Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0327

Rapport mill-Kummissjoni - Rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-Fond ta' Garanzija u l-ġestjoni tiegħu fl-2007 {SEC(2008)1938}

/* KUMM/2008/0327 finali */

52008DC0327

Rapport mill-Kummissjoni - Rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-Fond ta' Garanzija u l-ġestjoni tiegħu fl-2007 {SEC(2008)1938} /* KUMM/2008/0327 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 29.5.2008

KUMM(2008) 327 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

Rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-Fond ta' Garanzija u l-ġestjoni tiegħu fl-2007 {SEC(2008)1938}

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

Rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-Fond ta' Garanzija u l-ġestjoni tiegħu fl-2007{SEC(2008) 1938}

WERREJ

1. Il-bażi ġuridika 3

2. Il-Qagħda tal-Fond fil-31 ta' Diċembru 2007 4

2.1 Analiżi finanzjarja 4

2.2 Il-preżentazzjoni tal-kontijiet 5

2.3 Dikjarazzjoni finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija ta' qabel il-konsolidament fil-31 ta' Diċembru 2007 5

2.3.1 Karta tal-bilanċ għall-Fond ta' Garanzija qabel il-konsolidament 7

2.3.2 Kont tar-Riżultat Ekonomiku tal-Fond ta' Garanzija qabel il-konsolidament 10

3. Ħlas minn jew fil-Fond 12

3.1. Bażi ġuridika għall-ħlas tal-Fond Garantit mill-baġit ġenerali 12

3.2. Ħlasijiet minn jew lejn il-baġit ġenerali matul is-sena finanzjarja 12

3.3. Imgħaxijiet mill-investimenti kapitali ta' l-assi likwidi tal-Fond 12

3.4. Irkupru mid-debituri li naqsu mill-obbligi tagħhom 14

4. L-Obbligi tal-Fond 14

4.1. Pagamenti għall-obbligi li ma ġewx onorati 14

4.2. Paga tal-BEI 15

1. Il-bażi ġuridika

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 tal-31 ta' Ottubru 1994 (ir-"Regolament" stabbilixxa Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni ("il-Fond") għall-ħlas tal-kredituri Komunitarji, meta l-benefiċjarji ta' self mogħti, jew garantit mill-Komunità (ĠU L 293, 12.11.1994, p. 1), jonqsu mill-obbligu tagħhom ta' ħlas. Ir-Regolament ġie emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1149/99 tal-25 ta' Mejju 1999 (ĠU L 139, 2.6.1999, p. 1), ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2273/2004 tat-22 ta' Diċembru 2004 (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 28), kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 89/2007 tat-30 ta' Jannar 2007 (ĠU L 22, 31.1.2007, p. 1) (“ir-Regolament emendat”). Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament, il-Kummissjoni fdat it-tmexxija finanzjarja tal-Fond lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI) skond il-Ftehim iffirmat bejn il-Komunità u l-BEI fit-23 ta' Novembru 1994 fi Brussell u fil-25 ta' Novembru 1994 fil-Lussemburgu ("il-Ftehim").

Skond l-Artikolu 8.2 tal-Ftehim, sa l-1 ta' Marzu ta' kull sena, il-Bank għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapport annwali dwar il-qagħda tal-Fond u l-ġestjoni tiegħu, inkluż rendikont tad-dħul u tal-ħruġ, "dikjarazzjoni tar-riżultati finanzjarji", u d-dikjarazzjoni finanzjarja tal-Fond għas-sena preċedenti, "dikjarazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja tal-Fond". Aktar dettalji tar-rapport li jkopri s-sena 2007 jinsabu fit-Taqsima 2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (l-"Anness")[1].

Barra minn hekk, l-Artikolu 7 tar-Regolament emendat jeħtieġ lill-Kummissjoni li tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta' l-Awdituri rapport dwar il-qagħda tal-Fond u l-ġestjoni tiegħu għal kull sena finanzjarja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara.

2. Il-Qagħda tal-Fond fil-31 ta' Diċembru 2007

2.1 Analiżi finanzjarja

Il-qagħda finanzjarja tal-Fond ġiet ippreżentata skond l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju ("IFRS"), għall-għeluq tas-sena finanzjarja 2007. Il-Fond kien jammonta għal EUR 1 152 973 945.02 (ara Taqsima 3 ta' l-Anness: Dikjarazzjoni tal-qagħda finanzjarja tal-Fond fil-31 ta' Diċembru 2007, mogħtija mill-BEI) Dan huwa t-total, mindu ġie stabbilit il-Fond:

ħlasijiet lill-Fond mill-baġit; | + EUR 2 799 914 500.00 |

riżultati nett ta' kull sena suċċessivi; | + EUR 628 715 763.42 |

irkupru ta' ħlasijiet maħruġa mill-Fond għan-nuqqasijiet; | + EUR 575 673 913.77 |

Mingħajr l-ispejjeż tat-tmexxija tal-BEI li jikkorrispondu għal ħlas li għandu jsir fl-2008; | - EUR 678 951.39 |

kummissjoni riċevuta fuq irkupru tard fl-2002; | + EUR 5 090 662.91 |

aġġustament minħabba l-applikazzjoni ta' l-IFRS għall-valutazzjoni tal-portafoll tal-Fond (Ara l-punt "Riżervi" fl-Obbligi tal-Karta tal-Bilanċ tal-Fond ta' Garanzija fit-Taqsima 3 ta' l-Anness); | - EUR 3 627 413.49 |

mingħajr il-ħruġ mir-riżorsi tal-Fond; | - EUR 477 860 856.19 |

ħlasijiet suċċessivi li saru mill-ġdid lill-baġit, mill-eċċess tal-Fond; | - EUR 1 775 870 000.00 |

mingħajr ir-rifużjoni li saret lill-baġit fl-2005, li tirrappreżenta 9 % ta' l-operazzjonijiet li kienu għadhom pendenti fl-1 ta' Mejju 2004, mogħtija lill-għaxar Stati Membri ġodda (Ara Taqsima 1 dwar l-emenda ta' l-2004 għar-Regolament tal-Fond); | - EUR 338 831 402.07 |

mingħajr ir-rifużjoni li saret lill-baġit fl-2007, li tirrappreżenta 9 % ta' l-operazzjonijiet li kienu għadhom pendenti fl-1 ta' Jannar 2007, mogħtija lill-Bulgarija u lir-Rumanija wara li ssieħbu ma' l-UE f'din id-data (Ara Taqsima 1 dwar l-emenda ta' l-2004 għar-Regolament tal-Fond); | - EUR 260 940 124.72 |

Il-Qagħda tal-Fond fil-31 ta' Diċembru 2007. | EUR 1 152 973 945.02 |

Wara tnaqqis tad-dovuti tal-kredituri ta' EUR 708 901.39, li minnhom EUR 678 951.39 drittijiet tat-tmexxija (remunerazzjoni tal-BEI), u t-tnaqqis ta' EUR 125 750 000.00 li jikkorrispondi għall-bilanċ (favur) stabbilit fl-2007 għall-baġit ta' l-2008[2], it-total tal-karta tal-bilanċ nett tal-Fond (ir-riżorsi tal-Fond) fil-31 ta' Diċembru 2007 jammonta għal EUR 1 026 515 043.63.

L-Artikolu 3 tar-Regolament emendat[3] jeħtieġ li l-ammont tal-Fond għandu jilħaq livell xieraq (ammont fil-mira), stabbilit għal ta' 9 % tat-total ta' l-obbligi kapitali pendenti fuq kull tranżazzjoni, flimkien ma' l-imgħaxijiet dovuti.

Għalhekk, it-tranżazzjonijiet ta' self u ta' garanzija fuq self lill-pajjiżi terzi li għadhom pendenti, flimkien ma' l-imgħaxijiet dovuti, telgħu għal EUR 12 427 584 330.13 fil-31 ta' Diċembru 2007, li minnhom EUR 125 845 866.67 jirrappreżentaw imgħaxijiet dovuti. Il-proporzjon bejn ir-riżorsi tal-Fond ta' EUR 1 026 515 043.63 u l-obbligi kapitali pendenti, fis-sens tar-Regolament kif emendat, kien ta' 8.26 %. Billi dan huwa ogħla mill-ammont fil-mira ta' 9 % ta' l-ammont totali garantit dovut (ammont ta' EUR 1 118.48 miljun għad-dritt), irid isir ħlas mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea lill-Fond, skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament emendat fl-2007. L-ammont li jrid jiddaħħal bħala bilanċ fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit għall-2008 huwa ta' EUR 91 960 000.00.

Fil-31 ta' Diċembru 2006, it-tranżazzjonijiet pendenti ta' self u garanzija fuq self, u l-imgħax dovut fuq self mogħti lill-Bulgarija u lir-Rumanija, ammontaw għal EUR 2 899 334 719.06. Billi dawn il-pajjiżi saru membri ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007, fl-14 ta' Frar 2007 tħallas lura l-ammont ta' EUR 260 940 124.72 lill-baġit, wara l-emenda fir-Regolament.

2.2 Il-preżentazzjoni tal-kontijiet

Billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta l-kontijiet tagħha skond ir-regoli ġodda għall-kontijiet ispirati fuq il-prinċipji ta' IPSAS / IFRS, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Fond ta' qabel il-konsolidament, tħejjew skond dawn il-prinċipji, kif imfissra fl-Anness.

2.3 Dikjarazzjoni finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija ta' qabel il-konsolidament fil-31 ta' Diċembru 2007

L-ammont totali tal-karta tal-bilanċ ta' qabel il-konsolidament huwa ta' EUR 1 153 957 868.29. Dan jinkludi l-ammont totali tal-Fond kif ukoll l-arretrati koperti mill-Fond, l-imgħaxijiet dovuti fuq ħlasijiet tard u ammonti oħra dovuta biex tkun tista' ssir dikjarazzjoni finanzjarja kompluta tal-Fond, għall-qagħda fl-aħħar tas-sena, li għandha tiġi kkonsolidata mal-karta tal-bilanċ konsolidata ta' l-UE.

It-tibdiliet ewlenin fil-preżentazzjoni tal-kontijiet huma mfissra fin-noti, għar-rikonċiljazzjoni taċ-ċifri, mad-dikjarazzjoni finanzjarja tal-BEI, preżentati fl-Anness (paragrafu 3.2).

2.3.1 Karta tal-bilanċ għall-Fond ta' Garanzija qabel il-konsolidament

Karta tal-bilanċ: Assi (EUR) | 2007 | 2006 |

Assi kurrenti |

Riċevibbli għal żmien qasir | 983 923.27 | 1 099 797.60 |

Oħrajn | 983 923.27 | 1 099 797.60 |

Investimenti għal żmien qasir | 903 713 224.50 | 939 964 332.03 |

Portafoll AFS – spiża | 893 521 021.50 | 909 631 292.30 |

Portafoll AFS – differenza attwarja | -5 928 251.48 | -7 298 412.75 |

Portafolll AFS – aġġustament tal-valur ġust | -3 895 732.16 | 14 654 734.60 |

Portafoll AFS – dovuti | 20 016 186.64 | 22 976 717.60 |

Portafoll AFS – taħsir |

Kontanti u ekwivalenti | 249 260 720.52 | 439 733 359.86 |

Kontijiet kurrenti | 1 232 834.25 | 1 158 007.44 |

Depożiti għal żmien qasir - nominali | 246 600 000.00 | 436 500 000.00 |

Imgħaxijiet dovuti fuq depożiti għal qasir żmien | 1 427886.27 | 2 075 352.42 |

Ekwivalenti kontanti oħra - spiża |

Imgħaxijiet dovuta fuq ekwivalenti kontanti oħra |

Assi kurrenti totali | 1 153 957868.29 | 1 380 797 489.49 |

TOTAL | 1 153 957 868.29 | 1 380 797 489.49 |

Karta tal-bilanċ: Obbligi (EUR) | 2007 | 2006 |

A. EKWITÀ |

Kapital (Fond ta' Garanzija) | 424 272 973.21 | 685 213 097.93 |

Ħlasijiet mill-baġit | 390 982 973.21 | 559 463 097.93 |

(eċċess li għandu jitħallas lill-baġit) | 33 290 000.00 | 125 750 000.00 |

Riservi | -3 627 413.49 | 14 996 561.86 |

Applikazzjoni għall-ewwel darba – Riżerva għall-valur ġust | 268 318.67 | 341 827.26 |

Bidla fil-valur ġust ta' l-assi ta' l-AFS | -3 895 732.16 | 14 654 734.60 |

Eċċess akkumulat / defiċit | 679 821 791.09 | 627 856 153.68 |

Riżultati miġjuba 'l quddiem | 679 821 791.09 | 627 856 153.68 |

Riżultat ekonomiku tas-sena | 52 761 227.92 | 51 965 637.41 |

Total ta' l-Ekwità | 1 153 228 578.73 | 1 380 031 450.88 |

B. OBBLIGI KURRENTI |

Kontijiet pagabbli | 729 289.56 | 766 038.61 |

Oħrajn | 729 289.56 | 766 038.61 |

Obbligi kurrenti totali | 766 038.61 |

TOTAL | 1 153 957 868.29 | 1 380 797 489.49 |

Nota dwar il-karta tal-bilanċ.

- "Riċevibbli oħrajn għal żmien qasir" tirreferi għal ammonti li ġew mitluba biex jinħarġu mill-Fond. Dan l-ammont jinkludi l-kapital, l-imgħaxijiet u l-penali dovuta lill-Baġit Komunitarju wara l-intervent tal-Fond meta tkun ġiet attivata l-garanzija.

- Din id-differenza fl-"eċċess akkumulat" fl-ekwità meta mqabbla mal-qagħda finanzjarja tal-Fond ippreżentata fil-paragrafu 3.3 ta' l-Anness tista' tfisser bir-rifużjonijiet suċċessivi mitluba u l-penali mħallsa lill-Fond.

- "Kredituri oħrajn" fl-2007 jinkludu l-kumitat ta' tmexxija tal-BEI, id-drittijiet imħallsa lill-awdituri, id-drittijiet ta' l-awdituri għall-ammont dovut fuq il-kontijiet ta' l-għeluq u l-ammont dovut għall-irkupru dovut lill-BEI, wara l-ħlas tal-penali dovuti lill-Fond.

2.3.2 Kont tar-Riżultat Ekonomiku tal-Fond ta' Garanzija qabel il-konsolidament

GF - Kont konsolidat tar-riżultat ekonomiku (EUR) | 2007 | 2006 |

Dħul mit-tranżazzjonijiet finanzjarji | 53 711 135.24 | 52 981 320.04 |

Dħul mill-imgħax |

Dħul mill-imgħax fuq kontanti u ekwivalenti | 10 018 308.25 | 11 443 127.48 |

Dħul mill-imgħax fuq assi ta' l-AFS | 40 792 525.60 | 41 538 192.56 |

Dħul ieħor mill-imgħax |

Qligħ mill-kambju |

Qligħ li sar minn bejgħ ta' assi ta' l-AFS | 2 900 301.39 |

Treġġigħ lura ta' telf ta' tħassir fuq assi ta' l-AFS |

Dħul finanzjarju ieħor |

Spejjeż ta' tranżazzjonijiet finanzjarji | -949 907.32 | -1 015 682.63 |

Spejjeż relatati ma' l-imgħax |

Spejjeż relatati ma' l-imgħax fuq kontanti u ekwivalenti |

Telf mill-kambju | -115 874.33 | -128 000.52 |

Telf li sar mill-bejgħ ta' assi ta' l-AFS |

Telf ta' taħsir fuq assi ta' l-AFS |

Spejjeż finanzjarji oħra | -834 032.99 | -887 682.11 |

Li minnhom: Ammont dovut għall-ġestjoni | -835 014.05 | -714 719.38 |

EĊĊESS FUQ ATTIVITAJIET LI MHUMIEX OPERATTIVI | 52 761 227.92 | 51 965 637.41 |

EĊĊESS MINN ATTIVITAJIET ORDINARJI |

Qligħ straordinarji |

Telf straordinarju |

EĊĊESS MINN ATTIVITAJIET STRAORDINARJI |

RIŻULTAT EKONOMIKU GĦAS-SENA | 52 761 227.92 | 51 965 637.41 |

Nota dwar il-kont Ekonomiku "Outturn" qabel il-konsolidament:

"Spejjeż oħra finanzjarji" jinkludu l-inkarigu amministrattiv tal-BEI, id-drittijiet ta' l-awdituri, l-ammont dovut fi drittijiet ta' l-awdituri għall-għeluq tal-kontijiet u d-drittijiet ta' l-irkupru dovuti lill-BEI, wara l-ħlas ta' penali li għadhom pendenti, dovuti lill-Fond.

3. Ħlas minn jew fil-Fond

3.1. Bażi ġuridika għall-ħlas tal-Fond Garantit mill-baġit ġenerali

Skond ir-Regolament emendat Nru 2728/94, il-proviżjon tal-Fond ta' Garanzija (il-"Fond") jsegwi r-regola ta' proviżjon il-ġdida. F'dan il-kuntest, wieħed mill-vantaġġi ewlenin ta' din is-sistema hi s-sempliċità u ċ-ċertezza tagħha dwar ir-rekwiżiti baġitarji billi t-tipi ta' operazzjonijiet koperti kollha (BEI, MFA, self ta' l-Euratom) huma magħrufa u jsegwu l-istess regola ta' 9 % ta' l-ammont tas-self u self garantit pendenti għall-kalkolu ta' l-ammont immirat.

Skond il-Ftehim Internazzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja soda[4], l-ammont disponibbli għall-finanzjament tal-Fond hu pprovdit skond linja tal-baġit taħt l-Intestatura 4 (Relazzjonijiet Esterni).

3.2. Ħlasijiet minn jew lejn il-baġit ġenerali matul is-sena finanzjarja

Fit-30 ta' Jannar 2007, il-Kunsill adotta emenda għar-Regolament Nru 2728/94. L-għan ewlieni ta' din l-emenda huwa t-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-użu tal-mezzi tal-baġit billi jsir provvediment lill-Fond fuq bażi ta' l-ammonti osservati ta' self garantit li għadu pendenti.

Fuq il-bażi ta' l-operazzjonijiet garantiti pendenti tal-31.12.2006 (EUR 11 025.07 miljun), ammont ta' EUR 125.75 miljun li jikkorrispondi għall-eċċess ta' l-2006 iddaħħal fl-2007 għal intestatura speċjali fid-dikjarazzjoni tad-dħul fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea tas-sena 2008. Dan l-ammont tħallas fi tranżazzjoni waħda mill-Fond għall-baġit fil-31.01.2008. Dan l-eċċess hu eċċezzjonali billi hu spjegat b'mod partikolari mill-applikazzjoni għall-ewwel darba tal-mekkaniżmu tal-proviżjon il-ġdid li jikkunsidra s-self effettiv imħallas tul is-sena preċedenti.

3.3. Imgħaxijiet mill-investimenti kapitali ta' l-assi likwidi tal-Fond

L-assi likwidi tal-Fond huma investiti skond il-prinċipji ta' ġestjoni mniżżla fl-Anness għall-Fethim Komunità/BEI tat-23/25 ta' Novembru 1994, kif emendat bil-Ftehim Supplimentari Nru 1 tas-17/23 ta' Settembru 1996 u l-Ftehim Supplimentari Nru 2 tas-26 ta' April/8 ta' Mejju 2002. Terz tal-Fond għandu jiġi investit f'investimenti qosra (sa sena). Dawn l-investimenti jinkludu titoli mingħajr rati fissi, indipendentement mid-dati tal-maturità u titoli b'rati fissi b'massimu ta' sena għad-data tal-maturità, indipendentement mill-perjodu ta' maturità inizjali tagħhom. Dan minħabba li t-titoli b'rata fissa ta' imgħaxijiet jistgħu jitħallsu lura bir-rata ta' 100 % tal-valur nominali tagħhom fl-aħħar ta' ħajjithom, filwaqt li t-titoli mingħajr rati fissi jistgħu jinbiegħu fi kwanunkwe ħin għal prezz li joqrob ir-rata ta' 100 %, baqa' kemm baqa' żmien għall-maturità. Biex jinżamm bilanċ bejn l-istrumenti varji li jipprovdu l-likwidità meħtieġa, minimu ta' 18 % (li jikkorrispondi għad-doppju tar-rata ta' proviżjoni tal-Fond) huwa miżmum f'investimenti monetarji, b'mod partikolari d-depożiti bankarji.

Fl-aħħar ta' l-2007, l-istruttura fil-mira tal-portafoll kif mirquma fl-2005, jiġifieri distribuzzjoni ugwali ta' investimenti bejn it-tieni u l-għaxar sena tal-maturità, intlaħqet.

Tul l-2007, il-portafoll kiseb redditu totali ta' 3.099 %.

Ir-riżultati tal-portafoll kienu kemmxejn inqas mill-istandard tiegħu (ara l-anness fil-paragrafu 1.5 "Riżultati" għad-dettalji). Fl-aħħar ta' l-2007, ir-riżultat dgħajjef ammonta għal 16.5 punti bażi. Dan ir-riżultat hu spjegat mill-impatt ta' l-hekk imsejħa kriżi “ sub-prime ” li wassal għal żieda qawwija fil-volatilità tas-suq u, b'mod aktar importanti, it-twessigħ sostanzjali tat-tifrix tal-kreditu li ħalla impatt negattiv fuq ir-riżultat tal-portafoll tal-Fond ta' Garanzija b'rigward għall-istandard. Ir-riżultat dgħajjef tal-Fond kien partikolarment qawwi f'Lulju u f'Novembru 2007 meta l-investimenti fis-swieq tal-bonds tal-Lvant ta' l-Ewropa u l-bonds koperti li ma jinsabux fl-indiċi ta' l-istandards sofrew minn kriżi tas- sub-prime . F'Diċembru 2007, riżultat tajjeb wassal għal korrezzjoni parzjali tar-riżultat dgħajjef.

Il-lista tal-banek awtorizzati li jirċievu d-depożiti hija miftiehma mal-Kummissjoni u mal-BEI. Il-lista oriġinali ġiet riveduta regolarment fid-dawl tal-bidliet l-aktar reċenti tal-klassifika tal-banek. Kollha għandhom klassifikazzjoni mingħand Moody's ta' għallinqas A1 għal investiment fit-tul u P1 għal investimenti għal żmien qasir, jew klassifikazzjoni ekwivalenti mingħand Standard & Poor’s jew Fitch. L-investimenti li jsiru magħhom huma rregolati minn regoli li jassiguraw dħul kompetittiv u li jevitaw il-konċentrazzjoni tar-riskju.

Fl-2007, id-dħul fuq l-imgħaxijiet mill-kontanti u l-ekwivalenti, fuq il-kontijiet kurrenti tal-Fond u fuq it-titoli ammonta għal EUR 53 711 135.24, magħmul mis-segwenti:

- Minn depożiti u kontijiet kurrenti: EUR 10 018 308.25; dan jirrappreżenta l-qagħda fil-31 ta' Diċembru 2007 inklużi l-imgħaxijiet fuq id-depożiti bankarji, EUR 10 614 035.07 u tibdil fl-imgħaxijiet dovuta, EUR 647 466 .15 fl-2006. Il-kontijiet kurrenti ammontaw għal EUR 51 739.33 li jinkludu imgħax fuq il-kontijiet kurrenti.

- Il-portafoll tat-titoli: EUR 40 792 525.60; dan l-ammont jinkludi EUR 44 712 208.37, imgħaxijiet fuq titoli, u tibdil fl-interessi dovuti (EUR 2 960 531.24) fil-31 ta' Diċembru 2007. L-imgħaxijiet fuq titoli li huma ġġenerati minn investimenti fil-forma ta' titoli skond il-prinċipji ta' l-investiment stipulati fil-Ftehim li jinkariga lill-BEI biex jamministra l-assi likwidi tal-Fond. Madankollu, minn din iċ-ċifra jrid jitnaqqas l-ammont ta' EUR 959 151.53 li matul is-sena ddaħħal bħala d-differenza bejn il-prezz ta' l-entrata u l-valur ta' fidi diviż pro rata temporis fuq iż-żmien li fadal tat-titoli miżmuma (li jikkorrispondi mal-firxa tal-primjum jew tnaqqis imdaħħal fil-kont ta' qligħ u telf).

L-imgħaxijiet li ġew riċevuti jiddaħħlu fir-riżultat għas-sena finanzjarja.

3.4. Irkupru mid-debituri li naqsu mill-obbligi tagħhom

Ma sar l-ebda irkupru fl-2007. Ammont ta' USD 1 448 433.44 li huwa relatat ma' l-interssi fuq il-penali mhux imħallsa għad irid jiġi rkuprat mill-Fond.

4. L-Obbligi tal-Fond

4.1. Pagamenti għall-obbligi li ma ġewx onorati

Il-Fond ma ntalabx jagħmel pagamenti għall-obbligi li ma ġewx onorati fl-2007.

4.2. Paga tal-BEI

It-tieni Ftehim Supplimentari għall-Ftehim iffirmat fis-26 ta' April u fit-8 ta' Mejju 2002, jistipula li l-paga tal-Bank għandha tkun ddeterminata bl-applikazzjoni, għal kull saff ta' l-assi tal-Fond, tar-rati annwali digressivi ta' kummissjoni li japplikaw għalihom rispettivament. Din il-paga hija kkalkolata skond il-medja ta' l-assi tal-Fond.

Il-paga tal-Bank għall-2007 ġiet stabbilita għal EUR 678 951.39 u ddaħħlet fil-kont ta' qligħ u telf bħala ammonti dovuti (obbligi) fil-karta tal-bilanċ. Il-paga tħallset lill-BEI fi Frar 2008.

[1] SEC(2007)

[2] L-ammont ta' EUR 125 750 000.00 tħallas lura fil-31 ta' Jannar 2008 lill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, kif stipulat fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament emendat.

[3] Ir-Regolament emendat jistipula li t-tranżazzjonijiet li saru mal-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni, koperti bil-Fond, jibqgħu koperti mill-garanzija Komunitarja wara d-data ta' adeżjoni. Madankollu, minn dik id-data, ma jibqgħux azzjonijiet esterni tal-Komunitajiet u jkunu koperti direttament mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u mhux mill-Fond.

[4] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1

Top