Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0131

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

    /* KUMM/2008/0131 finali - COD 2004/0251 */

    52008PC0131

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali /* KUMM/2008/0131 finali - COD 2004/0251 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 7.3.2008

    KUMM(2008) 131 finali

    2004/0251 (COD)

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar

    il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

    2004/0251 (COD)

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar

    il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

    1. Il-KUNTEST

    Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2004)718 finali – 2004/0251 (COD): | 22.10.2004 |

    Id-data ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 9.6.2005 |

    Id-data ta' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 29.3.2007 |

    Id-data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | 28.2.2008 |

    2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

    Fit-22 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. L-iskop tad-Direttiva proposta hu li jkun iffaċilitat l-aċċess għal soluzzjoni ta’ tilwim u biex tippromwovi li jkunu solvuti t-tilwimet b’mod paċifiku billi tinkoraġġixxi l-użu tal-medjazzjoni u billi tiżgura relazzjoni soda bejn il-proċeduri ta’ medjazzjoni u ġudizzjarji Il-proposta tikkostitwixxi waħda mill-azzjonijijiet ta’ segwitu għall-Green Paper dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ippreżentata mill-Kummissjoni fl-2002, bil-proposta l-oħra tkun il-Kodiċi Ewropea dwar il-Kondotta għall-Medjaturi, stabbilita minn grupp ta’ persuni interessati bl-assistenza tal-Kummissjoni u li tnediet f’Lulju ta’ l-2004.

    3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

    Il-proposta tal-Kummssjoni kopriet l-użu tal-medjazzjoni kemm f’tilwimiet traskonfinali kif ukoll interni minħabba li kkunsidrat li la jkun possibbli u lanqas mixtieq li tippromwovi l-medjazzjoni biss f’rabta ma’ tilwimiet li jkun fihom element transkonfinali.

    Madanakollu, it-test tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill hu riżultat tan-negozjati bejn it-tliet istituzzjonijiet u kien hemm is-sostenn tal-maġġoranza kemm tal-Kunsill u kemm tal-Parlament Ewropew biex ikun limitat l-ambitu tad-Direttiva għall-każi transkonfinali minħabba interpretazzjoni ristrettiva ta’ l-Artikolu 65 tat-Trattat tal-KE. Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi u fi spirtu ta' kompromess, il-Kummissjoni taċċetta d-definizzjoni ta’ l-ambitu tad-Direttiva kif ippreżentata fil-pożizzjoni komuni sakemm id-definizzjoni tal-każi transkonfinali tkun wiesgħa kemm jista' tkun. Il-Kummissjoni tikkonsidra li l-pożizzjoni komuni tkabbar id-definizzjoni tal-każi transkonfinali fir-rigward taż-żewġ Artikoli importanti tad-Direttiva, jiġifieri l-Artikolu 7 (il-kunfidenzjalità) u l-Artikolu 8 (il-limitazzjoni u l-perjodi ta’ preskrizzjoni).

    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjoni u l-perjodi ta’ preskrizzjoni fl-Artikolu 8, il-pożizzjoni komuni ma tarmonizzax ir-regoli nazzjonali dwar il-limitazzjoni u l-perjodi ta’ preskrizzjoni iżda tobbliga lill-Istati Membri biex ma jħallux lill-partijiet milli jmorru l-qorti jew għall-arbitraġġ jekk ifallu t-tentattivi għall-medjazzjoni. Premessa tiċċara li dan ir-riżultat irid jinkiseb minkejja d-differenzi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għalhekk il-pożizzjoni komuni tilħaq l-istess għanijiet tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni.

    Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill hi differenti mill-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari b’mod partikolari fir-rigward tal-proposti segwenti għal emendi.

    Il-pożizzjoni komuni ma tippermettix l-implimentazzjoni tad-Direttiva permezz ta’ ftehimiet volontarji bejn il-partijiet. Il-Kummissjoni taqbel bis-sħiħ ma’ dan, peress li d-Direttiva taffettwa r-regoli dwar il-proċedimenti ġudizzjarji fl-Istati Membri li mhux dejjem jistgħu jiġu modifikati bi ftehimiet bejn il-partijiet.

    L-obbligu biex ikunu ppubblikati l-Kodiċi Ewropej dwar il-Kondotta għall-Medjaturi fil-Ġurnal Uffiċjali, li ma tħalliex isir minħabba l-fatt li l-Kodiċi dwar il-Kondotta mhuwiex att ta’ l-istituzzjonijiet, kien sostitwit minn obbligu biex ikun ippubblikat il-Kodiċi dwar il-Kondotta ta’ l-Internett. Minbarra dan, il-Kummissjoni hi kommessa li tinkludi referenza għall-Kodiċi ta' Kondotta fil-Bullettin ta’ l-UE meta tkun ser tagħti l-informazzjoni dwar l-adozzjoni tad-Direttva. Dawn l-obbligi huma aċċettabbli għall-Kummissjoni.

    Fir-rigward tal-klawżola dwar ir-reviżjoni fl-Artikolu 11, il-pożizzjoni komuni titlob li r-rapport tal-Kummissjoni jikkonsidra l-iżvilupp dwar il-medjazzjoni fl-Unjoni Ewropea, li jkun aċċettabli għall-Kummissjoni.

    Fuq kollox, il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-pożizzjoni komuni li, għalkemm timmodifika wħud mill-fatturi tal-proposta inizzjali tal-Kummissjoni, tibqa' leali lejn l-għanijiet li jiffaċiltaw l-aċċess għas-soluzzjoni tat-tilwimiet u li tippromwovi li jkunu solvuti t-tilwimiet b’mod paċifiku billi tinkoraġġixxi l-użu tal-medjazzjoni u billi tiżgura relazzjoni soda bejn il-proċeduri għall-medjazzjoni u ġudizzjarji.

    4. KONKLUŻJONI

    Il-Kummissjoni taċetta l-pożizzjoni komuni fid-dawl tal-fatt li din tinkludi l-elementi prinċipali tal-proposta inizjali tagħha.

    Top