This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AP0601
European Judicial Network in civil and commercial matters ***I European Parliament legislative resolution of 16 December 2008 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council amending Council Decision 2001/470/EC establishing a European Judicial Network in civil and commercial matters (COM(2008)0380 — C6-0248/2008 — 2008/0122(COD))#P6_TC1-COD(2008)0122 Position of the European Parliament adopted at first reading on 16 December 2008 with a view to the adoption of Decision No .../2009/EC of the European Parliament and of the Council amending Council Decision 2001/470/EC establishing a European Judicial Network in civil and commercial matters#ANNEX JOINT STATEMENT ON THE COURT OF JUSTICE OF THE EUROPEAN COMMUNITIES
Il-ħolqien ta' Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2001/470/KE ta1-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (COM(2008)0380 — C6-0248/2008 — 2008/0122(COD))
P6_TC1-COD(2008)0122 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 16 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni Nru …/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali
ANNESS DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

ĠU C 45E, 23.2.2010, p. 111–112
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 45/111 |
Il-ħolqien ta' Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali ***I
P6_TA(2008)0601
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2001/470/KE ta1-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (COM(2008)0380 — C6-0248/2008 — 2008/0122(COD))
(2010/C 45 E/35)
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0380), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 61(c) u 67(5), it-tieni inċiż tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0248/2008), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 61(d) u 66 tat-Trattat KE, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0457/2008), |
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Japprova d-Dikjarazzjoni Konġunta annessa miegħu;
3. Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;
4. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
P6_TC1-COD(2008)0122
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni Nru …/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE.)
ANNESS
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex tistaqsi lir-rappreżentanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, fuq il-livell u bil-mod li l-Qorti tqis adatt, biex jattendu l-laqgħat tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fuq materji ċivili u kummerċjali.