EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0792

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 tat-13 ta' Jannar 2004 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importi ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja

/* KUMM/2008/0792 finali */

52008PC0792

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 tat-13 ta' Jannar 2004 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importi ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja /* KUMM/2008/0792 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 25.11.2008

KUMM(2008) 792 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 tat-13 ta' Jannar 2004 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importi ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Ir-Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku kontra s-sussidji”) fil-proċediment kontra s-sussidji li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw mill-Indja. |

Il-kuntest ġenerali Din il-proposta hi magħmula fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. |

Il-miżuri eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruº74/2004 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja. |

Il-konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. |

IL-KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TAL-IMPATT |

Il-konsultazzjoni ma' partijiet interessati |

Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |

Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert |

Ma kien hemm l-ebda ħtieġa għal għarfien espert estern. |

L-istima tal-impatt Din il-proposta hi r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima ġenerali tal-impatt iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu evalwati. |

L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

Is-sommarju tal-azzjoni proposta Fit-2 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni interim parzjali b’inizjattiva tagħha stess, limitata għall-livell ta' sussidju tal-miżuri kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta' bjankerija tas-sodda li toriġina mill-Indja, għaliex kien hemm biżżejjed evidenza prima facie disponibbli għall-Kummissjoni li kienu nbidlu ċ-ċirkostanzi dwar is-sussidju fuq liema bażi l-miżuri kienu stabbiliti u li dawn il-bidliet kienu ta' natura dejjiema. Il-proposta tal-Kummissjoni (mehmuża) għal Regolament tal-Kunsill fiha l-konklużjonijiet definittivi fir-rigward tas-sussidji. Kien għalhekk propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament li għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2009. |

Il-bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. |

Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għaldaqstant, il-prinċipju ta’ sussidjarjetà ma japplikax. |

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba li l-forma tal-azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħalli l-ebda ambitu għal deċiżjonijiet nazzjonali. |

L-indikazzjoni ta' kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini jiġi minimizzat u jsir proporzjonali mal-għan tal-proposta mhijiex applikabbli. |

L-għażla ta' strumenti |

L-istrumenti proposti: regolament. |

Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati minħabba li r-Regolament bażiku msemmi hawn fuq ma jipprevedix għażliet oħrajn. |

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju. |

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 tat-13 ta' Jannar 2004 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importi ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[1] (ir-'Regolament bażiku'), u b'mod partikolari l-Artikoli 15 u 19 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1. PROĊEDURA

1.1. L-investigazzjoni ta’ qabel u l-miżuri fis-seħħ

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004[2], impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton bil-kodiċi NM ex 6302 21 00, ex 6302 22 90, ex 6302 31 00 u ex 6302 32 90 u li toriġina fl-Indja. Ir-rata ta' dazju tvarja bejn 4,4 % u 10,4 % għal kumpaniji individwali fil-kampjun, b'rata medja għal-kumpanija li qegħda f'kooperazzjoni ta' 7,6 % u residwu ta' dazju ta’ 10,4 %.

1.2. Inizjazzjoni ex officio ta’ reviżjoni interim parzjali

(2) Wara l-impożizzjoni ta' dazju kumpensatorju definittiv il-Gvern tal-Indja ('GTI') għamel sottomissjonijiet li ċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' żewġ skemi ta' sussidju (l-Iskema tal-Librett għall-Intitolar tad-Dazji u l-Eżenzjoni mit-Taxxa tad-Dħul skont it-Taqsima 80 HHC tal-Att dwar it-Taxxa tad-Dħul) kienu nbidlu u li dawn il-bidliet kienu dejjiema. Huma argumentaw li l-livell ta' sussidju għalhekk kien probabbilment naqas u għaldaqstant il-miżuri li kienu mwaqqfa parzjalment minħabba dawn l-iskemi għandhom ikunu riveduti.

(3) Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza mressqa mill-GTI u kkunsidrata biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Konsultazzjoni, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni interim parzjali ex officio tal-miżuri fis-seħħ permezz ta' nota ppublikata f 'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea [3].

(4) L-għan ta' din l-investigazzjoni ta' reviżjoni interim parzjali huwa li jkun stmat il-bżonn għall-kontinwazzjoni, it-tneħħija jew it-tibdil tal-miżuri eżistenti fir-rigward ta' dawk il-kumpaniji li bbenefikaw minn skema ta' sussidju waħda jew mit-tnejn li allegatament inbidlu fejn biżżejjed evidenza kienet provduta skont ir-rekwiżiti relevanti tal-avviż ta' bidu. Skont is-sejbiet tal-investigazzjoni tagħha se tistma wkoll il-bżonn ta' reviżjoni tal-miżuri applikabbli għal kumpaniji oħra li kkoperaw fl-investigazzjoni oriġinali u/jew fil-miżura ta' residju applikabbi għall-kumpaniji l-oħra kollha.

1.3. Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni

(5) L-investigazzjoni kopriet il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Ottubru 2006 u t-30 ta' Settembru 2007 (il-'perjodu ta' investigazzjoni għal reviżjoni' jew il-'PIR').

1.4. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(6) Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-Gvern tal-Indja ('GTI') bil-bidu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni interim parzjali, flimkien ma’ dawk il-produtturi esportaturi Indjani li kkoperaw fl-investigazzjoni preċedenti u li kienu nstabu li bbenefikaw minn skema waħda jew miż-żewġ skemi ta' sussidju li allegatament inbidlu u li kienu mniżżla fin-nota ta' bidu tar-reviżjoni interim parzjali, kif ukoll lir-rappreżentati tal-industrija tal-Komunità. Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta. Il-kummenti bil-miktub u bil-fomm ippreżentati mill-partijiet kienu kkunsidrati u, meta kien xieraq, ingħata kas tagħhom.

(7) Fid-dawl tan-numru kbir ta' partijiet apparentament involuti f'din ir-reviżjoni, l-użu tat-teħid ta' kampjuni għall-investigazzjoni tas-sussidji ġie propost skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

(8) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħżel kampjun, skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, l-esportaturi u r-rappreżentanti li qed jaġixxu f'isimhom intalbu li jgħarrfu lilhom infushom fi żmien tliet ġimgħat wara l-bidu tal-proċedura u jipprovdu tagħrif bażiku dwar il-bejgħ bl-esportazzjoni u domestiku tagħhom, dwar skemi partikolari ta' sussidju u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati kollha. L-awtoritajiet tal-Indja kienu infurmati ukoll.

(9) Aktar minn 80 kumpanija wrew min huma u pprovdew l-informazzjoni mitluba għall-kampjun. Dawn il-kumpaniji rrappreżentaw aktar minn 95 % tal-esportazzjonijiet totali tal-Indja lill-Komunità fl-istess perjodu.

(10) Minħabba n-numru kbir ta' kumpaniji, kampjun ta' 11-il kumpanija esportatriċi u grupp esportatur bl-akbar volumi ta' esportazzjoni lill-Komunità kienu magħżula, b'konsultazzjoni mal-industrija tal-Komunità, mal-assoċjazzjoni tat-tessuti Indjana Texprocil u mal-GTI.

(11) Il-kampjun rrappreżenta 64 % tal-esportazzjoni totali lejn l-UE tal-prodott ikkonċernat mill-Indja fil-perjodu tat-teħid tal-kampjun (mill-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007). Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, il-kampjun magħżul kopra l-volum ta’ esportazzjonijiet l-aktar rappreżentattivi possibbli li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.

(12) Rikjesti għad-determinazzjoni tal-marġini ta' sussidju individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku kienu mibgħuta minn erba' kumpaniji mhux magħżula fil-kampjun. Madankollu, minħabba l-għadd kbir ta’ talbiet u l-għadd kbir ta’ kumpaniji magħżula fil-kampjun, kien ikkunsidrat li dawn il-kontrolli individwali kienu se jkunu ta’ piż żejjed mhux ġustifikat fil-kuntest tal-Artikolu 27(3) u kienu se jipprevjenu t-tlestija tal-investigazzjoni fiż-żmien dovut. It-talba għad-determinazzjoni tal-marġini individwali mill-erba' kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun ma kienux għalhekk milqugħa.

(13) Waqt l-investigazzjoni kien identifikat li żewġ kumpaniji relatati ta' żewġ kumpaniji tal-esportazzjoni inklużi fil-kampjun ma pproduċewx, ma esportaw u ma biegħux fis-suq domestiku l-prodott ikkonċernat waqt il-PIR. Ma esprimew l-ebda intenzjoni li jagħmlu hekk fil-futur. Kien għalhekk deċiż li dawk il-kumpaniji relatati jkunu esklużi mill-kampjun u l-kalkulazzjoni ta' marġini individwali ta' sussidju.

(14) Il-kumpaniji mhux magħżula għall-kampjun ġew mgħarrfa li kull dazju kontra s-sussidju fuq l-esportazzjonijiet tagħhom se jkun kalkolat skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, jiġifieri mingħajr ma jaqbżu l-ammont medju mwieżen ta' sussidji kumpensatorji stabbiliti għall-kumpaniji fil-kampjun.

(15) Il-kumpaniji li ma ppreżentawx lilhom infushom fiż-żmien stabbilit fl-avviż ta' bidu ġew meqjusa bħala partijijet li mhumiex interessati.

(16) Risposti għall-kwestjonarju ġew mibgħuta mill-produtturi esportaturi kollha li huma parti mill-kampjun fl-Indja.

(17) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għad-determinazzjoni tas-sussidju. Saru żjajjar ta’ verifika fil-bini tal-partijiet konċernati li ġejjin:

Il-Gvern tal-Indja ('GTI')

- Ministeru tal-Kummerċ, New Delhi;

Produtturi fl-Indja li jesportaw

- Anunay Fab. Limited, Ahmedabad

- Brijmohan Purusottamdas, Mumbai u Incotex Impex Pvt. Limited, Mumbai

- Divya Global Pvt. Ltd., Mumbai

- Intex Exports, Pattex Exports u Sunny Made-ups, Mumbai

- Jindal Worldwide Ltd, Progressive Enterprise u Texcellence Overseas, Ahmedabad u Mumbai

- Madhu Industries Limited u Madhu International, Ahmedabad

- Mahalaxmi Exports u Mahalaxmi Fabric Mills Pvt. Ltd, Ahmedabad

- Prakash Cotton Mills Pvt., Ltd, Mumbai

- Prem Textiles, Indore

- The Bombay Dyeing and Manufacturing Co. Ltd., N W Exports Limited u Nowrosjee Wadia & Sons Limited, Mumbai

- Vigneshwara Exports Limited, Mumbai

1.5. Komunikazzjoni u kumment dwar il-proċedura

(18) Il-GTI u l-partijiet l-oħra interessati kienu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kien ippjanat li tkun imressqa l-proposta għall-emenda tar-rati tad-dazju applikabbli u għall-kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti. Ġew mogħtija wkoll żmien raġonevoli biex jikkummentaw. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti kollha ġew ikkunsidrati kif spjegat hawn taħt.

2. Il-prodott ikkonċernat

(19) Il-prodott suġġett għar-reviżjoni huwa bjankerija tas-sodda tal-fibri tal-qoton, puri jew imħalltin b'fibri magħmulin mill-bniedem jew kittien (mingħajr ma l-kittien ikun il-fibra dominanti), ibblijċjati, miżbugħin jew stampati, li joriġinaw fl-Indja ('il-prodott ikkonċernat'), li bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċi NM ex 6302 21 00, ex 6302 22 90, ex 6302 31 00 u ex 6302 32 90, kif stipulat fl-investigazzjoni oriġinali.

3. SUSSIDJI

3.1. Introduzzjoni

(20) Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati:

Skemi ta' sussidju investigati fl-investigazzjoni oriġinali:

1. Skema tal-Librett għall-Intitolar tad-Dazju ('DEPB')

2. Skema ta' Ċertifikat għar-Riforniment bla Dazju/Skema ta' Awtorizazzjoni għal-Importazzjoni bla Dazju ('DFIA')

3. L-iskema ta' Promozzjoni ta' Esportazzjoni ta' Merkanzija Kapitali ('EPCG')

4. Skema ta Liċenzja bil-Quddiem ('ALS')/Skema ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem ('AAS')

5. Żoni ta' Proċessar ta' Esportazzjoni/Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni ('EPZ/EOU')

6. Skema tal-Eżenzjoni tat-Taxxa fuq id-Dħul ('ITES')

Skemi ta' sussidju mhux investigati fl-investigazzjoni oriġinali:

7. Skema għall-Ħlas lura tad-Dazju ('DDS')

8. Skema ta' Fondi għall-Apgrejdjar tat-Teknoloġija ('TUFS')

9. Skema ta' Esportazzjoni tal-Kreditu (qabel u wara l-kunsinna) ('ECS')

(21) L-iskemi (1) sa (5) ta' hawn fuq huma bbażati fuq l-Att dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni) tal-1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (l-"Att dwar il-Kummerċ Barrani"). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn jinsabu miġbura fil-qosor fid-dokumenti 'Politika tal-Esportazzjoni u l-Importazzjoni', li l-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ kull ħames snin u jaġġorna regolarment. Dokument wieħed tal-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni huwa rilevanti għall-PIR f'dan il-każ; jiġifieri l-pjan ta’ ħames snin dwar il-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2004 sal- 31 ta’ Marzu 2009 ('politika-EXIM 04-09'). Barra minn hekk, il-GTI jistipula wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-politika tal-EXIM 04-09 fil-'Manwal tal-Proċeduri – mill-1 ta' Settembru 2004 sal-31 ta' Marzu 2009; Volum I ('HOP I 04-09'). Il-Manwal tal-Proċedura jkun aġġornat ukoll fuq bażi regolari.

(22) L-iskema ta’ Eżenzjonijiet tat-Taxxa fuq id-Dħul hija bbażata fuq l-Att tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-1961, li tkun emendata kull sena mill-Att tal-Finanzi.

(23) L-Iskema għall-Ħlas lura tad-Dazju hija bbażata fuq Taqsima 75 tal-Att dwar id-Dwana tal-1962, Taqsima 37(2)(xvi) tal-Att tad-Dazju tal-1944 u Taqsimiet 93A u 94 tal-Att tal-Finanzi tal-1994. Din hija skema ġdida li ma kinitx investigata qabel.

(24) L-Iskema ta' Fondi għall-Apgrejdjar tat-Teknoloġija hija bbażata fuq Riżoluzzjoni tal-Ministeru tat-Tessuti, tal-Gvern tal-Indja, ippubblika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Indja Parti Straordinarja I Taqsima I fit-30 ta' Marzu 1999. Din hija skema ġdida li ma kinitx investigata qabel.

(25) L-Iskema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (ECS) hija bbażata fuq it-taqsimiet 21 u 35A tal-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Attività Bankarja tal-1949, li jippermettu lill-Bank tar-Riserva tal-Indja ('BRI') jagħti struzzjonijiet lill-banek kummerċjali dwar il-kreditu fuq l-esportazzjoni.

(26) Skont l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku l-Kummissjoni stiednet lill-GTI għal kunsultazzjonijiet ulterjuri fir-rigward ta' skemi mibdula u oħrajn li mhumiex, kif ukoll dawk li ma kienux investigati qabel, bil-għan li tikkjarifika s-sitwazzjoni fattwali dwar l-allegati skemi u biex tinstab soluzzjoni li kulħadd jaqbel fuqha. Wara dawn il-konsultazzjonijiet, u fl-assenza ta' soluzzjoni li jaqbel fuqha kulħadd fir-rigward ta' dawn l-iskemi, il-Kummissjoni inkludiethom kollha kemm huma fl-investigazzjoni tas-sussidji.

3.2. Skemi speċifiċi

3.2.1. Skema tal-Librett għall-Intitolar tad-Dazju (Duty Entitlement Passbook, DEPB)

3.2.1.1. Il-bażi legali

(27) Id-deskrizzjoni ddettaljata tad-DEPB tinsab fil-paragrafu 4.3 tal-politika EXIM 04-09 u fil-kapitolu 4 tal-HOP I 04-09.

3.2.1.2. Eliġibbiltà

(28) Kull manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

3.2.1.3. Implimentazzjoni prattika

(29) L-esportatur eliġibbli jista’ japplika għall-krediti tad-DEPB li jkunu kkalkulati bħala perċentwali tal-valur tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Dawn ir-rati tad-DAPB kienu stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għall-biċċa l-kbira tal-prodotti, inkluż il-prodott konċernat. Huma jkunu ddeterminati fuq il-bażi tan-normi standard ta’ dħul-ħruġ (standard input-output norms, 'SIONs'), billi jkun ikkunsidrat il-kontenut preżunt importat ta’ dak li ddaħħal fil-prodott esportat u l-inċidenza tad-dazju doganali ta’ importazzjoni fuq dawn il-preżunti importazzjonijiet, mingħajr ma jingħata kas jekk id-dazji tal-importazzjoni kinux effettivament tħallsu jew le.

(30) Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, il-kumpanija trid tesporta. L-esportatur irid jiddikjara lill-awtoritajiet Indjani li l-esportazzjoni qed issir taħt l-iskema DEPB fil-ħin tal-esportazzjoni. Sabiex il-merkanzija tkun esportata, l-awtoritajiet Indjani tad-dwana joħorġu polza tal-esportazzjoni waqt il-proċedura li matulha l-merkanzija tintbagħat. Dan id-dokument jiddikjara l-ammont ta' kreditu tad-DEPB li għandu jkun mogħti fuq dik l-esportazzjoni u għalhekk l-esportatur ikun jaf il-benefiċċju li se jirċievi dak il-ħin stess.

(31) Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-kreditu tad-DEPB. Ir-rata tad-DEPB rilevanti biex ikun ikkalkulat il-benefiċċju hija dik applikata fiż-żmien li ssir id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni. Tkabbir retroattiv eċċezzjonali tar-rati tad-DEPB sar fiż-żmien tal-PIR, li wassal għal tkabbir fil-benefiċċji tad-DEPB mill-esportazzjonijiet mill-1 ta' April 2007 sat-12 ta' Lulju 2008. Madankollu, mhuwiex possibbli li wieħed jissoponi li tnaqqis retroattiv fir-rati tad-DEPB jista jkun implimentat skont il-prinċipju ta' ċertezza legali bħala deċiżjoni amministrattiva negattiva. Għalhekk jista jkun konkluż li l-abilità tal-GTI li jbiddel il-livell tal-benefiċċju b'mod retroattiv hija limitata.

(32) Il-krediti tad-DEPB huma trasferibbli mingħajr l-ebda ostakolu u validi għal 12-il xahar mid-data tal-ħruġ. Dawn il-krediti jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti tal-oġġetti kollha li jistgħu jkunu importati mingħajr ostakolu, minbarra ġid kapitali. L-oġġetti importati kontra dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għal taxxa fuq il-bejgħ) jew jintużaw mod ieħor.

(33) L-applikazzjonijiet għall-krediti tad-DEPB huma mimlija elettronikament u jistgħu jkopru kull ammont ta' transazzjonijiet ta' esportazzjoni. De facto l-ebda limiti stretti ma jeżistu biex isiru applikazzjonijiet għall-krediti tad-DEPB. Is-sistema elettronika wżata biex tamministra l-iskema tad-DEPB ma teskludix awtomatikament it-transazzjoniet ta' esportazzjoni li jidħlu wara l-limiti tal-perjodu ta' sottomissjoni msemmi fil-kapitolu 4.47 HOP I 04-09. Barra minn hekk, kif stipulat b'mod ċar fil-kapitolu 9.3 HOP I 04-09, l-applikazzjonijiet li jidħlu wara l-iskadenza tal-perjodu ta' sottomissjoni jistgħu dejjem ikunu kkunsidrati b'miżata minima ta' penali (10 % tal-intitolament).

(34) Filwaqt li r-rati tad-DEPB għall-esportazzjoni għall-prodott konċernat waqt il-PI tal-investigazzjoni oriġinali kienu ta' 8 %, fil-bidu tal-PIR kienu ta' 3,7 % biss, li kienu riveduti waqt il-PIR għal 6,7 % (fit-12 ta' Lulju 2007), u eċċezzjonalment datati b'lura għall-esportazzjonijijet mill-1 ta' April 2007.

3.2.1.4. Kummenti fuq dak li nstab

(35) Il-GTI u Textprocil allegaw li l-ebda eżenzjoni żejda ma ngħatat fl-applikazzjoni tal-iskema DAPB u argumentaw li għalhekk l-iskema ma kinitx kumpensatorja. Dan l-argument huwa miċħud fid-dawl tal-konklużjoni fil-premessa (38) li din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' ħlas lura ta’ dazju jew li tissostitwixxi l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Annessi I (i), II u III ta-Regolament bażiku. Bħala konsegwenza ta' dan, l-ammont sħiħ ta' dazji ċeduti huwa kumpesatorju.

3.2.1.5. Konklużjoni

(36) L-iskema DEPB tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-kreditu tad-DEPB huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu se jintuża eventwalment biex ipatti għad-dazji tal-importazzjoni, u b’hekk inaqqas id-dħul tal-GTI mid-dazju li altrimenti kien ikun dovut. Barra minn hekk, il-kreditu tad-DEPB huwa ta' benefiċċju għall-esportatur, għaliex itejjeb il-likwidità tiegħu.

(37) L-iskema DEPB hija assoċjata fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensatorja skont l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(38) Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur ma għandu l-ebda obbligazzjoni li fil-fatt jikkonsma l-oġġetti importati bla dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont tal-kreditu mhux ikkalkulat b’konnessjoni mal-oġġetti li fil-fatt intużaw. Barra minn dan, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema oġġetti kienu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx sar ħlas żejjed ta’ dazji ta’ importazzjoni fil-kuntest tal-partita (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, l-esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tad-DEPB irrispettivament jekk fil-fatt huwa jimportax materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott. Sabiex jikseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed għall-esportatur li sempliċiment jesporta l-oġġetti mingħajr ma jipprova li kien importat materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott. B’hekk, anki l-esportaturi li jakkwistaw lokalment dak kollu li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott u ma jimportaw l-ebda oġġett li jista’ jintuża fil-produzzjoni tal-prodott huma wkoll intitolati li jibbenifikaw mill-iskema DEPB.

3.2.1.6. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(39) Skont l-Artikoli 2(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji kien ikkalkulat fit-termini tal-benefiċċju li jingħata lil min jirċevih skont dak li jkun eżista matul il-PIR. F’dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li l-benefiċċju jingħata lil min jirċevih fil-mument meta t-transazzjoni tal-esportazzjoni ssir taħt din l-iskema. F’dan il-ħin, il-GTI jkun suġġett li jċedi d-dazji tal-importazzjoni, li jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Wara li l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia , l-ammont ta' kreditu DEPB li għadu jkun mogħti għal dik it-transazzjoni tal-esportazzjoni, il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni jekk jagħtix is-sussidju jew le. Barra minn hekk, il-produttutri esportatuti li jikkoperaw ikunu kkunsidraw il-krediti DEPB fil-kontabilità tagħhom bħala dħul fil-ħin tat-transazzjoni tal-esportazzjoni fuq il-bażi ta' ammonti dovuti.

(40) Sabiex ikun ikkunsidrat l-impatt taż-żieda fir-rati b'effett b'lura, il-valur tal-kreditu tad-DEPB għall-esportazzjonijiet bejn l-1 ta' April u t-12 ta' Lulju 2007 kien miżjud fejn neċessarju, għaliex il-benefiċċju attwali li l-kumpaniji jkunu ntitolati għalih meta jirċievu l-kreditu mill-GOI huwa ogħla minn dak dikjarat formalment fil-ħin tal-esportazzjoni.

(41) Meta saru talbiet iġġustifikati, il-miżati li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(42) Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju skont id-DEPB kienu sottomessi. Fejn kien iġġustifikat, il-kalkolazzjonijiet kienu rranġati bħala riżultat ta' dan.

(43) Kuntrarju għas-sottomissjoni ta' xi produtturi-esportaturi, anke l-kreditu tad-DEPBS iġġenerat mill-esportazzjoni ta' prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta' kreditu kumpensatorju tad-DEPBS. Skont id-DEPBS ma teżisti l-ebda obbligazzjoni li tillimita l-użu ta' krediti għall-importazzjoni bla dazju ta' materjal użat fil-produzzjoni ta' prodott speċifiku. Bil-kuntrarju ta' dan, il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli liberament, jistgħu wkoll ikunu mibjugħa u jkunu wżati għall-importazzjonijiet ta' kwalunkwe oġġett li jista' jkun impurtat bla restrizżzjonijiet (il-materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernt jaqa' f'din il-kategorija), minbarra oġġetti kapitali. Bħala konsegwenza ta' dan, il-prodott ikkonċernat jista' jibbenefika mill-krediti kollha tad-DEPBS iġġenerati.

(44) Ħames kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw mill-iskema DEPB matul il-PIR u kisbu marġini ta' sussidji li jvarjaw minn 0,15 % sa 3,96 %.

3.2.2. Skema ta' Awtorizzazzjoni għal-Importazzjoni bla Dazju (Duty Free Imports Authorisation, DFIA)/ Skema ta' Ċertifikat għar-Riforniment bla Dazju (Duty Free Replenishment Certificate, DFRC)

3.2.2.1. Il-bażi legali

(45) Id-deskrizzjoni ddettaljata tad-DFIA tinstab fil-kapitolu 4 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 4 tal-HOP I 04-09. L-iskema kienet introdotta fl-1 ta' Mejju 2006 u ħadet post l-iskema DFRC, li kkumpensa għaliha r-Regolament oriġinali.

3.2.2.2. Eliġibbiltà

(46) Id-DFIA hija maħruġa lil kull negozjant-esportatur jew manifattur-esportatur għall-importazzjoni ta' materjal użat fil-manifattura tal-prodott għall-esportazzjoni ħieles minn dazju doganali bażiku, dazju doganali addizzjonali, fond tal-edukazzjoni, dazju tal-anti-dumping u dazju ta' salvagwardja, jekk huwa l-każ.

3.2.2.3. Implimentazzjoni prattika

(47) Id-DFIA hija skema ta' wara u qabel l-esportazzjoni li tħalli l-importazzjoni ta' materjal skont in-normi tas-SION, iżda li, fil-każ ta' DFIA trasferibbli, ma għandux neċessarjament ikun għall-użu fil-manifattura tal-prodott esportat.

(48) Id-DFIA tkopri biss l-importazzjoni ta' materjal li se jkun użat fil-produzzjoni kif preskritt fis-SION. L-intitolar għall-importazzjoni huwa limitat għall-kwantità u l-valur imsemmija fis-SION, iżda jista’ jkun rivedut mill-awtoritajiet reġjonali jekk issir talba.

(49) L-obbligazzjoni tal-esportazzjoni hija suġġetta għar-rekwiżit ta' valur addizzjonali minimu ta' 20 %. Dawn l-esportazzjonijijet jistgħu jsiru qabel l-awtorizzazzjoni tad-DFIA, f'liema każ l-intitolar tal-importazzjoni jkun issettjat proporzjonalment mal-esportazzjoni provviżorja.

(50) Meta l-obbligazzjoni tal-esportazzjoni tkun imwettqa l-esportatur jista' jitlob it-trasferiment tal-awtorizzazzjoni DFIA, li fil-prattika tfisser permess biex tinbiegħ il-liċenzja tal-importazzjoni bla dazju fuq is-suq.

3.2.2.4. Kummenti fuq dak li nstab

(51) Il-GTI u Texprocil allegaw li d-DFRC hija skema leġittima għall-ħlas lura ta’ dazju, minħabba li l-iskema tipprovdi għar-riforniment ta' materjal użat fil-produzzjoni tal-prodott esportat u kienet ikkunsidrata raġonevoli, effettiva u bbażata fuq prattiċi aċċettati b'mod ġenerali fl-Indja. Billi l-kwantità, il-kwalità u l-karatteristiċi u speċifikazzjonijiet tekniċi jaqblu ma' materjal użat fil-produzzjoni tal-prodott ta' esportazzjoni, skont il-GTI u Texprocil l-iskema hija permessibbli skont il-Ftehim fuq Sussidji u Miżuri Kumpensatorji (ASCM). Il-GTI u Texprovil saħqu wkoll li, meta jkun stmat jekk hijiex skema leġittima għall-ħlas lura ta’ dazju, il-kundizzjoni rilevanti hija li wieħed iħares lejn dak li qed jiġi importat u mhux min qed jimporta. Kien misħuq ukoll li sakemm u safejn il-Gvern huwa konċernat, l-ebda benefiċċju addizzjonali ma jingħata. Kien għaldaqstant misħuq li l-iskema ma kinitx kumpensatorja. L-ebda evidenza ġdida ma kienet sottomessa biex tappoġġja dawn l-argumenti u għalhekk dawn l-argumenti qed ikunu miċħuda fid-dawl tas-sejbiet fil-premessi (52) sa (55) li l-ebda mis-sottoskemi ma' jistgħu jkunu kkunsidrati sistemi permessibbli ta' ħlas lura ta' dazju jew li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Anness I(i), II u III ta-Regolament bażiku. Bħala konsegwenza ta' dan, l-ammont sħiħ ta' benefiċċju huwa kumpensatorju.

3.2.2.5. Konklużjoni

(52) Għalkemm hemm xi differenzi bejn l-applikazzjoni tal-iskema l-ġdida DFIA, meta mqabbla mal-iskema kumpensatorja DFRC ta' qabel, id-DFIA l-ġdida għandha tkun ikkunsidrata bħala kontinwazzjoni tal-iskema DFRC, għaliex tinkludi l-elementi prinċipali tad-DFRC.

(53) Kemm id-DFRC u d-DFIA jipprovdu sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(i) u (ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' għotja. Jinvolvu trasferiment dirett ta' fondi, minħabba li jistgħu jinbiegħu u jinbidlu fi flus kontanti, jew jintużaw biex jagħmlu tajjeb għal dazji ta' importazzjoni, billi jwasslu lill-GTI jċedi dħul li kieku kien ikun mistħoqq. Barra minn hekk, id-DFRC u d-DFRA huma ta' benefiċċju għall-esportatur, għaliex itejbu l-likwidità tiegħu.

(54) Kemm id-DFRC u d-DFIA huma assoċjati fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa speċifiċi u kumpensatorji taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(55) Barra minn hekk, l-ebda minn dawn l-iskemi ma tista' titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Huma m’humiex konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari: (i) jippermettu għar-rimborżi ex post jew ħlas lura ta' tariffi tal-importazzjoni fuq materjal li jintuża fil-proċess ta' produzzjoni ta' prodott ieħor; (ii) ma hemm l-ebda sistema ta' verifika jew proċedura fis-seħħ li tikkonferma jekk u liema materjal ikun kkunsmat fil-proċess ta' produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx hemm benefiċċju eċċessiv fil-kuntest tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. u (iii) it-trasferibilità taċ-ċertifikati/awtorizzazzjonijiet timplika li esportatur li huwa mogħti DFRC jew DFIA ma huwa taħt l-ebda obbligazzjoni li juża ċ-ċertifikat biex jimporta l-materjal li se jintuża fil-produzzjoni.

3.2.2.6. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(56) Għall-identifikazzjoni tal-ammont tal-benefiċċju jrid ikun ikkunsidrat li, kontra l-każ tad-DEPB, il-liċenzji tad-DFRC u d-DFIA ma għandhom l-ebda bażi ta' valur jew rati ta' kreditu. Il-liċenzja tindika l-ammont totali ta' materjal għall-użu fil-produzzjoni li huwa permess u l-ammont massimu ta' valur tas-CIF ta' dawn l-importazzjonijiet. Bħala konsegwenza ta' dan, il-benefiċċju ma jkunx magħruf fil-ħin tal-esportazzjonijiet, u jkun jista' biss ikun determinat u meħud fil-kontabilità wara li l-liċenzja għall-importazzjoni tkun wżata jew mibjugħa.

(57) Għaldaqstant, fil-każ fejn il-liċenzji kienu wżati għall-importazzjonijiet, il-benefiċċju tal-kumpaniji kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammont ta' dazji tal-importazzjoni mitlufa. Fil-każijiet fejn il-liċenzji kienu trasferiti (mibjugħa), il-benefiċċju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-dħul minn dan il-bejgħ matul il-PIR.

(58) L-investigazzjoni stabbiliet li ħames kumpaniji li kienu qed jesportaw taħt id-DFRC u/jew d-DFIA biegħu l-awtorizzazzjonijiet/ċertifikati tagħhom lil kumpaniji terzi.

(59) Produttur-esportatur partikolari argumenta li kien għamel użu minn waħda mill-awtorizzazzjonijiet tad-DFI tiegħu bħala ħlas lura ta' sostituzzjoni u li ma kellux eżenzjonijiet żejda mid-dazji tal-importazzjoni skont il-liċenzja partikolari. L-investigazzjoni stabbiliet li l-kwantitajiet tal-importazzjoni u l-esportazzjoni skont dik il-liċenzja partikolari ma kienux użati kollha u li l-liċenzja kienet għadha ma għalqitx u ma kinitx ivverifikata skont ir-regoli stipulati mill-politika EXIM. Għaldaqstant, u b'kunsiderazzjoni għall-iskoperti skont il-premesssa (55), kien konkluż li l-kumpanija ma setgħatx tipprova li l-ebda eżenzjoniji żejda ma ngħatat skont dik il-liċenzja partikolari. L-ammont sħiħ tas-sussidji ffrankati mill-importazzjonijiet li saru bl-użu ta' dik il-liċenzja huma għalhekk ikkunsidrati bħala sussidju, u t-talba kienet għalhekk miċħuda.

(60) Meta saru talbiet iġġustifikati, il-miżati li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-benefiċċji hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammont tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(61) Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju skont id-DFRC/DFIA kienu sottomessi. Fejn kien iġġustifikat, il-kalkolazzjonijiet kienu rranġati bħala riżultat ta' dan.

(62) Kuntrarju għas-sottomissjoni ta' xi produtturi-esportaturi, anke l-kreditu tad-DFRC/DFIA iġġenerat mill-esportazzjoni ta' prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta' kreditu kumpensatorju tad-DEPBS. Skont id-DFRC/DFIA ma teżisti l-ebda obbligazzjoni li tillimita l-użu ta' krediti għall-importazzjoni bla dazju ta' materjal użat fil-produzzjoni ta' prodott speċifiku. Bil-kuntrarju ta' dan, il-krediti tad-DFRC/DFIA huma trasferibbli liberament, jistgħu wkoll ikunu mibjugħa u jkunu wżati għall-importazzjonijiet ta' kwalunkwe oġġett li jista' jkun impurtat bla restrizżzjonijiet (il-materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernt jaqa' f'din il-kategorija), minbarra oġġetti kapitali. Bħala konsegwenza ta' dan, il-prodott ikkonċernat jista' jibbenefika mill-benefiċċji kollha tad-DFRC/DFIA iġġenerati.

(63) Ħames kumpaniji fil-kampjun instabu li bbenefikaw minn dawn l-iskemi matul il-PIR b'marġini ta' sussidji li jvarjaw minn 0,09 % sa 2,03 %.

3.2.3. L-iskema ta' Promozzjoni ta' Esportazzjoni ta' Merkanzija Kapitali (Export Promotion Capital Goods, EPCG)

3.2.3.1. Il-bażi legali

(64) Id-deskrizzjoni dettaljata tal-iskema EPCG tinsab fil-kapitolu 5 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 5 tal-HOP I 04-09.

3.2.3.2. Eliġibbiltà

(65) Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi "marbuta ma’" manifatturi sekondarji u dawk li jipprovdu servizz huma eliġibbli għal din l-iskema.

3.2.3.3. Implimentazzjoni prattika

(66) Skont il-kundizzjoni ta' obbligu tal-esportazzjoni, il-GTI joħroġ liċenzja EPCG fuq il-bażi ta' applikazzjoni u ħlas ta' miżata. Din il-liċenzja tħalli kumpanija timporta oġġetti kapitali (ġodda u - minn April 2003 - oġġetti kapitali diġà użati mhux li ma għandhomx aktar minn 10 snin) b’rata mnaqqsa ta’ dazju. Sal-31 ta' Marzu 2000, kienet applikabbli rata ta’ dazju effettiva ta’ 11 % (inkluż ħlas barrani ta’ 10 %) u, fil-każ ta’ importazzjoni ta’ oġġetti ta’ valur għoli ma kienet tapplika l-ebda rata ta’ dazju. Minn April 2000 l-iskema stipulat rata mnaqqsa ta’ dazju ta’ importazzjoni ta’ 5 % applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati taħt l-iskema. Sabiex tkun sodisfatta l-obbligazzjoni tal-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta’ oġġetti għall-esportazzjoni matul ċertu perjodu. Fid-9 ta' Mejju 2008, jiġifieri barra l-PIR, il-GTI ħabbar li d-dazju pagabbli fuq l-importazzjoni taħt l-iskema EPCG kien tbaxxa għal 3 %.

(67) Id-detentur tal-liċenzja tal-EPCG jista' wkoll jixtri l-merkanzija kapitali lokalment. F'każijiet bħal dawn, id-detentur tal-liċenzja EPCG għandu japplika għall-invalidazzjoni tal-liċenzja EPCG. Il-manifattur lokali tal-merkanzija kapitali speċifikat fl-ittra tal-invalidità isir eleġibbli għall-benefiċċju tal-esportazzjoni msemmi u jkun intitolat għall-benefiċċju ta' importazzjoni mingħajr dazju ta' materjal li jintuża għall-manifattura ta' din il-merkanzija kapitali. Madankolla, id-dazju tas-sisa pagabbli fuq ix-xiri domestiku tal-merkanzija kapitali mid-detentur tal-liċenzja EPCG jista' jkun ritornat jew eżentat. Id-detentur ta' liċenzja EPCG huwa responsabbli li jissodisfa l-obbligazzjoni tal-esportazzjoni, li hija stipulata b'riferenza għad-dazji doganali nazzjonali fuq il-valur FOB tal-merkanzija impurtata.

3.2.3.4. Kummenti fuq dak li nstab

(68) Il-GTI saħaq li l-ebda benefiċċju ma ngħata fil-każijiet fejn id-dententur tal-liċenzja EPCG japplika għall-invalidar tal-liċenzja tal-EPCG tiegħu u jixtraw l-oġġetti kapitali minn pajjiżu stess minħabba li l-ebda regolament rispettiv tal-gvern ma kien maħruġ biex jagħti eżenzjoni mill-pagament ta' dazji tas-sisa għal dan ix-xiri. Madankollu, kien ukoll ikkonfermat mill-GTI li taħt ċerti kundizzjonijiet, id-detentur tal-liċenzja EPCG jista' jixtri oġġetti kapitali mingħajr ħlas ta' dazju tas-sisa, jiġifieri fil-każijiet fejn dan id-dazju ma jkunx meħud fil-kontabilità skont is-sistema tal-kreditu Ċentrali Indjana tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (CENVAT). Barra minn hekk, il-fornitur domestiku tal-oġġetti kapitali f'dawn il-każijiet huwa eleġibbli għall-benefiċċji fiskali li jkunu riflessi fil-prezz tal-oġġetti kapitali provduti. Minħabba li dan huwa benefiċċju li jista' jkun provdut fuq il-kundizzjoni ta' esportazzjoni, billi ma jkun hemm l-ebda tibdil fl-obbligazzjoni tal-esportazzjoni tad-detentur tal-liċenzja tal-EPCG fil-każ ta' invalidazzjoni, kien ikkunsidrat li l-argument għandu jkun miċħud u s-sejbiet jibqgħu kif kienu.

3.2.3.5. Konklużjoni

(69) L-iskema EPCG tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis tad-dazju, jew fil-każ ta' xiri domestiku, ir-rifużjoni tat-taxxi jew l-eżenzjoni tagħhom, jiffurmaw kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, għaliex din il-konċessjoni tnaqqas mid-dħul tal-GTI, li kieku jkun dovut.

(70) Barra dan, it-tnaqqis fid-dazju jibbenefika lill-esportatur, għaliex id-dazji ffrankati waqt l-importazzjoni jtejbu l-likwidità tiegħu. Fil-każ ta' rifużjoni/eżenzjoni mid-dazju tas-sisa, ir-rifużjoni jew eżenzjoni mid-dazju tas-sisa hija ta' benefiċċji għall-esportatur, għaliex id-dazji ffrankati fuq ix-xiri tal-merkanzija kapitali jtejbu l-likwidità tiegħu.

(71) Barra dan, l-EPCG hija assoċjata fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr l-obbligazzjoni li ssir l-esportazzjoni. Għaldaqstant, titqies bħala speċifika u soġġetta għal miżuri kumpensatorji skont l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(72) Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli għall-eżenzjoni ta' taxxi indiretti kumulattivi pagabbli qabel jew sistema premissibbli ta' ħlas lura ta’ dazju jew li tissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali m’humiex koperti mill-isfera ta’ applikazzjoni ta’ sistemi permissibbli bħal dawn, kif spjegat fl-Anness I, partiti (h) u (i), tar-Regolament bażiku, għaliex huma ma jkunx ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni. Fil-każ ta' eżenzjoni ta' taxxi indiretti kumulattivi pagabbli qabel ta' min jinnota li l-esportaturi ma jkunux intitolati għall-istess eżenzjoni jekk ma jkunux marbuta mill-obbligu ta' esportazzjoni

3.2.3.6. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(73) L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali li ma tħallasx fuq l-oġġetti kapitali importati jew fuq il-bażi tad-dazju tas-sisa mhux imħallsa/rimburżat fuq oġġetti mixtrija mis-suq lokali, kif applikabbli, mifrux fuq perjodu li jirrefletti l-perjodu normali ta’ deprezzament ta’ dawn l-oġġetti kapitali. Skont il-prattika stabbilita, l-ammont ikkalkulat b'dan il-mod, li huwa attribwit lill-PIR, kien aġġustat billi jiżdiedu miegħu l-interessi ta' matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur tal-benefiċċju matul iż-żmien. Ir-rata kummerċjali tal-interessi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni fl-Indja kienet ikkunsidrata xierqa għal dan il-għan. Id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma biex wieħed jasal għall-ammont ta’ sussidju bħala n-numeratur. Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-perjodu tal-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(74) Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju skont l-EPCG kienu sottomessi. Fejn kien iġġustifikat, il-kalkolazzjonijiet kienu rranġati bħala riżultat ta' dan.

(75) Kuntrarju għas-sottomissjoni ta' xi produtturi-esportaturi, anke l-benfiċċju tal-EPCG iġġenerat mill-esportazzjoni ta' prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta' benefiċċju kumpensatorju. Skont l-EPCGS ma teżisti l-ebda obbligazzjoni li tillimita l-użu ta' benefiċċji għall-importazzjoni bla dazju ta' materjal użat fil-produzzjoni ta' prodott speċifiku. Bħala konsegwenza ta' dan, il-prodott ikkonċernat jista' jibbenefika mill-krediti kollha tad-EPCG iġġenerati.

(76) Erba' kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn din l-iskema matul il-PIR b'marġini ta' sussidju jvarjaw sa massimu ta' 1,45 %, filwaqt li għal kumpanija minnhom il-benefiċċju kien kważi bla valur.

3.2.4. Skema ta' Liċenzja bil-Quddiem (Advance Licence Scheme, 'ALS')/Skema ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (Advance Authorization Scheme, 'AAS')

3.2.4.1. Il-bażi legali

(77) Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.14 tal-politika-EXIM 04-09 u l-kapitoli 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 04-09. Din l-iskema kienet imsejħa 'Skema ta Liċenzja bil-Quddiem' matul il-perjodu tal-investigazzjoni preċedenti li wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju kumpensatorju definittiv li bħalissa huwa fis-seħħ.

3.2.4.2. Eliġibbiltà

(78) L-AAS tikkonsisti f’sitt sotto-skemi, kif deskritti f’aktar dettall fil-premessa (79). Dawk is-sotto-skemi inter alia għandhom ambitu ta’ eliġibbiltà differenti. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi "marbuta ma'" produtturi sekondarji jkunu eliġibbli għall-AAS għall-esportazzjoni materjali u għall-AAS għall-ħtieġa annwali. Il-manifatturi-esportaturi li jfornu l-esportatur finali jkunu eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Il-kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji “meqjusa bħala esportati” imsemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika EXIM 04-09, bħall-fornituri ta' unità orjentata lejn l-esportazzjoni ('EOU’), huma eliġibbli għall-AAS meqjusa bħala esportati. Fl-aħħar nett, il-fornituri intermedji li jfornu lil manifatturi-esportaturi huma eliġibbli għal benefiċċji “meqjusa bħala esportati” taħt is-sotto-skemi Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem ('ARO') u ittra ta’ kreditu interna li tinħareġ immedjatament kif tagħlaq dik ta’ qabilha.

3.2.4.3. Implimentazzjoni prattika

(79) Awtorizzazzjonijiet bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal:

10. Esportazzjoni materjali: Din hija s-sotto-skema prinċipali. Hija tippermetti l-importazzjoni bla dazju tal-materjal li jidħol fil-produzzjoni tal-prodott speċifiku għall-esportazzjoni li jirriżulta. "Materjali" f’dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Il-permess għall-importazzjoni u l-obbligazzjoni tal-esportazzjoni inkluż it-tip ta’ prodott għall-esportazzjoni jkunu speċifikati fil-liċenzja.

11. Ħtieġa annwali: Din l-awtorizzazzjoni mhix marbuta ma’ prodott għall-esportazzjoni speċifiku, imma ma’ grupp usa’ ta’ prodotti (pereżempju prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur tal-liċenzja jista’- sa ċertu limitu fil-valur stabbilit mill-esportazzjonijiet preċedenti - jimporta bla dazju dak kollu li jkun se jintuża fil-manifattura ta’ kull oġġett li jaqa’ taħt dan il-grupp ta’ prodotti. Jista’ jagħżel li jesporta kull prodott li jirriżulta li jaqa’ taħt dan il-grupp ta’ prodotti billi juża dan il-materjal eżentat mid-dazju.

12. Provvisti intermedji: Din is-sotto-skema tkopri l-każi meta żewġ manifatturi jkollhom il-ħsieb li jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess tal-produzzjoni. Il-manifattur-esportatur jipproduċi l-prodott intermedju. Huwa jista’ jimporta bla dazju l-materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott u għal din ir-raġuni jista’ jikseb l-AAS għall-provvisti intermedji. L-esportatur finali jwassal il-produzzjoni fit-tmiem u jkun obbligat li jesporta l-prodott lest.

13. Meqjusa esportati: Din is-sotto-skema tippermetti lill-kuntrattur prinċipali li jimporta bla dazju l-materjal meħtieġ għall-produzzjoni tal-oġġetti li se jinbiegħu bħala "meqjusa esportati" lill-kategoriji ta’ klijenti msemmija fil-paragrafi 8.2 (b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-politika-EXIM 04-09. Skont il-GOI, meqjusa esportati tirreferi għal dawk it-transazzjonijiet li fihom l-oġġetti fornuti ma jħallux il-pajjiż. Għadd ta’ kategoriji ta’ provvisti jitqiesu bħala esportazzjonijiet meqjusa sakemm l-oġġetti jiġu mmanifatturati fl-Indja, pereżempju. provvista ta’ oġġetti lil EOU jew lil kumpanija li tkun tinsab f’żona ekonomika speċjali ('SEZ').

14. ARO: Id-detentur tal-AAS li jkollu l-ħsieb li jġib materjal li se jintuża fil-produzzjoni tal-prodott minn fonti tal-lokal, minflok ma jimporta direttament, ikollu l-għażla li jġibhom kontra l-AROs. F’dawn il-każi l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem ikunu kkonfermati bħala AROs u jkunu approvati lill-fornitur lokali mal-kunsinna tal-oġġetti speċifikati fihom. L-approvazzjoni tal-ARO tintitola l-fornitur lokali għall-benefiċċji fuq dawk meqjusa esportati kif spjegat fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 04-09 (jiġifieri l-AAS għall-provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, ħlas lura ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa esportati u rifużjoni tad-dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu tal-ARO jirrifondi t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondi dawn lill-esportatur finali fil-forma ta’ ħlas lura/rifużjoni ta’ dazji. Ir-rifużjoni tat-taxxi/tad-dazji tista’ ssir fuq dak li jintuża fil-manifattura tal-prodott kemm jekk dan ikun tal-lokal u kemm jekk ikun importat.

15. Ħruġ ta’ ittra ta’ kreditu interna immedjatament kif tagħlaq dik ta’ qabel: Din is-sotto-skema għal darba oħra tkopri l-provvisti mil-lokal lid-detentur tal-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem. Id-detentur tal-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista’ javviċina l-bank biex jiftaħ ittra ta’ kreditu interna favur fornitur lokali. L-awtorizzazzjoni titħassar mill-bank għall-importazzjoni diretta, b’konnessjoni biss mal-valur u l-volum tal-oġġetti miġjuba minn fonti tal-lokal minflok ikunu importati. Il-fornitur lokali jkun intitolat għall-benefiċċji fuq dawk meqjusa esportati kif spjegat fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 04-09 (jiġifieri l-AAS għall-provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, ħlas lura ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa esportati u rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali).

(80) Kien stabbilit li matul il-perjodu tal-PIR żewġ esportaturi li qed jikkollaboraw ibbenefikaw minn tnejn mill-iskemi msemmija aktar 'il fuq, relatati mal-prodott ikkonċernat, jiġifieri (i) esportazzjoni maternali ALS/AAS u (ii) ALS għall-provvisti intermedji. Għaldaqstant ma kienx hemm bżonn ikun stabbilit il-kumpens tas-sotto-skemi li kien fadal.

(81) Wara l-impożizzjoni tad-dazju kumpensatorju definittiv fis-seħħ bħalissa, il-GTI mmodifika s-sistema ta' verifika applikabbli għall-ALS/AAS. Għal skop ta’ verifika mill-awtoritajiet Indjani, id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa obbligat legalment li jżomm "rendikont veru u xieraq tal-konsum u l-użu ta’ oġġetti importanti bla dazju/mixtrija lokalment" fil-format speċifikat (il-kapitoli 4.26, 4.30 u l-Appendiċi 23 HOP I 04-09), jiġifieri reġistru tal-konsum vera u proprju. Dan ir-reġistru għandu jkun verifikat minn uffiċjal tal-kontabilità estern imqabbad/ uffiċjal tal-kontabilità tal-ispejjeż u uffiċjal tal-kontabilità tax-xogħlijiet li joħroġ ċertifikat li r-reġistri preskritti u l-fatti relevanti kienu eżaminati u li l-informazzjoni provvista skont l-Appendiċi 23 hija vera u korretta f'kull rispett. Madankollu, id-dispożizzjonijiet msemmija japplikaw biss għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem maħruġa fit-13 ta' Mejju 2005 jew wara. Għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem u l-Liċenzji bil-Quddiem kollha maħruġa qabel dik id-data, id-detenturi huma mitluba jsegwu d-dispożizzjonijiet ta' verifika li kienu japplikaw qabel, jiġifieri li jżommu rendikont veru u proprju tal-konsum u l-użu skont il-liċenzja tal-oġġetti importati fil-format speċifikat fl-Appendiċi 18 (kapitolu 4.30 u Appendiċi 18 HOP I 02-07).

(82) Fir-rigward tas-sotto-skemi wżati waqt il-PIR miż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun, jiġifieri esportazzjoni materjali u provvisti intermedji, kemm il-permess għall-importazzjoni u l-obbligazzjoni tal-esportazzjoni huma fissi fil-volum u l-valur mill-GTI u huma ddokumentati fuq il-liċenzja. Barra minn hekk, fil-ħin tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-transazzjonijiet li jikkorrispondu jridu jkunu ddokumentati mill-uffiċjali tal-Gvern fuq il-liċenzja. Il-volum tal-importazzjonijiet konċess taħt din l-iskema jkun iddeterminat mill-GTI fuq il-bażi tan-normi standard ta’ dħul-ħruġ (‘SIONs’). Is-SIONs jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott konċernat u jkunu ppublikati fil-HOP II 04-09.

(83) Il-materjal importat biex jintuża fil-manifattura tal-prodott ma jkunx transferibbli u jrid jintuża biex ikun maħdum il-prodott esportat li jirriżulta. L-obbligazzjoni tal-esportazzjoni trid tkun osservata għat-tul ta’ żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (24-il xahar b’żewġ estensjonijiet possibbli ta’ sitt xhur kull waħda).

3.2.4.4. Kummenti fuq dak li nstab

(84) Il-GTI allega li kellu sistemi ta' verifika xierqa għall-iskema skont l-Appendiċi 23 tal-HOP I 04-09, u li l-ebda eżenzjonijiet żejda ma saru fl-applikazzjoni tal-ALS/AAS. Kien argumentat li għalhekk l-iskema ma kinitx kumpensatorja. L-ebda evidenza ġdida ma kienet sottomessa biex tappoġġja dawn l-allegazzjonijiet u għalhekk dan l-argument qed ikunu miċħud fid-dawl tas-sejbiet li l-ebda mis-sottoskemi ma' jistgħu jkunu kkunsidrati sistemi permessibbli ta' ħlas lura ta' dazju jew li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Annessi II u III ta-Regolament bażiku, peress li ma kienx hemm sistema ta' verifika xierqa.

(85) Barra minn hekk, skont l-Anness II(II)5 u l-Anness III(II)(3) ta-Regolament bażiku, fejn instab li ma kien hemm l-ebda sistema ta' verifika xierqa, dan jista' jkun megħlub permezz ta' eżaminar ulterjuri tal-pajjiż tal-esportazzjoni sabiex ikun ippruvat jekk sarx pagament żejjed. Billi l-ebda eżaminar simili ma saret qabel iż-żjarat ta' verifika, kif ukoll ma kienx ippruvat li l-ebda pagament żejjed ma sar, l-argument huwa miċħud.

3.2.4.5. Konklużjoni

(86) L-eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni hija sussidju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja tal-GTI li tagħti benefiċċju lill-esportaturi.

(87) Barra minn hekk, l-ALS/AAS għall-esportazzjoni materjali u l-ALS għall-provvista intermedja huma assoċjati b'mod ċar fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa li jkunu speċifiċi u kumpensatorji taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr l-obbligazzjoni li tesporta l-kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi.

(88) L-ebda miż-żewġ sotto-skemi użati fil-każ preżenti, ALS/AAS għall-esportazzjoni materjali u l-ALS għall-provvista intermedja, ma jistgħu jitqiesu bħala sistemi permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Huma m’humiex konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku.

(89) Fir-rigward tal-produttur esportatur li għamel użu mill-AAS, l-investigazzjoni stabbiliet li r-rekwiżiti ġodda ta' verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani ma kienux ittestjati fil-prattika għax il-liċenzji ma kienux magħluqa sal-ħin tal-verifika, u għalhekk ma kienux verifikati skont ir-regoli preskritti mill-politika EXIM. Għaldaqstant, il-kumpanija ma setgħatx tipprova li l-ebda eżenzjoni żejda ma saret skont dik il-liċenzja partikolari. L-ammont sħiħ ta' dazji ffrankati fuq l-importazzjonijiet li saru b'dik il-liċenzja ghandhom għalhekk jitqiesu bħala sussidju.

(90) Il-GTI ma applikax effettivament is-sistema jew il-proċedura ta’ verifika tiegħu biex jikkonferma jekk u f’liema ammonti l-materja għall-produzzjoni kien ikkunsmat fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi alternattivi għall-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-SIONs nfushom ma jistgħux jitqiesu bħala sistema ta' verifika tal-konsum attwali, għaliex il-materjal impurtat bla dazju bl-użu ta' awtorizzazzjonijiet/liċenzji b'ġabriet differenti ta' SIONs huma mħallta fl-istes proċess ta' produzzjoni tal-oġġett esportat. Dan it-tip ta' proċess ma jħallix lill-GTI jivverifika b'biżżejjed preċiżjoni liema ammont ta' materja kienet kkunsmata fil-produzzjoni tal-oġġett esportat u taħt liema kejl tas-SION għandu jkun imqabbel.

(91) Barra minn hekk, kontroll effettiv mill-GTI bbażat fuq reġistru ta' konsum attwali miżmum kif suppost jew ma sarx jew għadu mhux komplut. Barra dan, il-GTI ma għamilx eżami addizzjonali bbażat fuq l-oġġetti attwalment użati fil-produzzjoni li kienu involuti, għalkemm dan ikun meħtieġ li jsir normalment fin-nuqqas tal-applikazzjoni effettiva ta' sistema ta’ verifika (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku).

(92) Għalhekk iż-żewġ sotto-skemi huma kumpensatorji.

3.2.4.6. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(93) Fl-assenza ta' skema permessibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew li tissostitwixxi l-ħlas lura ta’ dazju, il-benefiċċju kumpensatorju huwa t-total tad-dazji tal-importazzjoni eżentati li normalment huma pagabbli mal-importazzjoni tal-materja. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-miżuri kumpensatorji kontra eżenzjonijiet "żejda" tad-dazju. Skont l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) ta-Regolament bażiku, eżenzjoni żejda tad-dazji biss tista' tkun ikkumpensata, sakemm il-kundizzjonijiet fl-Annessi II u III tar-Regolament bażiku huma milħuqa. Madankollu dawn il-kundizzjonijiet ma kienux milħuqa fil-każ preżenti. Għaldaqstant, jekk l-assenza ta' proċess ta' monitoraġġ adegwat tkun stabbilita, l-eċċezzjoni msemmija hawn fuq għall-iskema ta' ħlas lura ta dazji mhix applikabbli u tapplika r-regola normali tal-kumpens tal-ammont ta' (dħul mitluf) dazji mhux imħallsa, minflok l-eżenzjoni żejda intenzjonata. Kif stipulat fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku r-responsabilità għal kalkolu tal-eżenzjoni żejda mhijiex fuq l-awtorità li qed tikkonduċi l-investigazzjoni. Bil-kontra ta' dan, skont l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku din għandha biss tipprovdi biżżejjed evidenza biex tipprovdi kontra-argumenti dwar il-validità ta' sistema ta' verifika ppreżentata bħala tali.

(94) L-ammont ta' sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-dazji tal-importazzjoniji ċeduti (dazju doganali bażiku u dazju doganali speċjali addizzjonali) fuq il-materjal importat taħt iż-żewġ sotto-skemi użati għall-prodott konċernat matul il-PIR. Skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex tinkiseb il-liċenzja tnaqqsu mill-ammont ta' sussidju meta saru talbiet iġġustifikati. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni ġenerat mill-prodott konċernat matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(95) Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju skont l-ALS/AAS kienu sottomessi. Fejn dawn il-kummenti kienu ġustifikati, il-kalkolazzjonijiet kienu irranġati skont dan.

(96) Kuntrarju għas-sottomissjoni ta' xi produtturi-esportaturi, anke l-benfiċċju tal-ALS/AAS iġġenerat mill-esportazzjoni ta' prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta' benefiċċju kumpensatorju. Skont l-ALS/AAS ma teżisti l-ebda obbligazzjoni li tillimita l-użu ta' benefiċċji għall-importazzjoni bla dazju ta' materjal użat fil-produzzjoni ta' prodott speċifiku. Bħala konsegwenza ta' dan, il-prodott ikkonċernat jista' jibbenefika mill-benefiċċji kollha tal-ALS/AAS iġġenerati.

(97) Żewġ kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw mill-ALS jew mill-AAS bil-benefiċċju jvarja minn 0,17 % sa 1,74 %.

3.2.5. Żoni ta' Proċessar ta' Esportazzjoni/Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (EPZs/EOUs)

(98) Instab li l-ebda mill-produtturi esportatuti li qegħdin jikkoperaw ma kien lokalizzat f'SEZS jew EPZS, jew ma kellu l-istat ta' EOU. Għaldaqstant, ma kienx hemm bżonn li din l-iskema tkun analizzata aktar fil-fond f'din l-investigazzjoni.

3.2.6. Skema tal-Eżenzjoni tat-Taxxa fuq id-Dħul ('ITES')

(99) Taħt din l-iskema l-esportaturi jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni parzjali tat-taxxa fuq id-dħul fuq il-profitti mill-bejgħ bl-esportazzjoni. Il-bażi legali ta' din l-eżenzjoni kienet stipulata mit-Taqsima 80HHC tal-ITA.

(100) Id-dispożizzjoni kienet abolita mis-sena ta' stima 2005-2006 (jiġifieri għas-sena finanzjarja mill-1 ta' April 2004 sal-31 ta' Marzu 2005) 'il quddiem u għalhekk l-80HHC tal-ITA ma jagħti l-ebda benefiċċji wara l-31 ta' Marzu 2004. L-ebda mill-produtturi esportaturi li qegħdin jikkoperaw ma bbenefikaw minn din l-iskema waqt il-PIR. Għaldaqstant, ma kienx hemm bżonn li din l-iskema tkun analizzata aktar fil-fond f'din l-investigazzjoni.

3.2.7. Skema għall-Ħlas lura tad-Dazju ('DDS')

3.2.7.1. Il-bażi legali

(101) L-iskema hija bbażata fuq Taqsima 75 tal-Att dwar id-Dwana tal-1962, Taqsima 37(2)(xvi) tal-Att tad-Dazju tal-1944 u Taqsimiet 93A u 94 tal-Att tal-Finanzi 1994.

3.2.7.2. Eliġibbiltà

(102) Kull esportatur huwa eleġibbli għal din l-iskema.

3.2.7.3. Implimentazzjoni prattika

(103) Hemm żewġ tipi ta' rati ta' ħlas lura ta' dazju mwaqqfa mill-GTI – rati tal-"industrija kollha" huma applikati fuq bażi ta' somma ta' darba għall-esportaturi ta' prodott speċifiku, u rati tad-"ditta" li japplikaw fuq il-bażi ta' kumpanija għall-prodotti mhux koperti mir-rati tal-"industrija kollha". L-ewwel tip (rata għall-industrija kollha) huwa dak rilevanti għall-prodott konċernat.

(104) Ir-rati tal-industrija kollha għall-ħlas lura tad-dazju huma kkalkolati bħala perċentwal tal-valur tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Dawn ir-rati tal-industrija kollha kienu stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għall-biċċa l-kbira tal-prodotti, inkluż il-prodott konċernat. Huma determinati fuq il-bażi ta' stima tat-taxxi indiretti u l-miżati tal-importazzjoni fuq oġġetti u servizzi wżati fil-proċess ta' manifattura tal-prodott esportat (dazji tal-importazzjoni, dazju tas-sisa, taxxi fuq is-servizzi, eċċ.), inkluż stima tat-taxxi indiretti u miżati tal-importazzjoni fuq oġġetti u servizzi għall-manifattura tal-komponenti li se jintużaw fil-manifattura tal-prodott esportat, u b'mod li ma jagħtix kas jekk dawn it-taxxi tħallsux jew le. L-ammont ta' DDS huwa suġġett għal-limitu massimu tal-prodott esportat għal kull unità. Jekk il-kumpanija tista' tikklejmja lura xi ftit minn dawn id-dazji mis-sistema CENVAT ir-rata ta' ħlas lura tkun anqas.

(105) Ir-rati ta' ħlas lura ta' dazji fuq il-prodott konċernat kienu riveduti diversi drabi waqt il-PIR. Sal-1 ta' April 2007 ir-rati applikabbli kienu jvarjaw minn 6,4 % għal 6,9 % skont it-tip ta' prodott, sal-1 ta' Settembru 2007 minn 9,1 % sa 9,8 %. Fit-13 ta' Diċembru 2007 jiġifieri wara t-tmiem tal-PIR, ir-rati ta' ħlas lura kienu miżjuda għal 10,1 % sa 10,3 % u ż-żieda datata b'lura għall-importazzjonijiet mill-1 ta' Settembru 2007, jiġifieri fil-perjodu tal-PIR.

(106) Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, il-kumpanija trid tesporta. Fil-mument li tkun qed issir l-esportazzjoni, trid issir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet fl-Indja li tindika li l-esportazzjoni qed issir taħt id-DDS. Sabiex l-oġġetti jkunu esportati, l-awtoritajiet doganali Indjani joħorġu, waqt il-proċedura tad-dispaċċ, il-polza tal-esportazzjoni. Dan id-dokument juri, inter alia , l-ammont tal-kreditu tad-DDS li jrid jingħata għal dik it-transazzjoni ta’ esportazzjoni. L-esportatur b'hekk ikun jaf il-benefiċċju li se jirċievi u jinkludih fil-kontabilità bħala dħul dovut. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-kreditu tad-DDS. Ir-rata tad-DDS rilevanti biex ikun ikkalkulat il-benefiċċju hija b'mod ġenerali dik applikata fiż-żmien li ssir id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni. Tkabbir retro-attiv fir-rati tal-ħlas lura ta' dazju sar fil-perjodu tal-PIR, li kien ikkunsidrat fil-kalkolu tal-ammont tas-sussidju.

3.2.7.4. Kummenti fuq dak li nstab

(107) Ħafna partijiet argumentaw li d-DDS ma setgħetx tkun kumpensatorja f'din l-investigazzjoni billi ma kinitx imsemmija speċifikamanet fil-kwestjonarji ta' kontra s-sussidju maħruġ fil-bidu tal-investigazzjoni. Dan l-argument huwa miċħud għar-raġunijiet li ġejjin. L-għan ta' din ir-reviżjoni skont l-avviż ta' bidu huwa 'l-livell ta' sussidjar', li ta benefiċċju lill-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat, jiġifieri l-iskemi kollha ta' sussidju mħaddma mill-GTI.

(108) Kien argumentat li d-DDS ma kinitx assoċjata mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni minħabba li l-benefiċċju skont din l-iskema ma huwiex relatat mal-livelli ta' esportazzjonijiet li jsiru mill-esportaturi. Dan l-argument huwa miċħud, minħabba li l-benefiċċju tad-DDS jista' biss jintalab jekk il-prodott ikun esportat, li hija kundizzjoni suffiċjenti biex jintlaħaq il-kriterju ta' assoċjazzjoni mal-esportazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl ta' din il-konklużjoni, mhuwiex neċessarju jkun analizzat l-argument li d-DDS mhuwiex speċifiku fil-kuntest tal-Artikolu 3 (2) u (3) tar-Regolament bażiku.

(109) Il-GTI saħaq li d-DDS hija sistema ta' ħlas lura ta' dazju kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, u li l-proċedura għat-twaqqif tar-rati ta' ħlas lura għall-industrija kollha kienet raġonevoli, effettiva u bbażata fuq prattiċi kummerċjali aċċettati b'mod ġenerali fil-pajjiż tal-esportazzjoni skont l-Anness II (II) (4) u l-Anness III (II) (2). Kif imsemmi fil-premessa (104) aktar 'l fuq, din il-proċedura tinvolvi stima tal-materjal użat fil-produzzjoni u d-dazji tal-importazzjoni u t-taxxi indiretti mħallsa fl-industrija kollha. Madankollu, din il-proċedura ma kinitx preċiża biżżejjed anke skont is-sottomissjoni tal-GTI. Il-GTI kkonferma li kien hemm element ta' teħid ta' medja, li timplika li l-ammont attwalment mħallas lura kien aktar mid-dazji attwalment imħallsa. Barra dan, il-GTI ma għamilx verifika addizzjonali bbażata fuq l-oġġetti attwalment użati fil-produzzjoni li kienu involuti, għalkemm normalment din tkun meħtieġ li ssir fin-nuqqas tal-applikazzjoni effettiva ta' sistema ta’ verifika (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3)), u lanqas ipprova li l-ebda eżenzjoni żejda ma ngħatat. L-allegat parallel tal-verifika tat-teknika tat-teħid tal-kampjuni stipulata fir-Regolament bażiku huwa kkunsidrat irrilevanti, minħabba li jirreferi b'mod ċar għal-investigazzjonijiet kontra s-sussidju u mhuwiex parti mill-kriterji stipulati fl-Annessi II u III. Għaldaqstant, dawn l-argumenti huma miċħuda.

(110) Kien ukoll argumentat li ma setgħet tkun issoponuta l-ebda eżistenza ta' eżenzjonijiet żejda mill-fatt li l-GTI ma inkludiex it-taxxi indiretti pagabbli fl-Inja fid-DDS, imma biss it-taxxi indiretti ċentrali. Dan l-argument huwa miċħud, għaliex skont l-Anness II (III) (4) u l-Anness III (II) (2) l-eżenzjonijiet żejda għandhom ikun stmati fil-qafas ta' skema partikolari ta' sussidju.

3.2.7.5. Konklużjoni

(111) Id-DDS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. L-ammont ta' ħlas lura ta' dazju huwa ekwivalenti għad-dħul tal-gvern li kien ċedut u li kieku kien ikun miġbur u mħallas lill-GOI. Barra minn hekk, il-kreditu tad-DDS fuq l-esportazzjoni huwa ta' benefiċċju għall-esportatur.

(112) L-iskema DDS hija assoċjata fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensatorja skont l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(113) Diversi partijiet għall-proċediment argumentaw li d-DDS hija sistema ta' ħlas lura kompatibbli mad-dispożizzjonijijet tar-Regolament bażiku u li għalhekk il-benefiċċju li tagħti ma għandux ikun kumpensatorju.

(114) L-investigazzjoni stabbiliet li din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli għall-eżenzjoni ta' taxxi indiretti kumulattivi mħallsa qabel jew sistema premissibbli ta' ħlas lura ta’ dazju jew li tissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (h) u (i), fl-Anness II (linji-gwida u konsum ta' materja prima) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur ma huwa taħt l-ebda obbligazzjoni li (i) iżomm rendikont tad-dazji u taxxi mħallsa fuq l-importazzjoni/oġġetti mixtrija lokalment jew servizzi inkorporati jew (ii) li attwalment jikkonsma dawn l-oġġetti u servizzi fil-proċess ta' produzzjoni, u (iii) l-ammont ta' ħlas lura ma jkunx kalkolat b'relazzjoni mal-materjal użat fil-proċess ta' produzzjoni mill-esportatur u d-dazju u taxxi attwalment imħallsa.

(115) Barra dan, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema oġġetti kienu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx sar ħlas lura żejjed ta’ taxxi domestiċi indiretti fil-kuntest tal-partita (h) tal-Anness I u l-Anness II tar-Regolament bażiku jew ta' dazji ta’ importazzjoni li saru fil-kuntest tal-partita (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku.

(116) Fl-aħħar nett, l-esportatur huwa eliġibbli għall-benfiċċji tad-DIS irrispettivament jekk jimportax jew jixtrix lokalment il-materja prima, u jekk ħallasx dazju jew taxxi fuq dak ix-xiri. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed għal esportatur li sempliċiment jesporta l-merkanzija mingħajr bżonn li juri li xi materja prima kienet impurtata jew li xi materja prima jew servizz kien mixtri lokalment, u li dazji jew taxxi domestiċi indiretti kienu mħallsa. Bħala konsegwenza ta' dan, ma hemm l-ebda differenza bejn ir-rata ta' ħlas lura kemm jekk kumpanija hija nvoluta fil-fażijiet kollha ta' produzzjoni u l-prodott ikkonċernat jew jekk hija biss esportatur.

3.2.7.6. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(117) Skont l-Artikoli 2(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji kienu kkalkulati fit-termini tal-benefiċċju li jingħata lil min jirċevih skont dak li jkun eżista matul il-PIR. F’dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li l-benefiċċju jingħata lil min jirċevih fil-mument meta t-transazzjoni tal-esportazzjoni ssir taħt din l-iskema. Minn dak il-ħin, il-GTI jkun obbligat li jħallas l-ammont ta' dazju lura lill-esportatur rispettiv, li jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Wara li l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia , l-ammont ta' kreditu DDS li għadu jkun mogħti għal dik it-transazzjoni tal-esportazzjoni, il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni jekk jagħtix is-sussidju jew le. Barra minn hekk, il-produtturi esportatuti li jikkoperaw ikunu kkunsidraw il-krediti DDS fil-kontabilità tagħhom bħala dħul dovut fil-ħin ta' kull transazzjoni tal-esportazzjoni.

(118) Sabiex ikun ikkunsidrat l-impatt taż-żieda fir-rati b'effett b'lura, il-valur tal-kreditu tad-DDS fil-kontabilità għall-esportazzjonijiet bejn l-1 ta' Settembru u t-30 ta' Settembru 2007 kien miżjud fejn neċessarju, għaliex il-benefiċċju attwali li l-kumpaniji jkunu intitolati li jirċievu mill-GTI huwa ogħla minn dak dikjarat formalment fil-ħin tal-esportazzjoni.

(119) Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(120) Seba' kumpaniji fil-kampjun ikklejmjaw li għalkemm ibbenefikaw mid-DDS, ma kellhom l-ebda eżenzjonijiet żejda, għaliex it-taxxi jew id-dazji tal-importazzjoni li kienu dovuti kienu akbar mill-ammont ta' ħlas lura. Kien deċiż li dawn il-klejms ikunu rifjutati. Fil-premessi (113) u (115) kien konkluż li l-GTI ma kellu l-ebda sistema ta' verifika adegwata kif stipulat fl-Annessi I, II u III tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-kumpaniji ma żammew l-ebda reġistri tal-konsum jew sistemi oħra ta' rappurtaġġ intern biex iżommu kont ta' eżenzjonijiet żejda possibbli. Dawn ir-rapporti kienu maħluqa mill-kumpaniji waqt il-viżiti ta' verifika u normalment jinkludu t-taxxi mħallsa mill-kumpaniji b'mod ġenerali.

(121) Fin-nuqqas ta' sistema permissibbli ta' ħlas lura ta' dazju jew sistema ta' sostituzzjoni għall-ħlas lura ta' dazju, il-benefiċċju kumpensatorju huwa l-eżenzjoni tal-ammont sħiħ ta' ħlas lura li jakkumula skont id-DDS. Kuntrarju għas-sottomissjonijiet ta' żvelar mill-GTI, minn Tesprocil u minn xi importaturi, ir-Regolament bażiku ma jipprovidx għall-kumpens ta' eżenzjonijiet 'żejda' ta' dazju. Skont l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku, eżenzjoni żejda tad-dazji biss tista' tkun ikkumpensata, sakemm il-kundizzjonijiet fl-Annessi II u III tar-Regolament bażiku huma milħuqa. Madankollu dawn il-kundizzjonijiet ma kienux milħuqa fil-każ preżenti. Għaldaqstant, jekk l-assenza ta' proċedura ta' verifika xierqa tkun stabbilita, l-eċċezzjoni msemmija hawn fuq għall-iskema ta' ħlas lura ta' dazji mhix applikabbli u tapplika r-regola normali tal-kumpens tal-ammont ta' ħlas lura, minflok l-eżenzjoni żejda intenzjonata. Kif stipulat fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku r-responsabilità għal kalkolu tal-eżenzjoni żejda mhijiex fuq l-awtorità li qed tikkonduċi l-investigazzjoni. Bil-kontra ta' dan, skont l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku din għandha biss tipprovdi biżżejjed evidenza biex tipprovdi kontra-argumenti dwar il-validità ta' sistema ta' verifika ppreżentata bħala tali. Ta' min jinnota wkoll, li għanda ssir verifika ulterjuri fi żmien xieraq mill-awtoritajiet Indjani fl-assenza tal-applikazzjoni effettiva ta' sistema ta' verifika, jiġifieri normalment qabel verifika fuq il-post fl-investigazzjoni dwar dazju kumpensatorju.

(122) Kuntrarju għas-sottomissjoni ta' xi produtturi-esportaturi, anki l-benfiċċju tad-DDS iġġenerat mill-esportazzjoni ta' prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta' benefiċċju kumpensatorju. Ma teżisti l-ebda obbligazzjoni skont id-DDS li tillimita l-benefiċċju għal prodott speċifiku. Bħala konsegwenza ta' dan, il-prodott ikkonċernat jista' jibbenefika mill-krediti kollha tad-DDS iġġenerati.

(123) Il-kumpaniji kollha fil-kampjun ibbenefikaw mill-iskema DDS matul il-PIR b'marġini ta' sussidji li jvarjaw minn 1,45 % sa 7,57 %.

3.2.8. Skema ta' Fondi għall-Apgrejdjar tat-Teknoloġija ('TUFS')

3.2.8.1. Il-bażi legali

(124) It-TUFS kienet introdotta fuq Riżoluzzjoni tal-Ministeru tat-Tessuti, tal-Gvern tal-Indja, ippubblika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Indja Parti Straordinarja I Taqsima I fil-31 ta' Marzu 1999 (ir-'Riżoluzzjoni'). L-iskema kient approvata biex tidħol fis-seħħ mill-1 ta' April 1999 sal-31 ta'Marzu 2004. Kienet estiża sal-31 ta' Marzu 2007 u sussegwentement estiża mill-ġdid sal-aħħar tal-PIR.

3.2.8.2. Eliġibbiltà

(125) Il-proċeduri eżistenti jew ġodda fis-settur tal-ipproċessar tal-qoton, tat-tessuti u l-industrija tal-ġuta huma eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema.

3.2.8.3. Implimentazzjoni prattika

(126) L-għan ta' din l-iskema huwa li tipprovdi għajnuna għall-immodernizzar tat-teknoloġija fl-industrija tat-tessuti u tal-ġuta, inklużi unitajiet għall-ipproċessar tal-fibri, ħajt, drapp, ilbiesi u oġġetti maħduma. L-iskema tipprovdi għal diversi tipi ta' benefiċċju fil-forma ta' sussidji kapitali, sussidji fuq l-interessi jew koperturi tal-inflazzjoni fir-rati tal-kambju għal self f'valuti ta' flus barranin. Il-programmi taħt din l-iskema jagħmlu differenza bejn is-setturi tat-tessuti u l-ġuta u s-setturi tal-insiġ bil-magni u dak bl-idejn. It-TUFS tinkludi dawn il-programmi li ġejjin:

16. Ir-rimborż ta 5 % tal-interessi normalment miżmuma minn aġenzija tas-self fuq self fit-tul fir-rupee, jew

17. Il-kopertura ta' 5 % tal-inflazzjoni fir-rati tal-kambju (interessi u pagamenti) mir-rata bażi fuq self f'valuti barranin, jew

18. Sussidju kapitali ta' 15 % marbut mal-kreditu għas-setturi tat-tessuti u tal-ġuta, jew

19. Sussidju kapitali ta' 20 % marbut mal-kreditu għas-setturi tal-insiġ bil-magni, jew

20. Rimborż ta' 5 % tal-interessi, kif ukoll sussidju kapitali ta' 10 %, għal makkinarju tal-ipproċessar speċifikat, u

21. Sussidju kapitali ta' 25 % fuq ix-xiri ta' makkinarju ġdid jew magni għall-operazzjonijiet ta' qabel jew wara l-insiġ, insiġ bl-idejn/apgrejdjar tal-magni għall-insiġ bl-idejn u apparat għall-ittestjar u l-kontroll tal-kwalità, għall-unitajiet tal-produzzjoni tal-insiġ bl-idejn.

(127) L-investigazzjoni stabbiliet li żewġ kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw taħt it-TUFS għax-xiri ta' makkinarju użat fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Dawk il-kumpaniji wżaw, rispettivament, is-self tar-rimborż tal-interessi (skema (a)) u s-sussidju kapitali ta' 10 % għall-makkinarju tal-ipproċessar flimkien ma' rimborż tal-interessi ta' 5 % (skema (e)).

(128) Ir-Riżoluzzjoni tipprovdi lista' ta' tipi ta makkinarju li x-xira tagħhom huwa sussidjat taħt it-TUFS. Sabiex jibbenefikaw mit-TUFS, il-kumpaniji japplikaw ma' banek kummerċjali jew aġenziji tas-self, li jagħtu self lill-kumpaniji skont l-istima indipendenti tagħhom tal-vijabbiltà tal-kreditu ta' min qed jissellef. Jekk min qed jissellef huwa eliġibbli għal sussidju fuq l-interessi taħt l-iskema, il-banek kummerċjali jirreferu l-klejm lill-"aġenzija ċentrali" li sussegwentement tirrilaxxa l-ammont tal-benefiċċju lill-bank involut. Il-banek kummerċjali finalment jikkreditaw il-fondi li rċevew fil-kont ta' kreditur. L-aġenziji ċentrali jieħdu rimborż mill-Ministeru tat-Tessuti, tal-Gvern tal-Indja. Il-Gvern tal-Indja jikkredita l-fondi neċessarji lill-aġenziji ċentrali kull kwart tas-sena.

3.2.8.4. Kummenti fuq dak li nstab

(129) L-ebda kummenti ma kienu rċevuti mill-partijiet interessati dwar din l-iskema.

3.2.8.5. Konklużjoni

(130) It-TUFS hija sussidju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1)(a)(i) għax tinvolvi trasferiment dirett ta' fondi mill-gvern fil-forma ta' għotja. Is-sussidju huwa ta' benefiċċju għaliex inaqqas l-ispejjeż tal-finanzjament u tal-interessi għall-akkwist ta' makkinarju.

(131) Is-sussidju huwa meqjus speċifiku u għalhekk kumpensatorju skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku billi huwa provdut speċifikament lil industrija jew grupp ta' industriji, inkluża l-manifattura tal-prodott ikkonċernat.

3.2.8.6. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(132) L-ammont tas-sussidju fuq il-kapital kien ikkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-ammont iffrankat mill-kumpaniji li jirċievu l-benefiċċju fuq il-makkinarju mixtri, mifrux fuq perjodu li jirrefletti l-perjodu normali ta’ deprezzament ta’ dawn l-oġġetti kapitali. Skont il-prattika stabbilita, l-ammont ikkalkulat b'dan il-mod, li huwa attribwit lill-PIR, kien aġġustat billi jiżdiedu miegħu l-interessi ta' matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur tal-benefiċċju matul iż-żmien. Ir-rata kummerċjali tal-interessi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni fl-Indja kienet ikkunsidrata xierqa għal dan il-għan. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mit-tessuti matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju ma jkunx mogħti b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(133) L-ammont tas-sussidju tal-interessi kien kalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-ammont attwalment imħallas lura matul il-PIR lill-kumpaniji kkonċernati relatat mal-interessi mħallsa fuq self kummerċjali meħud għax-xiri tal-makkinarju msemmi. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mit-tessuti matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju ma jkunx mogħti b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(134) Żewġ kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn din l-iskema matul il-PIR u kisbu marġini ta' sussidji li jvarjaw minn 0,01 % sa 0,31 %.

3.2.9. Skema ta' Esportazzjoni tal-Kreditu (qabel u wara l-kunsinna) ('ECS')

3.2.9.1. Il-bażi legali

(135) Id-dettalji tal-iskema huma stipulati fiċ-Ċirkulari Prinċipali IECD Nru 02/04.02.02/2006-07 (Kreditu tal-Esportazzjoni f'Valuta Barranija), fiċ-Ċirkulari Prinċipali IECD Nru 01/04.02.02/2006-07 (Kreditu tal-Esportazzjoni fir-Rupee) u fiċ-Ċirkulari Prinċipali DBOD.DIR(Exp.)Nru 01/04.02.02/2007-08 (konsolidata kemm għall-kreditu tal-esportazzjoni fir-Rupee u kemm f'valuta barranija) tal-Bank tar-Riserva tal-Indja (‘BRI’), li kienet indirizzata lill-banek kummerċjali kollha fl-Indja waqt il-PIR. Iċ-Ċirkularijiet Prinċipali huma normalment riveduti u aġġornati.

3.2.9.2. Eliġibbiltà

(136) L-esportaturi li jimmanifatturaw u n-negozjanti esportaturi huma eliġibbli għal din l-iskema.

3.2.9.3. Implimentazzjoni prattika

(137) Taħt din l-iskema, il-BRI jiddefinixxi r-rati ta' interessi massimi applikabbli għall-krediti tal-esportazzjonijiet, kemm fir-rupee Indjan jew fil-valuta barranija, li l-banek kummerċjali jistgħu jiddebitaw lill-esportatur. L-ECS tikkonsisti f’żewġ sotto-skemi, l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni qabel l-Oġġetti Jintbagħtu Barra ("kreditu għall-ippakkjar"), li tkopri kreditu pprovdut lill-esportatur biex jiffinanzja x-xiri, l-ipproċessar, il-manifattura, l-ippakkjar u/jew it-trasport tal-oġġetti qabel ikunu esportati, u l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni Wara li l-Oġġetti Jintbagħtu Barra, li tipprovdi għal self ta’ kapital ċirkolanti bl-iskop li wieħed jaħdem bih sakemm jirċievi d-dħul pagabbli tal-oġġetti esportati. Il-BRI jordna wkoll lill-banek biex jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom għall-finanzjament tal-esportazzjoni.

(138) Bħala riżultat taċ-Ċirkularijiet Prinċipali tal-BRI l-esportaturi jistgħu jiksbu kreditu għall-esportazzjoni b’rati tal-interessi preferenzjali meta mqabbla mar-rati tal-interessi għall-kreditu kummerċjali ordinarji ("kreditu fuq flus"), li huma ffissati purament skont il-kundizzjonijet tas-suq.

3.2.9.4. Kummenti fuq dak li nstab

(139) Il-GTI saħaq li fir-rigward tal-ECS il-Kummissjoni naqset milli teżamina l-iskema fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Anness I punt (k) tal-Ftehim dwar Sussidji u Miżuri Kumpensatorji (ASCM) u argumenta li l-krediti tal-esportazzjoni, kemm fir-rupee Indjan jew f'muniti barranin, ma kienux kumpensatorji, speċjalment billi fil-każ ta' self f'munita barranija l-banek kellhom id-dritt li jissellfu fondi b'"rati internazzjonali kompetittivi".

(140) Ta' min jinnota li l-iskemi ta' krediti tal-esportazzjoni msemmija fil-premessa (135) ma jaqgħux fl-applikazzjoni tal-Anness I punt (k) tal-ASCM, għaliex finanzjament tal-esportazzjoni fuq medda ta sentejn jew aktar biss jista' normalment jitqies bħala "kreditu tal-esportazzjoni" fil-kuntest ta' dik id-dispożizzjoni billi din hi d-definizzjoni tal-Arranġament tal-OECD dwar Linji Gwida għall-Krediti tal-Esportazzjoni li huma Appoġġjati Uffiċjalment. Għaldaqstant dan l-argument huwa miċħud.

3.2.9.5. Konklużjoni

(141) Ir-rati tal-interess preferenzjali tal-kreditu tal-ECS stipulati miċ-Ċirkularijiet Prinċipali tal-BRI msemmija fil-premessa (135) jistgħu jnaqqsu l-ispiża tal-interessi ta' esportatur meta kkumparata mal-ispejjeż tal-kreditu kif stipulati mill-kundizzjonijiet tas-suq u f'dan il-każ jagħtu benefiċċju lill-esportatur fil-kuntest tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-finanzjament tal-esportazzjoni per se mhuwiex aktar sikur mill-iffinanzjar domestiku. Dan huwa normalment kkunsidrat aktar riskjuż u l-ammont ta' sigurtà mitluba għal ċertu kreditu, irrilevanti mill-oġġett finanzjarju, hija purament deċiżjoni kummerċjali tal-bank kummerċjali involut. Id-differenzi fir-rati bejn banek differenti huma r-riżultat tal-metodoloġija tal-BRI li jwaqqaf rati tas-self massimi għal kull bank kummerċjali b'mod individwali. Barra minn hekk, il-banek kummerċjali ma jkunux obbligati li jgħaddu lil min qed jissellef finanzjament għall-esportazzjoni xi rati tal-interessi aktar favorevoli tal-krediti tal-esportazzjoni f'valuta barranija.

(142) Minkejja li l-krediti preferenzjali taħt l-ECS jingħataw mill-banek kummerċjali, dan il-benefiċċju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. F'dan il-kuntest, ta' min jinnota li la l-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku u lanqas il-Ftehim tad-WTO dwar Sussdiji u Miżuri Kumpensatorji ("ASCM") ma jirrikjedu miżati fuq il-kontijiet pubbliċi, pereżempju r-rimborż tal-banek kummerċjali mill-GTI, biex iwaqqaf sussidju, iżda direzzjoni tal-gvern biss biex jiġu esegwiti l-funzjonijiet msemmija fil-punti (i), (ii) jew (iii) tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament bażiku. Il-BRI huwa korp pubbliku u għalhekk jaqa' taħt id-definizzjoni ta' "gvern" kif stipulat fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku. Huwa 100 % tal-gvern, iwettaq miri tal-politika pubblika, pereżempju l-politika monetarja u l-amministrazzjoni tiegħu hija appuntata mill-GTI. Il-BRI jiggwida korpi privati, billi l-banek kummerċjali huma marbuta mill-kundizzjonijiet li huwa jimponi, inter alia dwar ir-rati tal-interessi massimi għall-krediti tal-esportazzjoni stipulati fiċ-Ċirkulari Ġenerali tal-BRI u d-dispożizzjonijiet tal-BRI li l-banek kummerċjali għandhom jipprovdu ċertu ammont ta' kreditu nett tal-bank għall-finanzjament tal-esportazzjoni. Din il-gwida tobbliga l-banek kummerċjali biex iwettqu l-funzjonijiet msemmija fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, f'dan il-każ self fil-forma ta' finanzjament preferenzjali tal-esportazzjoni. Dan it-trasferiment dirett ta' flus fil-forma ta' self taħt ċerti kundizzjonijiet isir bl-awtorità tal-gvern, u fil-prattika, fl-ebda sens, ma huwa differenti mill-prattiċi normalment segwiti mill-gvernijiet, fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

(143) Dan is-sussidju huwa meqjus li hu speċifiku u kumpensatorju billi r-rati tal-interessi preferenzjali huma relatati mal-iffinanzjar tat-transazzjonijiet tal-esportazzjoni u għalhekk assoċjati mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, skont l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

3.2.9.6. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(144) L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-interessi mħallsa fuq il-kreditu għall-esportazzjoni użat matul il-PIR u l-ammont pagabbli kieku kienu applikati r-rati tal-interessi għall-kreditu kummerċjali ordinarju. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) kien allokat fuq id-dħul totali mill-esportazzjoni matul il-PIR skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(145) Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju skont l-ECS kienu sottomessi. Fejn kien iġġustifikat, il-kalkolazzjonijiet kienu rranġati bħala riżultat ta' dan.

(146) Il-kumpaniji kollha fil-kampjun ngħataw sussidji minn din l-iskema matul il-PIR b'rati li jvarjaw sa massimu ta' 1,05 %, filwaqt li għal kumpanija minnhom il-benefiċċju kien kważi bla valur.

3.3. Ammont ta' sussidji kumpensatorji

(147) L-ammont ta' sussidji kumpensatorji bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem għall-produtturi esportaturi investigati varja bejn 5,2 % u 9.7 %.

(148) Bi qbil mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, il-marġini tas-sussidju għall-kumpaniji li qegħdin jikkoperaw mhux inklużi fil-kampjun, kalkolat fuq il-bażi tal-marġini medju tas-sussidju mwieżen stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun li qegħdin jikkoperaw, huwa ta' 7.7 %. Meta jitqies li l-livell ta' koperazzjoni totali għall-Indja kien għoli (95 %), il-marġini tas-sussidju ta' residwu għall-kumpaniji l-oħra kollha ġie mwaqqaf fil-livell tal-kumpanija bil-marġini individwali l-aktar għoli, jiġifieri 9.7 %.

Anunay Fab. Limited, Ahmedabad | 7.8% |

The Bombay Dyeing & Manufacturing Co. Ltd, Mumbai N W Exports Limited, Mumbai Nowrosjee Wadia & Sons Limited, Mumbai | 9.4% |

Brijmohan Purusottamdas, Mumbai Incotex Impex Pvt. Limited, Mumbai | 8.3% |

Divya Global Pvt. Ltd., Mumbai | 8.2% |

Intex Exports, Mumbai Pattex Exports, Mumbai Sunny Made-Ups, Mumbai | 7.6% |

Jindal Worldwide Ltd, Ahmedabad Texcellence Overseas, Mumbai | 8% |

Madhu Industries Limited, Ahmedabad | 5.4% |

Mahalaxmi Fabric Mills Pvt. Ltd., Ahmedabad Mahalaxmi Exports, Ahmedabad | 7.5% |

Prakash Cotton Mills Pvt., Ltd, Mumbai | 9.7% |

Prem Textiles, Indore | 8.3% |

Vigneshwara Exports Limited, Mumbai | 5.2% |

Kumpaniji li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun | 7.7% |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 9.7% |

(156) Ir-rati tad-dazju kumpensatorju ta' kumpanija individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Gћalhekk, jirriflettu l-qagħda hekk kif misjuba matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta' dazju (għall-kuntrarju tar-rata ta' dazju medja applikabbli għal kumpaniji fl-Anness I u d-dazju applikabbli madwar il-pajjiż kollu għall-'kumpaniji l-oħra kollha') huma għalhekk applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw fl-Indja u mmanifatturati mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-'kumpaniji l-oħra kollha'.

(157) Kull pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju kumpensatorju ta' kumpanija individwali (pereżempju wara bdil fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' produzzjoni ġdida jew entitajiet ta' bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni fil-pront bit-tagħrif kollu rilevanti, partikolarment kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta ma' produzzjoni u bejgħ bl-esportazzjoni assoċjati ma' pereżempju dak il-bdil fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta' produzzjoni u bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif meћtieġ billi taġġorna l-elenku tal-kumpaniji li jkunu jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 1

1. Dazju kumpensatorju definittiv huwa hawnhekk impost fuq importazzjonijiet ta' bjankerija tas-sodda ta' fibri tal-qoton/tajjar, puri jew imħallta b'fibri magħmula mill-bniedem jew il-kittien (bil-kittien mhux il-fibra dominanti), bliċjati, miżbugħa jew stampati, li joriġinaw fl-Indja, bħalissa klassifikabbli bil-kodiċi tan-NM ex 6302 21 00 (kodiċi tat-TARIC 6302 21 00 81 u 6302 21 00 89), ex 6302 22 90 (kodiċi tat-TARIC 6302 22 90 19), ex 6302 31 00 (kodiċi tat-TARIC 6302 31 00 90) u ex 6302 32 90 (kodiċi tat-TARIC 6302 32 90 19).

2. Ir-rata ta' dazju applikabbli għall-prezz nett, b'xejn fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għal prodotti prodotti mill-kumpaniji li ġejjin għandha tkun kif ġej:

Kumpanija | Rata ta’ dazju (%) | Il-kodiċi addizzjonali TARIC |

Anunay Fab. Limited, Ahmedabad | 7.8 | A902 |

The Bombay Dyeing & Manufacturing Co. Ltd, Mumbai N.W. Exports Limited, Mumbai Nowrosjee Wadia & Sons Limited, Mumbai | 9.4 9.4 9.4 | A488 A489 A490 |

Brijmohan Purusottamdas, Mumbai Incotex Impex Pvt. Limited, Mumbai | 8.3 8.3 | A491 A903 |

Divya Global Pvt. Ltd., Mumbai | 8.2 | A492 |

Intex Exports, Mumbai Pattex Exports, Mumbai Sunny Made-Ups, Mumbai | 7.6 7.6 7.6 | A904 A905 A906 |

Jindal Worldwide Ltd, Ahmedabad Texcellence Overseas, Mumbai | 8 8 | A494 A493 |

Madhu Industries Limited, Ahmedabad | 5.4 | A907 |

Mahalaxmi Fabric Mills Pvt. Ltd., Ahmedabad Mahalaxmi Exports, Ahmedabad | 7.5 7.5 | A495 A908 |

Pasupati Fabrics, New Delhi | 8.5 | A496 |

Prakash Cotton Mills Pvt., Ltd, Mumbai | 9.7 | 8048 |

Prem Textiles (International) Pvt. Ltd, Indore | 8.3 | A909 |

Vigneshwara Exports Limited, Mumbai | 5.2 | A497 |

3. Ir-rata ta' dazju applikabbli għall-prezz nett, b'xejn fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għal prodotti prodotti mill-kumpaniji elenkati fl-Anness, għandha tkun ta' 7.7 % (kodiċi addizzjonali tat-TARIC A498).

4. Ir-rata ta' dazju applikabbli għall-prezz nett, b'xejn fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għal prodotti prodotti mill-kumpaniji mhux speċifikati f'paragrafi 2 u 3, għandha tkun ta' 9.7 % (kodiċi addizzjonali tat-TARIC A999).

5. Kemm-il darba ma jkunx speċifikat il-kontra, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar dazji doganali għandhom japplikaw"

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 jinbidel bl-Anness ta' dan ir-Regolament

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Kodiċi Addizzjonali Taric: A498

Ajit Impex | Mumbai |

Alok Industries Limited | Mumbai |

Alps Industries Ltd | Ghaziabad |

Ambaji Marketing Pvt. Ltd | Ahmedabad |

Anglo French textiles | Pondicherry |

Anjal Garments | Ghaziabad |

Anjani Synthetics Limited | Ahmedabad |

Aravali | Jaipur |

Ashok Heryani Exports | New Delhi |

At Home India Pvt. Ltd | New Delhi |

Atul Impex Pvt. Ltd | Dombivli |

Balloons | New Delhi |

Beepee Enterprise | Mumbai |

Bhairav India International | Ahmedabad |

Bunts Exports Pvt Ltd | Mumbai |

Chemi Palace | Mumbai |

Consultech Dynamics | Mumbai |

Cotfab Exports | Mumbai |

Country House | New Delhi |

Creative Mobus Fabrics Limited | Mumbai |

Deepak Traders | Mumbai |

Dimple Impex (India) Pvt Ltd | New Delhi |

Eleganza Furnishings Pvt. Ltd | Mumbai |

Emperor Trading Company | Tirupur |

Estocorp (India) Pvt. Ltd | New Delhi |

Exemplar International | Hyderabad |

Falcon Finstock Pvt. Ltd | Ahmedabad |

G-2 International export Ltd | Ahmedabad |

Gauranga Homefashions | Mumbai |

GHCL Ltd | Gujarat |

Good Shepherd Health Education & Dispensary | Tamilnadu |

Harimann International Private Limited | Mumbai |

Heirloom Collections (P) Ltd | New Delhi |

Hemlines Textile Exports Pvt. Ltd | Mumbai |

Himalaya Overseas | New Delhi |

Home Fashions International | Kerala |

Ibats | New Delhi |

Indian Arts and Crafts Syndicate | New Delhi |

Indian Craft Creations | New Delhi |

Indo Euro Textiles Pvt. Ltd | New Delhi |

Kabra Brothers | Mumbai |

Kalam Designs | Ahmedabad |

Kanodia Fabrics (International) | Mumbai |

Karthi Krishna Exports | Tirupur |

Kaushalya Export | Ahmedabad |

Kirti Overseas | Ahmedabad |

La Sorogeeka Incorporated | New Delhi |

Lalit & Company | Mumbai |

Manubhai Vithaldas | Mumbai |

Marwaha Exports | New Delhi |

Milano International (India) Pvt. Ltd | Chennai |

Mohan Overseas (P) Ltd | New Delhi |

M/s. Opera Clothing | Mumbai |

M/S Vijayeswari Textiles Limited | Coimbatore |

Nandlal & Sons | Mumbai |

Natural Collection | New Delhi |

Oracle Exports Home Textiles Pvt. Ltd | Mumbai |

Pacific Exports | Ahmedabad |

Petite Point | New Delhi |

Pradip Exports | Ahmedabad |

Pradip Overseas Pvt. Ltd | Ahmedabad |

Punch Exporters | Mumbai |

Radiant Expo Global Pvt. Ltd | New Delhi |

Radiant Exports | New Delhi |

Raghuvir Exim Limited | Ahmedabad |

Ramesh Textiles India Pvt. Ltd | Indore |

Ramlaks Exports Pvt. Ltd | Mumbai |

Redial Exim Pvt. Ltd | Mumbai |

S. D. Entreprises | Mumbai |

Samria Fabrics | Indore |

Sanskrut Intertex Pvt. Ltd | Ahmedabad |

Sarah Exports | Mumbai |

Shades of India Crafts Pvt. Ltd | New Delhi |

Shanker Kapda Niryat Pvt. Ltd | Baroda |

Shetty Garments Pvt Ltd | Mumbai |

Shivani Exports | Mumbai |

Shivani Impex | Mumbai |

Shrijee Enterprises | Mumbai |

S.P. Impex | Indore |

Starline Exports | Mumbai |

Stitchwell Garments | Ahmedabad |

Sumangalam Exports Pvt. Ltd | Mumbai |

Summer India Textile Mills (P) Ltd | Salem |

Surendra Textile | Indore |

Suresh & Co. | Mumbai |

Synergy Lifestyles Pvt. Ltd | Mumbai |

Syntex Corporation Pvt. Ltd | Mumbai |

Texel Industries | Chennai |

Texmart Import export | Ahmedabad |

Textrade International Private Limited | Mumbai |

The Hindoostan Spinning & Weaving Mills Ltd | Mumbai |

Trend Setters | Mumbai |

Trend Setters K.F.T.Z. | Mumbai |

Utkarsh Exim Pvt Ltd | Ahmedabad |

V & K Associates | Mumbai |

Valiant Glass Works Private Ltd | Mumbai |

Visma International | Tamilnadu |

VPMSK A Traders | Karur |

V.S.N.C. Narasimha Chettiar Sons | Karur |

Welspun India Limited | Mumbai |

Yellows Spun and Linens Private Limited | Mumbai |

[1] ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.

[2] ĠU L 12, 17.1.2004, p. 1.

[3] ĠU C 230, 2.10.2007, p. 5.

Top