Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0222

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-ftehim ta' shubija u kooperazzjoni

    /* KUMM/2008/0222 finali */

    52008PC0222

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-ftehim ta' shubija u kooperazzjoni /* KUMM/2008/0222 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 28.4.2008

    KUMM(2008) 222 finali

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Skond l-Artikolu 44 tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Ukraina (minn issa ’l quddiem “FSK”), l-impenji meħuda skond il-GATS fil-kuntest tad-dħul ta’ l-Ukraina fid-WTO awtomatikament se jieħdu post l-impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi li jinsabu fl-FSK.

    Fil-kuntest tal-proċess tagħha għad-dħul fid-WTO, l-Ukraina offriet impenji ta’ GATS li sostanzjalment ikopru l-impenji ta’ l-Ukraina skond l-FSK, ħlief għall-Artikolu 39, paragrafu 3, tiegħu. L-Ukraina, madankollu, offriet li żżomm din id-dispożizzjoni ta' l-FSK permezz ta’ ftehim bilaterali barra mill-kuntest tad-WTO.

    Sabiex jiġi formalizzat dan il-ftehim, fit-23 ta' April 2007, il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni adotta direttivi ta' negozjati li jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim internazzjonali li jorbot fil-kuntest tal-FSK fil-forma ta' Skambju ta' Ittri ma' l-Ukraina biex jinżammu l-impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni ma’ l-Ukraina ladarba dan il-pajjiż ikun daħal fid-WTO.

    Intlaħaq ftehim fuq it-test ta' l-iskambju formali ta' l-ittri. Il-Ftehim ma jinvolvix li l-KE jieħdu xi impenji li jmorru lilhinn mill-obbligi attwali tagħhom skond il-GATS u l-FSK. Il-Ftehim inbeda fit-18 ta' Frar 2008.

    Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jikkonsulta mal-Parlament Ewropew dwar il-Ftehim innegozjat u jadotta l-proposta mehmuża sakemm jintemmu l-proċeduri istituzzjonali biex jiġi konkluż il-Ftehim..

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 71(1) u 80(2) tiegħu flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Fl-14 ta' Ġunju 1994 il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina ffirmaw fil-Lussemburgu l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998.

    (2) Skond l-Artikolu 44 ta' l-FSK, l-impenji meħuda skond il-GATS fil-kuntest tad-dħul ta’ l-Ukraina fid-WTO awtomatikament se jieħdu post l-impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi li jinsabu fl-FSK.

    (3) L-Artikolu 39, paragrafu 3, ta' l-FSK mhuwiex rifless fl-impenji tal-GATS offruti mill-Ukraina fil-kuntest tad-dħul tagħha fid-WTO u għalhekk għandu jinżamm fuq bażi bilaterali.

    (4) Fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill tat-23 ta’ April 2007, il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina li żżomm l-Artikolu 39, paragrafu 3 ta’ l-FSK, li nbeda fit-18 ta’ Frar 2008.

    (5) Il-Ftehim ma jinvolvix li l-KE tieħu xi impenji li jmorru lil hinn mill-obbligi attwali tagħha skond il-GATS u l-FSK.

    (6) Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u jiġi applikat fuq bażi provviżorja sakemm jiġi konkluż f’data iktar tard.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-Ftehim, fil-qafas tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, u fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina bil-ħsieb li jinżammu l-impenji marbuta mal-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni ma’ l-Ukraina ladarba dan il-pajjiż ikun daħal fid-WTO, huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità, suġġett għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim.

    It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna/i mogħtija l-poter li jiffirma/w il-Ftehim f'isem il-Komunità suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 3

    Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja sakemm jintemmu l-proċeduri għall-konklużjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika notifika li tagħti tagħrif dwar id-data ta’ l-applikazzjoni provviżorja.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    FTEHIM FIL-FORMA TA’

    SKAMBJU TA' ITTRI

    bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina b'relazzjoni maż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni.

    A. Ittra mill-Ukraina

    Sinjur,

    B’rabta ma’ l-iffirmar, fis-17 ta’ Marzu 2003, tal-ftehim bilaterali bejn il-KE u l-Ukraina għad-dħul ta’ l-Ukraina fid-WTO, u bħala parti minn dak il-ftehim, id-delegazzjonijiet tal-KE u ta’ l-Ukraina qablu li jżommu d-dispożizzjonijiet dwar it-trasport marittimu internazzjonali tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, iffirmat fl-14 ta’ Ġunju 1994 fil-Lussemburgu. Dan il-ftehim għandu jitfassal kif ġej:

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-UKRAINA

    WARA LI KKUNSIDRAW l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna min-naħa l-oħra, iffirmat fl-14 ta' Ġunju 1994 fil-Lussemburgu (minn issa ’l quddiem “il-FSK”);

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tal-Partijiet biex jilliberalizzaw il-kummerċ, ibbażat fuq il-prinċipji tal-Ftehim tal-WTO u tal-Ftehimiet Multilaterali dwar il-Kummerċ annessi hemmhekk;

    KONXJI mill-ħtieġa li jittejbu l-kundizzjonijiet li jaffettwaw il-kummerċ fis-servizzi bejn il-Partijiet, fuq bażi ta' reċiproċità;

    WARA LI KKUNSIDRAW is-sitwazzjoni li rriżultat mid-dħul ta’ l-Ukraina fid-WTO u l-impatt tagħha fuq id-dispożizzjonijiet tal-FSK dwar in-negozju u l-investiment;

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ,

    Artikolu Uniku

    Trasport Marittimu Internazzjonali

    Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 44 tal-FSK, wara d-dħul ta’ l-Ukraina fid-WTO, id-dispożizzjonijiet tal-FSK li ġejjin se jkomplu japplikaw bejn il-Partijiet:

    - L-Artikolu 39, paragrafu 3, flimkien ma’ l-artikolu 32 (g), fil-qasam tat-trasport marittimu internazzjonali.

    Inkun grat jekk tikkonferma li l-KE japprovaw dan it-test u tibgħatli t-tweġiba tiegħek iffirmata mill-awtorità kompetenti tal-Komunità Ewropea. Għandi l-unur li nipproponi li din l-ittra u l-konferma tiegħek bi tweġiba jikkostitwixxu ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti li għandu jitqies bħala parti integrali mill-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni ffirmat fl-14 ta’ Ġunju 1994 fil-Lussemburgu. Dan il-ftehim m’għandux jiġi affettwat mill-iskadenza eventwali tal-Ftehim ta’ Sħubija u kooperazzjoni, u dan skond l-Artikolu 101 tiegħu.

    Għoddni dejjem tiegħek,

    F'isem l-Ukraina

    B. Ittra mill-Komunità Ewropea

    Sinjur,

    Grazzi ta' l-ittra datata _______________, li taqra hekk:

    “Sinjur,

    B’rabta ma’ l-iffirmar, fis-17 ta’ Marzu 2003, tal-ftehim bilaterali bejn il-KE u l-Ukraina għad-dħul ta’ l-Ukraina fid-WTO u bħala parti minn dak il-ftehim, id-delegazzjonijiet tal-KE u ta’ l-Ukraina qablu li jżommu d-dispożizzjonijiet dwar it-trasport marittimu internazzjonali tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, iffirmat fl-14 ta’ Ġunju 1994 fil-Lussemburgu. Dan il-ftehim għandu jitfassal kif ġej:

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-UKRAINA,

    WARA LI KKUNSIDRAW l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina min-naħa l-oħra, iffirmat fl-14 ta' Ġunju 1994 fil-Lussemburgu (minn issa ’l quddiem “il-FSK”);

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tal-Partijiet biex jilliberalizzaw il-kummerċ, ibbażat fuq il-prinċipji tal-Ftehim tal-WTO u tal-Ftehimiet Multilaterali dwar il-Kummerċ annessi hemmhekk;

    KONXJI mill-ħtieġa li jittejbu l-kundizzjonijiet li jaffettwaw il-kummerċ fis-servizzi bejn il-Partijiet, fuq bażi ta' reċiproċità;

    WARA LI KKUNSIDRAW is-sitwazzjoni li rriżultat mid-dħul ta’ l-Ukraina fid-WTO u l-impatt tagħha fuq id-dispożizzjonijiet tal-FSK dwar in-negozju u l-investiment;

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ,

    Artikolu Uniku

    Trasport Marittimu Internazzjonali

    Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 44 tal-FSK, wara d-dħul ta’ l-Ukraina fid-WTO, id-dispożizzjonijiet tal-FSK li ġejjin se jkomplu japplikaw bejn il-Partijiet:

    - L-Artikolu 39, paragrafu 3, flimkien ma’ l-Artikolu 32 (g), fil-qasam tat-trasport marittimu internazzjonali.

    Inkun grat jekk tikkonferma li l-KE japprovaw dan it-test u tibgħatli t-tweġiba tiegħek iffirmata mill-awtorità kompetenti tal-Komunità Ewropea. Għandi l-unur li nipproponi li din l-ittra u l-konferma tiegħek bi tweġiba jikkostitwixxu ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti li għandu jitqies bħala parti integrali mill-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni ffirmat fl-14 ta’ Ġunju 1994 fil-Lussemburgu. Dan il-ftehim m’għandux jiġi affettwat mill-iskadenza eventwali tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni, u dan skond l-Artikolu 101 tiegħu.

    Għoddni dejjem tiegħek."

    Nikkonferma li l-ittra kkwotata hawn fuq u t-tweġiba tiegħi għaliha jistabbilixxu ftehim formali bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina.

    Għoddni dejjem tiegħek.

    [F’isem il-Komunità Ewropea]

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI L-IMPATT TAGĦHOM FUQ IL-BAĠIT HU ESKLUSIVAMENT LIMITAT GĦAD-DĦUL

    1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni

    2. IL-LINJI TAL-BAĠIT:

    Il-Kapitolu u l-Artikolu: 120

    Ammont stmat għas-sena kkonċernata (2008): 16.431.900.000 euro

    3. IMPATT FINANZJARJU:

    ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

    ( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq, iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

    (€ miljun għal punt deċimali wieħed)

    Linja tal-baġit | Dħul[1] | Perjodu ta’ 12-il xahar li jibda minn jj/xx/ssss | [Sena n] |

    L-Artikolu ... | L-impatt fuq ir-riżorsi proprji |

    L-Artikolu ... | L-impatt fuq ir-riżorsi proprji |

    Is-Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

    [n+1] | [n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] |

    L-Artikolu ... |

    L-Artikolu ... |

    4. MIŻURI KONTRA L-FRODI

    5. RIMARKI OĦRAJN

    [1] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji fuq l-agrikoltura, taxxi fuq iz-zokkor, dazji doganali), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % ta’ l-ispejjeż tal-ġbir.

    Top