Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0107

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill 1386/2007 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja ta' l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral

    /* KUMM/2008/0107 finali */

    52008PC0107

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill 1386/2007 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja ta' l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral /* KUMM/2008/0107 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 26.2.2008

    KUMM(2008) 107 finali

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill 1386/2007 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja ta' l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    L-għan tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007 huwa li jiġu implimentati miżuri ta’ konservazzjoni u infurzar adottati mill-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral [l-Organizzazzjoni tas-Sajd fil-Majjistral ta' l-Atlantiku] (NAFO) fil-liġi Komunitarja.

    Il-miżuri ta’ konservazzjoni u infurzar tan-NAFO huma soġġetti għal reviżjoni f’kull laqgħa annwali tan-NAFO.

    Matul il-laqgħa tagħha fl-2007, li saret f'Liżbona bejn l-24 u t-28 ta' Settembru, in-NAFO adottat għadd ta' emendi għal dawn il-miżuri ta' konservazzjoni u infurzar. Ġew adottati dawn l-emendi:

    - Definizzjoni tal-kunċett ta’ trażbord;

    - Dispożizzjonijiet marbuta mad-daqs tal-mali fis-sajd għar-redfish fid-Diviżjoni 3O tan-NAFO;

    - Introduzzjoni ta’ żona magħluqa għal irkaptu f’kuntatt mal-qiegħ biex jiġu mħarsa l-koralli vunerabbli tal-baħar fond;

    - Rekwiżiti addizzjonali marbuta mar-rappurtar tal-qabdiet fis-sajd għall-gambli fid-Diviżjoni tan-NAFO 3L;

    - Rekwiżiti tekniċi għall-bini tas-slielem ta’ l-imbark u l-apparat ta’ l-irfigħ tal-kaptani;

    - Emendi għal-lista ta’ stokkijiet soġġetti għar-rekwiżiti ta’ rappurtar regolari;

    - Emendi għat-tabella għall-ispezzjonijiet fil-port; u

    - Emendi għal-lista tal-kodiċijiet tal-prodotti maħsuba għall-applikazzjoni ta' l-istess standards bħal dawk fis-seħħ fil-Grigal ta' l-Atlantiku.

    Dawn l-emendi ġew adottati bl-appoġġ tal-Komunità wara konsultazzjonijiet ma’ l-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi.

    Dawn l-emendi huma vinkolanti u għalhekk għandhom jiġu implimentati fil-liġi tal-Komunità.

    L-għan ta’ din il-proposta huwa li jiġu introdotti l-emendi meħtieġa fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007.

    Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax.

    Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju.

    Il-bażi ġuridika għall-proposta hija l-klawżola ta' reviżjoni fl-Artikolu 70 tar-Regolament tal-Kunsill 1386/2007.

    Il-Kunsill b’dan huwa mitlub jadotta din il-proposta mill-aktar fis possibbli.

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill 1386/2007 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja ta' l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill 1386/2007, u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja ta' l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral jimplimenta ċerti miżuri ta’ konservazzjoni u infurzar adottati mill-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (minn issa ‘l quddiem “NAFO”).

    (2) Matul id-disgħa u għoxrin laqgħa tagħha li saret f’Settembru 2007, in-NAFO adottat għadd ta' emendi għall-miżuri ta' konservazzjoni u infurzar tagħha. Dawk l-emendi jirrigwardaw id-dispożizzjonijiet dwar id-daqs tal-malji, it-trażbord, iż-żoni magħluqa biex jiġi żgurat il-ħarsien tal-korall, ir-rapporti dwar il-qabdiet, id-definizzjoni ta’ infrazzjonijiet serji, il-kodiċijiet tal-prodotti, il-format ta’ l-ispezzjonijiet fil-port kif ukoll ir-rekwiżiti tekniċi għas-slielem ta’ l-imbark.

    (3) Ir-Regolament (KE) 1386/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1386/2007 huwa emendat kif ġej:

    (1) Fl-Artikolu 3 jiżdied il-punt 20 li ġej:

    "20) “Trażbord” tfisser it-trasferiment, mill-ġenb tal-bastiment, ta' kwalunkwe kwantità ta' riżorsi tas-sajd jew prodotti minnhom miżmuma abbord, minn bastiment tas-sajd għal ieħor.

    (2) Fl-Artikolu 7, għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

    "4. Il-bastimenti li jistadu għar-redfish fid-Diviżjoni 3O li jużaw xbieki ta’ tkarkir ta’ nofs fond għandhom jużaw xbieki b’daqs minimu tal-malji ta’ 90mm.”

    (3) L-Artikolu 12 għandu jgħid hekk:

    Żoni ristretti tas-sajd

    1. Attivitajiet tas-sajd li jinvolvu rkaptu għas-sajd tal-qiegħ għandhom ikunu pprojbiti fiż-żoni li ġejjin:

    Żona | Koordinat 1 | Koordinat 2 | Koordinat 3 | Koordinat 4 |

    Orphan Knoll | 50.00.30 47.00.30 | 51.00.30 45.00.30 | 51.00.30 47.00.30 | 50.00.30 45.00.30 |

    Corner Seamounts | 35.00.00 48.00.00 | 36.00.00 48.00.00 | 36.00.00 52.00.00 | 35.00.00 52.00.00 |

    Newfoundland Seamounts | 43.29.00 43.20.00 | 44.00.00 43.20.00 | 44.00.00 46.40.00 | 43.29.00 46.40.00 |

    New England Seamounts | 35.00.00 57.00.00 | 39.00.00 57.00.00 | 39.00.00 64.00.00 | 35.00.00 64.00.00 |

    2. Fid-Diviżjoni 3O tan-NAFO, iż-żona li ġejja għandha tkun magħluqa għall-attivitajiet tas-sajd kollha li jinvolvu l-irkaptu li jidħol f'kuntatt mal-qiegħ. Iż-żona magħluqa hija ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati li ġejjin(f’ordni numeriku u lura lejn il-koordinat 1).

    Punt Nru | Latitudni | Lonġitudni |

    1 | 42°53’00”N | 51° 00’ 00”W |

    2 | 42°52’04”N | 51° 31’ 44”W |

    3 | 43°24’13”N | 51° 58’ 12”W |

    4 | 43°24’20”N | 51° 58’ 18”W |

    5 | 43°39’38”N | 52° 13’ 10”W |

    6 | 43°40’59”N | 52° 27’ 52”W |

    7 | 43°56’19”N | 52° 39’ 48”W |

    8 | 44°04’53”N | 52° 58’ 12”W |

    9 | 44°18’38”N | 53° 06’ 00”W |

    10 | 44°18’36”N | 53° 24’ 07”W |

    11 | 44°49’59”N | 54° 30’ 00”W |

    12 | 44°29’55”N | 54° 30’ 00”W |

    13 | 43°26’59”N | 52° 55’ 59”W |

    14 | 42°48’00”N | 51° 41’ 06”W |

    15 | 42°33’02”N | 51° 00’ 00”W |

    (4) Fl-Artikolu 21(2), l-punt (f) li ġej hu miżjud:

    “f) qabda qabel id-dħul u l-ħruġ mid-Diviżjoni 3L. Dawn ir-rapporti għandhom isiru minn bastimenti li jistadu għall-gambli fid-Diviżjoni 3L u għandhom jintbagħtu siegħa qabel ma jaqsmu l-konfini ta’ dik id-Divżjoni. Ir-rapport għandu jindika l-qabdiet imtella’ abbord minn meta jkun intbagħat ir-rapport tal-qabda preċedenti, skond id-Diviżjoni u skond l-ispeċi (kodiċi 3 alpha) f’kilogrammi, aġġustati għall-eqreb 100kg.”

    (5) L-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:

    - il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “(b) jipprovdi sellum ta' l-imbarkar li jkun mibni u użat kif deskritt fil-mi¿uri ta’ konservazzjoni u infurzar tan-NAFO.”

    - il-punt (b)a li ġej huwa mdaħħal:

    “(b)a jekk jiġi pprovdut apparat mekkaniku għall-irfigħ, jiġi żgurat li t-tagħmir anċillari jkun ta’ tip approvat mill-amministrazzjoni nazzjonali. Għandha tkun iddisinjata u mibnija b’tali mod li jiġi żgurat li l-ispettur jista’ jittella’ u jitniżżel b’mod sikur, u jkollu aċċess sikur mill-apparat għall-irfigħ għal fuq il-gverta u viċi versa. Sellum għall-imbark li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-punt (b) għandu jinżamm fuq il-gverta maġenb l-apparat għall-irfigħ u jkun disponibbli għall-użu immedjat.”

    (6) L-Anness II huwa emendat skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    (7) L-Anness XII huwa emendat bi qbil ma' l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    (8) L-Anness XIII jitħassar.

    (9) L-Anness XIV (b) huwa emendat bi qbil ma' l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, […]

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS I

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1386/2007 jinbidel b’dan li ġej:

    ANNESS II

    Il-lista li ġejja hija lista ta’ l-istokkijiet li jeħtieġ tiġi rappurtata skond l-Artikolu 22.

    ANG/N3NO. | Lophius americanus | Petriċa Amerikana |

    CAA/N3LMN. | Anarhichas lupus | Budakkra kbira ta' l-Atlantiku |

    CAP/N3LM. | Mallotus villosus | Capelin |

    CAT/N3LMN. | Anarhichas spp. | Catfishes (Wolffishes) nei |

    HAD/N3LNO. | Melanogrammus aegledfinus | Haddock |

    HAL/N23KL. | Hippoglossus hippoglossus | Ħalibatt ta' l-Atlantiku |

    HAL/N3M. | Hippoglossus hippoglossus | Ħalibatt ta' l-Atlantiku |

    HAL/N3NO. | Hippoglossus hippoglossus | Ħalibatt ta' l-Atlantiku |

    HER/N3L. | Clupea harengus | Aringi |

    HKR/N2J3KL | Urophycis chuss | Marlozz aħmar |

    HKR/N3MNO. | Urophycis chuss | Marlozz aħmar |

    HKS/N3LMNO | Merlucius bilinearis | Marlozz (Silver hake) |

    RNG/N23. | Coryphaenoides rupestris | Roundnose grenadier |

    HKW/N2J3KL | Urophycis tenuis | Marlozz abjad |

    POK/N3O. | Pollachius virens | Pollakkju (Saithe) |

    PRA/N3LM | Pandalus borealis | Gambli tat-Tramuntana |

    RHG/N23. | Macrourus berglax | Roughhead grenadier |

    SKA/N2J3KL | Raja spp. | Rebekkini |

    SKA/N3M. | Raja spp. | Rebekkini |

    SQI/N56. | Illex illecebrosus | Klamar tal-pinen qosra |

    VFF/N3LMN. | - | Ħut mhux magħżul, mhux identifikat |

    WIT/N3M. | Glyptocephalus cynoglossus | Witch flounder |

    YEL/N3M. | Limanda ferruginea | Barbun tad-denb isfar |

    ANNESS II

    L-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 1386/2007 jinbidel b’dan li ġej:

    ANNESS XII

    Rapport ta' Spezzjoni fil-Port

    A. FORMOLA TAR-“RAPPORT TA’ SPEZZJONI FIL-PORT”

    Paġna Nru | Minn |

    1. REFERENZA TA' L-ISPEZZJONI

    Awtorità ta’ spezzjoni |

    Data tar-rapport |

    Port ta’ spezzjoni |

    Isem il-bastiment |

    2. INFORMAZZJONI DWAR IL-VJAĠĠ[1]

    Id-data tal-bidu tal-vjaġġ |

    Numru tal-vjaġġ[2] |

    Attività fiż-ŻR tan-NAFO: |

    Id-Data tad-Dħul fiż-ŻR |

    Id-Data tal-Ħruġ miż-ŻR |

    Żoni Oħra miżjura |

    Id-data tat-tmiem tal-vjaġġ |

    3. IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENT[3]

    Identifikazzjoni Esterna |

    Il-Kodiċi Internazzjonali tar-Radju |

    Stat tal-bandiera |

    Parti Kontraenti tan-NAFO |

    Port ta’ l-Irmiġġ Permanenti |

    Sid il-bastiment |

    Operatur tal-bastiment |

    Isem il-kaptan |

    4. RIŻULTAT TA’ L-ISPEZZJONI TAL-ĦATT[4]

    4.1. Informazzjoni ġenerali

    Bidu tal-ħatt: | Data: | Ħin |

    Tmiem tal-ħatt: | Data: | Ħin |

    Il-bastiment ħatt il-qabdiet kollha li kien hemm abbord? | IVA | Jekk IVA, imla t-tabella 4.2 |

    LE | Jekk LE, imla t-tabella 4.3 |

    Kummenti |

    4.2. Kwantità mniżżla l-art

    Kummenti |

    4.3. Kwantità li se tibqa’ abbord il-bastiment

    Għandha timtela fejn parti mill-qabdiet tibqa’ abbord wara li jitlesta l-ħatt

    Speċi | Preżentazzjoni | Fattur ta’ konverżjoni | Il-piż tal-proċess (kg) | Piż ħaj ekwivalenti (kg) |

    Kummenti |

    5. SPEZZJONIJIET TA’ L-IRKAPTU FIL-PORT[5]

    5.1. Dejta ġenerali

    Għadd ta’ rkapti spezzjonijiet |

    Data ta’ l-ispezzjoni ta’ l-irkaptu |

    Il-bastiment ġie ċitat? Jekk Iva, imla l-formola sħiħa tal-“verifika ta’ l-ispezzjoni fil-port”. Jekk Le, imla l-formola bl-eċċezzjoni tad-Dettalji tas-Siġill tan-NAFO. | ( Iva ( Le |

    5.2. Dettalji tax-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti

    Numru tas-Siġill tan-NAFO |

    Is-siġill huwa bla ħsara? | Iva | Le |

    Tip ta’ Rkaptu: |

    Oġġetti mwaħħla: |

    L-ispazju ta’ bejn il-Vireg tal-Gradilja (mm) |

    Tip ta’ Malja: |

    Qisien medji tal-malji (mm) |

    PARTI TA’ L-GĦAŻEL |

    Ġwienaħ: |

    Parti prinċipali (body): |

    Biċċa tat-titwil: |

    Manka: |

    6. INFRAZZJONIJIET U AZZJONIJIET TA’ SEGWITU |

    6.1 | Spezzjoni fuq il-Baħar |

    Infrazzjonijiet b’ri¿ultat ta’ |

    Spezzjonijiet ġewwa ¿-¯R tan-NAFO |

    Parti Kontraenti li tispezzjoni | Data ta’ l-ispezzjoni | Divi¿joni | Referenza legali CEM tan-NAFO għall-infrazzjoni |

    6.2 | Ri¿ultati ta’ l-Infrazzjonijiet mill-Ispezzjoni fil-Port |

    ( a ) – Konferma ta’ l-Infrazzjonijiet misjuba fl-ispezzjoni fuq il-baħar |

    Referenza legali CEM tan-NAFO ta’ l-infrazzjoni | Referenza legali nazzjonali ta’ l-infrazzjoni |

    ( b ) Infrazzjonijiet misjuba fl-ispezzjonijiet fuq il-baħar u mhux possibbli li |

    jiġu kkonfermati matul l-Ispezzjoni fil-Port. |

    Kummenti: |

    ( c ) – Infrazzjonijiet addizzjonali misjuba matul l-Ispezzjoni fil-Port. |

    Referenza legali CEM tan-NAFO ta’ l-infrazzjoni | Referenza legali nazzjonali ta’ l-infrazzjoni |

    Kummenti ta’ Segwitu: |

    B. INFORMAZZJONI LI TRID TIDDAĦĦAL FIR-RAPPORT

    1. REFERENZI TA’ L-ISPEZZJONI

    Element ta’ Dejta | Obbligatorju (O)/Fakultattiv (F) | Kategorija; Definizzjoni |

    Awtorità ta’ spezzjoni | O | Dettall ta’ l-ispezzjoni: L-isem ta’ l-awtorità ta’ l-ispezzjoni jew tal-korp supplent maħtur mill-awtorità |

    Data: | O | Dettall ta’ l-ispezzjoni: Id-data li fiha tħejja r-rapport |

    Port ta’ spezzjoni | O | Dettall ta’ l-attività tal-bastiment: Il-post fejn il-bastiment huwa ispezzjonat: il-port segwit mill-kodiċi ISO –3 tal-pajjiż bħal “St Johns/CAN” |

    Isem il-Bastiment | O | Dettall tar-reġistrazzjoni tal-bastiment; isem il-bastiment |

    2. L-INFORMAZZJONI DWAR IL-VJAĠĠ

    Element ta’ Dejta | O/F | Kategorija; Definizzjoni |

    Id-data tal-bidu tal-vjaġġ | O | Dettalji ta’ l-attività tal-bastiment: id-data tal-bidu tal-vjaġġ kurrenti tas-sajd |

    In-numru tal-vjaġġ tal-bastiment | F | Dettalji ta’ l-attività tal-bastiment: In-numru tal-vjaġġ tas-sajd fis-sena kurrenti |

    Id-Data tad-Dħul fiż-ŻR | O | Dettalji ta’ l-attività tal-bastiment: Id-data li fiha l-bastiment daħal fl-NRA għall-vjaġġ kurrenti tas-sajd |

    Id-Data tal-Ħruġ miż-ŻR | O | Dettalji ta’ l-attività tal-bastiment: Id-data li fiha l-bastiment ħareġ mil l-NRA għall-vjaġġ kurrenti tas-sajd |

    Żoni oħra li saret żjara fihom | F | Dettall ta’ l-attività tal-bastiment: żona oħra fejn il-bastiment kien qed jistad matul il-vjaġġ kurrenti |

    Id-data tat-tmiem tal-vjaġġ | O | Dettalji ta’ l-attività tal-bastiment: id-data li fiha ntemm il-vjaġġ kurrenti tas-sajd |

    3. IDENTIFIKAZZJONI TAL-VAPUR

    Element ta’ Dejta | O/F | Kategorija; Definizzjoni |

    Numru ta’ Identifikazzjoni Estern | O | Dettalji tar-reġistrazzjoni tal-bastiment: in-Numru fuq il-Ġenb tal-bastiment |

    Il-Kodiċi Internazzjonali tar-Radju | O | Dettalji tar-reġistrazzjoni tal-bastiment: il-Kodiċi Internazzjonali tar-Radju tal-bastiment |

    Stat tal-bandiera | O | Dettall tar-reġistrazzjoni tal-bastiment; l-Istat fejn il-bastiment huwa reġistrat, kodiċi 3-ISO tal-pajjiż |

    Parti Kontraenti tan-NAFO | F (1) | Dettall tar-Reġistrazzjoni tal-bastiment: il-Parti Kontraenti tan-NAFO tal-bastiment, bħala kodiċi ISO tal-pajjiż, EUR għall-Komunità Ewropea, NCP għal Parti Mhux Kontraenti |

    Port ta’ l-Irmiġġ Permanenti | F | Dettalji tar-reġistrazzjoni tal-bastiment: Il-port tar-reġistrazzjoni tal-bastiment jew il-port ta’ l-irmiġġ permanenti |

    Sid il-bastiment | O | Dettalji tar-reġistrazzjoni tal-bastiment: l-isem u l-indirizz ta’ sid il-bastiment |

    Operatur tal-bastiment | O (2) | Dettalji tar-reġistrazzjoni tal-bastiment: il-persuna responsabbli għall-użu tal-bastiment |

    Isem il-kaptan | F | Dettalji ta’ l-attività tal-bastiment: isem il-kaptan |

    (1) jekk differenti mill-Istat tal-bandiera

    (2) jekk differenti minn sid tal-bastiment

    4. RIŻULTAT TA’ L-ISPEZZJONI FIL-ĦIN TAL-ĦATT

    4.1 Informazzjoni Ġenerali

    Element ta’ Dejta | O/F | Kategorija; Definizzjoni |

    Data tal-bidu tal-ħatt | O | Dettall tal-ħatt: id-data li fiha l-bastiment beda l-ħatt |

    Data tat-tmiem tal-ħatt | O | Dettall tal-ħatt: id-data li fiha l-bastiment temm il-ħatt |

    Il-bastiment żbarka l-qabdiet kollha li kellu abbord? | O | Dettall tal-ħatt: Il-bastiment żbarka l-qabdiet kollha li kellu abbord?, wieġeb I jekk iva, L jekk le |

    Kummenti | F | Dettall tal-ħatt: kummenti kif meħtieġ. Jekk il-ħatt għadu ma ġiex ikkompletat, jekk jogħġbok agħti stima tal-qabda li għadha abbord |

    4.2. Kwantità Żbarkata

    Element ta’ Dejta | O/F | Kategorija; Definizzjoni |

    Speċi | O | Dettall tal-ħatt: il-kodiċi FAO 3-alfa (il-parti V, l-iskeda II, iż-hemża II) |

    Preżentazzjoni | O | Dettall tal-ħatt: Il-forma tal-prodott |

    Piż Ħaj | O | Il-kwantitajiet iddeterminati mill-ġurnal ta’ abbord. |

    Fattur ta’ konverżjoni | F | Dettall tal-prodott: Il-fattur ta’ konverżjoni kif definit mill-kaptan għall-ispeċi korrispondenti, id-daqs u l-preżentazzjoni, fakultattiv jekk diġà ssemma fit-tabella B |

    Piż matul il-proċess | O | Dettall tal-ħatt: Il-kwantitajiet żbarkati u l-preżentazzjoni f’kilogrammi tal-prodott, aġġustat għall-eqreb 10 kg |

    Piż ћaj ekwivalenti | O | Dettall tal-ħatt: Il-kwantitajiet żbarkati f’piż ħaj ekwivalenti, bħala “piż tal-prodott x il-fattur ta’ konverżjoni”, f’kilogrammi, aġġustat għall-eqreb 10 kg |

    Kummenti | F | Dettalji tal-ħatt: imla kif meħtieġ |

    4.3. Kwantitajiet li Jibqgħu Abbord il-Bastiment

    Element ta’ Dejta | O/F | Kategorija; Definizzjoni |

    Speċi | O | Dettall tal-ħatt: il-kodiċi FAO 3-alfa (il-parti V, l-iskeda II, iż-żjieda II) |

    Preżentazzjoni | O | Dettall tal-ħatt: Il-forma tal-prodott |

    Fattur ta’ konverżjoni | F | Dettall tal-prodott: Il-fattur ta’ konverżjoni kif definit mill-kaptan għall-ispeċi korrispondenti, id-daqs u l-preżentazzjoni, fakultattiv jekk diġà ssemma fit-tabella B |

    Piż ћaj ekwivalenti | O | Dettall tal-ħatt: Il-kwantitajiet żbarkati mill-ispeċi u l-preżentazzjoni, f’kilogrammi, aġġustat għall-eqreb 10 kg |

    Piż ћaj ekwivalenti | O | Dettall tal-ħatt: Il-kwantitajiet ¿barkati f’pi¿ ħaj ekwivalenti, bħala “pi¿ tal-prodott x il-fattur ta’ konver¿joni”, f’kilogrammi, aġġustat għall-eqreb 10 kg |

    Kummenti | F | Dettalji tal-ħatt: imla kif meħtieġ |

    5. RIŻULTAT TA’ L-ISPEZZJONI TA' l-IRKAPTU[6]

    5.1 Informazzjoni Ġenerali

    Element ta’ Dejta | O/F | Kategorija; Definizzjoni |

    Data ta’ l-spezzjoni | O | Dettall ta’ l-ispezzjoni: Id-data ta’ l-ispezzjoni tat-tagħmir kurrenti |

    Tagħmir ispezzjonat | O | Dettall ta’ l-ispezzjoni: in-numru ta’ tagħmir ikkontrollat matul l-ispezzjoni fil-port |

    5.2. Dettalji dwar ix-Xbieki tat-Tkarkir bid-Diriġenti

    Element ta’ Dejta | O/F | Kategorija; Definizzjoni |

    Numru tas-siġill tan-NAFO | O | Dettall ta’ l-ispezzjoni (jekk meħtieġ): In-numru tas-siġill tan-NAFO imwaħħal mat-tagħmir wara l-ispezzjoni fuq il-baħar |

    Is-siġill huwa bla ħsara? | O | Jekk is-siġill ta’ spezzjoni tan-NAFO huwiexx intatt. – “iva” jew “le” |

    Tip ta’ tagħmir | O | Klassifika Statistika Standard Internazzjonali tat-Tagħmir tas-Sajd, OTB għax-xibkatkarkir bid-diriġenti) |

    Oġġetti marbutin | Dettall tax-xibka tat-tkarkir bid-diriġenti: l-oġġetti marbuta mal-ħabel taċ-ċomb |

    L-ispazju ta’ bejn il-vireg tal-gradilja | O | Dettall tax-xibka tat-tkarkir bid-diriġenti: l-ispazju ta’ bejn il-gradilja f’millimetri |

    Tip ta’ malja | O | Dettall tax-xibka tat-tkarkir bid-diriġenti it-tip ta’ malja rispettivament: SQ għal malja kwadra, DI għall-malja djamant |

    Daqs medju tal-malja | O | Dettall tax-xibka tat-tkarkir bid-diriġenti: id-daqs medju tal-malja fil-parti tax-xbieki tat-tkarkir, bil-par |

    Il-parti tax-xbieki tat-tkarkir | O | Il-parti tax-xbieki tat-tkarkir imkejla |

    Daqs tal-malja | O | Id-daqs tal-malja f’millimetri |

    6. INFRAZZJONIJIET U AZZJONIJIET TA’ SEGWITU

    6.1 Spezzjoni fuq il-Baħar

    Element ta’ Dejta | O/F | Kategorija; Definizzjoni |

    Tim ta’ l-ispetturi | O | Isem il-Parti Kontraenti; Isem il-Bastiment ta’ l-Għassa tas-Sajd |

    Data ta’ l-spezzjoni | O |

    Referenza legali | O | Referenza għall-Kapitolu CEM tan-NAFO; Artikolu/i paragrafu/i għal kull infrazzjoni |

    6.2 Riżultati ta’ l-Infrazzjonijiet mill-Ispezzjoni fil-Port

    (a) – Konferma ta’ l-Infrazzjonijiet Misjuba fl-Ispezzjoni fuq il-Baħar

    Element ta’ Dejta | O/F | Kategorija; Definizzjoni |

    Identifikazzjoni tan-NAFO ta' l-infrazzjoni | O | Referenza għall-Kapitolu CEM tan-NAFO; Artikolu/i paragrafu/i għal kull infrazzjoni |

    Identifikazzjoni ta' l-infrazzjoni Nazzjonali | F | Referenza għall-Kapitolu dwar ir-Reġ. Nazzjonali; Artikolu/i paragrafu/i għal kull infrazzjoni |

    (c) – Infrazzjonijiet addizzjonali Misjuba matul l-Ispezzjoni fil-Port

    Element ta’ Dejta | O/F | Kategorija; Definizzjoni |

    Identifikazzjoni tan-NAFO ta' l-infrazzjoni | O | Referenza għall-Kapitolu CEM tan-NAFO; Artikolu/i paragrafu/i għal kull infrazzjoni |

    Identifikazzjoni ta' l-infrazzjoni Nazzjonali | F | Referenza għall-Kapitolu dwar ir-Reġ. Nazzjonali; Artikolu/i paragrafu/i għal kull infrazzjoni |

    ANNESS III

    L-Anness XIV(b) tar-Regolament (KE) Nru 1386/2007 jinbidel b’dan li ġej:

    Anness XIV (b)

    Kodiċi dwar il-forma tal-prodott (Product Form Codes)

    Kodiċi | Prodott Minn |

    A | Sħiħ - Iffriżat |

    B | Sħiħ – Iffriżat (Imsajjar) |

    C | Imnaddaf Bir-ras - Iffriżat |

    D | Imnaddaf Bla ras - Iffriżat |

    E | Imnaddaf Bla ras - Ittrimjat - Iffriżat |

    F | Fillets imqaxxra – bl-Għadma - Iffriżati |

    G | Fillets imqaxxra – mingħajr Għadma - Iffriżati |

    H | Fillets Bil-Ġilda – bl-Għadma - Iffriżati |

    I | Fillets Bil-Ġilda – mingħajr Għadma - Iffriżati |

    J | Ħut Immellaħ |

    K | Ħut fis-Salmura |

    L | Prodotti fil-Laned |

    M | Żejt |

    N | Tħin ta' Ħut Sħiħ |

    O | Tħin ta' Ġewwieni |

    P | Oħrajn (Speċifika) |

    [1] Għandha timtela mill-awtorità ta’ l-ispezzjoni jew minn kwalunkwe korp ieħor maħtur mill-awtoritajiet hekk kif il-bastiment jidħol fil-port, abbażi tar-reġistrazzjonijiet tal-ġurnal ta’ abbord.

    [2] Fejn meħtieġ.

    [3] Għandha timtela fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni tal-liċenzja.

    [4] Għandha timtela wara li jitlesta l-ħatt.

    [5] Il-verifika għandha ssir meta jiġi kkwotat/osservat in-nuqqas ta’ konformità matul l-ispezzjoni fuq il-baħar. Għandha timtela meta l-ispezzjoni fil-port tikkonċerna wkoll l-ispezzjoni ta’ l-irkaptu abbord. Għandha timtela formola dettaljata għal kull irkaptu li jkun ġie soġġett għall-ispezzjoni fil-port.

    [6] Il-verifika għandha ssir meta jiġi kkwotat/osservat in-nuqqas ta’ konformità matul l-spezzjoni fuq il-baħar. Għandha timtela meta l-spezzjoni fil-port tikkonċerna wkoll l-spezzjoni ta’ l-irkaptu abbord. Għandha timtela formola dettaljata għal kull irkaptur li jkun ġie suġġett għall-ispezzjoni fil-port.

    Top