi ssimplifikata l-qagħda attwali fejn minħabba inċertezza hemm proliferazzjoni ta’ indikazzjonijiet ta’ l-oriġini volontarji li jqarrqu u dibatittu mingħajr tmiem dwar kif tiġi ttrattata t-talba rikorrenti tal-konsumatur għal tagħrif dwar l-oriġini ta’ l-ikel. It-trattament ta’ din il-kwistjoni jipprovdi ċarezza fil-leġiżlazzjoni, tħaffif tal-konformità għall-operaturi u titjib dwar il-fehim tal-konsumatur ta’ l-indikazzjonijiet ta’ l-oriġini. ( Tagħrif inkonsistenti dwar l-ingredjenti u b’mod partikolari l- lista ta’ l-ingredjenti għax-xorb alkoħoliku – l-għan hu li tiġi razzjonalizzata l-qagħda attwali billi jiġu ċċarati l-inċertezzi legali eżistenti. Għażliet bażiċi Fir-rapport ta’ l-Istima ta’ l-Impatt bosta għażliet għal azzjoni Komunitarja ġew deskritti biex jittrattaw dawn il-kwistjonijiet li jvarjaw minn l-ebda azzjoni għal azzjonijiet statutorji. Għalkemm l-hekk imsejħa “modi bażiċi” tqiesu, minħabba li l-inizjattiva kkonċernata tikkonċerna reviżjoni li għalihom żoni ċari ta’ azzjoni ġew identifikati permezz ta’ konsultazzjoni estensiva, l-analiżi dettaljata ta’ l-impatti ssejset fuq l-għażliet għal azzjoni ta’ l-4 kwistjonijiet ewlenin li ġew identifikati għal reviżjoni possibbli fil-leġiżlazzjoni. L-ebda intervent ma jżomm il-qagħda attwali b’leġiżlazzjoni mferxa bl-effetti negattivi li ġejjin : - regoli bla koordinazzjoni u li jħawwdu li jtellfu l-implimentazzjoni effettiva; - piżijiet mhux ġustifikati fuq in-negozju ta’ l-ikel minħabba rekwiżiti skaduti, ridondanti jew mhux ċari; - użu tal-konsumaturi inkonsistenti tat-tikketti; - in-nuqqas ta’ effettività tat-tikketti bħala għodda ta’ komunikazzjoni; - falliment tal-leġiżlazzjoni li taddatta għas-swieq u t-talbiet leġittimi tal-konsumaturi li dejjem jinbidlu. L-intervent tqies fil-kuntest tad-deregolamentazzjoni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-mod mhux statutorju jew l-aġġornament tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Mod deregolatorju jissarraf fil-qerda ta’ l-istrumenti bażiċi tal-politika għar-regoli tat-tqegħid tat-tikketti fuq l-ikel orizzontali b’impatt dirett fuq ir-regoli tat-tqegħid tat-tikketti vertikali. Regoli mhux armonizzati jxekklu s-suq intern, iwasslu għal tagħrif mhux biżżejjed u jnaqqsu l-livell ta' ħarsien tal-konsumatur. L-iżmantellar tar-regoli eżistenti għandu mnejn jiltaqa’ ma’ reżistenza mill-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri u l-konsumaturi billi huma mdorrija bir-rekwiżiti eżistenti u kwalunkwe bidla tista’ tidher bħala tħollija ta’ “akkwist” ta’ valur. Għalhekk, id-deregolamentazzjoni ma tqisitx bħala mod vijabbli. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali u r-revoka tar-regoli Komunitarji jwasslu għal regoli nazzjonali differenti li jxekklu s-suq intern; tgħawwiġ tal-kompetizzjoni ġusta; piż amministrattiv akbar għall-industrija; mod inkonsistenti fil-kontenut u d-disponibbiltà ta' tagħrif li joħolqu konfużjoni għall-konsumaturi; livell differenti ta’ ħarsien għaċ-ċittadini ta’ l-UE. Mod mhux statutorju alternattiv – Il-fatturi differenti tat-tagħrif tal-konsumatur u t- tendenzi attwali lejn l-iżvilupp ta’ “kultura leġiżlattiva ġdida” appellaw għal valutazzjoni ta’ mod li jista’ jsib bilanċ bejn il-flessibbiltà u l-preskrizzjoni u bejn l-azzjoni fuq livell nazzjonali u l-azzjoni fuq livell ta’ l-UE. Governanza b’bosta livelli minn isfel għal fuq imsejsa fuq il-prinċipju ta’ impenn lejn l-aħjar prassi u t-tqassim tad- data bejn il-partijiet interessati tista’ tkun alternattiva vijabbli għal ċerti aspetti tal-leġiżlazzjoni u dan il-mekkaniżmu innovattiv ġie vvalutat bħala għażla. Kwistjonijiet ta’ politika u għażliet speċifiċi Kwistjoni ta’ Politika 1: Il-Leġġibilità ta' l-informazzjoni Problemi attwali Għalkemm id-Direttiva qafas teħtieġ li r-rekwiżiti obbligatorji jinftehmu malajr, li jkunu mmarkati f’post fejn jidher u b’tali mod biex jidhru mill-ewwel, jinqraw tajjeb u ma jitħassrux , kemm hemm ilment ġenerali li t-tikketti la setgħu jinqraw u lanqas jinftehmu. L-ilment l-aktar frekwenti b’mod partikolari kien id-daqs tat-tipa. L-għażliet ta' politika L-għażliet ta’ l-ebda azzjoni ta’ l-UE, mod volontarju, u mod statutorju li jinkludu standardizzazzjoni tat-tikketti jew it-twaqqif ta’ daqs minimimu tat-tipa ġew eżaminati. Ir-riżultati ewlenin L-analiżi wriet li regoli speċifiċi fuq id-daqs tat-tipa se jindirizzaw waħda mill-kwistjonijiet fundamentali relatati mal-leġġibilità tat-tagħrif. Madankollu, hu rikonoxxut li dan mhux l-uniku aspett. Jekk aspetti oħra ta’ leġġibilità jitqiesu bħala li joħolqu problema sinifikanti għall-konsumaturi għalhekk ix-xewqa għal armonizzazzjoni fuq dawn il-fatturi tista' teħtieġ tiġi indirizzata fil-ġejjieni. Hemm tagħrif inadegwat biex jiġi vvalutat l-impatt tal-bidla fil-leġiżlazzjoni biex jinkludi daqs minimu tat-tipa. Madankollu l-manufatturi diġà għandhom isegwu l-prinċipji li t-tikketti tagħhom għandhom ikunu jistgħu jinqraw biex l-inklużjoni tar-rekwiżiti speċifiċi relatati mal-leġġibilità fil-leġiżlazzjoni tipprovdi qafas li permezz tiegħu jista’ jiġi mistenni li tikketta tkun tista’ tinqara mill-konsumatur medju. Rekwiżiti oħra dwar il-leġġibilità tat-tikketti ta’ l-ikel s’issa ġew opposti mill-partijiet interessati tan-negozju, peress li jibżgħu li dan se jżid l-ispejjeż għat-tqegħid tat-tikketti fuq l-ikel u jnaqqas il-flessibbiltà tagħhom. Madankollu, din hi waħda mill-kwistjonijiet ewlenin tar-reviżjoni, billi ma jagħmilx sens li jiġu stabbiliti obbligi rigward it-tagħrif li għandu jiġi pprovdut lill-konsumatur jekk dan ta' l-aħħar ma jagħmilx użu minnu. Għalhekk, tqies li ma hu se jkun hemm l-ebda benefiċċju minn kwalunkwe reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tat-tqegħid tat-tikketti jekk din ma jwassalx għal tikketti aktar leġġibbli. Kwistjoni ta’ Politika 2: Nuqqas ta’ tagħrif dwar ingredjenti allerġeniċi fuq ikel li mhux ippakkjat minn qabel Problemi attwali Il-konsumaturi li għandhom allerġiji jew intoleranzi għal ċertu ingredjenti ta’ l-ikel huma moqdija sew mil-leġiżlazzjoni attwali b’rigward għall-forniment ta’ tagħrif dwar ikel ippakkjat minn qabel. Madankollu, dan l-ikel jagħmel biss parti mid-dieta ta’ tali konsumaturi u hemm domanda dejjem akbar biex ir-rekwiżiti fuq ikel ippakkjat minn qabel jiġu estiżi għal ikel mhux ippakkjat minn qabel. Speċjalment billi hemm implikazzjonijiet għas-saħħa potenzjali jekk jingħata jew jiġi implikat tagħrif ħażin. L-għażliet ta' politika L-għażliet sabiex ma jkunx hemm azzjoni ta’ l-UE, jew ikun hemm mod volontarju, u mod statutorju biex jestendi t-tqegħid tat-tikketti ta’ l-allerġeni obbligatorji għall- ikel mhux ippakkjat minn qabel ġew eżaminati. Ir-riżultati ewlenin L-analiżi turi li l-għoti ta’ tagħrif rigward il-preżenza ta’ allerġeni jwieġeb għat-tħassib dwar is-sigurtà u s-saħħa espress mill-konsumaturi. Għalkemm f’termini tan-negozju affettwat l-ispejjeż globali huma probabbli li jkunu sinifikanti, hu diffiċli li jiġu kwantifikati l-ispejjeż operattivi. Il-produzzjoni attwali ta’ tikketta fiżika għall-ikel mibjugħa waħedha tidher li hi fattur mhux problematiku iżda jista’ jkun hemm kwistjonijiet bil-ħolqien u l-aġġornament tat-tagħrif. Il-garanzija li t-tagħrif meħtieġ hu disponibbli mill-ewwel lill-bejjiegħa bl-imnut li jbiegħu ikel mhux ippakkjat minn qabel u lir-ristoranti mill-fornituri tagħhom inaqqas l-ispejjeż tat-tagħrif. Flessibbiltà għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni se tippermetti għal addattament tal-miżuri għall-karatteristiċi domestiċi ta’ kull ħanut bl-imnut u negozju tal-kejtering ta’ l-ikel ta’ l-Istat Membru u jista’ jippermetti għal reġim aktar effettiv f’termini ta’ nfiq. Taħt mod volontarju, huwa inqas probabbli li jkun hemm konsistenza fl-għoti ta' tagħrif affidabbli u preċiż. Kwistjoni ta’ Politika 3: Kjarifika ta’ l-użu tat-tqegħid tat-tikketti ta’ l-oriġini fuq l-ikel Problemi attwali Dettalji dwar l-oriġini tal-prodotti jinsabu ta' spiss fuq it-tiketti ta' l-ikel, jew billi l-leġiżlazzjoni teħtieġ li dan ikun preżenti jew kumpaniji minn rajha tiddeċiedu li tipprovdi tali tagħrif. Għalkemm data dettaljata mhix disponibbli, jidher li aktar u aktar prodotti fihom indikazzjoni ta’ l-oriġini. Dan iwassal għal stenniji mill-konsumaturi kemm għal aktar tikketti ta’ l-oriġini kif ukoll għal assigurazzjonijiet li meta dan jiġi pprovdut jistgħu jkunu ċerti li t-tagħrif mhux ħażin jew qarrieqi . L-aħħar kwistjoni hi wkoll ta’ interess għall-industrija, aktar u aktar billi l-użu tat-tikketti ta’ oriġini jista’ jagħti vantaġġ kompetittiv . Għaldaqstant jixtiequ jkollhom opportunitajiet indaqs ma’ l-UE kollha, b’'regoli' ċari dwar it-tikketti ta’ l-oriġini. Madankollu, fuq livell orizzontali tal-leġiżlazzjoni tali regoli mhumiex stabbiliti. L-għażliet ta' politika L-għażliet li ma jkunx hemm azzjoni ta’ l-UE, jew li jkun hemm mod volontarju jew mod statutorju li jeħtieġ it-tqegħid tat-tikketti ta’ l-oriġini mandatorji għal kull ikel mhux proċessat jew li jiġu indirizzati t-talbiet ġustifikati għat-tikketti ta' oriġini jew li jitwaqqfu kriterji biex ikopru l-użu volontarju tat-tikketti ta’ l-oriġini ġew eżaminati. Ir-riżultati ewlenin Il-konsumaturi ma' l-Unjoni Ewropea jagħtu importanza lit-tagħrif dwar il-pajjiżi ta’ l-oriġini fuq l-ikel. L-ispejjeż tat-tikketti mandatorji tal-pajjiżi ta’ l-oriġini jvarjaw u jiddependu minn sa fejn iwassal ir-rekwiżit. Madankollu, l-ispejjeż potenzjali huma mnaqqsa minħabba l-għadd ta’ kumpaniji li diġà jipprovdi tali tagħrif u permezz ta’ sistemi ta’ tiftix u traċċar. Perjodu ta’ tranżizzjoni xieraq li jippermetti għal kwalunkwe tibdiliet fit-tikketti li jista jinħtieġ li jiġu inkorporati fiċ-ċiklu tat-tqegħid tat-tikketti normali jgħin inaqqas l-ispejjeż diretti assoċjati mal-bidliet fil-leġiżlazzjoni. Billi ssodisfat it-talbiet tal-konsumatur u tat għażla infurmata, l-introduzzjoni ta’ livelli differenti ta’ tikketti ta’ l-oriġini għal prodotti ta’ l-ikel differenti, murija wara t-talbiet differenti tal-konsumatur għat-tikketti, jikkostitwixxi benefiċċju meta mqabbel mal-qagħda attwali. Madankollu, biex jiġu żgurati dawn il-benefiċċji, it-tikketta tal-pajjiż ta’ l-oriġini għandha tkun ċara, tinftiehem u mhux tqarraq bil-konsumatur. It-tikketti attwali ma jinftehmux sew mill-konsumaturi u ġieli saħansitra jqarrqu. Kjarifika dwar l-użu tat-tikketti ta’ l-oriġini għalhekk ikunu ta’ benefiċċju għall-konsumaturi iżda wkoll għall-industrija u l-awtoritajiet ta’ infurzar. Kwistjoni ta’ Politika 4: Applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-lista ta’ l-ingredjenti Problemi attwali Bħalissa, ix-xorb alkoħoliku mhux mitlub ikollu lista ta’ l-ingredjenti. Din il-qagħda mhux ir-riżultat ta’ deroga espliċita mogħtija mid-Direttiva 2000/13/KE iżda ta’ inċertezza legali mnissla fl-għarfien li jinħtieġu regoli speċifiċi għat-tniżżil ta’ l-ingredjenti tax-xorb alkoħoliku minħabba l-karatteristiċi partikolari u l-metodi ta’ produzzjoni tagħhom. Għalhekk, filwaqt li fil-leġiżlazzjoni attwali hemm obbligu teoretiku li x-xorb alkoħoliku jniżżel l-ingredjenti tiegħu, fir-realtà din il-ħtieġa qatt ma saret minħabba n-nuqqas ta’ regoli speċifiċi. L-għażliet ta' politika L-għażliet li ma jkunx hemm azzjoni ta’ l-UE, li jsir mod volontarju u mod statutorju li jeżenta parti jew ix-xorb alkoħoliku kollu milli jniżżel l-ingredjenti jew min-naħa l-oħra li jdaħħal fis-seħħ ir-regoli attwali ġew eżaminati. Ir-riżultati ewlenin Hemm ftit xhieda dwar l-impatti tar-rekwiżiti mandatorji orizzontali għal-lista ta’ l-ingredjenti għax-xorb alkoħoliku, li s’issa kien eżenti mir-regolament u l-livell ta’ interess tal-konsumatur fit-tikketti ta’ l-ingredjenti tax-xorb alkoħoliku mhux ċar. Għalkemm sar progress sinifikanti b’rigward għat-tikketti ta’ l-allerġeni, il-qagħda għadha l-istess għall-ingredjenti l-oħra li jistgħu jkunu preżenti fix-xorb alkoħoliku u mhux ittikkettjati, bħall-addittivi ta’ l-ikel u togħmiet użati f’bosta minn dan ix-xorb, kif ukoll xarbiet lesti għax-xorb, mingħajr tagħrif għall-konsumaturi. Il-konsumaturi għandhom jingħataw tagħrif li hu utli u vitali biex jippermettilhom jagħmlu deċiżjoni infurmata u sikwit jevitalhom milli jiġu mqarrqa. Għalhekk l-użu ta’ sustanzi li probabbli li jinfluwenzaw l-għażla tal-konsumatur minħabba l-preżenza jew effett teknoloġiku tagħhom dwar il-prodott lest għandhom normalment jiġu mistennija jirriżultaw fi tqegħid tat-tikketti obbligatorju. L-introduzzjoni tal-lista ta' l-ingredjenti għandha timponi xi spejjeż żgħar fuq il-produtturi biex ibiddlu u jistampaw tikketti ġodda, filwaqt li l-lista ta' ingredjenti attwali għandha tkun disponibbli mill-ewwel lill-kumpanija. Konklużjoni B’kunsiderazzjoni għall-għażliet varji u l-impatti rispettivi tagħhom, l-isfida għall-Kummissjoni hi kif tarmonizza u tissimplifika x-xena tat-tqegħid tat-tikketti fuq l-ikel mingħajr ma tellef il-livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur segwit mill-Komunità. L-impatt ta’ kwalunkwe mod regolatorju jista’ jitnaqqas billi jiġu pprovduti perjodi ta’ tranżizzjoni li jippermettu li l-bidliet tat-tqegħid tat-tikketti jsiru tul iċ-ċiklu normali għall-bidliet tat-tikketti li qegħdin isiru fi ħdan kumpanija.