Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007SC0792

    Abbozz deċiżjoni tal-kumitat konġunt taż-ŻEE li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet - Abbozz tal-pożizzjoni komuni tal-Komunità

    /* SEK/2007/0792 finali */

    Please be aware that this draft act does not constitute the final position of the institution.

    52007SC0792




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 7.6.2007

    SEG(2007) 792 finali

    Abbozz

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

    - Abbozz tal-pożizzjoni komuni tal-Komunità - (preżentat mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    1. Il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati taż-ŻEE EFTA li qegħdin 'l barra mill-erba’ libertajiet.

    2. L-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu l-għan li jimmodifika l-Protokoll 31 sabiex jestendi l-kooperazzjoni fil-qasam tal-Protezzjoni Ċivili. Jipprovdi qafas għall-kooperazzjoni u jfassal il-metodi ta' parteċipazzjoni sħiħa ta' l-Istati taż-ŻEE EFTA fil-programmi u l-azzjonijiet tal-Komunità f'dan il-qasam, b'effett mill-1 ta' Jannar 2007 billi jinkorpora:

    - 32007 D 0162 : Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/EC, Euratom tal-5 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 71, 10.3.2007, p. 9).

    3. L-Artikolu 1.3(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE jipprevedi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni Komunitarja għal Deċiżjonijiet bħal dawn fuq proposta mill-Kummissjoni.

    4. L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE hu ppreżentat għall-approvazzjoni tal-Kunsill, u wara dan, il-Kummissjoni tressaq il-pożizzjoni tal-Komunità fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fl-aktar okkażjoni kmieni possibli.

    Abbozz

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-KEE Nru …...ta'.......[1].

    (2) Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim biex tkun inkluża d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/KE, Euratom tal-5 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili[2].

    (3) Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din l-estensjoni tal-kooperazzjoni sseħħ mill-1 ta' Jannar 2007,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 10(8) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

    ‘(c) L-atti tal-Komunità li għandu jkollhom effett mill-1 ta' Jannar 2007:

    - 32007 D 0162 : Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/EC, Euratom tal-5 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 71, 10.3.2007, p. 9).’

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim*.

    Għandha tkun tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel,

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    [1] ĠU L ...

    [2] ĠU L 71, 10.3.2007, p.9.

    * [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.][L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]

    Top