Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0081

    Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija
    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 11 ta' Marzu 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (15647/1/2007 - C6-0035/2008 - 2006/0197(COD))

    ĠU C 66E, 20.3.2009, p. 89–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 66/89


    Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ***II

    P6_TA(2008)0081

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (15647/1/2007 — C6-0035/2008 — 2006/0197(COD))

    (2009/C 66 E/25)

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (15647/1/2007 — C6-0035/2008),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0604),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0041/2008),

    1.

    japprova l-pożizzjoni komuni;

    2.

    jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

    3.

    jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

    4.

    jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

    5.

    jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  Testi adottati, 26.9.2007, P6_TA(2007)0409.


    Top