Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0250

    L-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel (COM(2007)0090 — C6-0211/2007 — 2007/0037B(COD))
    P6_TC1-COD(2007)0037B Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil- 5 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel

    ĠU C 285E, 26.11.2009, p. 122–124 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 285/122


    Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
    L-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel ***I

    P6_TA(2008)0250

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjonifir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel (COM(2007)0090 — C6-0211/2007 —2007/0037B(COD))

    2009/C 285 E/20

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0090),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0211/2007),

    wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-5 ta' Lulju 2007, biex tawtorizza lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jfasslu rapport leġiżlattiv kull wieħed fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi leġali proposta,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0143/2008),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kunsill fir-rigward tal-iġjene tal-ikel kif emendata;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008
    P6_TC1-COD(2007)0037B

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta’ Ġunju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament ▐ (KE) Nru 852/2004 ▐ dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari ▐ l-Artikolu 95 u l-Artikolu 152(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ║,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u SoċjaliEwropew  (1),

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

    Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedurastabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

    Billi:

    (1)

    Il-politiki tal-Komunità dwar Regolamentazzjoni Aħjar, b’mod partikolari il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjunibit-titolu:“Valutazzjon strateġika għal Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea” ║, u ║“Il-Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea” ║, jisħaq l-importanza tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi imposti fuq l-impriżi bil-leġiżlazzjoni eżistenti ta’ element kruċjali għat-titjib tal-kompetittività tagħhom u għall-kisba ta’ l-għanijiet ta’ l-aġenda ta’ Liżbona.

    (2)

    L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-ikel  (4) jeżiġi li l-operaturi kollha tal-kumpaniji ta’ l-ikel iwaqqfu, jimplimentaw u jżommu proċedura msejsa fuq il-prinċipji ta’ l-Analiżi tal-Periklu u l-Punti ta’ Kontroll Kritiċi (HACCP).

    (3)

    L-esperjenza wriet li f’ċerti kumpaniji ta’ l-ikel, l-iġjene ta’ l-ikel jista’ jiġi żgurat permezz ta’ l-implimentazzjoni korretta tar-rekwiżiti ta’ l-iġjene ta’ l-ikel stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 mingħajr ma jsir użu tas-sistema ta’ l-HACCP. Il-kumpaniji kkonċernati huma b’mod partikolari kumpaniji żgħar li fil-biċċa l-kbira jbigħu l-prodotti tagħhom direttament lill-konsumatur finali, bħal tal-ħobż, tal-laħam, tal-growser, tal-monti, ir-restaurants, u l-bars, li huma mikro-impriżi skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ l-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (5).

    (4)

    Għalhekk, jeħtieġ li tiġi pprovduta eżenzjoni lil dawn il-kumpaniji mir-rekwiżit ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Dan ifisser li huma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti l-oħra kollha ta’ dan ir-Regolament,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: ▐

    Artikolu 1

    1.

    Fir-Regolament (KE) Nru 852/2004, tiddaħħal il-premessa ġdida li ġejja:

    “(15a)

    Huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jippermettu l-implimentazzjoni tal-flessibilità prevista f’dan ir-Regolament, speċjalment fl-Artikolu 5(2)(g) u (5), b’mod partikulari fir-rigward tan-negozji li huma mikrointrapriżi fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ intrapriżi ‘mikro’, żgħar u ta’ daqs medju (6).

    2.

    Fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, is-sentenza li ġejjagħandha tiżdied:

    “Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti l-oħra ta’ dan ir-Regolament, l-operaturi ta’ negozji tal-ikel jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit li jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċedura jew proċeduri permanenti bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP. Din l-eżenzjoni għandha tapplika biss għall-intrapriżi, partikolarment il-mikro intrapriżi, skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni ║ 2003/361/KE ║, u l-attivitajiet li jikkonsistu fil-biċċa l-kbira fil-bejgħ dirett ta’ l-ikel lill-konsumatur finali, u sakemm l-awtorità kompetenti tqis, fuq il-bażi ta’ analiżi tal-periklu relatata mal-kumpanija u mwettqa regolarment, jew li m’hemmx perikli li jeħtieġ li jiġu evitati, eliminati jew imnaqqsa għal livelli aċċettabbli, jew li kwalunkwe perikli identifikati huma kkontrollati biżżejjed permezz tal-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti ġenerali u speċifiċi tal-iġjene tal-ikel stabbiliti fl–Artikolu 4(2) sa (6) ta’ dan ir-Regolament. Lawtorità kompetenti għandha tqis in-natura u d-daqs tan-negozju tal-ikel meta teżiġi konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(2) sa (6).

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi ║,

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    Għall-Kunsill

    Il-President


    (1)   ĠU C 175, 27.7.2007, p. 37.

    (2)  GU C ….

    (3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Ġunju 2008.

    (4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

    (5)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

    (6)   ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.”


    Top