This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008PC0154
Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the approximation of the laws of the Member States on extraction solvents used in the production of foodstuffs and food ingredients (Recast)
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-solventi ta’ l-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel (Riformulazzjoni)
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-solventi ta’ l-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel (Riformulazzjoni)
/* KUMM/2008/0154 finali - COD 2008/0060 */
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-solventi ta’ l-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel (Riformulazzjoni) /* KUMM/2008/0154 finali - COD 2008/0060 */
MT Brussell 27.3.2008 COM(2008) 154 finali 2008/0060(COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-solventi ta’ l-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel (Riformulazzjoni) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet [1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi, biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr. 2. Il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE tat-13 ta' Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward is-solventi ta' l-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni' ta' l-oġġetti ta' l-ikel u l-ingredjenti ta' l-ikel [2], ġiet inizzjata mill-Kummissjoni, u ġiet ippreżentata proposta rilevanti lill-awtorità leġislattiva [3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha [4]. 3. Sadanittant, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat konferiti lill-Kummisssjoni [5] kienet emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li kienet introduċiet il-proċedura regolatorju bi skrutinju għal miżuri ta' ambitu ġenerali u li huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż bit-tħassir ta' uħud minn dawn l-elementi jew biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali. 4 Skond id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni [6] dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex din il-proċedura ġdida tkun applikabbli għal dawk l-atti diġà fis-seħħ li kienu adotatti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawk l-atti jeħtieġ li jiġu adattati skond il-proċeduri applikabbli. 5. Għalhekk huwa xieraq li l-kodifikazzjoni tad-Direttiva 88/344/KEE tiġi mibdula f'riformulazzjoni sabiex tinkorpora l-emendi meħtieġa għall-adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju. 88/344/KEE (adattat) 2008/0060(COD) Proposta għal DIRETTIVA …/…/KE 95 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [7], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew [8] , Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, [9] Billi: ġdid (1) Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1988, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-solventi ta’ l-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel [10] ġiet emendata kemm-il darba [11] b’mod sostanzjali. Peress li għandhom isiru iżjed emendi, din id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza. 88/344/KEE Premessa 1 (adattat) (2) Id-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu mas-solventi ta’ l-estrazzjoni jtellfu l-moviment liberu ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u jistgħu joħolqu kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux ugwali biex b’hekk jiġi affetwat direttament il-mod kif jaħdem is-suq intern . 88/344/KEE Premessa 2 (3) L-approssimazzjoni ta’ dawk il-liġijiet hija għalhekk meħtieġa jekk irid jinkiseb il-moviment liberu ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel. 88/344/KEE Premessa 3 (4) Il-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mas-solventi ta’ l-estrazzjoni għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel għandhom primarjament iqisu l-ħtiġiet tas-saħħa tal-bniedem iżda wkoll, fil-limiti meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa, il-ħtiġiet ekonomiċi u tekniċi. 88/344/KEE Premessa 4 (5) Din l-approssimazzjoni għandha tinvolvi l-istabbiliment ta’ lista waħda tas-solventi ta’ l-estrazzjoni għall-preparazzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel jew ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel. Għandhom ukoll jiġu speċifikati l-kriterji ġenerali tal-purità. 88/344/KEE Premessa 5 (6) L-użu ta’ solvent ta’ l-estrazzjoni skond il-kondizzjonijiet tal-prattika t-tajba tal-manifattura għandu jirriżulta fit-tneħħija tar-residwi kollha tas-solvent jew tal-biċċa l-kbira minnhom mill-oġġett ta’ l-ikel jew mill-ingredjent ta’ l-ikel. 88/344/KEE Premessa 6 (7) Taħt dawn il-kondizzjonijiet, il-preżenza ta’ residwi jew ta’ derivati fl-oġġett ta’ l-ikel jew fl-ingredjent ta' l-ikel aħħari tista’ ma tkunx intenzjonata iżda ma jkunx tista’ tiġi evitata teknikament. 88/344/KEE Premessa 7 (adattat) (8) Minkejja li b’mod ġenerali tkun utli limitazzjoni speċifika, m’hemmx għalfejn tiġi stabbilita għas-sustanzi elenkati fil-Parti I ta’ l-Anness I li jkunu nstabu aċċettabbli rigward is-sigurezza tal-konsumatur meta jkunu użati taħt il-kondizzjonijiet tal-prattika t-tajba tal-manifattura. 88/344/KEE Premessa 8 (adattat) (9) Biex titqies il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet dwar l-użu ta’ solventi oħra ta’ l-estrazzjoni elenkati fil-Partijiet II u III ta’ l-Anness I u r-residwi permessi fl-ikel u fl-ingredjenti ta’ l-ikel. 88/344/KEE Premessa 11 (10) Għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi dwar il-purità għas-solventi ta’ l-estrazzjoni u għall-metodi ta’ l-analiżi u għal kif jittieħdu l-kampjuni tas-solventi ta’ l-estrazzjoni ġewwa u fuq l-oġġetti ta’ l-ikel. 88/344/KEE Premessa 12 (11) Jekk l-użu ta’ solvent ta’ l-estrazzjoni li għalih hemm pprovvediment f’din id-Direttiva jidher li joħloq riskju għas-saħħa b’riżultat tat-tagħrif ġdid, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jissospendu jew jillimitaw dan l-użu, jew inaqqsu l-limiti eżistenti, sakemm tittieħed deċiżjoni fil-livell Komunitarju. 88/344/KEE Premessa 13 (adattat) (12) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’Ġunju 1999 li tistabbiliixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni moghtija lill-Kummissjoni [12]. ġdid (13) Għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat sabiex, b'mod partikolari, temenda l-lista ta' solventi ta' estrazzjoni li jistgħu jintużaw waqt l-ipproċessar tal-materji prima, ta’ oġġetti ta’ l-ikel, jew tal-komponenti jew l-ingredjenti ta’ dawn il-prodotti u l-kondizzjonijiet ta' l-użu tagħhom u l-limiti massimi tar-residwu u sabiex tistabilixxi kriterji speċifiċi tal-purità tas-solventi ta' l-estrazzjoni u għall-metodi ta’ l-analiżi meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-kriterji ġenerali u speċifiċi tal-purità u għal kif jittieħdu l-kampjuni tas-solventi ta’ l-estrazzjoni ġewwa u fuq l-oġġetti ta’ l-ikel. Peress li dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, u biex iżidu ma' din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, dawn jeħtieġ li jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. (14) Għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-limiti ta' żmien normalment applikabbli għal proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jitnaqqsu għall-adozzjoni ta' emendi għal-lista ta' solventi ta' estrazzjoni li jistgħu jintużaw waqt l-ipproċessar tal-materji prima, ta’ oġġetti ta’ l-ikel, jew tal-komponenti jew l-ingredjenti ta’ dawn il-prodotti u l-kondizzjonijiet ta' l-użu tagħhom u l-limiti massimi tar-residwu u sabiex tistabilixxi kriterji speċifiċi tal-purità tas-solventi ta' l-estrazzjoni. (15) Meta, għal raġunijiet ta' urġenza imperattiva, b'mod partikolari fejn jeżisti perikolu għas-saħħa tal-bniedem, m'huwiex possibli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedira regolatiorju bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibilità li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' l-emendi għall-lista ta' solventi ta' estrazzjoni li jistgħu jintużaw waqt l-ipproċessar tal-materji prima, ta’ oġġetti ta’ l-ikel, jew tal-komponenti jew l-ingredjenti ta’ dawn il-prodotti, u l-kondizzjonijiet ta' l-użu tagħhom u l-limiti massimi tar-residwu, u sabiex tistabilixxi kriterji speċifiċi tal-purità tas-solventi ta' l-estrazzjoni, kif ukoll għall-adozzjoni ta' emendi għal din id-Direttiva meta jkun stabbilit li l-użu fl-oġġetti ta' l-ikel ta' kwalunkwe sustanza użata fl-Anness I jew il-livell ta' wieħed jew aktar mill-komponenti msemmija fl-Artikolu 3 preżenti f'dawn is-sustanzi ikun jista' jipperikola is-saħħa tal-bniedem għalkemm ikun jikkonforma mal-kondizzjoniet f'din id-Direttiva. (16) L-elementi ġodda introdotti f'din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m'hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri. (17) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B, 88/344/KEE ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Din id-Direttiva tapplika għas-solventi ta’ l-estrazzjoni użati jew maħsuba għalbiex jintużaw fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel jew ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel. 88/344/KEE (adattat) Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għas-solventi ta’ l-estrazzjoni użati fil-produzzjoni ta’ l-addittivi ta’ l-ikel, il-vitamini jew addittivi nutrijenti oħra, għajr jekk dawn l-addittivi ta’ l-ikel, il-vitami jew l-addittivi nutrijenti huma elenkati fl-Anness I . Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel, il-vitamini u l-addittivi nutrijenti l-oħra ma jirriżultax illi l-oġġetti ta’ l-ikel jkun fihom livelli ta’ residwi tas-solvent ta’ l-estrazzjoni li jkunu ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem. 92/115/KEE Art. 1 pt. 1 Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet adottati skond regoli aktar speċifiċi Komunitarji. 88/344/KEE (adattat) 2. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva: (a) «solvent» ifisser kull sustanza użata sabiex tħoll l-oġġett ta’ l-ikel jew kull komponent tiegħu, inkluż kull kontaminant preżenti ġewwa jew fuq dan l-oġġett ta’ l-ikel; (b) «solvent ta’ l-estrazzjoni» ifisser solvent li huwa użat skond proċedura ta’ l-estrazzjoni matul il-proċessar tal-materji prima, ta’ oġġetti ta’ l-ikel, jew tal-komponenti jew l-ingredjenti ta’ dawn il-prodotti u li jiġi mneħħi iżda li jista’ jirriżulta fil-preżenza mhux intenzjonata, iżda teknikament li ma tistax tiġi evitata, ta’ residwi jew derivati fl-oġġetti ta’ l-ikel jew fl-ingredjent ta’ l-ikel. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-użu tas-solventi ta’ l-estrazzjoni fil-manifattura ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel jew ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel ta’ dawk is-sustanzi u materjali elenkati fl-Anness I , skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użu u fejn xieraq fil-limiti massimi tar-residwi speċifikati fih. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel jew ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mas-solventi ta’ l-estrazzjoni użati jew mar-residwi tagħhom jekk dawn jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’din id-Direttiva. 2. L-Istati Membri la għandhom jawtorizzaw l-użu ta’ sustanzi u materjali oħra bħala solventi ta’ l-estrazzjoni, u lanqas jestendu l-kondizzjonijiet jew l-użu jew ir-residwi permessi tas-solventi ta’ l-estrazzjoni elenkati fl-Anness I lil hemm minn dawk speċifikati fih. 88/344/KEE 3. L-ilma, li jista’ jkun ġie miżjud b’sustanzi li jirregolaw l-aċidità jew l-alkalinità, sustanzi oħra ta’ l-ikel li jkollhom proprjetajiet tas-solvent huma awtorizzati bħala solventi ta’ l-estrazzjoni fil-manifattura ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel jew ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel. 88/344/KEE (adattat) Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw illi s-sustanzi u l-materjali elenkati bħala solventi ta’ l-estrazzjoni fl-Anness I jissodisfaw il-kriterji tal-purità li ġejjin: (a) m’għandux ikun fihom ammont tossikoloġiku perikoluż ta’ xi element jew sustanza; (b) bla ħsara għal kull eċċezzjoni dderivata mill-kriteriji speċifiċi tal-purità riferiti fiċ-(ċ), m’għandux ikun fihom aktar minn 1 mg/kg ta’ arseniku jew aktar minn 1 mg/kg ta’ ċomb; (ċ) għandhom jissodisfaw il-kriterji speċifiċi tal-purità stabbiliti skond l-Artikolu 4 (d) . 88/344/KEE (adattat) ġdid Artikolu 4 Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn li ġejjin: għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(2). 97/60/KE Art. 1 pt. 1 (adattat) (a) l-emendi meħtieġa għall-Anness I fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku fil-kamp ta’ l-użu ta’ solventi, tal-kondizzjonijiet ta’ l-użu tagħhom u tal-limiti massimi tar-residwu; 88/344/KEE (adattat) 1 97/60/KE Art. 1 pt. 1 1 (b) il-metodi ta’ l-analiżi meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-kriterji ġenerali u speċifiċi tal-purità riferiti fl-Artikolu 3; 1 (ċ) il-proċedura għat-teħid tal-kampjuni u l-metodi għall-analiżi kwalitattiva u kwantitattiva tas-solventi ta’ l-estrazzjoni ċċitati fl-Anness I użati fl-oġġetti ta’ l-ikel jew fl-ingredjenti ta’ l-ikel; 1 (d) jekk meħtieġa, il-kriterji speċifiċi tal-purità tas-solventi ta’ l-estrazzjoni elenkati fl-Anness I , u b’mod partikulari l-limiti massimi permessi ta’ merkurju u ta’ kadmju fis-solventi ta’ l-estrazzjoni [dawn il-kriterji għandhom jiġu adottati fiż-żmien tliet snin mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva]. ġdid Il-miżuri mssemmija fil-punti (b) u (c), maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi, inter alia, jżidu magħha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(2). Il-miżuri mssemmija fil-punti (a) u (d), maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi, inter alia, jżidu magħha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3). Fejn meħtieġ, il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (d) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatarja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(4). 88/344/KEE (adattat) ġdid Artikolu 5 1. Meta Stat Membru, b’riżultat tat-tagħrif ġdid jew ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tat-tagħrif eżistenti magħmula mindu kienet addottata din id- Direttiva, ikollu raġunijiet iddettaljati sabiex jistabbilixxi illi l-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel ta’ xi sustanza elenkata fl-Anness I jew li l-livell ta’ wieħed jew aktar mill-komponenti riferiti fl-Artikolu 3 misjub f’dawn is-sustanzi jistgħu jipperikolaw is-saħħa tal-bniedem għalkemm jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, dak l-Istat Membru jista’ jissospendi jew jirrestrinġi temporanjament l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni fit-territorju tiegħu. Għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dan minnufih u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. 2. Il-Kummissjoni għandha teżamina malajr kemm jista’ jkun ix-xhieda mogħtija mill-Istat Membru konċernat u tikkonsulta lill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 6(1) , imbagħad għandha tagħti l-opinjoni tagħha minnufih u tieħu l-miżuri adatti, li jistgħu jieħdu l-post tal-miżuri riferiti fil-paragrafu 1. 3. Jekk il-Kummissjoni tqis illi huma meħtieġa emendi għal din id- Direttiva sabiex issolvi d-diffikultajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u sabiex tiżgura l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, għandha taddotta dawn l-emendi. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6 (4) . Kull Stat Membru li jkun addotta miżuri ta’ salvagwardja jista’ f’dan il-każiżommhom sakemm l-emendi jidħlu fis-seħħ fit-territorju tiegħu. 1882/2003 Anness III pt. 9 (adattat) Artikolu 6 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru. 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [13] (minn hawn iżjed `l quddiem "il-Kumitat"). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun tliet xhur. ġdid 2. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. 3. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu l-Artikoli 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-limiti ta' żmien previsti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu stabbiliti għal xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament. 4. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu l-Artikoli 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. 1882/2003 Anness III pt. 9 (adattat) 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu. 88/344/KEE (adattat) Artikolu 7 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi s-sustanzi elenkati fl-Anness I u maħsuba għall-użu bħala solventi ta’ l-estrazzjoni fl-oġġetti ta’ l-ikel ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq għajr jekk l-imballaġġ, il-kontenituri jew it-tikketti tagħhom ikun fihom it-tagħrif li ġej hekk li jkun jidher b’mod faċli, jinqara b’mod ċar u ma jitħassarx: (a) l-isem kummerċjali kif mogħti fl-Anness I ; 88/344/KEE (b) indikazzjoni ċara illi l-materjal huwa ta’ kwalità adatta sabiex jintuża’ għall-estrazzjoni ta’ l-ikel jew ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel; (ċ) referenza li biha l-lott ikun jista’ jiġi identifikat; (d) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-fabbrikant jew ta’ l-ippakkjatur jew tal-bejjiegħ stabbilit fil-Komunità; (e) l-ammont nett mogħti bħala unitajiet tal-volum; (f) jekk meħtieġa, il-kondizzjonijiet speċjali tal-ħażna jew il-kondizzjonijiet ta’ l-użu. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, it-tagħrif speċifikat fil-punti (ċ), (d), (e) u (f) ta’ dak il-paragrafu jista’ jidher sempliċiment fuq id-dokumenti kummerċjali li jkollhom x’jaqsmu mal-lott li jridu jiġu fornuti mal-kunsinna jew qabel. 3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet Komunitarji iktar preċiżi jew aktar estensivi rigward l-użin u l-kejl jew id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-klassifikar, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tas-sustanzi u tal-preparazzjonijiet perikolużi. 4. L-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jistabbilixxu ħtiġiet aktar iddettaljati minn dawk li jinsabu diġà f’dan l-Artikolu rigward il-mod li bih il-partikolaritajiet iridu jintwerew. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jiżguraw illi jiġi pprojbit il-bejgħ tas-solventi ta’ l-estrazzjoni fit-territorji tagħhom jekk il-partikolaritajiet li hemm provvediment dwarhom f’dan l-Artikolu ma jidhrux f’lingwa li tinftiehem b’mod faċli mix-xerrejja, għajr jekk ikunu ttieħdu miżuri oħra sabiex jiżguraw illi x-xerrej jiġi mgħarraf. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tipprevjeni milli dawn il-partikolaritajiet jiġu indikati f’lingwi varji. Artikolu 8 88/344/KEE (adattat) 1. Din id-Direttiva għandha tapplika ukoll għas-solventi ta’ l-estrazzjoni użati jew maħsuba biex jintużaw fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel jew ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel importati fil-Komunità. 2. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għas-solventi ta’ l-estrazzjoni, jew għall-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-esportazzjoni ’l barra mill-Komunità. Artikolu 9 Id-Direttiva 88/344/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III. Artikolu 10 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. 88/344/KEE Artikolu 11 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President 88/344/KEE ANNESS I IS-SOLVENTI TA’ L-ESTRAZZJONI LI JISTGĦU JINTUŻAW MATUL IL-PROĊESSAR TAL-MATERJI PRIMA, TA’ L-OĠĠETTI TA’ L-IKEL, TAL-KOMPONENTI TA’ L-IKEL JEW TA’ L-INGREDJENTI TA’ L-IKEL IL-PARTI I Is-solventi ta’ l-estrazzjoni li għandhom jintużaw skond il-prattika tajba tal-manifattura għall-użi kollha [14] L-isem: Il-Propan Il-Butan 88/344/KEE 1 92/115/KEE Art. 1 pt. 3 2 97/60/KE Art. 1 pt. 2 3 94/52/KE Art. 1 L-Aċetat ta’ l-Etil L-Etanol Id-Dijossidu tal-Karbonju L-Aċetone2 [15] L-Ossidu tan-Nitroġenu IL-PARTI II Is-solventi ta’ l-estrazzjoni li għalihom il-kondizzjonijiet ta’ l-użu huma speċifikati L-Isem | Il-Kondizzjonijiet ta’ l-użu (id-deskrizzjoni sommarja ta’ l-estrazzjoni) | Il-Limiti massimi tar-residwi fl-oġġett ta’ l-ikel estratt jew fl-ingredjent ta’ l-ikel | 2 Il-Hexane [16] | 2 Il-produzzjoni jew il-frazzjonalizzazzjoni tax-xaħmijiet u ż-żjut u l-produzzjoni tal-butir tal-kawkaw | 2 1 mg/kg fix-xaħam jew fiż-żejt jew fil-butir tal-kawkaw | | 2 It-tħejjija tal-prodotti tal-proteini bix-xaħam imneħħi u ta’ tipi ta’ dqiq bix-xaħam imneħħi | 2 10 mg/kg fl-ikel li jkun fih il-prodotti tal-proteini bix-xaħam imneħħi u tipi ta’ dqiq bix-xaħam imneħħi | | | 2 30 mg/kg fil-prodotti tas-soya bix-xaħam imneħħi kif mibjugħa lill-aħħar konsumatur | | 2 It-tħejjija tal-ġermolji taċ-ċereali bix-xaħam imneħħi | 2 5 mg/kg fil-germolji taċ-ċereali bix-xaħam imneħħi | L-Aċetat tal-metil | It-tneħħija tal-kafeina, jew it-tneħħija ta’ l-irritanti jew l-imrar mill-kafè u t-te | 20 mg/kg fil-kafè jew it-te | | Il-produzzjoni taz-zokkor mill-ġulepp magħqud (molasses) | l mg/kg fiz-zokkor | L-etilmetilketone1 [17] | Il-frazzjonizzazzjoni tax-xaħmijiet u ż-żjut | 5mg/kg fix-xaħam jew fiż-żejt | | It-tneħħija tal-kafeina, jew it-tneħħija ta’ l-irritanti jew l-imrar mill-kafè u t-te | 20 mg/kg fil-kafè jew fit-te | Id-diklorometane | It-tneħħija tal-kafeina, jew it-tneħħija ta’ l-irritanti jew l-imrar mill-kafè u t-te | 1 2 mg/kg fil-kafè inkaljat u 5 mg/kg fit-te | 1 Methanol | 1 għall-użi kollha | 1 10 mg/kg | 1 Propan-2-ol | 1 għall-użi kollha | 1 10 mg/kg | IL-PARTI III Is-solventi ta’ l-estrazzjoni li għalihom huma speċifikati l-kondizzjonijiet ta’ l-użu L-isem | Il-limiti massimi tar-residwi fl-oġġetti ta’ l-ikel minħabba l-użu tas-solventi ta’ l-estrazzjoni fil-preparazzjoni tat-taħwir minn materjali naturali tat-taħwir | Id-Diethyl Ether | 2 mg/kg | L-Hexane1 [18] | 1 mg/kg | 3 Iċ-Ċiklohexane | 3 1 mg/kg | L-Aċetat tal-Metil | 1 mg/kg | Il-Butan-1-ol | 1 mg/kg | Il-Butan-2-ol | 1 mg/kg | L-Etilmetilketone1 5 | 1 mg/kg | Id-Diklorometan | 1 0,02 mg/kg | 1 Il-Propan-1-ol | 1 1 mg/kg | 2 1,1,1,2-tetrafluoroetane | 2 0,02 mg/kg | _____________ ANNESS II Parti A Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 9) Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE(ĠU L 157, 24.6.1988, p. 28) | | Direttiva tal-Kunsill 92/115/KEE(ĠU L 409, 31.12.1992, p. 31) | | Direttiva 94/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(ĠU L 331, 21.12.1994, p. 10) | | Direttiva 97/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(ĠU L 331, 3.12.1997, p. 7) | | Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) | Anness III, Punt 9 biss | Parti B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 9) Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | 88/344/KEE | 13 ta’ Ġunju 1991 | 92/115/KEE | a. 1 ta’ Lulju 1993 | | b. 1 ta’ Jannar 1994 [19] | 94/52/KE | 7 ta’ Diċembru 1995 | 97/60/KE | a. 27 ta’ Ottubru 1998 | | b. 27 ta’ April 1999 [20] | _______________ ANNESS III Tabella Ta’ Korrelazzjoni Direttiva 88/344/KEE | Din id-Direttiva | Artikolu 1(1) | Artikolu 1(1) | Artikolu 1(3) | Artikolu 1(2) | Artikolu 2(1) | Artikolu 2(1) | Artikolu 2(2) | Artikolu 2 (2) | Artikolu 2(3) | - | Artikolu 2(4) | Artikolu 2(3) | Artikolu 3 | Artikolu 3 | Artikolu 4 | Artikolu 4 | Artikolu 5 | Artikolu 5 | Artikolu 6(1) | Artikolu 6(1) | Artikolu 6(2) | - | Artikolu 6(3) | - | - | Artikolu 6(2) | - | Artikolu 6(3) | - | Artikolu 6(4) | Artikolu 7 | Artikolu 7 | Artikolu 8 | Artikolu 8 | Artikolu 9 | - | - | Artikolu 9 | - | Artikolu 10 | Artikolu 10 | Artikolu 11 | Anness | Anness I | - | Anness II | - | Anness III | _____________ [1] COM(87) 868 PV. [2] Magħmula skond il-Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlamemt Ewropew u l-Kunsill – Kodifikazzjoni ta' l-Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali. [3] COM(2003) 467 finali. [4] Ara l-Anness II, Parti A għal din il-proposta. [5] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11) [6] ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1. [7] ĠU L [...], [...], p. [...]. [8] ĠU L [...], [...], p. [...]. [9] ĠU L [...], [...], p. [...]. [10] ĠU L 157, tat-24.6.1988, p. 28. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). [11] Ara l-Anness II, Parti A. [12] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). [13] ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1. [14] Solvent ta’ l-estrazzjoni huwa kkunsidrat bħala li jintuża f’ konformità ma’ prattika tajba ta’ fabbrikazzjoni jekk l-użu tiegħu jirriżulta biss fil-preżenza ta’ residwi jew derivativi fi kwantitajiet teknikament inevitabbli li ma jippreżentaw ebda perikolu għas-saħħa umana. [15] L-użu ta’ l-Aċetone fir-raffinament taż-żejt taż-żebbuġa-pomaċja huwa pprojbit. [16] Il-Hexane huwa prodott kummerċjali li essenzjalment fih l-idrokarboni aċikliċi saturati li jkun fihom sitt atomi tal-karbonju u li jiddistilla bejn l-64 °C u s-70 °C. 1 L-użu kkombinat tal-Hexane u ta’ l-Etilmetilketone huwa pprojbit. [17] 1 Il-livell ta’ l-n-Hexane f’dan is-solvent m’għandhiex taqbeż il-50 mg/kg. L-użu kkombinat ta' Hexane u Etilmetilketone huwa pprojbit. [18] 1 L-użu kkombinat ta’ Hexane u Etilmetilketone huwa pprojbit. [19] Skond l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/115/KEE: - “1. L-Istati Membri għandhom jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom hekk li: - - jippermettu l-kummerċ fil-prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1993, - - jipprojbixxu l-kummerċ fil-prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva b’effett mill-1 ta’ Jannar 1994.” [20] Skond l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 97/60/KE: - “1. L-Istati Membri għandhom jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom sabiex: - - jawtorizzaw il-kummerċ fil-prodotti li jikkonformaw mad-Direttiva 88/344/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Ottubru 1998; - - jipprojbixxu l-kummerċ fil-prodotti li ma jikkonformawx mad-Direttiva 88/344/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, mis-27 ta’ April 1999. Madankollu, il-prodotti li jkunu tqiegħdu, fis-suq jew ikunu ġew ittikkettjati qabel dik id-data u li ma jikkonformawx mad-Direttiva 88/344/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, jistgħu jiġu mqiegħda fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.” --------------------------------------------------