Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0648

    Proposti emendati għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Anness XI u regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas- sistemi tas-sigurtà soċjali

    /* KUMM/2008/0648 finali - COD 2006/0008 */

    52008PC0648

    Proposti emendati għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Anness XI u regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas- sistemi tas-sigurtà soċjali /* KUMM/2008/0648 finali - COD 2006/0008 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 14.10.2008

    KUMM(2008) 648 finali

    2006/0008 (COD)

    Proposti emendati għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Anness XI

    u

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas- sistemi tas-sigurtà soċjali

    (imressqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE)

    2006/0008 (COD)

    Proposti emendati għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Anness XI

    u

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas- sistemi tas-sigurtà soċjali

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    1. STADJU TAL-PROċEDURI

    Il-proposti COM(2006)7 finali - 2006/0008 (COD) u COM(2007) 376 finali - 2007/0129 (COD) ġew adottati mill-Kummissjoni fl-24 ta' Jannar 2006 u fit-3 ta' Lulju 2007 u ntbagħtu lill-Parlament fl-24 ta' Jannar 2006 u t-3 ta' Lulju 2007.

    Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta opinjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni fl-14 ta' Marzu 2007 (L-ewwel proposta biss).

    Billi dawn iż-żewġ proposti huma t-tnejn marbuta mal-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u t-tnejn jemendaw uħud mill-istess Annessi, il-Kunsill u l-Parlament iddeċidew li ż-żewġ proposti għandhom jingħaqdu.

    Il-Parlament jikkonsidra li l-proċedura 2007/019(COD) skadiet bħala riżultat tal-inkorporazzjoni tal-kontenuti tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2007)0376 finali fil-proċedura 2006/0008(COD).

    Fuq il-bażi ta' rapport wieħed il-Parlament adotta 77 emenda fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008.

    2. GħAN TAL-PROPOSTA

    Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jissimplifika u jimmodernizza r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali. L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jridu jiġu ssupplimentati qabel ma jsir applikabbli. Dawn il-proposti għaddejjin mill-proċedura ta' kodeċiżjoni fl-istess ħin bħar-Regolament ta' implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    Fil-bidu kien hemm żewġ proposti separati għall-bosta Annessi tar-Regolament. L-ewwel proposta (COM(2006) 7 finali) tirrigwarda l-aktar l-Anness XI. Fiha wkoll xi emendi tar-Regolament bażiku u l-Anness VIII miktub mill-ġdid (pensjonijiet pro rata). Din il-proposta x'aktarx li tiġi milqugħa mill-Kunsill.

    It-tieni proposta (COM(2007) 376 finali) fiha l-Annessi li jifdal. Fiha wkoll aktar emendi tal-Annessi VIII u XI; xi wħud minn dawn l-emendi kienu meħtieġa sempliċement biex titqies l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, iżda matul id-diskussjonijiet dwar il-proposta, xi Stati Membri oħra riedu li jsiru aktar emendi f'dawn l-Annessi. Il-proposta x'aktarx li tiġi milqugħa mill-Kunsill.

    Il-Parlament għaqqad iż-żewġ proposti flimkien mal-ewwel qari. Dan sar billi ġiet inkorporata t-tieni proposta kollha (COM(2007) 376 finali, inklużi l-emendi) fl-ewwel waħda (COM (2006)7 finali).

    3. GħAN TAL-PROPOSTA EMENDATA

    Il-proposta emendata fiha għarfien tal-għaqda taż-żewġ proposti u tadattahom f'għadd ta' punti kif issuġġerit mill-Parlament.

    4. OSSERVAZZJONI DWAR L-EMENDI ADOTTATI MILL-PARLAMENT EWROPEW

    4.1. Emendi milqugħa mill-Kummissjoni (kollha għajr 6 u 12)

    Il-Kummissjoni taqbel li tinkorpora l-emendi kollha adottati. Tista' tilqa' l-Emendi 1-5, 7-11, 13-24 u 26-78rev.

    4.2. Emendi li l-Kummissjoni tista' tilqa' parzjalment jew wara tibdil fil-kliem

    L-emendi 6 u 12

    4.2.1. Emenda 6

    Din l-emenda tirrifletti l-premessa 7a l-ġdida li l-Kunsill qabel dwarha iżda tneħħi r-referenza għall-Anness III. Il-Kummissjoni tista' tilqa' parzjalment din l-emenda. Il-kliem "fil-prinċipju" għandu jiddaħħal kif ġej: "Il-membri tal-familja ta’ dawk li qabel kienu ħaddiema tal-fruntieri għandhom fil-prinċipju jibbenefikaw mill-possibbiltà li jitkompla t-trattament mediku f’dak li qabel kien il-pajjiż tal-impjieg tal-persuna assigurata wara l-irtirar tagħha.". Dan biex jirrifletti l-fatt li l-Anness III se jkompli japplika għal perjodu limitat, u għalhekk il-benefiċċji msemmija ma jkunux minnufih disponibbli jiġri x'jiġri.

    4.2.2. Emenda 12

    Din l-emenda tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tirrifletti emenda simili li l-Kunsill qabel dwarha iżda tneħħi r-referenza għall-Anness III. Il-Kummissjoni tista' tilqa din l-emenda parzjalment. Jidher li fil-fatt jeħtieġ li tinżamm ir-referenza għall-Anness III, iżda din ir-referenza għandha tiġi emendata biex ikun hemm għarfien tal-fatt li l-Anness se jkun biss fis-seħħ għal perjodu limitat. L-emenda tista' għalhekk tiġi milqugħa soġġetta għal emenda fit-tieni subparagrafu sabiex tinqara kif ġew: "L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-ħaddiem tal-fruntiera rtirat għajr jekk, sakemm l-Anness III ikun fis-seħħ, l-Istat Membru fejn il-ħaddiem tal-fruntiera jkun l-aħħar żvolġa l-attività tiegħu jkun elenkat fl-Anness III. "

    5. PROPOSTA EMENDATA

    Fid-dawl tal-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni qed temenda l-proposta kif indikata hawn fuq.

    Top