Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0157

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea dwar il-ftehim internazzjonali dwar il-kafè ta’ l-2007

    /* KUMM/2008/0157 finali */

    52008PC0157

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea dwar il-ftehim internazzjonali dwar il-kafè ta’ l-2007 /* KUMM/2008/0157 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 27.3.2008

    KUMM(2008) 157 finali

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar u l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea dwar il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2007

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Fit-28 ta’Settembru 2007 il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè ( the International Coffee Council – ICC) adotta t-test ta’ Ftehim ġdid ta’ l-2007 li jieħu post tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2001 li kien ġie estiż sat-30 ta’ Settembru 2008.

    Fid-diskussjonijiet dwar il-Ftehim, il-Komunità nnegozjat fuq il-bażi tal-mandat u d-direttivi għan-negozjati proposti mill-Kummissjoni u approvati mill-Kunsill fid-29 ta’ Jannar 2007.

    Sal-lum, fid-dawl tad-diskussjonijiet u l-kontenut ta’ l-istrument il-ġdid, li jirrifletti l-pożizzjoni li ħadet il-Komunità, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta' l-2007 għandu jiġi ffirmat u l-istrument tal-konklużjoni tiegħu għandu jiġi ddepożitat fil-Kwartieri ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè ( International Coffee Organisation – ICO) f'Londra, li kienu magħżula bħala d-Depożitarju permezz tar-Riżoluzzjoni ICO Nru 436 tal-25 ta’ Jannar 2008.

    Mil-lat legali, għandu jkun innotat li wara l-proposta tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar il-Prodotti Bażiċi ( Commodities Working Group of the Council – PROBA), f’Settembru 2007, il-Kunsill għaraf li l-għan ewlieni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2007 kien li tibqa’ tiġi promossa l-kooperazzjoni internazzjonali dwar il-kummerċ tal-kafè, li taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità Ewropea. F’dan il-każ, il-Ftehim Internazzjonali ġdid dwar il-Kafè ta’ l-2007 għandu jkun konkluż mill-Komunità Ewropea, skond l-Artikolu 133 tat-Trattat. .

    L-iskadenza biex ikun iffirmat u ddepożitat l-istrument ta’ aċċettazzjoni hi l-31 ta’ Awissu 2008 u l-Kunsill hu għalhekk mitlub li jadotta din id-deċiżjoni qabel din l-iskadenza.

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar u l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea dwar il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2007

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè approva t-test tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2007 permezz tar-Riżoluzzjoni Nru 431 tat-28 ta’ Settembru 2007;

    (2) Dan il-Ftehim ġdid kien innegozjat biex jieħu post il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2001 li ġie estiż sat-30 ta’ Settembru 2008;

    (3) Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2007 hu miftuħ biex jiġi ffirmat u jiġu ddepożitati l-istrumenti ta’ ratifika, ta' aċċettazzjoni jew approvazzjoni sal-31 ta’ Awissu 2008;

    (4) Il-Komunità hi membru tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2001, kif ġie estiż u għaldaqstant hu fl-interess tal-Komunità li l-Ftehim li jieħu post dak ta’ l-2001 ikun approvat,

    IDDEĊIEDI KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2007 hu għaldaqstant approvat f’isem il-Komunità Ewropea. It-test ta’ dan il-Ftehim hu meħmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill hu awtorizzat biex qabel il-31 ta’ Awissu 2008 jaħtar il-persuna awtorizzata biex tiddepożita l-approvazzjoni f’isem il-Komunità.

    Artikolu 3

    Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President.

    ANNESS FTEHIM INTERNAZZJONALI DWAR il-KAFÈ ta’ l-2007

    WERREJ

    Artikolu

    Preambolu

    KAPITOLU 1 – L-GĦANIJIET

    1 L-għanijiet

    KAPITOLU II ─ DEFINIZZJONIJIET

    2 Id-definizzjonijiet

    KAPITOLU III ─ IMPENNI ĠENERALI MILL-MEMBRI

    3 L-impenni ġenerali mill-Membri

    KAPITOLU IV ─ SĦUBIJA

    4 Is-sħubija fl-Organizzazzjoni

    5 Is-sħubija fi grupp

    KAPITOLU V ─ L-ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI TAL-KAFÈ

    6 Is-sede u l-istruttura ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè

    7 Il-privileġġi u l-Immunitajiet

    KAPITOLU VI ─ IL-KUNSILL INTERNAZZJONALI TAL-KAFÈ

    8 Il-kompożizzjoni tal-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè

    9 Il-poteri u l-funzjonijiet tal-Kunsill

    10 Il-President u l-Viċi-President tal-Kunsill

    11 Is-sessjonijiet tal-Kunsill

    12 Il-voti

    13 Il-proċedura tal-votazzjoni tal-Kunsill

    14 Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill

    15 Il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħrajn

    16 Il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi

    KAPITOLU VII ─ ID-DIRETTUR EŻEKUTTIV U L-PERSUNAL

    17 Id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal

    KAPITOLU VIII ─ FINANZI U AMMINISTRAZZJONI

    18 Il-Kumitat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni

    19 Il-finanzi

    20 Id-determinazzjoni tal-Baġit Amministrattiv u l-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet

    21 Il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet

    22 Il-passiv

    23 Il-verifika u l-pubblikazzjoni tal-kotba

    KAPITOLU IX – IL-PROMOZZJONI U L-IŻVILUPP TAS-SUQ

    24 It-tneħħija ta’ l-ostakoli għall-kummerċ u l-konsum

    25 Il-promozzjoni u l-iżvilupp tas-suq

    26 Il-miżuri relatati mal-kafè pproċessat

    27 Taħlitiet u sostituti

    KAPITOLU X ─ ATTIVITAJIET TA’ PROĠETTI TA’ L-ORGANIZZAZZJONI

    28 L-iżvilupp u l-iffinanzjar tal-proġetti

    KAPITOLU XI ─ IS-SETTUR PRIVAT TAL-KAFÈ

    29 Il-Bord Konsultattiv tas-Settur Privat

    30 Il-Konferenza Dinjija tal-Kafè

    31 Il-Forum Konsultattiv dwar il-Finanzjament tas-Settur tal-Kafè

    KAPITOLU XII ─ INFORMAZZJONI STATISTIKA, STUDJI U STĦARRIĠ

    32 L-informazzjoni statistika

    33 Iċ-ċertifikati ta’ l-Oriġini

    34 Studji, stħarriġ u rapporti

    KAPITOLU XIII ─ DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    35 Preparazzjonijiet għal Ftehim ġdid

    36 Settur sostenibbli tal-kafè

    37 Standard ta’ l-għajxien u kundizzjonijiet ta’ xogħol

    KAPITOLU XIV ─ KONSULTAZZJONIJIET, TILWIMIET U LMENTI

    38 Il-konsultazzjonijiet

    39 It-tilwimiet u l-ilmenti

    KAPITOLU XV ─ DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    40 Firma u ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni

    41 L-applikazzjoni provviżorja

    42 Id-dħul fis-seħħ

    43 L-adeżjoni

    44 Ir-riżervi

    45 L-irtirar volontarju

    46 L-esklużjoni

    47 Il-ħlas tal-kontijiet mal-Membri li jirtiraw jew li huma esklużi

    48 Dewmien, estensjoni u terminazzjoni

    49 Emenda

    50 Dispożizzjoni supplementarja u tranżitorja

    51 It-testijiet awtentiċi tal-Ftehim

    Anness Fatturi tal-konverżjoni għall-kafè mixwi, dekaffeinat, likwidu u solubbli kif definit fil-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2001.

    FTEHIM INTERNAZZJONALI DWAR IL-KAFÈ ta’ l-2007

    Preambolu

    Il-Gvernijiet li huma Parti għal dan il-Ftehim,

    Filwaqt li jagħrfu l-importanza eċċezzjonali tal-kafè għall-ekonomiji ta’ pajjiżi li huma għall-parti l-kbira dipendenti fuq dan il-prodott bażiku għall-qliegħ mill-esportazzjoni u għall-kisba ta’ l-għanijiet soċjali u ta’ żvilupp ekonomiku tagħhom;

    Filwaqt li jagħrfu l-importanza tas-settur tal-kafè għall-għajxien ta’ miljuni ta’ nies, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u filwaqt li jiftakru li f’bosta minn dawn il-pajjiżi l-produzzjoni hija fuq irziezet tal-familji fuq skala żgħira;

    Filwaqt li jagħrfu l-kontribuzzjoni ta’ settur sostenibbli tal-kafè għall-kisba ta’ għanijiet ta’ żvilupp miftiehma internazzjonalment, inklużi l-Għanijiet ta’ l-Iżvilupp tal-Millenju ( Millennium Development Goals – MDGs), b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-eradikazzjoni tal-faqar;

    Filwaqt li jagħrfu l-ħtieġa li jiġi inkoraġġut l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tal-kafè, li jwassal għal impjiegi u dħul aħjar, u għal standards ta’ l-għajxien u kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba fil-pajjiżi Membri;

    Filwaqt li jqisu li l-kooperazzjoni internazzjonali mill-qrib dwar kwistjonijiet tal-kafè, inkluż il-kummerċ internazzjonali, tista’ tinkoraġġixxi settur tal-kafè globali ekonomikament diversifikat, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi li jipproduċuh, l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-kafè u l-konsum, u relazzjonijiet imtejba bejn il-pajjiżi li jesportaw il-kafè u dawk li jimportawh;

    Filwaqt li jqisu li l-kollaborazzjoni bejn il-Membri, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, is-settur privat u l-partijiet interessati l-oħrajn kollha tista’ tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-settur tal-kafè;

    Filwaqt li jagħrfu li l-aċċess akbar għall-informazzjoni dwar il-kafè u strateġiji ta’ l-immaniġġjar tar-riskju bbażati fis-suq jistgħu jgħinu biex jiġi evitati l-iżbilanċi fil-produzzjoni u l-konsum tal-kafè li jistgħu jwasslu għal volatilità distinta tas-suq li tista’ tagħmel il-ħsara kemm lill-produtturi kif ukoll lill-konsumaturi; u

    Filwaqt li jinnutaw il-vantaġġi derivati mill-kooperazzjoni internazzjonali li rriżultat mill-ħidma tal-Ftehimiet Internazzjonali tal-Kafè 1962, 1968, 1976, 1983, 1994 u 2001,

    Ftiehmu kif ġej:

    KAPTOLU I – L-GĦANIJIET

    Artikolu 1

    L-għanijiet

    L-għan ta’ dan il-Ftehim huwa li jsaħħaħ is-settur globali tal-kafè u jippromwovi l-espansjoni sostenibbli f’ambjent ibbażat fuq is-suq għat-titjib tal-parteċipanti kollha fis-settur, billi:

    1. tiġi promossa l-kooperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet tal-kafè;

    2. jitwaqqaf forum għall-konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet tal-kafè fost il-gvernijiet, u mas-settur privat;

    3. il-membri jiġu mħeġġa jiżviluppaw settur sostenibbli tal-kafè f’termini ekonomiċi, soċjali u ambjentali;

    4. jiġi pprovdut forum għal konsultazzjonijiet li jfittxu ftehim fir-rigward ta’ kundizzjonijiet strutturali fis-swieq internazzjonali u tendenzi fiż-żmien twil fil-produzzjoni u l-konsum li jibbilanċjaw il-provvista u d-domanda, u li jirriżultaw fi prezzijiet li huma ġusti kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-produtturi;

    5. tiġi iffaċilitata l-espansjoni u t-trasparenza tal-kummerċ internazzjonali fit-tipi u l-forom kollha tal-kafè, u l-promozzjoni ta’ l-eliminazzjoni ta’ l-ostakoli għall-kummerċ;

    6. tinġabar, tixxerred u tiġi ppubblikata informazzjoni ekonomika, teknika u xjentifika, statistika u studji kif ukoll ir-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp fi kwistjonijiet tal-kafè;

    7. jiġi promoss l-iżvilupp tal-konsum u s-swieq għat-tipi u l-forom kollha tal-kafè, inkluż fil-pajjiżi li jipproduċu l-kafè;

    8. jiġi żviluppat, jiġi vvalutat u jiġu mfittxija l-finanzi għal proġetti li jibbenefikaw lill-Membri u lill-ekonomija dinjija tal-kafè;

    9. tkun promossa l-kwalità tal-kafè bl-għan li jitjieb is-sodisfazzjon tal-konsumatur u l-benefiċċji għall-produtturi;

    10. il-Membri jiġu mħeġġa jiżviluppaw proċeduri xierqa dwar is-sigurtà ta’ l-ikel fis-settur tal-kafè;

    11. ikunu promossi programmi ta’ taħriġ u informazzjoni ddiżinjati li jiġi assistit it-trasferiment lill-Membri tat-teknoloġija rilevanti għall-kafè;

    12. il-membri jiġu mħeġġa jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji biex itejbu l-kapaċità tal-komunitajiet lokali u l-bdiewa fuq skala żgħira li jibbenefikaw mill-produzzjoni tal-kafè, li tista’ tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar; u

    13. tkun iffaċilitata d-disponibbiltà ta’ l-informazzjoni dwar għodda u servizzi finanzjarji li jistgħu jgħinu lill-produtturi tal-kafè, inkluż aċċess għall-kreditu u metodi ta’ l-immaniġġjar tar-riskju.

    KAPITOLU II – DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-iskopijiet ta’ dan il-Ftehim:

    (1) Kafè tfisser i¿-¿erriegħa u ċ-ċirasa tas-siġra tal-kafè, kemm jekk parċmina, ħodor jew mixwija, u tinkludi kafè mitħun, dekaffeinat, likwidu u solubbli. Il-Kunsill għandu, mill-aktar fis possibbli wara li jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim, u mill-ġdid f’intervalli ta’ tliet snin, jirrevedi l-fatturi ta’ konver¿joni għat-tipi ta’ kafè elenkati fis-subparagrafi (d), (e), (f) u (g) hawn taħt. Wara dan l-istħarriġ il-Kunsill għandu jiddetermina u jippubblika fatturi xierqa tal-konver¿joni. Qabel l-istħarriġ inizjali, u jekk il-Kunsill ma jkunx jista’ jilħaq deċi¿joni dwar din il-kwistjoni, il-fatturi tal-konver¿joni għandhom ikunu dawk u¿ati fil-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè 2001, li huma elenkati fl-Anness ta’ dan il-Ftehim. Bla ħsara għal dawn id-dispo¿izzjonijiet, it-termini elenkati hawn taħt għandu jkollhom it-tifsira li ġejja:

    14. kafè aħdar tfisser il-kafè kollu fil-forma taż-żerriegħa għerja qabel ma tinxtewa;

    15. ċirasa tal-kafè mnixxfa tfisser il-frotta mnixxfa tas-siġra tal-kafè; biex issib l-ekwivalenti taċ-ċirasa tal-kafè mnixxfa għall-kafè aħdar, immultiplika l-piż nett taċ-ċirasa tal-kafè mnixxfa b’0.50;

    16. kafè parċmina tfisser iż-żerriegħa ħadra li tinsab fil-ġilda tal-parċmina; biex issib l-ekwivalenti tal-kafè parċmina coffee għall-kafè aħdar, immultiplika l-piż nett tal-kafè parċmina b’0.80;

    17. kafè mixwi tfisser kafè aħdar mixwi għal kwalunkwe grad u jinkludi l-kafè mitħun;

    18. kafè dekaffeinat tfisser kafè aħdar, mixwi jew solubbli li minnu tneħħiet il-kaffeina;

    19. kafè likwidu tfisser is-solidi solubbli fl-ilma dderivati mill-kafè mitħun u mqiegħda f’forma likwida;

    20. kafè solubbli tfisser is-solidi mnixxfa solubbli fl-ilma dderivati mill-kafè mixwi.

    (2) Bor¿a tfisser 60 kilogramma jew 132.276 libbra ta’ kafè aħdar; tunnellata tfisser massa ta’ 1,000 kilogramma jew 2,204.6 libbra; u libbra tfisser 453.597 gramma.

    (3) Sena tal-kafè tfisser il-perjodu ta’ sena, mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru.

    (4) Organizzazzjoni u Kunsill ifissru, rispettivament, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè u l-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè.

    (5) Parti Kontraenti tfisser Gvern, il-Komunità Ewropea, jew kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattivi msemmija fl-Artikolu 4(3) li ddepo¿ita(t) strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew notifika ta' applikazzjoni provvi¿orja ta’ dan il-Ftehim skond id-dispo¿izzjonijiet ta’ l-Artikoli 40, 41 u 42 jew li aderixxa/iet għalih skond id-dispo¿izzjonijiet ta’ l-Artikolu 43.

    (6) Membru tfisser Parti Kontraenti.

    (7) Membru li jesporta jew pajji¿ li jesporta tfisser Membru jew pajji¿, rispettivament, li huwa esportatur nett tal-kafè; jiġifieri Membru jew pajji¿ li l-esportazzjoni tiegħu teċċedi l-importazzjoni.

    (8) Membru li jimporta jew pajji¿ li jimporta tfisser Membru jew pajji¿, rispettivament, li huwa importatur nett tal-kafè; jiġifieri Membru jew pajji¿ li l-importazzjoni tiegħu teċċedi l-esportazzjoni.

    (9) Vot tal-maġġoranza distribwit tfisser vot li jeħtieġ 70% jew aktar mill-voti tal-Membri li jivvotaw, li huma pre¿enti u li qed jivvotaw u 70% jew aktar tal-voti tal-Membri li jimportaw, li huma pre¿enti u li qed jivvotaw, magħduda separatament.

    (10) Depo¿itarju tfisser l-organizzazzjoni intergovernattivi jew Parti Kontraenti għall-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2001 indikat mid-deċi¿joni tal-Kunsill taħt il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2001, li għandha tittieħed b’kunsens ġenerali qabel l-31 ta’ Jannar 2008. Din id-deċi¿joni għandha tifforma parti integrali minn dan il-Ftehim.

    KAPITOLU III – IMPENNI ĠENERALI MILL-MEMBRI

    Artikolu 3

    Impenni ġenerali mill-Membri

    (1) Il-Membri jintrabtu li jadottaw dawk il-mi¿uri meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom taħt dan il-Ftehim u jikkooperaw għal kollox ma’ xulxin biex ji¿guraw il-kisba ta’ l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim; b’mod partikolari, il-Membri jintrabtu li jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw il-ħidma ta’ dan il-Ftehim.

    (2) Il-Membri jagħrfu li ċ-Ċertifikati ta’ l-Oriġini huma għejun importanti ta’ informazzjoni dwar il-kummerċ tal-kafè. Il-Membri li Jesportaw, għalhekk, jassumu r-responsabblità biex ji¿guraw il-ħruġ u l-u¿u xierqa taċ-Ċertifikati ta’ l-Oriġini skond ir-regoli stabbiliti mill-Kunsill.

    (3) Il-Membri jagħrfu wkoll li l-informazzjoni dwar l-esportazzjonijiet mill-ġdid hija wkoll importanti għall-anali¿i xierqa ta’ l-ekonomija dinjija tal-kafè. Għalhekk il-Membri li jimportaw jintrabtu li jipprovdu informazzjoni regolari u preċi¿a dwar l-esportazzjonijiet mill-ġdid, fil-forma u fil-mod iddeterminat mill-Kunsill.

    KAPITOLU IV – SĦUBIJA

    Artikolu 4

    Is-sħubija fl-Organizzazzjoni

    (1) Kull Parti Kontraenti għandha tikkostitwixxi Membru uniku ta’ l-Organizzazzjoni.

    (2) Membru jista’ jibdel il-kategorija ta’ l-isħubija tiegħu f’dawk il-kundizzjonijiet li jista’ jiftiehem il-Kunsill.

    (3) Kwalunkwe riferenza f’dan il-Ftehim għal Gvern ghandha tinftiehem li tinkludi lill-Komunità Ewropea u lil kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattivi li għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward tan-negozjar, il-konklu¿joni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 5

    Is-sħubija fi grupp

    Żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar jistgħu, b’notifika xierqa lill-Kunsill u lid-Depożitarju, li tidħol fis-seħħ minn data li għandha tiġi speċifikata mill-Partijiet Kontraenti kkonċernati, u fuq kundizzjonijiet li jaqbel magħhom il-Kunsill, jiddikjaraw li qed jieħdu sehem fl-Organizzazzjoni bħala grupp ta’ Membri.

    KAPITOLU V – L-ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI TAL-KAFÈ

    Artikolu 6

    Il-post u l-istruttura ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kaf è

    (1) L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè stabbilita taħt il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè ta’ l-1962 għandha tkompli te¿isti biex tamministra d-dispo¿izzjonijiet u tissorvelja l-operat ta’ dan il-Ftehim.

    (2) Is-sede ta’ l-Organizzazzjoni għandu tkun f’Londra kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.

    (3) L-ogħla awtorità ta’ l-Organizzazzjoni għandha tkun il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè. Il-Kunsill għandu jkun assistit kif xieraq mill-Kumitat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni, il-Kumitat tal-Promozzjoni u l-I¿vilupp tas-Suq u l-Kumitat dwar il-Proġetti. Il-Kunsill għandu wkoll jingħata pariri mill-Bord Konsultattiv dwar is-Settur Privat, il-Konferenza Dinjija tal-Kafè u l-Forum Konsultattiv dwar il-Finanzjament tas-Settur tal-Kafè.

    Artikolu 7

    Il-privileġġi u l-Immunitajiet

    (1) L-Organizzazzjoni għandu jkollha personalità legali. Għandha b’mod partikolari jkollha l-kapaċità li tikkuntratta, takkwista u tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u li tressaq proċeduri legali.

    (2) L-istat, il-privileġġi u l-immuntiajiet ta’ l-Organizzazzjoni, tad-Direttur E¿ekuttiv tagħha, il-persunal u l-esperti tagħha, u tar-rappre¿entanti tal-Membri meta jinsabu fit-territorju tal-pajji¿ li jospita għall-iskopijiet ta’ l-e¿erċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, għandhom ikunu rregolati minn Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali konklu¿ bejn il-Gvern li jospita u l-Organizzazzjoni.

    (3) Il-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali msemmi fil-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu għandu jkun indipendenti minn dan il-Ftehim. I¿da għandu jintemm:

    (a) bi ftehim bejn il-Gvern li jospita u l-Organizzazzjoni;

    (b) fil-każ li l-kwartieri ta’ l-Organizzazzjoni jiċċaqalqu mit-territorju tal-Gvern li jospita; jew

    (c) fil-każ li l-Organizzazzjoni tieqaf teżisti.

    (4) L-Organizzazzjoni tista’ tikkonkludi ma’ Membru wieħed jew aktar ftehimiet li għandhom jiġu approvati mill-Kunsill dwar dawk il-privileġġi u immunitajiet li jistgħu jkunu neċessarji għat-tħaddim tajjeb ta’ dan il-Ftehim.

    (5) Il-Gvernijiet tal-pajji¿i Membri minbarra l-Gvern li jospita għandhom jagħtu lill-Organizzazzjoni l-istess faċilitajiet fir-rigward ta’ restrizzjonijiet dwar munita jew skambju, ¿amma tal-kontijiet fil-bank, u trasferiment ta’ flus, kif jingħataw lill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Uniti.

    KAPITOLU VI – IL-KUNSILL INTERNAZZJONALI TAL-KAFÈ

    Artikolu 8

    Il-kompożizzjoni tal-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè

    (1) Il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè għandu jikkonsisti mill-Membri kollha ta’ l-Organizzazzjoni.

    (2) Kull Membru għandu jaħtar rappre¿entant wieħed fuq il-Kunsill u, jekk jixtieq, sostitut wieħed jew aktar. Membru jista’ wkoll jaħtar konsulent wieħed jew aktar għar-rappre¿entant jew sostituti tiegħu.

    Artikolu 9

    Il-poteri u l-funzjonijiet tal-Kunsill

    (1) Il-poteri kollha speċifikament mogħtija minn dan il-Ftehim għandhom ikunu vestiti fil-Kunsill, li għandu jwettaq il-funzjonijiet neċessarji biex iwettaq id-dispo¿izzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

    (2) Il-Kunsill jista’ jistabbilixxi u jxolji Kumitati u korpi sussidjarji, kif xieraq, barra minn dawk provduti fl-Artikolu 6(3).

    (3) Il-Kunsill għandu jistabbilixxi dawk ir-regoli u r-regolamenti, inklu¿i r-regoli tal-proċedura tiegħu stess u r-regolamenti finanzjarji u tal-persunal ta’ l-Organizzazzjoni, li huma meħtieġa biex jitwettqu d-dispo¿izzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u li huma konsistenti miegħu. Il-Kunsill jista’, fir-regoli tal-proċedura tiegħu, jipprovdi l-mezzi li bihom jista’, mingħajr ma jiltaqa’, jiddeċiedi kwistjonijiet speċifiċi.

    (4) Il-Kunsill għandu jistabbilixxi fuq ba¿i regolari pjan ta’ azzjoni strateġiku biex jiggwida xogħlu u jidentifika l-prijoritajiet, inklu¿i l-prijoritajiet għall-attivitajiet ta’ proġetti mibdija skond l-Artikolu 28 u studji, stħarriġ u rapporti mibdija skond l-Artikolu 34. Il-prijoritajiet identifikati fil-pjan ta’ azzjoni għandhom ikunu riflessi fil-programmi ta’ ħidma annwali approvati mill-Kunsill.

    (5) Il-Kunsill għandu wkoll i¿omm ir-rekords meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu skond dan il-Ftehim u rekords oħrajn li jqis li huma mixtieqa.

    Artikolu 10

    Il-President u l-Viċi-President tal-Kunsill

    (1) Il-Kunsill għandu jeleġġi, għal kull sena tal-kafè, President u Viċi-President li m’għandhomx jitħallsu mill-Organizzazzjoni.

    (2) Il-President għandu jiġi elett jew minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri li jesportaw jew minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri li jimportaw, u l-Viċi-President għandu jiġi elett minn fost ir-rappreżentanti tal-kategorija l-oħra ta’ Membru. Dawn il-po¿izzjonijiet għandhom jalternaw kull sena tal-kafè bejn i¿-¿ewġ kategoriji ta’ Membru.

    (3) La l-President u lanqas il-Viċi-President li jaġixxi bħala President m’għandu jkollhom id-dritt li jivvotaw. Is-sostitut tiegħu jew tagħha għandu f’dan il-ka¿ je¿erċita d-dritt tal-votazzjoni tal-Membru.

    Artikolu 11

    Is-sessjonijiet tal-Kunsill

    (1) Il-Kunsill għandu jagħmel ¿ewġ sessjonijiet regolari fis-sena u, jekk jiddeċiedi, sessjonijiet speċjali. Jista’ jagħmel sessjonijiet speċjali fuq talba ta’ kwalunkwe għaxar Membri. L-avvi¿ dwar is-sessjonijiet għandu jingħata għall-inqas 30 jum minn qabel ħlief fil-ka¿ijiet ta’ emerġenza meta dan l-avvi¿ għandu jingħata għall-inqas għaxart ijiem minn qabel.

    (2) Is-sessjonijiet għandhom isiru fis-sede ta’ l-Organizzazzjoni, kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor. Jekk Membru jistieden lill-Kunsill jiltaqa’ fit-territorju tiegħu, u l-Kunsill jaqbel, l-ispejje¿ addizzjonali involuti għall-Organizzazzjoni li jkunu akbar minn dawk magħmula meta s-sessjoni ssir fis-sede jitħallsu minn dak il-Membru.

    (3) Il-Kunsill jista’ jistieden lil kwalunkwe pajji¿ mhux membru jew kwalunkwe mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 15 u 16 jattendu kwalunkwe mis-sessjonijiet tiegħu bħala osservatur. F’kull sessjoni, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi dwar l-ammissjoni ta’ l-osservaturi.

    (4) Il-kworum meħtieġ biex sessjoni tal-Kunsill tieħu d-deċi¿jonijiet għandu jkun il-pre¿enza ta’ aktar min-nofs in-numru ta’ Membri li jesportaw u li jimportaw li jirrappre¿entaw rispettivament għall-inqas ¿ewġ terzi tal-voti għal kull kategorija. Jekk mal-ftuħ ta’ sessjoni tal-Kunsill jew ta’ kwalunkwe laqgħa plenarja ma jkun hemm ebda kworum, il-President għandu jipposponi l-ftuħ tas-sessjoni jew tal-laqgħa plenarja għall-inqas għal sagħtejn. Jekk xorta ma jkunx għad hemm kworum fil-ħin il-ġdid stabbilit, il-President jista’ jerġa’ jipposponi l-ftuħ tas-sessjoni jew laqgħa plenarja għall-inqas għal sagħtejn oħra. Jekk fl-aħħar ta’ dan il-posponiment il-ġdid ma jkunx għad hemm kworum, il-kwistjoni fuq liema huma meħtieġa d-deċi¿jonijiet għandha tkun differita għas-sessjoni li jmiss tal-Kunsill.

    Artikolu 12

    Il-voti

    (1) Il-Membri li jesportaw għandhom flimkien ikollhom 1,000 vot u l-Membri li jimportaw għandhom flimkien ikollhom 1,000 vot, imqassma f’kull kategorija ta’ Membru – jiġifieri l-Membri li jesportaw u dawk li jimportaw, rispettivament – kif provdut fil-paragrafi li ġejjin ta’ dan l-Artikolu.

    (2) Kull Membru għandu jkollu ħames voti ba¿iċi.

    (3) Il-bqija tal-voti tal-Membri li jesportaw għandhom jitqassmu fost dawk il-Membri bi proporzjon tal-medja tal-volum ta’ l-esportazzjonijiet rispettivi tagħhom tal-kafè lid-destinazzjonijiet kollha fl-erba’ snin tal-kalendarju ta’ qabel.

    (4) Il-bqija tal-voti tal-Membri li jimportaw għandhom jitqassmu fost dawk il-Membri bi proporzjon tal-medja tal-volum ta’ l-importazzjonijiet rispettivi tagħhom tal-kafè kollha fl-erba’ snin tal-kalendarju ta’ qabel.

    (5) Il-Komunità Ewropea jew kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva kif definita fl-Artikolu 4(3) għandu jkollha voti daqs Membru wieħed; għandu jkollha ħames voti ba¿iċi u voti addizzjonali bi proporzjon għall-volum medju ta’ importazzjonijiet jew esportazzjonijiet tal-kafè tagħhom, fl-erba’ snin tal-kalendarju ta’ qabel.

    (6) Id-distribuzzjoni tal-voti għandha tkun iddeterminata mill-Kunsill skond id-dispo¿izzjonijiet ta’ dan l-Artikolu fil-bidu ta’ kull sena tal-kafè u għandha tibqa’ fis-seħħ tul dik is-sena, ħlief kif provdut fil-paragrafu (7) ta’ dan l-Artikolu.

    (7) Il-Kunsill għandu jipprovdi għad-distribuzzjoni mill-ġdid tal-voti skond id-dispo¿izzjonijiet ta’ dan l-Artikolu kull meta jkun hemm tibdil fl-isħubija ta’ l-Organizzazzjoni jew jekk id-drittijiet tal-votazzjoni ta’ Membru jkunu sospi¿i jew miksuba mill-ġdid skond id-dispo¿izzjonijiet ta’ l-Artikolu 21.

    (8) L-ebda Membru m’għandu jkollu ¿ewġ terzi jew aktar mill-voti fil-kategorija tiegħu.

    (9) M’għandu jkun hemm ebda voti frazzjonali.

    Artikolu 13

    Il-proċedura tal-votazzjoni tal-Kunsill

    (1) Kull Membru għandu jkun intitolat li jitfa’ n-numru ta’ voti li għandu u m’għandux ikun intitolat jaqsam il-voti tiegħu. I¿da, Membri jista’ jitfa’ b’mod differenti kwalunkwe vot li għandu taħt id-dispo¿izzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu.

    (2) Kwalunkwe Membru li jesporta jista’ jawtorizza bil-miktub lil kwalunkwe Membru ieħor li jesporta u kwalunkwe Membru li jimporta jista’ jawtorizza bil-miktub lil kwalunkwe Membru ieħor li jimporta, biex jirrappre¿enta l-interessi tiegħu u je¿erċita d-dritt tiegħu li jivvota fi kwalunkwe laqgħa jew laqgħat tal-Kunsill.

    Artikolu 14

    Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill

    (1) Il-Kunsill għandu jipprova jieħu d-deċi¿jonijiet kollha u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet kollha b’kunsens ġenerali. Jekk ma jistax jintlaħaq il-kunsens ġenerali, il-Kunsill għandu jieħu d-deċi¿jonijiet u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet b’vot ta’ maġġoranza distribwita ta’ 70% jew aktar tal-Membri li jesportaw, li huma pre¿enti u li jivvotaw, u 70% jew aktar tal-Membri li jimportaw, li huma pre¿enti u li jivvotaw, magħduda separatament.

    (2) Għandha tgħodd din il-proċedura fir-rigward ta’ kwalunkwe deċi¿joni mill-Kunsill meħuda b’vot ta’ maġġoranza distribwita:

    (a) jekk ma jinkisibx vot ta’ maġġoranza distribwita minħabba l-vot negattiv ta’ tliet pajjiżi li jesportaw jew inqas, jew tliet pajjiżi li jimportaw jew inqas, il-proposta għandha, jekk il-Kunsill jiddeċiedi b’maġġoranza tal-Membri preżenti, terġa’ titressaq għall-votazzjoni fi żmien 48 siegħa; u

    (b) jekk jerġa’ ma jinkisibx vot ta’ maġġoranza distribwita, il-proposta għandha titqies mhux approvata.

    (3) Il-Membri jintrabtu li jaċċettaw bħala li jorbtu d-deċi¿jonijiet kollha tal-Kunsill taħt id-dispo¿izzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 15

    Il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħrajn

    (1) Il-Kunsill jista’ jagħmel arranġamenti għall-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħha; ma’ organizzazzjiet intergovernattivi oħrajn xierqa; u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali rilevanti. Għandu jieħu vantaġġ sħiħ tal-faċilitajiet tal-Fond Komuni għall-Prodotti Ba¿iċi u għejun oħrajn ta’ Finanzjament. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkludu arranġamenti finanzjarji li l-Kunsill iqis xierqa biex jikseb l-għanijiet tal-Ftehim. Madankollu, fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe proġett taħt dawn l-arranġamenti, l-Organizzazzjoni m’għandhiex tidħol f'obbligi finanzjarji għall-garanziji mogħtija minn Membri individwali jew entitajiet oħrajn. Ebda Membru ma għandu jkun responsabbli minħabba l-isħubija tiegħu fl-Organizzazzjoni għal xi responsabblità li tirri¿ulta mit-teħid jew mill-għoti ta' self minn Membru ieħor jew entità oħrajn b’konnessjoni ma’ dawn il-proġetti.

    (2) Fejn possibbli, l-Organizzazzjoni tista’ wkoll tiġbor mill-Membri, non-Membri u minn aġenziji donaturi u oħrajn, informazzjoni dwar il-proġetti u l-programmi ta’ l-i¿vilupp li jiffokaw fuq is-settur tal-kafè. Fejn xieraq, u bi ftehim mal-partijiet ikkonċernati, l-Organizzazzjoni tista’ tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għal dawn l-organizzazjonijiet l-oħrajn kif ukoll għall-Membri.

    Artikolu 16

    Il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi

    Fit-twettiq ta’ l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, l-Organizzazzjoni tista’, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 29, 30 u 31, tistabbilixxi u ssaħħaħ attivitajiet kooperattivi ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi xierqa li għandhom għarfien espert f’aspetti rilevanti tas-settur tal-kafè u ma’ esperti oħrajn fi kwistjonijiet tal-kafè.

    KAPITOLU VII – ID-DIRETTUR EŻEKUTTIV U L-PERSUNAL

    Artikolu 17

    Id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal

    (1) Il-Kunsill għandu jaħtar id-Direttur E¿ekuttiv. It-termini tal-ħatra tad-Direttur E¿ekuttiv għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill u għandhom ikunu paragunabbli ma' dawk li jgħoddu għall-uffiċjali korrispondenti ta’ organizzazzjonijiet simili intergovernattivi.

    (2) Id-Direttur E¿ekuttiv għandu jkun l-uffiċjal amministrattiv ewlieni ta’ l-Organizzazzjoni u għandu jkun responsabbli għat-twettiq ta’ kwalunkwe dmir li jaqa’ fuqu fl-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

    (3) Id-Direttur E¿ekuttiv għandu jaħtar lill-persunal ta’ l-Organizzazzjoni skond ir-regolamenti stabbiliti mill-Kunsill.

    (4) La d-Direttur E¿ekuttiv u lanqas xi membru tal-persunal ma għandu jkollu xi interess finanzjarju fl-industrija tal-kafè, fil-kummerċ tal-kafè jew fit-trasport tal-kafè.

    (5) Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, id-Direttur E¿ekuttiv u l-persunal m’għandhomx jitolbu jew jirċievu istruzzjonijiet minn xi Membru jew minn xi awtorità oħra li hija esterna għall-Organizzazzjoni. Għandhom jidde¿istu minn kwalunkwe azzjoni li tista’ tirrifletti fuq il-po¿izzjoni tagħhom bħala uffiċjali responsabbli biss lejn l-Organizzazzjoni. Kull Membru jintrabat li jirrispetta l-karattru internazzjonali esklussiv tar-responsabbiltajiet tad-Direttur E¿ekuttiv u tal-persunal u mhux li jinfluwenzahom fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom.

    KAPITOLU VIII – IL-FINANZI U L-AMMINISTRAZZJONI

    Artikolu 18

    Il-Kumitat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni

    Għandu jiġi stabbilit Kumitat dwar il-Finanzi u l-Amministrazzjoni. Il-Kunsill għandu jiddetermina l-kompożizzjoni u l-mandat tiegħu. Dan il-Kumitat għandu jkun responsabbli li jissorvelja l-Baġit Amministrattiv li għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill għall-approvazzjoni, u li jwettaq kwalunkwe inkarigi oħra li l-Kunsill jassenjalu li għandha tinkludi l-monitoraġġ tad-dħul u ta’ l-infiq u kwistjonijiet dwar l-amministrazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni. Il-Kumitat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni għandu jirrapporta dwar il-proċedimenti tiegħu lill-Kunsill.

    Artikolu 19

    Il-finanzi

    (1) L-ispejje¿ tad-delegazzjonijiet lill-Kunsill u r-rappre¿entanti ta’ kwalunkwe mill-kumitati tal-Kunsill għandhom jitħallsu mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom.

    (2) L-ispejje¿ l-oħrajn meħtieġa ghall-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jitħallsu minn kontribuzzjonijiet annwali mill-Membri vvalutati skond id-dispo¿izzjonijiet ta’ l-Artikolu 20, flimkien ma’ dħul minn bejgħ ta’ servizzi speċifiċi lill-Membri u l-bejgħ ta’ informazzjoni u studji ġenerati taħt id-dispo¿izzjonijiet ta’ l-Artikoli 32 u 34.

    (3) Is-sena finanzjarja ta’ l-Organizzazzjoni għandha tkun l-istess bħas-sena tal-kafè.

    Artikolu 20

    Determinazzjoni tal-Baġit Amministrattiv u valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet

    (1) Matul it-tieni nofs ta’ kull sena finanzjarja, il-Kunsill għandu japprova l-Baġit Amministrattiv ta’ l-Organizzazzjoni għas-sena finanzjarja ta’ wara u għandu jivvaluta l-kontribuzzjoni ta’ kull Membru għal dak il-Baġit. Għandu jiġi ppreparat abbozz ta’ Baġit Amministrattiv mid-Direttur E¿ekuttiv taħt is-supervi¿joni tal-Kumitat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni skond id-dispo¿izzjonijiet ta’ l-Artikolu 18.

    (2) Il-kontribuzzjoni ta’ kull Membru għall-Baġit Amministrattiv għal kull sena finanzjarja għandha tkun skond il-proporzjon li jkollu l-għadd tal-voti tiegħu meta l-Baġit Amministrattiv għal dik is-sena finanzjarja jkun approvat mill-voti totali tal-Membri. Madankollu, jekk ikun hemm xi tibdil fid-distribuzzjoni tal-voti fost il-Membri skond id-dispo¿izzjonijiet ta’ l-Artikolu 12(6) fil-bidu tas-sena finanzjarja li għaliha huma vvalutati l-kontribuzzjonijiet, dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu aġġustati b’mod korrispondenti għal dik is-sena. Fid-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet, il-voti ta’ kull Membru għandhom jiġu kkalkolati mingħajr konsiderazzjoni għas-sospensjoni tad-drittijiet tal-votazzjoni ta’ kwalunkwe Membru jew għal kwalunkwe distribuzzjoni mill-ġdid tal-voti li tirri¿ulta minn dan.

    (3) Il-kontribuzzjoni inizjali ta’ kwalunkwe Membru li jissieħeb fl-Organizzazzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim kif provdut fl-Artikolu 42 għandha tiġi vvalutata mill-Kunsill fuq ba¿i ta’ l-għadd ta’ voti li għandu jkollu u l-perjodu li fadal mis-sena finanzjarja kurrenti, i¿da l-valutazzjonijiet magħmula fuq Membri oħrajn għas-sena finanzjarja kurrenti m’għandhomx jinbidlu.

    Artikolu 21

    Il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet

    (1) Il-kontribuzzjonijiet għall-Baġit Amministrattiv għal kull sena finanzjarja għandhom ikunu pagabbli f’munita liberament konvertibbli u għandhom isiru dovuti fl-ewwel jum ta’ dik is-sena finanzjarja.

    (2) Jekk xi Membru jonqos li jħallas il-kontribuzzjoni sħiħa tiegħu lill-Baġit Amministrattiv fi ¿mien sitt xhur mid-data li fiha tkun dovuta l-kontribuzzjoni, id-drittijiet tal-votazzjoni tiegħu u d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-kumitati speċjalizzati għandhom ikunu sospi¿i sakemm il-kontribuzzjoni tkun tħallset kollha. I¿da, kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, dan il-Membru m’għandux ikun imċaħħad mid-drittijiet l-oħrajn tiegħu u lanqas ma jinħeles mill-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim.

    (3) Kwalunkwe Membru li d-drittijiet tal-votazzjoni tiegħu jkunu ġew sospi¿i taħt id-dispo¿izzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu xorta għandu jibqa’ responsabbli għall-ħlas tal-kontribuzzjoni tiegħu.

    Artikolu 22

    Il-passiv

    (1) L-Organizzazzjoni, fil-funzjoni tagħha kif speċifikata fl-Artikolu 6(3), m’għandux ikollha s-setgħa li tidħol f’xi obbligu barra mill-ambitu ta’ dan il-Ftehim, u m’għandhiex titqies li ġiet awtorizzata mill-Membri li tagħmel dan; b’mod partikolari m’għandux ikollha l-kapaċità li tissellef il-flus. Fl-e¿erċizzju tal-kapaċità tagħha li tikkuntratta, l-Organizzazzjoni għandha tinkorpora fil-kuntratti tagħha t-termini ta’ dan l-Artikolu b’tali mod li ġġibhom għall-attenzjoni tal-partijiet l-oħrajn li deħlin f’kuntratti ma’ l-Organizzazzjoni, i¿da kwalunkwe nuqqas li tinkorpora dawn it-termini m’għandux jinvalida dan il-kuntratt jew jagħmlu ultra vires .

    (2) Ir-responsabbiltà ta’ Membru hija limitata sa l-obbligi tiegħu dwar il-kontribuzzjonijiet speċifikament provduti f’dan il-Ftehim. Il-partijiet terzi li jaħdmu ma’ l-Organizzazzjoni għandhom jitqiesu li huma av¿ati dwar id-dispo¿izzjonijiet ta’ dan il-Ftehim fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-Membri.

    Artikolu 23

    Il-verifika u l-pubblikazzjoni tal-kotba

    Malli jkun possibbli u mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, għandha tiġi ppreparata dikjarazzjoni vverifikata b’mod indipendenti ta’ l-assi, tal-passiv, tad-dħul u ta’ l-infiq ta’ l-Organizzazzjoni matul dik is-sena finanzjarja. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kunsill għall-approvazzjoni fl-ewwel sessjoni li tkun tmiss.

    KAPITOLU IX – IL-PROMOZZJONI U L-IŻVILUPP TAS-SUQ

    Artikolu 24

    It-tneħħija ta’ l-ostakoli għall-kummerċ u l-konsum

    (1) Il-Membri jagħrfu l-importanza ta’ l-i¿vilupp sostenibbli tas-settur tal-kafè u tat-tneħħija ta’ ostakoli kurrenti u l-evitar ta’ ostakoli ġodda li jistgħu jfixklu l-kummerċ u l-konsum, filwaqt li jirrikonoxxu fl-istess ħin id-dritt tal-Membri li jirregolaw, u li jintroduċu regolamenti ġodda, sabiex jilħqu l-għanijiet nazzjonali ta' politika tas-saħħa u ta’ l-ambjent, skond l-impenni u l-obbligi tagħhom taħt ftehimiet internazzjonali, inklu¿i dawk relatati mal-kummerċ internazzjonali.

    (2) Il-Membri jagħrfu li bħalissa hemm mi¿uri fis-seħħ li jistgħu sa livell akbar jew inqas ifixklu ¿-¿ieda fil-konsum tal-kafè, b’mod partikolari:

    (a) l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni li jgħoddu għall-kafè, inklużi tariffi preferenzjali u oħrajn, kwoti, operazzjonijiet tal-monopolji tal-gvern u aġenziji uffiċjali tax-xiri, u regoli amministrattivi u prattiċi kummerċjali oħrajn;

    (b) l-arranġamenti ta’ l-esportazzjoni fir-rigward ta’ sussidji diretti jew indiretti u regoli amministrattivi u prattiċi kummerċjali oħrajn; u

    (c) il-kundizzjonijiet interni tal-kummerċ u d-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi domestiċi u reġjonali li jistgħu jaffettwaw il-konsum.

    (3) Fid-dawl ta' l-għanijiet dikjarati hawn fuq u d-dispo¿izzjonijiet tal-paragrafu (4) ta’ dan l-Artikolu, il-Membri għandhom jagħmlu sforz li jfittxu tnaqqis tat-tariffi fuq il-kafè jew li jieħdu azzjonijiet oħrajn biex ineħħu l-ostakoli għal konsum akbar.

    (4) Filwaqt li tqies l-interess reċiproku tagħhom, il-Membri jintrabtu li jfittxu modi u mezzi kif l-ostakoli għall-kummerċ u l-konsum akbar imsemmija fil-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu jistgħu progressivament jitnaqqsu u eventwalment, kull fejn ikun possibbli, jiġu eliminati, jew li bihom l-effetti ta’ dawn l-ostakoli jistgħu jiġu mnaqqsa b’mod sostanzjali.

    (5) Fid-dawl ta' kwalunkwe impenn meħud skond id-dispo¿izzjonijiet tal-paragrafu (4) ta’ dan l-Artikolu, il-Membri għandhom jgħarrfu lill-Kunsill kull sena dwar il-mi¿uri kollha adottati bl-għan li jimplimentaw id-dispo¿izzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

    (6) Id-Direttur E¿ekuttiv għandu jipprepara perjodikament stħarriġ ta’ l-ostakoli għall-konsum li għandu jiġi rivedut mill-Kunsill.

    (7) Il-Kunsill jista’, sabiex jagħti spinta lill-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Membri, li għandhom jirrapportaw mill-aktar fis possibbli lill-Kunsill dwar il-mi¿uri adottati bl-għan li jiġu implimentati dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

    Artikolu 25

    Il-promozzjoni u l-iżvilupp tas-suq

    (1) Il-Membri jagħrfu l-benefiċċji, kemm għall-Membri li jimportaw kif ukoll għal dawk li jesportaw, li jirri¿ultaw mill-isforzi li jiġi promoss il-konsum, tittejjeb il-kwalità tal-prodott, u li jiġu ¿viluppati swieq għall-kafè, inklu¿i Membri li jesportaw.

    (2) L-attivitajiet tal-promozzjoni u ta’ l-i¿vilupp tas-suq jistgħu jinkludu kampanji ta’ l-informazzjoni, riċerka, bini tal-kapaċitajiet u studji relatati mal-produzzjoni u l-konsum tal-kafè.

    (3) Dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu inklu¿i fil-programm annwali ta' ħidma tal-Kunsill jew fost l-attivitajiet tal-proġett ta’ l-Organizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 u jistgħu jiġu ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet volontarji mill-Membri, non-Membri, organizzazzjonijiet oħrajn u s-settur privat.

    (4) Għandu jiġi stabbilit Kumitat dwar il-Promozzjoni u l-I¿vilupp tas-Suq. Il-Kunsill għandu jiddetermina l-kompo¿izzjoni u l-mandat tiegħu.

    Artikolu 26

    Il-miżuri relatati mal-kafè pproċessat

    Il-Membri jagħrfu l-ħtieġa li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw iwessgħu l-bażi ta’ l-ekonomiji tagħhom permezz ta’, inter alia , l-industrijalizzazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti manifatturati, inkluż l-ipproċessar tal-kafè u l-esportazzjoni tal-kafè pproċessat, kif imsemmi fis-sub-paragrafi (d), (e), (f) u (g) tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 2. F’dan ir-rigward, il-Membri għandhom jevitaw l-adozzjoni ta’ miżuri tal-gvern li jistgħu jikkawżaw tfixkil fis-settur tal-kafè ta’ Membri oħrajn.

    Artikolu 27

    Taħlitiet u sostituti

    (1) Il-Membri m’għandhom i¿ommu ebda regolament li jeħtieġ it-taħlit, l-ipproċessar jew l-u¿u ta’ prodotti oħrajn mal-kafè għall-bejgħ kummerċjali mill-ġdid bħala kafè. Il-Membri għandhom jagħmlu sforzi biex jipprojbixxu l-bejgħ u r-reklamar tal-prodotti taħt l-isem tal-kafè jekk dawn il-prodotti fihom inqas mill-ekwivalenti ta’ 95% kafè aħdar bħala l-materjal ba¿ìku mhux ipproċessat.

    (2) Id-Direttur E¿ekuttiv għandu jissottometti lill-Kunsill rapport perjodiku dwar il-konformità mad-dispo¿izzjonijiet dan l-Artikolu.

    KAPITOLU X – L-ATTIVITAJIET TA’ PROĠETTI TA’ L-ORGANIZZAZZJONI

    Artikolu 28

    L-iżvilupp u l-iffinanzjar tal-proġetti

    (1) Il-Membri u d-Direttur E¿ekuttiv jistgħu jissottomettu proposti dwar proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim u wieħed jew aktar mill-oqsma prijoritarji għall-ħidma identifikati fil-pjan ta’ azzjoni strateġiku approvat mill-Kunsill skond l-Artikolu 9.

    (2) Il-Kunsill għandu jistabbilixxi proċeduri u mekkani¿mi biex jiġu sottomessi, evalwati, approvati, prijoritarizzati u ffinanzjati l-proġetti, kif ukoll għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom, u d-disseminazzjoni ġenerali tar-ri¿ultati.

    (3) F’kull sessjoni tal-Kunsill id-Direttur E¿ekuttiv għandu jirrapporta dwar l-istat tal-proġetti kollha approvati mill-Kunsill, inklu¿i dawk li qed jistennew il-finanzjament, li qed jiġu implimentati jew li tlestew minn ¿mien l-aħħar sessjoni tal-Kunsill.

    (4) Għandu jiġi stabbilit Kumitat dwar il-Proġetti. Il-Kunsill għandu jiddetermina l-kompo¿izzjoni u l-mandat tiegħu.

    KAPITOLU XI – IS-SETTUR PRIVAT TAL-KAFÈ

    Artikolu 29

    Il-Bord Konsultattiv tas-Settur Privat

    (1) Il-Bord Konsultattiv tas-Settur Privat (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-PSCB - Private Sector Consultative Board ) għandu jkun korp konsultattiv li jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe konsultazzjoni magħmula mill-Kunsill u jista’ jistieden lill-Kunsill jikkunsidra kwistjonijiet relatati ma’ dan il-Ftehim.

    (2) Il-PSCB għandu jkun iffurmat minn tmien rappre¿entanti tas-settur privat fil-pajji¿i li jesportaw, u tmien rappre¿entanti tas-settur privat fil-pajji¿i li jimportaw.

    (3) Il-membri tal-PSCB għandhom ikunu rappre¿entanti ta’ l-assoċjazzjonijiet jew korpijiet maħtura mill-Kunsill kull sentejn tal-kafè, u jistgħu jinħatru mill-ġdid. Meta jagħmel dan il-Kunsill għandu jagħmel sforz li jaħtar:

    (a) żewġ assoċjazzjonijiet jew korpijiet tal-kafè fis-settur privat mill-pajjiżi jew reġjuni li jesportaw li jirrappreżentaw kull wieħed mill-erba’ gruppi tal-kafè, preferibbilment li jirrappreżentaw kemm dawk li jkabbru l-kafè u dawk li jesportawh, flimkien ma’ sostitut wieħed jew aktar għal kull rappreżentant; u

    (b) tmien assoċjazzjonijiet jew korpijiet tal-kafè fis-settur privat mill-pajjiżi li jimportaw, kemm jekk Membri jew le, preferibbilment li jirrappreżentaw kemm l-importaturi kif ukoll dawk li jixwu l-kafè, flimkien ma’ sostitut wieħed jew aktar għal kull rappreżentant.

    (4) Kull membru tal-PSCB jista’ jaħtar konsulent wieħed jew aktar.

    (5) Il-PSCB għandu jkollu President u Viċi-President eletti minn fost il-Membri tiegħu, għal ¿mien ta’ sena. Dawn l-uffiċjali jistgħu jiġu eletti mill-ġdid. Il-President u l-Viċi-President m’għandhomx jitħallsu mill-Organizzazzjoni. Il-President għandu jkun mistieden jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill bħala osservatur.

    (6) Il-PSCB għandu normalment jiltaqa’ fis-sede ta’ l-Organizzazzjoni, matul is-sessjonijiet regolari tal-Kunsill. Fil-ka¿ li l-Kunsill jaċċetta stedina minn Membru li jagħmel laqgħa fit-territorju tiegħu, il-PSCB għandu wkoll jiltaqa’ f’dak it-territorju, f’liema ka¿ l-ispejje¿ addizzjonali għall-Organizzazzjoni involuti akbar minn dawk magħmula meta l-laqgħa ssir fis-sede jitħallsu minn dak il-pajji¿ jew organizzazzjoni tas-settur privat li jospita/tospita l-laqgħa.

    (7) Il-PSCB jista’ jagħmel laqgħat speċali soġġett għall-approvazzjoni mill-Kunsill.

    (8) Il-PSCB għandu jissottometti rapporti regolari lill-Kunsill.

    (9) Il-PSCB għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess, konsistenti mad-dispo¿izzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 30

    Il-Konferenza Dinjija dwar il-Kafè

    (1) Il-Kunsill għandu jagħmel arranġamenti biex jagħmel, f’intervalli xierqa, Konferenza Dinjija dwar il-Kafè (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Konferenza), li għandha tkun komposta minn Membri li jesportaw u li jimportaw, minn rappre¿entanti tas-settur privat, u parteċipanti interessati oħrajn, inklu¿i parteċipanti minn pajji¿i mhux membri. Il-Kunsill, b’koordinazzjoni mal-President tal-Konferenza, għandu ji¿gura li l-Konferenza tikkontribwixxi għall-promozzjoni ta’ l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.

    (2) Il-Konferenza għandu jkollha President li m’għandux jitħallas mill-Organizzazzjoni. Il-President għandu jinħatar mill-Kunsill għal perjodu xieraq, u għandu jkun mistieden jieħu sehem f’laqgħat tal-Kunsill bħala osservatur.

    (3) Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-forma, it-titlu, is-suġġett u l-ħin tal-Konferenza, b’konsultazzjoni mal-Bord Konsultattiv tas-Settur Privat. Il-Konferenza normalment għandha ssir fis-sede ta’ l-Organizzazzjoni, matul is-sessjonijiet regolari tal-Kunsill. Fil-ka¿ li l-Kunsill jaċċetta stedina minn Membru li jagħmel sessjoni fit-territorju tiegħu, il-Konferenza tista’ wkoll issir f’dak it-territorju, f’liema ka¿ l-ispejje¿ addizzjonali għall-Organizzazzjoni involuti akbar minn dawk magħmula meta l-laqgħa ssir fis-sede jitħallsu minn dak il-pajji¿ li jospita l-laqgħa.

    (4) Kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, il-Konferenza għandha tiffinanzja lilha nfisha.

    (5) Il-President għandu jirraporta lill-Kunsill dwar il-konklu¿jonijiet tal-Konferenza.

    Artikolu 31

    Il-Forum Konsultattiv dwar il-Finanzjament tas-Settur tal-Kafè

    (1) Il-Kunsill għandu jlaqqa’, f’intervalli xierqa u b’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħrajn rilevanti, Forum Konsultattiv dwar il-Finanzjament tas-Settur tal-Kafè (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Forum) biex jiffaċilita l-konsultazzjonijiet dwar suġġetti relatati mal-finanzi u l-immaniġġjar tar-riskju fis-settur tal-kafè, b’enfasi partikolari fuq il-b¿onnijiet ta’ produtturi ta’ skala ¿għira u medja, u komunitajiet lokali fi¿-¿oni li jipproduċu l-kafè.

    (2) Il-Forum għandu jinkludi rappre¿entanti tal-Membri, organizzazzjonijiet intergovernattivi, istituzzjonijiet finanzjarji, is-settur privati, organizzazzjonijiet mhux governattivi, pajji¿i mhux membri interessati u oħrajn b’għarfien espert rilevanti. Kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, il-Forum għandu jiffinanzja lilu nnifsu.

    (3) Il-Kunsill għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura għall-ħidma tal-Forum, għall-ħatra tal-President u d-disseminazzjoni ġenerali tar-ri¿ultati tagħha, bl-u¿u fejn xieraq ta’ mekkani¿mi stabbiliti skond id-dispo¿izzjonijiet ta’ l-Artikolu 34. Il-President għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar ir-ri¿ultati tal-Forum.

    KAPITOLU XII – INFORMAZZJONI STATISTIKA, STUDJI U STĦARRIĠ

    Artikolu 32

    L-informazzjoni statistika

    (1) L-Organizzazzjoni għandha taġixxi bħala ċentru għall-ġbir, l-iskambju u l-pubblikazzjoni ta’:

    (a) informazzjoni statistika dwar il-produzzjoni dinjija, il-prezzijiet, l-esportazzjonijiet, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet mill-ġdid, it-tqassim u l-konsum tal-kafè, inkluża informazzjoni dwar il-produzzjoni, il-konsum, il-kummerċ u l-prezzijiet għall-kafejiet f’kategoriji differenti tas-suq u prodotti differenti li fihom il-kafè; u

    (b) safejn jitqies xieraq, informazzjoni teknika dwar il-kultivazzjoni, l-ipproċessar u l-użu tal-kafè.

    (2) Il-Kunsill jista’ jitlob lill-Membri jipprovdu dik l-informazzjoni li jqis meħtieġa għall-operat tiegħu, inklu¿i rapporti statistiċi regolari dwar il-produzzjoni tal-kafè, it-tendenzi tal-produzzjoni, l-esportazzjonijiet, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet mill-ġdid, it-tqassim, il-konsum, il-ħa¿niet, il-prezzijiet u t-tassazzjoni, i¿da ma għandha tiġi ppubblikata ebda informazzjoni li tista’ tintu¿a biex jiġi identifikat l-operat ta’ persuni jew kumpanniji li jipproduċu, jipproċessaw jew ibiegħu fis-suq il-kafè. Safejn ikun possibbli, il-Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba bl-aktar mod dettaljat, f’waqtu u preċi¿ li jista' jkun prattikabbli.

    (3) Il-Kunsill għandu jistabbilixxi sistema ta’ prezzijiet indikaturi u għandu jipprovdi għall-pubblikazzjoni prezz indikattiv kompost ta’ kuljum li għandu jirrifletti l-kundizzjonijiet attwali tas-suq.

    (4) Jekk Membru jonqos milli jipprovdi jew isib diffikultà biex jipprovdi fi ¿mien raġonevoli informazzjoni statistika u oħra meħtieġa mill-Kunsill għall-ħidma t-tajba ta’ l-Organizzazzjoni, il-Kunsill jista’ jitlob lill-Membru kkonċernat jispjega r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità. Il-Membru jista’ wkoll jgħarraf lill-Kunsill dwar id-diffikultà tiegħu u jitlob l-assistenza teknika.

    (5) Jekk jinsab li l-assistenza teknika hija meħtieġa fil-kwistjoni, jew jekk Membru ma pprovdiex, għal sentejn konsekuttivi, l-informazzjoni statistika mitluba taħt il-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu u ma talabx l-assistenza tal-Kunsill jew ma spjegax ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità, il-Kunsill jista’ jieħu dawk l-inizjattivi li x’aktarx iwasslu lil dan il-Membru jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa.

    Artikolu 33

    Iċ-Ċertifikati ta’ l-Oriġini

    (1) Sabiex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta’ l-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tal-kafè u biex jiġu aċċertati l-kwantitajiet tal-kafè li ġew esportati minn kull Membru li jesporta, l-Organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ Ċertifikati ta’ l-Oriġini, irregolata minn regoli approvati mill-Kunsill.

    (2) Kull esportazzjoni tal-kafè minn Membru li jesporta għandha tkun koperta minn Ċertifikat ta’ l-Oriġini validu. Iċ-Ċertifikati ta’ l-Oriġini għandhom jinħarġu, skond ir-regoli stabbiliti mill-Kunsill, minn aġenzija kkwalifikata magħ¿ula mill-Membru u approvata mill-Organizzazzjoni.

    (3) Kull Membru li jesporta għandu jgħarraf lill-Organizzazzjoni dwar l-aġenzija governattiva jew mhux governattiva li għandha twettaq il-funzjonijiet speċifikati fil-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu. L-Organizzazzjoni għandha speċifikament tapprova aġenzija mhux governattiva skond ir-regoli approvati mill-Kunsill.

    (4) Membru li jesporta, fuq ba¿i eċċezzjonali u b’ġustifikazzjoni tajba, jista’ jissottometti, għall-approvazzjoni tal-Kunsill, talba biex jippermetti d-data mogħtija fiċ-Ċertifikati ta’ l-Oriġini dwar l-esportazzjonijiet tiegħu tal-kafè tiġi tra¿messa lill-Organizzazzjoni bl-u¿u ta’ metodu alternattiv.

    Artikolu 34

    Studji, stħarriġ u rapporti

    (1) Sabiex tassisti lill-Membri, l-Organizzazzjoni għandha tippromwovi l-preparazzjoni ta’ l-istudji, stħarriġ, rapporti tekniċi u dokumenti oħrajn dwar aspetti rilevanti tas-settur tal-kafè.

    (2) Dan jista’ jinkludi xogħol dwar l-ekonomija tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-kafè, l-anali¿i tal-katina tal-valur tal-kafè, metodi biex jiġu mmaniġġjati r-riskji finanzjarji u oħrajn, l-impatt ta’ mi¿uri governattivi fuq il-produzzjoni u l-konsum tal-kafè, aspetti ta’ sostenibbiltà tas-settur tal-kafè, rabtiet bejn il-kafè u s-saħħa u opportunitajiet għall-espansjoni tas-swieq tal-kafe’ għal u¿i tradizzjonali u u¿i possibbli ġodda.

    (3) L-informazzjoni miġura, kkumpilata, analizzata u mqassma tista’ wkoll tinkludi, fejn ikun teknikament possibbli:

    (a) kwantitajiet u prezzijiet ta’ kafejiet dwar fatturi bħal żoni ġeografiċi differenti u kundizzjonijiet tal-produzzjoni relatati mal-kwalità; u

    (b) informazzjoni dwar l-istrutturi tas-suq, swieq speċjalizzati u tendenzi li qed jiżviluppaw fil-produzzjoni u l-konsum.

    (4) Sabiex iwettaq id-dispo¿izzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu jadotta programm ta’ ħidma annwali ta’ studji, stħarriġ u rapporti, b’rekwi¿iti stmati tar-ri¿orsi. Dawn l-attivitajiet għandhom ikunu ffinanzjati jew minn dispo¿izzjonijiet fil-Baġit Amministrattiv jew minn għejun baġitarji ¿ejda.

    (5) L-Organizzazzjoni għandha tagħmel enfasi partikolari fuq il-faċilitazzjoni ta’ l-aċċess għall-informazzjoni mill-produtturi ¿għar tal-kafè u tgħinhom itejbu l-ħidma finanzjarja tagħhom, inklu¿ il-ġestjoni tal-kreditu u r-riskju.

    KAPITOLU XIII – DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 35

    Preparazzjonijiet għal Ftehim ġdid

    (1) Il-Kunsill jista’ je¿amina l-possibbiltà li jiġi negozjat Ftehim Internazzjonali tal-Kafè ġdid.

    (2) Sabiex iwettaq din id-dispo¿izzjoni, il-Kunsill għandu je¿amina l-progress li għamlet l-Organizzazzjoni fil-kisba ta’ l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim kif speċifikat fl-Artikolu 1.

    Artikolu 36

    Settur sostenibbli tal-kafè

    Il-Membri għandhom iqisu l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi u ta’ l-ipproċessar tal-kafè, filwaqt li jqisu l-prinċipji u l-għanijiet dwar l-iżvilupp sostenibbli li jinsabu fl-Aġenda 21 adottat mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp li nżammet f’Rio de Janeiro fl-1992 u dawk adottati fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li nżamm f’Johannesburg fl-2002.

    Artikolu 37

    Standard ta’ l-għajxien u kundizzjonijiet ta’ xogħol

    Il-Membri għandhom iqisu t-titjib ta’ l-istandard ta’ l-għajxien u l-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-popolazzjonijiet involuti fis-settur tal-kafè, skond l-istadju tagħhom ta’ l-iżvilupp, fid-dawl ta' prinċipji rikonoxxuti internazzjonalment u standards applikabbli dwar dawn il-kwistjonijiet. Barra minn dan, il-Membri jaqblu li l-istandards tax-xogħol m’għandhomx jintużaw għal skopijiet ta’ kummerċ protezzjonist.

    KAPITOLU XIV – KONSULTAZZJONIJIET, TILWIMIET U LMENTI

    Artikolu 38

    Il-konsultazzjonijiet

    Kull Membru għandu jagħti konsiderazzjoni pożittiva għal-konsultazzjoni u jagħti opportunità xierqa għal konsultazzjoni dwar dawk ir-rappreżentazzjonijiet li Membru ieħor jista’ jagħmel fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni li għandha x’taqsam ma’ dan il-Ftehim. Matul din il-konsultazzjoni, fuq talba minn kwalunkwe parti u bil-kunsens tal-parti l-oħra, id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi bord indipendenti li għandu jagħmel mill-aħjar biex jikkonċilja l-partijiet. L-ispejjeż tal-bord m’għandhomx jitħallsu mill-Organizzazzjoni. Jekk parti ma taqbilx li jiġi stabbilit bord mid-Direttur Eżekuttiv, jew jekk il-konsultazzjoni ma twassalx għal soluzzjoni, il-kwistjoni tista’ tiġi riferita lill-Kunsill skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 39. Jekk il-konsultazzjoni twassal għal soluzzjoni, din għandha tiġi rrapportata lid-Direttur Eżekuttiv, li għandu jqassam ir-rapport lill-Membri kollha.

    Artikolu 39

    It-tilwimiet u l-ilmenti

    (1) Kwalunkwe tilwima dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim li ma tiġix solvuta permezz tan-negozjati għandha, fuq talba ta’ kwalunkwe Membru li jkun parti mit-tilwima, tiġi riferita lill-Kunsill għal deċi¿joni.

    (2) Il-Kunsill għandu jistabblixxi proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwimiet u l-ilmenti.

    KAPITOLU XV – DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 40

    Firma u ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni

    (1) Ħlief kif provdut mod ieħor, dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-firma fil-kwartieri ġenerali tad-Depo¿itarju sa mill-1 ta’ Frar 2008 sa u inklu¿ il-31 ta’ Awissu 2008 minn Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2001 u mill-Gvernijiet mistiedna għas-sessjoni tal-Kunsill fejn ġie adottat dan il-Ftehim.

    (2) Dan il-Ftehim huwa soġġett għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-Gvernijiet firmatarji skond il-proċeduri legali rispettivi tagħhom.

    (3) Ħlief kif provdut fl-Artikolu 42, l-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom jiġu ddepo¿itati mad-Depo¿itarju mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2008. Madankollu, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jagħti estensjonijiet ta’ ¿mien lill-Gvernijiet firmatarji li ma jistgħux jiddepo¿itaw l-istrumenti tagħhom sa dik id-data. Il-Kunsill għandu jittra¿metti dawn id-deċi¿jonijiet lid-Depo¿itarju.

    (4) Mal-firma u r-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni, jew notifika ta’ applikazzjoni provvi¿orja, il-Komunità Ewropea għandha tiddepo¿ita dikjarazzjoni mad-Depo¿itarju li tikkonferma l-kompetenza esklussiva tagħħa dwar kwistjonijiet irregolati minn dan il-Ftehim. L-Istati Membri tal-Komunità Ewropea m’għandhomx ikunu eliġibbli li jsiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

    Artikolu 41

    L-applikazzjoni provviżorja

    Gvern firmatarju li bi ħsiebu jirratifika, jaċċetta jew japprova dan il-Ftehim jista’, fi kwalunkwe ħin, jinnotifika d-Depożitarju li se japplika dan il-Ftehim provviżorjament skond il-proċeduri legali tiegħu.

    Artikolu 42

    Id-dħul fis-seħħ

    (1) Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ definittivament meta l-Gvernijiet firmatarji li għandhom mill-inqas ¿ewġ terzi tal-voti tal-Membri li jesportaw u l-Gvernijiet firmatarji li għandhom għall-inqas ¿ewġ terzi tal-voti tal-Membri li jimportaw, ikkalkolati fit-28 ta’ Settembru 2007, mingħajr riferenza għas-sospensjoni possibbli skond l-Artikolu 21, ikunu ddepo¿itaw strumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni. Alternattivament, għandu jidħol fis-seħħ definittivament fi kwalunkwe ħin jekk ikun fis-seħħ provvi¿orjament skond id-dispo¿izzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu u dawn ir-rekwi¿iti dwar perċentwal jiġu sodisfatti bid-depo¿itu ta’ strumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni.

    (2) Jekk dan il-Ftehim ma jkunx daħal fis-seħħ definittivament sal-25 ta’ Settembru 2008, huwa għandu jidħol fis-seħħ provvi¿orjament f’dik id-data, jew fi kwalunkwe data oħra fi ¿mien tnax-il xahar wara, jekk il-Gvernijiet firmatarji li jkollhom il-voti deskritti fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu, jkunu ddepo¿itaw l-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, jew ikunu nnotifikaw lid-Depo¿itarju skond id-dispo¿izzjonijiet ta’ l-Artikolu 41.

    (3) Jekk dan il-Ftehim ikun daħal fis-seħħ provvi¿orjament i¿da ma jkunx daħal fis-seħħ definittivament sal-25 ta’ Settembru 2009, għandu jispiċċa milli jkun fis-seħħ provvi¿orjament kemm-il darba dawk il-Gvernijiet firmatarji li jkunu ddepo¿itaw l-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, jew li jkunu nnotifikaw lid-Depo¿itarju skond id-dispo¿izzjonijiet ta’ l-Artikolu 41, jiddeċiedu, b’kunsens komuni, li għandu jkompli fis-seħħ provvi¿orjament għal perjodu speċifiku ta’ ¿mien. Dawn il-Gvernijiet firmatarji jistgħu wkoll jiddeċiedu, b’kunsens komuni, li dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ definittivament fosthom.

    (4) Jekk dan il-Ftehim ma jkunx daħal fis-seħħ definittivament sal-25 ta’ Settembru 2009 skond id-dispo¿izzjonijiet tal-paragrafu (1) jew (2) ta’ dan l-Artikolu, dawk il-Gvernijiet firmatarji li ddepo¿itaw strumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, jistgħu jiddeċiedu, b’kunsens komuni, li dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ definittivament fosthom.

    Artikolu 43

    Adeżjoni

    (1) Ħlief kif provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, il-Gvern ta’ kwalunkwe Stat membru tan-Nazzjonijiet Uniti jew ta’ kwalunkwe mill-aġenziji speċjalizzati tagħha jew kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva deskritta fl-Artikolu 4(3) jistgħu jaderixxu għal dan il-Ftehim skond il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill.

    (2) L-istrumenti ta’ l-ade¿joni għandhom jiġu ddepo¿itati mad-Depo¿itarju. L-ade¿joni għandha tidħol fis-seħħ mad-depo¿itu ta’ l-istrument.

    (3) Malli jiġi depo¿itat strument ta’ l-ade¿joni, kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva msemmija fl-Artikolu 4(3) għandha tiddepo¿ita dikjarazzjoni li tikkonferma l-kompetenza esklussiva tagħha dwar kwistjonijiet irregolati minn dan il-Ftehim. L-Istati membri ta’ din l-organizzazzjoni m’għandhomx ikunu eliġibbli li jsiru Partijiet Kontraenti għal dan il-Ftehim.

    Artikolu 44

    Ir-riżervi

    Ma jistgħu jsiru ebda riżervi fir-rigward ta’ xi dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 45

    L-irtirar volontarju

    Kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ tirtira minn dan il-Ftehim fi kwalunkwe ħin billi tagħti avviż ta’ l-irtirar bil-miktub lid-Depożitarju. L-irtirar għandu jsir effettiv 90 jum wara li jiġi rċevut l-avviż.

    Artikolu 46

    L-esklużjoni

    Jekk il-Kunsill jiddeċiedi li xi Membru jkun kiser l-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim u jiddeċiedi wkoll li dan il-ksur ifixkel b’mod sinjifikanti l-operat ta’ dan il-Ftehim, jista’ jeskludi lil dan il-Membru mill-Organizzazzjoni. Il-Kunsill għandu minnufih jgħarraf lid-Depożitarju b'din id-deċiżjoni. Disgħin jum wara d-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill, dan il-Membru għandu jieqaf milli jkun Membru ta’ l-Organizzazzjoni u Parti f'dan il-Ftehim.

    Artikolu 47

    Il-ħlas tal-kontijiet mal-Membri li jirtiraw jew li huma esklużi

    (1) Il-Kunsill għandu jiddetermina kwalunkwe ħlas ta' kontijiet ma’ Membru li qed jirtira jew Membru esklu¿. L-Organizzazzjoni għandha ¿¿omm kwalunkwe ammont diġà mħallas minn Membru li qed jirtira jew li ġie esklu¿ u dan il-Membru għandu jibqa’ obbligat iħallas kwalunkwe ammont dovut minnu lill-Organizzazzjoni fil-ħin li l-irtirar jew l-esklu¿joni ssir effettiva; sakemm, i¿da, li fil-ka¿ ta’ Parti Kontraenti li ma tistax taċċetta emenda u għalhekk tieqaf milli tipparteċipa f’dan il-Ftehim taħt id-dispo¿izzjonijiet ta’ l-Artikolu 49(2), il-Kunsill jista’ jiddetermina kwalunkwe ħlas tal-kontijiet li jqis ewku.

    (2) Membru li jkun waqaf jipparteċipa f’dan il-Ftehim m’għandux ikun intitolat għal xi sehem tad-dħul ta’ likwidazzjoni jew l-assi l-oħrajn ta’ l-Organizzazzjoni; lanqas ma jkun responsabbli għall-ħlas ta’ xi parti mid-defiċit, jekk ikun hemm, ta’ l-Organizazzjoni meta jiġi tterminat dan il-Ftehim.

    Artikolu 48

    Dewmien, estensjoni u terminazzjoni

    (1) Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal ¿mien ta’ għaxar snin wara li jidħol fis-seħħ provvi¿orjament jew definittivament kemm-il darba ma jiġix esti¿ skond id-dispo¿izzjonijiet tal-paragrafu (3) ta’ dan l-Artikolu jew itterminat taħt id-dispo¿izzjonijiet tal-paragrafu (4) ta’ dan l-Artikolu.

    (2) Il-Kunsill għandu jirrevedi dan il-Ftehim ħames snin wara li jidħol fis-seħħ u jieħu deċi¿jonijiet kif xieraq.

    (3) Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jestendi dan il-Ftehim lil hinn mid-data meta jiskadi għal perjodu suċċessiv wieħed jew aktar i¿da mhux aktar minn total ta’ tmien snin. Kwalunkwe Membru li ma jaċċettax din l-estensjoni ta’ dan il-Ftehim għandu jgħarraf lill-Kunsill u lid-Depo¿itarju bil-miktub qabel ma jibda l-perjodu ta’ l-estensjoni u għandu jieqaf milli jkun Parti ta’ dan il-Ftehim mill-bidu tal-perjodu ta’ estensjoni.

    (4) Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin li jittermina dan il-Ftehim. It-terminazzjoni għandha tieħu effett f’data li jiddeċiedi l-Kunsill.

    (5) Minkejja t-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill għandu jibqa’ je¿isti kemm ikun meħtieġ biex jittieħdu d-deċi¿jonijiet meħtieġa matul i¿-¿mien meħtieġ għal-likwidazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni, il-ħlas tal-kontijiet tagħha u d-dispo¿izzjoni ta’ l-assi tagħha.

    (6) Kwalunkwe deċi¿joni meħuda fir-rigward tad-dewmien u/jew terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim u kwalunkwe notifika rċevuta mill-Kunsill skond dan l-Artikolu għandha tkun tra¿messa mill-Kunsill lid-Depo¿itarju.

    Artikolu 49

    Emenda

    (1) Il-Kunsill jista’ jipproponi emenda tal-Ftehim u għandu jikkomunika din il-proposta lill-Partijiet Kontraenti kollha. L-emenda għandha tidħol fis-seħħ għall-Membri kollha ta’ l-Organizzazzjoni 100 jum wara li d-Depo¿itarju jkun irċieva notifiki ta’ aċċettazzjoni minn Partijiet Kontraenti li għandhom għall-inqas ¿ewġ terzi tal-voti tal-Membri li jesportaw, u minn minn Partijiet Kontraenti li jkollhom għall-inqas ¿ewġ terzi tal-voti tal-Membri li jimportaw. Il-perċentwal ta’ ¿ewġ terzi msemmi hawn għandu jiġi kkalkolat fuq il-ba¿i ta’ l-għadd ta’ Partijiet Kontraenti għall-Ftehim fil-ħin li l-proposta ta’ l-emenda ġiet iċċirkolata lill-Partijiet Kontraenti kkonċernati għall-aċċettazzjoni. Il-Kunsill għandu jiffissa ¿mien li fih il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lid-Depo¿itarju dwar l-aċċettazzjoni minnhom ta’ l-emenda, li għandha tkun ikkomunikata mill-Kunsill lill-Partijiet Kontraenti kollha u lid-Depo¿itarju. Jekk, malli jiskadi dan it-terminu, ir-rekwi¿iti ta’ perċentwal għad-dħul fis-seħħ ta’ l-emenda ma jkunux intlaħqu, l-emenda għandha titqies irtirata.

    (2) Kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, kwalunkwe Parti Kontraenti li ma tkunx innotifikat l-aċċettazzjoni ta’ emenda fil-perjodu ffissat mill-Kunsill għandha tieqaf milli tkun Parti Kontraenti għal dan il-Ftehim mid-data meta din l-emenda ssir effettiva.

    (3) Il-Kunsill għandu jinnotifika lid-Depo¿itarju b'kwalunkwe emenda mqassma lill-Partijiet Kontraenti skond dan l-Artikolu.

    Artikolu 50

    Dispożizzjoni supplementarja u tranżitorja

    L-atti kollha minn jew f’isem l-Organizzazzjoni jew kwalunkwe mill-organi tagħha taħt il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2001 għandhom jibqgħu fis-seħħ sa meta jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim.

    Artikolu 51

    It-testijiet awtentiċi tal-Ftehim

    It-testijiet ta’ dan il-Ftehim bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Portugiż u bl-Ispanjol għandhom ikunu lkoll ugwalment awtentiċi. L-oriġinali għandhom jiġu ddepożitati mad-Depożitarju.

    B’XHIEDA TA’ DAN is-sottofirmati, debitament awtorizzati f’dan is-sens mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim fid-dati li jidhru biswit il-firem tagħhom.

    ANNESS

    FATTURI TAL-KONVERŻJONI GĦALL-KAFÈ MIXWI, DEKAFFEINAT, LIKWIDU U SOLUBBLI KIF DEFINIT FIL- FTEHIM INTERNAZZJONALI DWAR IL-KAFÈ ta’ l-2001

    Il-kafè mixwi

    Biex jinstab l-ekwivalenti tal-kafè mixwi għall-kafè aħdar, immultiplika l-piż nett tal-kafè mixwi b’1.19.

    Il-kafè dekaffeinat

    Biex jinstab l-ekwivalenti tal-kafè dekaffeinat għall-kafè aħdar, immultiplika l-piż nett tal-kafè dekaffeinat f’forma ħadra, mixwija jew li tinħall b’1.00, 1.19 jew 2.6 rispettivament

    Il-kafè likwidu

    Biex jinstab l-ekwivalenti tal-kafè likwidu għall-kafè aħdar, immultiplika l-piż nett tas-solidi tal-kafè mnixxef li jinsabu fil-kafè likwidu b’2.6.

    Il-kafè solubbli

    Biex jinstab l-ekwivalenti tal-kafè solubbli għall-kafè aħdar, immultiplika l-piż nett tas-solidi tal-kafè solubbli b’2.6.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    Dan id-dokument hu intiż biex jakkumpanja u jikkumplimenta l-Memorandu ta’ Spjegazzjoni.Bħala tali, meta timtela d-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva, u bla ħsara għal-leġibilità tagħha, għandu jsir sforz biex ikun evitat li tiġi ripetuta l-informazzjoni li hemm fil-Memorandum ta’Qabel timla din it- template , jekk jogħġbok irreferi għal-Linji Gwida speċifiċi li kienu abbozzati biex jipprovdu gwida u kjarifika għall-affarijiet t’hawn taħt.

    1. ISEM TAL-PROPOSTA:

    Il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali ta’ l-2007 tal-Kafè.

    2. IL-QAFAS ABM / ABB

    Il-qasam(oqsma) ta’ politika kkonċernata(i) u l-Attività/Attivitajiet assoċjata/i. Ir-Relazzjonijiet Esterni, l-Iżvilupp u r-relazzjonijiet mal-pajjiżi ta’ l-AKP. Obbligi fil-konfront ta' l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali dwar il-Prodotti Bażiċi

    3. LINJI TAL-BAĠIT

    3.1. Il-linji tal-baġit (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex- B..A lines)) inklużi l-intestaturi:

    21 07 04 Ftehim dwar prodotti bażiċi

    3.2. Tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u l-impatt finanzjarju:

    Għaxar snin sakemm il-Ftehim ikun innegozjat mill-ġdid jew ikun estiż

    3.3. Karatteristiċi Baġitarji (żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ) :

    Linja tal-baġit | Tip ta' nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

    Comp | Diff[1] | LE | LE | LE | Le [ 4 ] |

    4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

    4.1. Riżorsi finanzjarji

    4.1.1. Sommarju ra’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u approprjazzjonijiet ta’ ħlas (AĦ)

    EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

    Tip tan-nefqa | Nru tat-Taqsima | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

    Nefqa operattiva[2] |

    Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | (a) | 1,125 | 1,193 | 1,253 | 1,316 | 1,382 | 1,451 | 7,720* |

    Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas (AĦ) | (b) | 1,125 | 1,193 | 1,253 | 1,316 | 1,382 | 1,451 | 7,720* |

    *Il-kalkolu tal-proporzjon tal-KE hu bbażat fuq l-ICA kurrenti għall-2001 Il-baġit għall-2008/09 għandu jiġi deċiż f’Settembru 2008 għalhekk dawn iċ-ċifri huma biss stima bbażata fuq il-baġit kurrenti. Il-kalkolu jikkunsidra l-medja annwali ta’ żieda li hi ugwali għal 5-6% tan-nefqa Amministrattiva fi ħdan l-ammont ta’ referenza[3] |

    Assistenza amministrattiva u teknika (NDA) * | 8.2.4 | c |

    * M’hemmx bżonn għal assistenza teknika u amministrattiva AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

    Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 1,125 | 1,193 | 1,253 | 1,316 | 1,382 | 1,451 | 7,720* |

    Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas | b+c | 1,125 | 1,193 | 1,253 | 1,316 | 1,382 | 1,451 | 7,720* |

    Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[4] * M’hemmx bżonn għal assistenza teknika u amministrattiva |

    Riżorsi umani u n-nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5 | (d) |

    Spejjeż amministrattivi, ħlief dawk tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ riferenza (NDA) | 8.2.6 | e |

    L-ispejjeż finanzjarji indikattivi totali

    TOTAL AI li jinkludu l-ispejjeż tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 1,125 | 1,193 | 1,253 | 1,316 | 1,382 | 1,451 | 7,720* |

    TOTAL AĦ li jinkludu l-ispejjeż tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 1,125 | 1,193 | 1,253 | 1,316 | 1,382 | 1,451 | 7,720* |

    Id-dettalji tal-finanzjament konġunt

    Jekk il-proposta tinvolvi finanzjament konġunt mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), stima tal-livell ta’ dan il-finanzjament konġunt għandha tiġi indikata fit-tabella t'hawn taħt (linji addizzjonali jistgħu jiġu miżjuda jekk entitajiet differenti jkunu previsti għall-għoti ta' finanzjament konġunt.

    EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

    L-entità tal-finanzjament konġunt | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

    …………………… | f |

    TOTAL ta’ AI inkluż il-finanzjament konġunt | a+c+d+e+f |

    4.1.2. Il-kompatibiltà ma’ l-ipprogrammar finanzjarju

    X Il-proposta hi kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

    ( Il-proposta ser tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

    ( Il-proposta tista’ tirrikjedi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[5] (jiġifieri l-istrument flessibbli jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

    4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

    X Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

    ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul hu kif ġej:

    NB:Id-dettalji u l-osservazzjonijiet relatati mal-metodu ta’ l-ikkalkular ta’ l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat.

    EUR miljun (sa punt deċimali wieħed)

    Qabel azzjoni [Sena n-1] | Sitwazzjoni li ssegwi l-azzjoni |

    In-numru totali tar-riżorsi umani | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 |

    5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

    Id-dettalji tal-kuntest tal-proposta huma meħtieġa fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni.Din it-taqsima tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni kumplementarja speċifika li ġejja:

    5.1. Il-bżonn li jrid jitwettaq fit-terminu ta’ żmien qasir jew twil

    L-obbligu li ssir membru b’riżultat ta’ l-eżitu pożittiv tan-negozjati u l-kisbiet ta’ suċċessi kbar li kienet tawgura l-Komunità u li kienet taqbel magħhom il-Kunsill fid-Direttivi għan-negozjati. Is-sħubija kienet ukoll irrakkomandata mill-konklużjonijiet ta’ l-Istudju riċenti dwar il-Futur ta’ l-Entitajiet Internazzjonali dwar il-prodotti bażiċi (ICBs) fejn saret valutazzjoni ġenerali tal-parteċipazzjoni tal-KE fl-(ICBs), inkluż l-ICO, bil-ħsieb ta’ approċċ globali

    5.2. Valur miżjud għall-impenn tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti oħra finanzjarji u sinerġija possibbli

    Is-sħubija preżenti fil-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ġejja miil-approċċ aktar wiesa’ li dejjem kellha l-Kummissjoni meta iffirmat u kkonkludiet ftehimiet internazzjonali dwar il-prodotti bażiċi wara li kienu nnegozjati, bħala għodda biex ikun iffaċilitat l-iskambju u r-relazzjonijiet kummerċjali fost l-importaturi u l-esportaturi. Dan jiffaċilita l-iżvilupp. Minħabba li ġejja minn analiżi preċiża ta’ l-għanijiet ta’ dan il-ftehim ġdid, l-għanijiet ewlenin huma ffokati fuq il-kummerċ u fuq kooperazzjoni akbar u aħjar. Konsegwentement, il-Kummissjoni qed tipproponi lill-Kunsill biex jagħraf il-kompetenza fuq il-bażi ta’ Artikolu 133, li hu assoċjat ma’ Artikolu 300(2). Barra minn hekk, minħabba li l-ftehim preżenti, f’termini ġenerali, ikopri anke l-aspetti politiċi, amministrattivi, ekonomiċi u ambjentali tal-kafè, l-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli hi ovvjament konsegwenza direttta. M’hemm l-ebda indikatur ċar li jkejjel il-kisbiet ta’ dawn il-miri, sakemm ir-rieda tal-membri li jkomplu bil-kooperazzjoni internazzjonali ma tkunx ikkunsidrata bħala indikatur pożittiv u sodisfaċenti. Il-kisba tas-sostenibbiltà kif ukoll il-progress li ntlaħaq fl-iżvilupp mill-membri li jipproduċu jista’ jiġi interpretat ukoll bħala indikatur pożittiv.Il-proposta hija koerenti ma strumenti finanzjarji oħra li jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-KE f'organizzazzjonijiet internazzjonali. L-ebda sinerġija m'hi possibbli fil-fażi preżenti.

    5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

    Fil-qafas ta’ l-ABM, il-proposta preżenti għandha l-għan li twieġeb għall-għan ta’ l-iżvilupp tar-rwol tal-Kummissjoni bħala punt fokali intellettwali għall-iżvilupp u li jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva fid-dibattitu internazzjonali tal-politika.L-indikatur ewlieni tar-riżultat jista’ jiġi kkunsidrat bħala l-pożizzjonijiet ta’ l-UE f'inizjattivi, konvenzjonijiet, fora u pjattaformi internazzjonali maġġuri. L-indikatur ta’ l-impatt jista’ jiġi kkunsidrat bħala r-riflessjoni tal-pożizzjonijiet ta’ l-UE fi sħubijiet u fondi internazzjonali kif ukoll fora internazzjonali multilaterali bħall-ICO. Il-proposta għandha tippermetti lill-Kummissjoni, li taġixxi f’isem il-Komunità, biex tesprimi x-xewqa tagħha u permezz t’hekk, tiżgura l-implimentazzjoni tal-ftehim matul il-perjodu tiegħu. Għalhekk, hemm interess tal-Kummissjoni, fi ħdan il-kompetenzi tagħha stess, li tipproponi d-deċiżjoni preżenti f’konformità mar-rwol tagħha u fuq dak li ntqal meta ġie konkluż il-proċess għan-negozjati.

    5.4. Metodu ta’ l-implimentazzjoni (indikattiv)

    Uri hawn taħt il-metodu(i)[7] magħżula għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni.X Amministrazzjoni ċentralizzata

    X direttament mill-Kummissjoni

    ( indirettament pemezz ta’ delega lil:

    ( Aġenziji eżekuttivi

    ( entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmija fl-art. 185 tar-Regolament Finanzjarju

    ( entità/entitajit pubbliċi nazzjonali b’inkarigu ta’ sevizz pubbliku

    ( Amministrazzjoni konġunta jew deċentralizzata

    ( ma’ Stati Membri

    ( ma’ pajjiżi Terzi

    ( Amministrazzjoni konġċunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

    Kummenti rilevanti:

    6. MONITORAĠĠ U VALUTAZZJONI

    6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

    Is-Servizzi tal-Kummissjoni jattendu b’mod regolari għas-sessjonijiet tal-Kunsill kif ukoll fil-Kumitat Amministattiv/Finanzjarju ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafe. Dawn iż-żewġ entitajiet għandhom il-mandat li jipproponu u japprovaw il-baġit amministrattiv u l-kontribuzzjonijiet inerenti. Il-baġit amministrattiv, kif ser ikun utilizzat, l-istatus finanzjarju tan-nefqa u l-kontijiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafe qegħdin għad-dispożizzjoni tal-membri.

    6.2. Valutazzjoni

    6.2.1. Valutazzjoni ex-ante

    Il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-proposta annwali tal-politika finanzjarja tagħna ssir għall-ftehimiet dwar prodotti bażiċi kollha fejn il-Komunità Ewropea tkun Parti Kontraenti.

    6.2.2. Miżuri li jittieħdu wara valutazzjoni intermedja/ ex post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat)

    Dan l-eżerċizzju jsir, jekk ikun meħtieġ, fil-mument tan-negozjar mill-ġdid futur fi tmiem il-validità ta' l-ICA 2007. F'dan il-mument, il-proposta għal konklużjoni tikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-valutazzjoni ġenerali li saret minn konsulenza esterna li ngħatat l-inkarigu li tevalwa l-ICBs differenti qabel ma jinbeda l-proċess ta' negozjar.

    6.2.3. Termini u frekwenza ta' valutazzjoni futura

    M'hija skedata l-ebda valutazzjoni; madankollu probabbilment se titwettaq reviżjoni f'nofs it-terminu ta' l-implimentazzjoni u l-kisbiet tal-ftehim fl-Organizzazzjoni nfisha

    7. MIżURI KONTRA L-FRODI

    Il-Kummissjoni se tiżgura l-monitoraġġ kostanti tal-ġestjoni amministrattiva tar-riżorsi finanzjarji ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafé.Jekk ikun meħtieġ, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafé hija lesta li tagħti aċċess għar-rekords u l-kotba lill-OLAF kif ukoll lil servizzi finanzjarji u ta' verifika oħrajn meta u kif mitluba mill-Kummissjoni.

    8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1. Għanijiet tal-proposti f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

    Approprjazzjonijiet għall-impenji f’EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

    Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

    Uffiċjali jew persunal temporanju[9] (XX 01 01) | A*/AD |

    B*, C*/AST |

    Persunal iffinanzjat[10] mill-art. XX 01 02 |

    Persunal ieħor iffinanzjat[11] mill-art. XX 01 04/05 |

    TOTAL |

    8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

    L-atendenza għal-laqgħat, l-istudju ta’ dokumenti, id-diskussjoni ma’ Stati Membri u finalment in-negozjati fi ħdan l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafe

    8.2.3. Sorsi ra’ riżorsi umani (statutorju)

    Meta jissemma aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika n-numru ta’ karigi li jkun joriġinaw minn kull wieħed mis-sorsi( Karigi li fil-preżent huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jiġu sostitwiti jew estiżi

    ( Karigi li kienu allokati minn qabel fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

    ( Karigi li jistgħu jiġu mitluba fil-proċedura li jmiss ta’ l-APS/PDB

    ( Karigi li għandhom jerġgħu jimtlew permezz ta' riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta' ġestjoni (assenjazzjoni mill-ġdid interna)( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena in kwistjoni

    8.2.4. Spejjeż oħra amministrattivi inklużi fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 –Spiża għall-ġestjoni amministrattiva)

    m’hemmx ħtieġa

    EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

    Linja tal-baġit (numru ta’ l-intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

    Assistenza oħra teknika u amministrattiva |

    - intra muros |

    - extra muros |

    Total ta’ l-assistenza l-oħra teknika u amministrattiva | LE | ĦTIEĠA |

    8.2.5. Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż amministrattivi mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza

    Il-ħtiġiet għar-riżorsi umani u amministrattivi għandhom jiġu koperti fl-allokazzjoni għad-DĠ li jkun qed jamministra fil-qafas tal-proċedura ta’ l-allokazzjoni annwali. L-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal huma inklużi fl-allokazzjoni normali tad-DĠ

    EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

    Tip ta' riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

    Uffiċjali jew persunal temporanju (XX 01 01) |

    Persunal iffinanzjat mill-Art XX 01 02 (awżiljarju, esperti nazzjonali sekondati, persunal kuntrattwali, eċċ.) (speċifika l-linji tal-baġit) |

    Spiża totali tar-Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) |

    Kalkolu– Uffiċjali u aġenti Temporanji |

    Għandha ssir referenza għall-Punti 8.2.1, jekk ikun applikabbli |

    Kalkolu– Persunal iffinanzjat taħt l-art. XX 01 02 |

    Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk ikun applikabbli |

    8.2.6. Nefqa oħra amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza

    EUR miljun (sa tliet punti deċimali) |

    Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

    XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

    XX 01 02 11 03 – Kumitati[13] |

    XX 01 02 11 04 – Studji u Konsultazzjonijiet |

    XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

    2 Nefqa oħra għall-Ġestjoni (XX 01 02 11) |

    3 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva (speċifika inkluża r-refernza għal-linja tal-baġit) |

    Total tan-nefqa Amministrattiva, ħlief dawk tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

    Kalkolu - Nefqa oħra amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza |

    [1] Approprazzjonijiet iddifferenzjati

    [2] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 u t-Titlolu xx ikkonċernat.

    [3] L-ispiża fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [4] Nefqa fi ħdan il-kapitolu xx 01 ħlief l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [5] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

    [6] Għandhom jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun meħtieġ; jiġifieri jekk id-dewmien ta' l-azzjoni jkun ta' aktar minn sitt snin.

    [7] Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji addizzjonali fit-Taqsima "Kummenti Relevanti" ta' dan il-punt.

    [8] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3

    [9] Spiża li MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza

    [10] Spiża li MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza

    [11] Spiża li hi inluża fl-ammont ta’ referenza

    [12] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva għall-Aġenzija(i) kkonċernata(i).

    [13] Speċifika t-tip ta’ kumitat u grupp li jagħmel parti minnu.

    Top